id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
28850
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ri%C5%BCerva%20tal-Bijosfera%20tal-Friefet%20Monarki
Riżerva tal-Bijosfera tal-Friefet Monarki
Ir-Riżerva tal-Bijosfera tal-Friefet Monarki (bl-Ingliż: Monarch Butterfly Biosphere Reserve; bl-Ispanjol: Reserva de Biosfera de la Mariposa Monarca) hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tinkludi l-biċċa l-kbira tas-siti li fihom il-popolazzjoni tal-Lvant tal-friefet monarki jpassu u jibqgħu hemmhekk għax-xitwa. Ir-riżerva tinsab fl-ekoreġjun tal-foresti tal-ballut u taż-żnuber tal-Medda Vulkanika Trans-Messikana mal-fruntiera ta' Michoacán u l-Istat tal-Messiku, 100 kilometru 'l bogħod (62 mil) mill-Belt tal-Messiku fil-Majjistral. Miljuni ta' friefet monarki jaslu fir-riżerva kull sena. Il-friefet monarki jgħixu biss f'frazzjon tas-56,000 ettaru tar-riżerva minn Ottubru sa Marzu. Il-missjoni tal-bijosfera hi li tipproteġi din l-ispeċi ta' friefet u l-ħabitat tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-friefet monarki jpassu mil-Lvant tal-Amerka ta' Fuq u jibqgħu fir-riżerva għax-xitwa. Ir-riċerkaturi skoprew dawn iż-żoni tar-riżerva fl-1975. Id-digrieti Presidenzjali fis-snin 80 tas-seklu 20 u fis-sena 2000 iddeżinjaw dawn iż-żoni li għadhom privati bħala riżerva federali. Ir-riżerva ġiet iddikjarata bħala Riżerva ta' Bijosfera fl-1980 u bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008. Ir-riżerva hija waħda rurali u l-amministraturi tar-riżerva huma mħassba dwar l-effetti ta' ħsara tal-qtugħ illegali tas-siġar u tat-turiżmu. L-isforzi ta' konservazzjoni xi kultant jidħlu f'kunflitt mal-interessi tal-bdiewa lokali, is-sidien tal-art ibbażati fil-komunitajiet, is-sidien tal-art privati u l-popli indiġeni. Storja Ir-reġjun tar-riżerva ntuża għall-qtugħ żejjed ta' siġar matul il-perjodu kolonjali tas-seklu 19. Ir-Rivoluzzjoni post-Messikana wasslet għal żieda ta' rimedju għal dawn l-azzjonijiet, fil-forma ta' għotjiet tal-art fost il-popolazzjonijiet indiġeni. Ir-reġjun fil-biċċa l-kbira tiegħu baqa' rurali, u huwa magħruf għall-komunitajiet Otomi u Mazahua. Dawn il-komunitajiet "tradizzjonalment ippreservaw in-naħat ta' fuq tal-ktajjen muntanjużi bħala artijiet tal-komunitajiet… għall-użu kollettiv, inkluż l-isfruttament sostenibbli tal-foresti, filwaqt li l-għoljiet iktar 'l isfel kienu maqsuma f'irqajja' għall-familji fejn l-unitajiet domestiċi kienu jkabbru l-għelejjel f'ġonna tradizzjonali tal-ikel”. Il-protezzjoni inizjali għaż-żoni fejn joqogħdu l-friefet monarki għax-xitwa ġiet imsaħħa b'digriet fl-1980 mill-President José López Portillo wara deċennji ta' riċerka estensiva dwar ix-xejriet migratorji tal-friefet monarki. Fl-aħħar tas-snin 80 tas-seklu 20, il-ġestjoni tar-riżerva ġiet iddelegata lis-Segretarjat tal-Iżvilupp Urban u l-Ekoloġija. Fl-1986, il-poeta u l-fundatur tal-Grupp ta' 100 Homero Aridjis ikkonvinċa lill-President Miguel de la Madrid biex dawn is-siti jingħataw protezzjoni speċjali, u d-digriet Presidenzjali li rriżulta, ippubblikat fid-9 ta' Ottubru 1986, iddeżinja lil Sierra Chincua, Sierra El Campanario, Cerro Chivatí-Huacal, Cerro Pelón u Cerro Altamirano bħala żoni protetti għall-migrazzjoni, għall-ibernazzjoni u għar-riproduzzjoni tal-friefet monarki bħala parti mir-Riżerva ta' Bijosfera Speċjali tal-Friefet Monarki li tkopri 16,110 ettaru [39,809 akru]. "Projbizzjoni totalu u permanenti tal-qtugħ tas-siġar u tal-użu tal-veġetazzjoni u tal-organiżmi selvaġġi" ġiet illeġiżlata fil-qalbi ta' dawn iż-żoni, b'total ta' 4,491 ettaru [11,000 akru]. Iż-żoni ta' lqugħ, b'total ta' 11,620 ettaru [28,714 akru] ġew stabbiliti sabiex "jipproteġu l-qalba taż-żoni mill-impatt estern, u l-attivitajiet ekonomiċi produttivi tħallew joperaw skont in-normi ambjentali". F'Settembru 2000, ir-Riżerva ta' Bijosfera tal-Friefet Monarki tkabbret għal 56,259 ettaru [217-il mil kwadru], bil-qalba taż-żoni li tammonta għal 13,552 ettary [52 mil kwadru] u ż-żoni ta' lqugħ jammontaw għal 42,707 ettaru [165 mil kwadru]. Fl-2008, meta Homero Aridjis kien l-ambaxxatur tal-Messiku għall-UNESCO, ikkonvinċa lill-21 membru tal-Kumitat tal-Wirt Dinji biex jaqblu b'mod unanimu għad-deżinjazzjoni tar-Riżerva ta' Bijosfera tal-Friefet Monarki bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fil-kategorija tas-siti naturali. Fi Frar 2014, il-Grupp tal-100 u Make Way For Monarchs bagħtu ittra lill-President Enrique Peña Nieto, lill-President Barack Obama u lill-Prim Ministru Stephen Harper biex jistaqsuhom jiddiskutu l-futur tal-friefet monarki fis-Summit tal-mexxejja tal-Amerka ta' Fuq li kellu jsir f'Toluca, l-Istat tal-Messiku, fid-19 u fl-20 ta' Frar. L-ittra kienet issostni li "l-għadd ta' friefet monarki li jpassu għax-xitwa fil-foresti ta' altitudni għolja tal-Messiku ċentrali niżel minn 1.1 biljun farfett monarka fl-1996 għal 33 miljun farfett monarka mifruxa fuq seba' siti matul l-istaġun 2013-2014, u b'hekk il-fenomenu straordinarju tal-passa tal-friefet monarki tinsab uffiċjalment mhedda". Fl-aħħar snin id-deklin fl-għadd tal-friefet monarki fir-Riżeva ta' Bijosfera tal-Friefet Monarki tal-Messiku seħħ minħabba l-qtugħ tas-siġar fir-riżerva, l-ekoturiżmu sfrenat u l-avvenimenti klimatiċi devastanti bħall-maltempati tax-xitwa tal-2002 fl-istat ta' Michoacan u n-nixfa kbira tal-2011 f'Texas, l-Istati Uniti. Iżda attwalment l-esperti tal-friefet monarki jaqblu li l-kawża prinċipali ta' dan it-tnaqqis drastiku fl-għadd ta' friefet monarki huwa ż-żieda enormi ta' għelejjel tal-qamħirrum u tas-sojja mmodifikati ġenetikament u reżistenti għall-erbiċidi (93 % tar-raba' totali bis-sojja u 85 % tar-raba' bil-qamħirrum fl-2013) fl-Istati Uniti. Il-bexx kostanti ta' erbiċidi fl-għelieqi qered il-pjanti tal-ispeċi Asclepias li qabel kienu abbundanti, li huma l-unika pjanti li x-xagħat tal-farfett monarka jista' jiekol. Il-friefet monarki litteralment qed imutu bil-ġuħ. Barra minn hekk, id-degradazzjoni kontinwa tal-ħabitat fejn il-friefet monarki jpassu għax-xitwa fil-Messiku qed ikollha impatt ukoll għaliex il-qtugħ illegali tas-siġar għadu għaddej. L-istqarrija konġunta maħruġa mit-tliet mexxejja fi tmiem is-summit saħqet li "se jkomplu jistinkaw biex jikkollaboraw għall-protezzjoni tal-bijodiversità tar-reġjun u biex jiġu indirizzati sfidi ambjentali oħra bħat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u l-ekosistemi fil-periklu". F'Ġunju 2014, Obama stabbilixxa Task Force tas-Saħħa tad-Dakkara bl-għan li "l-popolazzjoni tal-Lvant tal-friefet monarki tiżdied għal 225 miljun f'żona ta' sitt ettari fejn ipassu għax-xitwa fil-Messiku, permezz ta' azzjonijiet domestiċi u internazzjonali u sħubijiet pubbliċi u privati sal-2020". F'Ġunju 2016, iktar minn 200 xjenzat, kittieb u artist iffirmaw ittra miktuba minn Homero Aridjis, Dr. Lincoln Brower u Dr. Ernest Williams u indirizzata lill-President Messikan Enrique Peña Nieto, lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lill-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qabel is-Summit tal-Mexxejja tal-Amerka ta' Fuq li kellha ssir f'Ottawa iktar 'il quddiem, biex iħeġġu lit-tliet pajjiżi jaħdmu flimkien sabiex itaffu t-telf tal-ħabitat tat-tnissil tal-friefet monarki u sabiex itemmu l-qtugħ kollu tas-siġar fir-riżerva ta' bijosfera fl-istat ta' Michoacán u fl-Istat tal-Messiku. Fl-2020, kien hemm disa' kolonji ta' friefet monarki fil-Messiku, li okkupaw 2.10 ettari. Skont l-istimi tax-xjenzati jista' jkun hemm saħansitra 50 miljun farfett monarka f'ettaru, għaldaqstant il-popolazzjoni tal-2020 x'aktarx li kienet tlaħħaq il-105 miljun farfett monarka. Kuntest notevoli ieħor rigward ir-riżerva ta' bijosfera huwa li Homero Gómez González għeb f'Jannar 2020, li kien figura importanti għall-konservazzjoni tal-friefet monarki. Gonzalez-Duarte jisħaq li dan jikkawża biża' u terrur fost il-komunità u ma jkunx jista' jiġi mibki b'funeral tradizzjonali. Il-mezzi tax-xandir koprew dan l-avveniment bħala konsegwenza ta' għemil dawk li kienu qed jaqtgħu s-siġar li ħelsu mill-ambjentalist. Gonzlez-Duarte jiċħad din in-narrattiva u jwaħħal fil-vjolenza li dejjem qed tiżdied u fil-preżenza tal-kriminalità organizzata. Sit ta' Wirt Dinji Ir-Riżeva tal-Bijosfera tal-Friefet Monarki ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali". Ekosistema Ġeografija u foresti Ir-riżerva testendi mill-foresti muntanjużi tal-Lvant tal-istat ta' Michoacán sal-Punent tal-Istat tal-Messiku, 100 kilometru fil-Majjistral tal-Belt tal-Messiku. Il-parti tar-riżerva fl-istat ta' Michoacán fiha l-ogħla elevazzjonijiet fl-istat, inkluż qċaċet li jlaħħqu l-2,700 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-klima hija kklassifikata bħala waħda miti u kemxejn bl-indewwa, bi staġun tax-xita fis-sajf. It-temperatura massima medja tkun 22 °C (71 °F). F'din iż-żona jeżistu sottoklimi: bierda u nofshom bl-indewwa, kif ukoll semibierda u nofshom bl-indewwa. Ir-riżerva fiha muntanji u għoljiet tal-bażalt li jiffurmaw xquq, fniedaq u rdumijiet f'orjentazzjoni mill-Grigal għal-Lbiċ. Il-formazzjonijiet tal-blat ħadu post il-koni vulkaniċi u s-saffi antiki tal-lava. Il-ħamrija hija tassew permeabbli, u dan iwassal għal ftit ilma tal-pjan. Hemm xi għadajjar u arroyos żgħar. Il-foresti tas-siġar taż-żnubier u tal-oyamel reżistenti jipprovdu mikroklimi kennija meta t-temperaturi jinżlu sal-punt ta' ffriżar u/jew tinżel ix-xita fix-xitwa. Ix-xjenzati huma mħassba li l-ħabitat tas-siġar tal-oyamel fir-riżerva se jonqos jew se jisparixxi sal-aħħar tas-seklu 21, l-iktar minħabba t-tibdil fil-klima. Din iż-żona hija miksija foresti. Il-kompożizzjoni tal-foresti tvarja skont l-altitudni: siġar tal-ballut sa 2,900 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar; siġar tal-ballut u taż-żnuber bejn 1,500 u 3,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar; siġar tal-oyamel bejn 2,400 u 3,600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Taħt l-2,400 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, hemm żoni żgħar bis-siġar tal-ġniebru, bis-siġar taċ-ċedru u mergħat. Iż-żoni ġew immodifikati mill-agrikoltura u mill-insedjamenti umani. Fawna L-organiżmi selvaġġi fiż-żona jvarjaw minn sottotropikali għal sotto-Artiċi, fosthom għadd ta' speċijiet endemiċi. Dawn jinkludu ċ-ċriev ta' denbhom abjad (Odocoileus virginianus), il-kojote (Canis latrans), il-ballottri ta' denbhom twil (Neogale frenata), il-volpijiet griżi (Urocyon cinereoargenteus), il-fniek (Sylvilagus spp.), iċ-ċawluni (Corvus corax), l-avvultuni (Cathartes aura), il-kokki tal-Virginia (Bubo virginianus), kif ukoll tipi differenti ta' kolibri, rettili u anfibji. Hemm erbatax-il kolonja maġġuri tal-friefet monarki f'dawn il-muntanji bil-foresti, li jirrappreżentaw iktar minn nofs il-kolonji tal-popolazzjoni tal-Lvant tal-friefet monarki fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Huwa stmat li sa biljun individwu jqattgħu x-xitwa hawnhekk kull sena. Dawn il-kolonji jkunu densi ħafna, b'bejn sitt miljun u sittin miljun farfett monarka kull ettaru. Iż-żoni tar-riżerva jinsabu fil-muniċipalitajiet ta' Ocampo, Angangueo, Zitácuaro u Contepec fl-istat ta' Michoacán u fil-muniċipalitajiet ta' Donato Guerra, Villa de Allende u Temascalcingo fl-Istat tal-Messiku. Dawn jinqasmu f'ħames żoni jew nuklei prinċipali. Tmienja mill-erbatax-il kolonja jinsabu fiż-żona protetta. Il-kolonji jkopru 4.7 ettari biss, iżda ż-żona tal-bijosfera protetta tkopri 56,259 ettaru. Ħames kolonji jkunu miftuħa għall-pubbliku: Sierra Chincua u El Rosario fl-istat ta' Michoacan, u La Mesa, Piedra Herrada u El Capulin fl-Istat tal-Messiku. Hemm kolonji oħra qrib San José Villa de Allende u Ixtapan del Oro, iżda dawn ma jiġux promossi attivament għat-turiżmu minħabba r-riskju ta' ħsara għall-kolonji tal-friefet monarki. El Rosario huwa l-ikbar santwarju fl-istat ta' Michoacán, fejn il-friefet monarki litteralment jiksu madwar 1,500 siġra. Filwaqt li l-bijosfera għad għandha problemi infrastrutturali, speċjalment il-ġbir tal-iskart madwar iż-żoni tal-parkeġġ u tal-merkanti, sar bosta titjib dan l-aħħar, b'mod partikolari fis-santwarju ta' El Rosario. Dan jinkludi mogħdijiet ċari minn fejn wieħed għandu jimxi, il-preżenza ta' uffiċjali tas-sigurtà u t-twettiq ta' rondi, u taraġ tal-ġebel jew tal-konkos f'postijiet weqfin biex ma jkunx hemm wisq erożjoni. Il-mogħdijiet għaż-żwiemel ġew eliminati wkoll minħabba l-erożjoni. Żewġ żoni oħra biss għandhom xi faċilitajiet. F'Sierra Chincua hemm faċilità tar-riċerka ddedikata lill-friefet monarki u serra għall-isforzi ta' afforestazzjoni mill-ġdid. F'Cerro El Companario hemm faċilitajiet għat-turiżmu. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Messiku Insetti
28851
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mu%C5%BCew%20ta%27%20Plantin-Moretus
Mużew ta' Plantin-Moretus
Il-Mużew ta' Plantin-Moretus (bl-Olandiż: Plantin-Moretusmuseum) huwa mużew tal-istampar f'Anversa, il-Belġju, li jiffoka fuq ix-xogħol tal-istampaturi tas-seklu 16 Christophe Plantin u Jan Moretus. Il-mużew jinsab fl-eks residenza u stabbiliment tal-istampar tagħhom, l-Istamperija ta' Plantin, fil-Vrijdagmarkt (is-Suq tal-Ġimgħa) f'Anversa, u ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005. Storja Il-kumpanija tal-istampar ġiet stabbilita fis-seklu 16 minn Christophe Plantin, li kiseb it-tipi mill-produtturi ewlenin tat-tipi ta' dak iż-żmien f'Pariġi, Franza. Plantin kien figura ewlenija fl-istampar kontemporanju b'interessi fl-umaniżmu; il-Bibbja Poliglotta tiegħu ta' tmien volumi b'testi bl-Ebrajk, bl-Aramajk, bil-Grieg u bis-Sirjan kienet waħda mill-iżjed produzzjonijiet kumplessi ta' dak il-perjodu. Plantin issa huwa ssuspettat li mill-inqas kien relatat ma' membri ta' gruppi eretiċi magħrufa bħala l-Familisti, u dan jaf wasslu biex iqatta' ż-żmien fl-eżilju f'art twelidu fi Franza. Wara l-mewt ta' Plantin, is-sjieda tal-kumpanija għaddiet għand ibnu tar-rispett Jan Moretus. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-istampar iddisponew mill-kollezzjonijiet tagħhom ta' tipi antiki fis-sekli 18 u 19 b'rispons għal bidla fil-gosti, il-kumpanija ta' Plantin-Moretus "b'mod devot ippreservat il-kollezzjoni tal-fundatur tagħha". Erba' nisa ħadu ħsieb l-amministrazzjoni tal-istamperija tal-familja ta' Plantin-Moretus matul is-sekli 16, 17 u 18: Martina Plantin, Anna Goos, Anna Maria de Neuf u Maria Theresia Borrekens. Fl-1876 Edward Moretus bigħ il-kumpanija lill-belt ta' Anversa. Sena wara l-pubbliku seta' jżur il-kwartieri tal-għajxien tagħha kif ukoll it-tagħmir antik tal-istamperija. Il-kollezzjoni ntużat b'mod estensiv għar-riċerka, mill-istoriċi H. D. L. Vervliet, Mike Parker u Harry Carter. Iben Carter, Matthew, iktar 'il quddiem iddeskriva din ir-riċerka bħala daqqa t'id biex jintwera "li l-ifjen kollezzjoni ta' tipi tal-istampar prodotti fl-epoka tad-deheb tat-tipografija kienet tinsab f'kundizzjoni perfetta (apparti xi ftit diżordni) flimkien mar-rakkonti u mal-inventarji ta' Plantin li saħansitra jelenka min qata' t-tipi tiegħu". Sit ta' Wirt Dinji Fl-2002 il-mużew ġie nnominat bħala sit indikattiv sabiex isir Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u fl-2005 ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-Mużew ta' Plantin-Moretus għandu kollezzjoni eċċezzjonali ta' materjal tipografiku. Mhux biss fih tnejn mill-eqdem stamperiji fid-dinja u settijiet kompluti ta' forom u ta' matriċi, talli fih librerija estensiva, tiżjin rikk fuq ġewwa u l-arkivji kollha tan-negozju ta' Plantin, li tniżżlu fir-Reġistru tal-Programm Memorja tad-Dinja tal-UNESCO fl-2001 bħala rikonoxximent tal-importanza storika tagħhom. Il-valur universali straordinarju tal-Mużew ta' Plantin-Moretus ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Kollezzjoni Bibbja b'ħames lingwi: Biblia Polyglotta (1568-1573); it-teżawru Teutoniae Linguae ta' Cornelis Kiliaan; ktieb tal-ġeografija: Theatrum Orbis Terrarum ta' Abraham Ortelius; ktieb li jiddeskrivi l-ħxejjex aromatiċi: Cruydeboeck ta' Rembert Dodoens; ktieb tal-astronomija ta' Andreas Vesalius u Joannes Valverde; ktieb dwar in-numri deċimali ta' Simon Stevin; Bibbja ta' 36 vers; pitturi u tpinġijiet ta' Peter Paul Rubens; l-istudju tal-umanist Justus Lipsius u ħafna mix-xogħlijiet tiegħu; uħid mill-materjali li ntużaw mid-disinjatur tat-tipa u l-istampatur Franċiż Robert Granjon. Biblijografija Voet, Leon (1969), The Golden Compasses: a history and evaluation of the printing and publishing activities of the Officina Plantiniana at Antwerp. Vol. 1, Christopher Plantin and the Moretuses: their lives and their world, Amsterdam: Vangendt & Co. London: Routledge & Kegan Paul, ISBN 0710064667. Voet, Leon; Kaye, Raymond H. (1972), The Golden Compasses: a history and evaluation of the printing and publishing activities of the Officina Plantiniana at Antwerp. Vol.2 The management of a printing and publishing house in Renaissance and Baroque, Amsterdam: Vangendt & Co. London: Routledge & Kegan Paul, ISBN 0839000049. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Mużewijiet Belġju
28855
https://mt.wikipedia.org/wiki/Br%C3%BA%20na%20B%C3%B3inne
Brú na Bóinne
Brú na Bóinne (pronunzja bl-Irlandiż: [ˈbˠɾˠuː n̪ˠə ˈbˠoːn̠ʲə]; li litteralment tfisser "Palazz ta' Boyne" jew aħjar "Wied ta' Boyne") jew l-oqbra tal-Wied ta' Boyne, hija żona fil-Kontea ta' Meath, l-Irlanda, li tinsab f'lilwa tax-xmara Boyne. Fiha wieħed mill-iżjed pajsaġġi preistoriċi importanti fid-dinja li jmur lura għan-Neolitiku. Tinkludi l-oqbra megalitiċi tal-passaġġ il-kbir ta' Knowth, Newgrange u Dowth, kif ukoll xi 90 monument addizzjonali. Il-kultura arkeoloġika assoċjata ma' dawn is-siti tissejjaħ il-"kultura ta' Boyne". Brú na Bóinne ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1993 bit-titlu "Brú na Bóinne - Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa ta' Boyne". Pożizzjoni Iż-żona tinsab tmien kilometri fil-Punent ta' Drogheda fil-Kontea ta' Meath, Irlanda, f'lilwa tax-xmara Boyne. Tinsab madwar 40 kilometru fit-Tramuntana ta' Dublin. Brú na Bóinne hija mdawra fuq in-naħat tan-Nofsinhar, tal-Punent u tal-Lvant bix-xmara Boyne; barra minn hekk, tributarju żgħir tax-xmara Boyne, ix-xmara Mattock, tnixxi tul it-tarf tat-Tramuntana, u kważi tiċċirkonda għalkollox lil Brú na Bóinne bl-ilma. Kollha ħlief tnejn mis-siti preistoriċi jinsabu fuq din il-peniżola tax-xmara. Deskrizzjoni Iż-żona kienet ċentru ta' insedjament uman għal mill-inqas 6,000 sena, iżda l-istrutturi ewlenin imorru lura għal madwar 5,000 sena ilu, mill-perjodu Neolitiku. Is-sit huwa kumpless ta' tumbati Neolitiċi, oqbra bil-kompartimenti, ħaġar wieqaf, ċrieki magħmula bil-ħaġar, u strutturi preistoriċi oħrajn, uħud saħansitra mill-35-32 Q.K. Is-sit huwa iktar antik mill-piramidi Eġizzjani u nbena b'sofistikazzjoni u b'għarfien dwar ix-xjenza u l-astronomija, xi ħaġa li toħroġ fid-dieher fil-passaġġ tal-qabar ta' Newgrange. Is-sit ikopri 780 ettaru (1,927 akru) u fih madwar 40 qabar b'passaġġ, kif ukoll siti preistoriċi oħra u strutturi li nbnew wara. Il-maġġoranza tal-monumenti huma kkonċentrati fuq in-naħa tat-Tramuntana tax-xmara. L-iżjed siti magħrufa fi ħdan il-Brú na Bóinne huma l-oqbra bil-passaġġi ta' Newgrange, ta' Knowth u ta' Dowth, kollha kemm hu magħrufa għall-kollezzjonijiet tagħhom ta' arti megalitika. Kull wieħed minn dawn is-siti jinsab fuq roqgħa tal-lilwa tax-xmara u tnejn mill-oqbra, Knowth u Newgrange, milli jidher għandhom ħaġriet li ntużaw mill-ġdid minn xi monument preċedenti fis-sit stess. Newgrange hija t-tumbata ċentrali taċ-ċimiterju ta' oqbra bil-passaġġi tal-Wied ta' Boyne. It-tumbata ċirkolari b'kompartiment funebri b'għamla ta' salib, għandu dijametru ta' iktar minn 100 metru. Knowth u Dowth għandhom daqs paragunabbli. Ma hemmx evidenza fil-post ta' attività preċedenti, għajr għal xi sejbiet ta' għodod taż-żnied li tħallew minn xi kaċċaturi Mesolitiċi. L-oqbra bil-passaġġi nbnew għall-ħabta tat-3,300 Q.K. u x-xogħol tal-kostruzzjoni waqaf ħesrem għall-ħabta tal-2,900 Q.K. L-ikbar tliet oqbra ta' Newgrange, Knowth u Dowth jaf inbnew b'tali mod li jkunu viżibbli minn xulxin u minn approċċi fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tul ix-xmara Boyne, bħala parti minn skema biex "l-elementi individwali preċedenti taċ-ċimiterju estiż tal-oqbra bil-passaġġi jingħataw konfigurazzjoni kollettiva preistorika ferm iktar definita". Iż-żona baqgħet tintuża għall-abitazzjoni u għar-ritwali sa Żmien il-Bronż bikri, u matul dan iż-żmien inbnew ċrieki bil-pilastri tal-injam, b'foss u bit-tumbati (imsejħa kollettivament "henges"). L-artefatti minn Żmien il-Bronż aħħari jispikkaw inqas: oqbra b'foss għamla ta' ċirku u tumbati maħruqa. Għal Żmien il-Ħadid hemm evidenza biss ta' attività sporadika, bħal xi oqbra ħdejn Knowth u Rosnaree. Oġġetti ta' valur minn żmien ir-Rumani, bħal muniti u ġojjellerija, li kienu jingħataw bħala offerti nstabu ħdejn Newgrange. Bosta siti u strutturi megalitiċi oħra ġew identifikati fi ħdan il-lilwa tax-xmara Boyne u ngħataw deżinjazzjonijiet sempliċi b'ittri differenti, bħall-Istrutturi M. Apparti t-tliet oqbra l-kbar, diversi siti ċerimonjali oħra jikkostitwixxu l-kumpless, inkluż: il-henge ta' Cloghalea; il-qabar bil-passaġġ ta' Townleyhall; il-henge u l-għadira ritwali ta' Monknewtown; il-cursus ta' Newgrange. Allinjamenti astronomiċi Kull wieħed mit-tliet siti megalitiċi prinċipali għandu importanza arkeoastronomika sinifikanti. Newgrange u Dowth għandhom allinjament solari mas-solstizju tax-xitwa, filwaqt li Knowth huwa orjentat lejn l-ekwinozju tar-rebbiegħa u tal-ħarifa. Barra minn hekk, l-inħawi l-iktar fil-qrib tas-siti prinċipali ġew investigati għal allinjamenti possibbli oħra. Il-konfigurazzjoni u d-disinn tal-kumpless ta' Brú na Bóinne tul il-wied ġew studjati wkoll għall-importanza astronomika tagħhom. Sit ta' Wirt Dinji Is-sit Brú na Bóinne - il-Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa ta' Boyne ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Ċentru għall-viżitaturi Kull aċċess għal Newgrange u Knowth isir biss permezz ta' żjara gwidata, b'tours li jibdew miċ-Ċentru għall-Viżitaturi, li nfetaħ fl-1997 f'Donore, il-Kontea ta' Meath. Iċ-ċentru turistiku għall-viżitaturi jinsab fuq in-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara Boyne, u s-sit storiku jinsab fuq in-naħa tat-Tramuntana tax-xmara u jiġi aċċessat permezz ta' karozza tal-linja privata flimkien mal-gwida tat-tour. Aċċess bit-trasport pubbliku Ir-rotta 163 tal-Bus Éireann topera bejn Drogheda u ċ-Ċentru għall-Viżitaturi ta' Brú na Bóinne u tgħaddi minn Donore. L-eqreb stazzjon ferrovjarju huwa l-istazzjon ferrovjarju ta' Drogheda li jinsab madwar disa' kilometri 'l bogħod. Biblijografija Lewis-Williams, D. and Pearce, D., Inside the Neolithic Mind, Thames and Hudson, Londra, 2005, ISBN 0-500-05138-0 O'Kelly, M. J., Newgrange: archaeology, art, and legend, Londra: Thames and Hudson, Ltd., 1982. Stout, Geraldine, Newgrange and the Bend of the Boyne, 2002, Cork University Press, ISBN 1859183417, 9781859183410. Referenzi Siti arkeoloġiċi Preistorja Siti ta' Wirt Dinji Irlanda Widien Oqbra
28856
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hewlett-Packard
Hewlett-Packard
Il-Hewlett-Packard Company, magħrufha fil-qasir bħala Hewlett-Packard jew HP, kienet kumpanija multinazzjonali tal-informatika Amerikana. Fundata fl-1939 minn Bill Hewlett u David Packard, il-kumpanija kienet tipprovdi varjetà ta' komponenti tal-ħardwer kif ukoll servizzi ta' softwer lill-konsumaturi. Ħoloq esterni Kumpaniji tal-Istati Uniti
28857
https://mt.wikipedia.org/wiki/Interlingua
Interlingua
L-Interlingua (kodiċijiet tal-lingwa ISO 639 ia, ina) hija lingwa internazzjonali awżiljari (IAL) żviluppata bejn l-1937 u l-1951 mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Lingwa Awżiljarja Amerikana (IALA). Tikklassifika fost l-IALs l-aktar użati u hija l-lingwa awżiljarja internazzjonali naturalistika l-aktar użata – fi kliem ieħor, dawk l-IALs li l-vokabularju, il-grammatika u karatteristiċi oħra tagħhom huma derivati minn lingwi naturali, aktar milli jkunu ppjanati ċentralment. Il-letteratura tal-Interlingua ssostni li (bil-miktub) l-Interlingua tinftiehem mill-mijiet ta' miljuni ta' nies li jitkellmu lingwi Rumanzi, għalkemm hija mitkellma b'mod attiv minn ftit mijiet biss. Links esterni Websajt uffiċjali Lingwi Internazzjonali Awżiljari
28858
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kastelli%20ta%27%20Augustusburg%20u%20Falkenlust%20fi%20Br%C3%BChl
Kastelli ta' Augustusburg u Falkenlust fi Brühl
Il-Kastelli ta' Augustusburg u Falkenlust fi Brühl jiffurmaw kumpless ta' binjiet storiċi fi Brühl, Nord Rhein-Westfalen, il-Ġermanja. Il-binjiet huma kkollegati permezz ta' ġonna spazjużi u s-siġar tax-Schlosspark. Mibnija fil-bidu tas-seklu 18, il-kastelli u l-ġonna tal-madwar jitqiesu bħala kapulavuri tal-arkitettura tar-Rokokò bikri u fl-1984 ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-Kastell ta' Augustusburg (bil-Ġermaniż: Schloss Augustusburg) u l-parks tiegħu jintużaw ukoll għall-Kunċerti tal-Kastelli ta' Brühl. Storja Il-Kastell ta' Augustusburg inbena fuq il-pedamenti ta' kastell Medjevali fl-1725. Ġie ppjanat u ffinanzjat mill-Arċisqof-Elettur ta' Köln, Clemens August tal-Bavarja tal-familja Wittelsbach, u ddisinjat mill-arkitetti Johann Conrad Schlaun u François de Cuvilliés. Ftit wara, François de Cuvilliés iddisinja l-loġġa tal-kaċċa ta' Falkenlust lejn ix-Xlokk biex Clemens August seta' jipprattika l-falkunerija, u l-loġġa nbniet mill-1729 sal-1740. Il-ġonna elaborati madwar il-Kastell ta' Augustusburg ġew iddisinjati minn Dominique Girard. Ġie ddisinjat ukoll parterre elaborat għal żona fin-Nofsinhar tal-kastelli, iżda ġiet ristrutturata minn Peter Joseph Lenné fis-seklu 19 u mibdula fi ġnien pajsaġġistiku. It-tentattivi ta' rinnovazzjoni taż-żona kienu diffiċli, minħabba li ma tantx kien hemm disponibbiltà tal-materjal sors. Minn ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-1994, il-Kastell ta' Augustusburg intuża bħala sala ta' riċeviment għall-mistednin tal-istat mill-President Ġermaniż, peress li mhuwiex 'il bogħod minn Bonn, li kienet il-belt kapitali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dak iż-żmien. Deskrizzjoni Il-kumpless tal-kastelli jikkonsisti mill-Kastell ta' Augustusburg u l-loġġa tal-kaċċa iżgħar ta' Falkenlust li tinsab bejn wieħed u ieħor mil 'il bogħod lejn ix-Xlokk. Il-blokka prinċipali tal-Kastell ta' Augustusburg hija binja b'għamla tal-ittra U bi tliet sulari ewlenin u żewġ livelli ta' attiċi. It-tliet sulari huma magħmula bil-brikks u miksija bit-tkaħħil. Żewġ għelieqi bis-siġar tal-larinġ jinsabu maġenb il-binja prinċipali fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. It-taraġ prinċipali mill-isbaħ ġie ddisinjat minn Johann Balthasar Neumann u huwa magħmul mill-irħam, mid-djaspru u mill-istukko elaborat. Il-ġnien prinċipali direttament fin-Nofsinhar tal-Kastell ta' Augustusburg huwa parterre kumpless qisu rakkmu, b'erba' funtani u vaska li tirrifletti, b'mogħdijiet bis-siġar tal-ixkomp. Hemm mogħdija minnhom li tgħaddi djagonalment lejn in-Nofsinhar minn dan il-ġnien sal-loġġa tal-kaċċa ta' Falkenlust. Il-loġġa tal-kaċċa ta' Falkenlust inbniet bl-istil ta' dar tal-villeġġjaturi, u ġiet ispirata mil-loġġa tal-kaċċa ta' Amalienburg fil-park tal-Palazz ta' Nymphenburg fi Munich. Il-binja prinċipali fiha żewġ sulari, u maġenbha żewġ binjiet oħra ta' sular kull wieħed li kienu jospitaw il-falkuni tal-arċisqof-elettur. Fil-pjan terran hemm ukoll salott ovali. Sit ta' Wirt Dinji Il-Kastelli ta' Augustusburg u Falkenlust fi Brühl ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1984. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Biblijografija Paul Clemen: Die Kunstdenkmäler der Rheinprovinz: Der Landkreis Köln. Düsseldorf 1897, S. 79–111. (Düsseldorf 1983, ISBN 3-590-32118-0.) Wilfried Hansmann: Schloss Augustusburg zu Brühl. (= Rheinische Kunststätten, Heft 23.) 6. veränderte Auflage, Rheinischer Verein für Denkmalpflege und Heimatschutz, Neuss 1990. Wilfried Hansmann: Das Jagdschloss Falkenlust zu Brühl. (= Rheinische Kunststätten, Heft 149.) 6. neubearbeitete Auflage, Rheinischer Verein für Denkmalpflege und Heimatschutz, Neuss 1990. Bernd Löhmann: Ein Garten für König und Volk. Peter Joseph Lenné und der Brühler Schloßgarten. Rheinischer Verein für Denkmalpflege und Landschaftsschutz, Köln 2000, ISBN 3-88094-861-5. Wilfried Hansmann: Die Schlösser Augustusburg und Falkenlust in Brühl. Wernersche Verlagsgesellschaft, Worms 2002: Band 1: Schloss Augustusburg in Brühl: Hardcover: ISBN 978-3-88462-188-2, Paperback: ISBN 978-3-88462-515-6; Band 2: Schloss Falkenlust in Brühl: Hardcover: ISBN 978-3-88462-189-9, Paperback: ISBN 978-3-88462-516-3. Wilfried Hansmann: Carlo Carlone. Gemälde und Farbskizzen in Schloss Augustusburg zu Brühl. Verwaltung Schloss Brühl, Brühl 2004. Wilfried Hansmann, Wilhelm Joliet: „Viel Tausend Vergnügen“ mit Falken und Reihern. Die Rotterdamer Fliesen und Fliesentableaus in Schloss Falkenlust zu Brühl. Verwaltung Schloss Brühl, Brühl 2004. Wilfried Hansmann, Marc Jumpers, Holger Kempkens, Christiane Winkler: Schloss Augustusburg in Brühl. Deutscher Kunstverlag, Münich / Berlin 2010, ISBN 978-3-422-02265-2. Frank Kretzschmar, Susanne Carp, Susanne Conrad, Martin Hammer: Die Brühler Schlösser und Parkanlagen. Pflege, Restaurierung und Erkenntnisse 1999-2014. (= Arbeitsheft der rheinischen Denkmalpflege, Band 82.) Worms 2016. ISBN 978-3-88462-365-7. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Kastelli Ġermanja
28859
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hideki%20Shirakawa
Hideki Shirakawa
Hideki Shirakawa (bil-Ġappuniż: 白川 英樹, Shirakawa Hideki, twieled fl-20 ta' Awwissu 1936) huwa kimiku, inġinier u Professur Emeritu Ġappuniż tal-Università ta' Tsukuba, il-Ġappun, u tal-Università ta' Zhejiang, iċ-Ċina. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta li għamel tal-polimeri konduttivi. Huwa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika b'mod konġunt flimkien ma' Alan MacDiarmid u Alan Heeger. Ħajja bikrija u edukazzjoni Hideki Shirakawa twieled f'Tokjo, il-Ġappun, u kien it-tieni iben ta' tabib militari. Huwa kellu ħuh ikbar minnu u ieħor iżgħar minnu, u oħtu. Iċ-ċampjin Olimpiku tal-maratoni Naoko Takahashi hija s-sekondokuġina tiegħu. Huwa għex f'Manchukuo u f'Taiwan fi tfulitu. Għall-ħabta tat-tielet sena tal-iskola primarja, huwa ttrasferixxa ruħu lejn Takayama, Gifu, li huwa raħal twelid ommu. Shirakawa ggradwa mill-Istitut tat-Teknoloġija ta' Tokjo (Tokyo Tech) b'baċellerat fl-inġinerija kimika fl-1961, u għamel id-dottorat tiegħu fl-1966. Imbagħad, huwa kiseb il-kariga ta' assistent fil-Laboratorju tar-Riżorsi Kimiċi f'Tokyo Tech. Karriera Meta kien impjegat bħala assistent fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' Tokjo (Tokyo Tech) fil-Ġappun, Shirakawa żviluppa l-poliaċetilen, li għandu dehra metallika. Dan ir-riżultat interessa lil Alan MacDiarmid meta MacDiarmid żar lil Tokyo Tech fl-1975. Fl-1976, huwa ġie mistieden jaħdem fil-laboratorju ta' Alan MacDiarmid bħala membru postdottorali fl-Università ta' Pennsylvania, l-Istati Uniti. Flimkien huma żviluppaw il-konduttività elettrika tal-poliaċetilen flimkien mal-fiżiku Amerikan Alan Heeger. Fl-1977 skoprew li d-doping bil-fwar tal-jodju seta' jtejjeb il-konduttività tal-poliaċetilen. It-tliet xjenzati ngħataw il-Premju Nobel għall-Kimika fis-sena 2000 bħala rikonoxximent għall-iskoperta tagħhom. Fir-rigward tal-mekkaniżmu tal-konduttività elettrika, huwa maħsub li l-eċċitamenti nonlineari fil-forma ta' solitoni għandhom rwol importanti. Fl-1979, Shirakawa sar assistent professur fl-Università ta' Tsukuba; tliet snin wara, avvanza għal professur. Fl-1991 inħatar bħala l-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza u l-Inġinerija tal-Università ta' Tsukuba (sa Marzu 1993), u bħala l-Kap tal-Grupp tal-Kategorija 3 ta' Tsukuba (sa Marzu 1997). Premju Nobel Shirakawa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika fis-sena 2000 flimkien mal-professur tal-fiżika Alan J. Heeger u mal-professur tal-kimika Alan G. MacDiarmid tal-Università ta' Pennsylvania, "għall-iskoperta u għall-iżvilupp tal-polimeri konduttivi". Huwa sar ukoll l-ewwel rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel li ma ggradwax minn waħda mis-seba' universitajiet nazzjonali u t-tieni rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel għall-Kimika. Matul is-snin, Shirakawa stqarr li ma jridx il-Premju Nobel sabiex ma jingħatax trattament daqstant speċjali mill-mezzi tax-xandir tal-massa (speċjalment il-mezzi tax-xandir Ġappuniżi). Huwa jittama li bosta oqsma vitali li mhumiex parti mill-kategoriji tal-Premju Nobel isiru magħrufa iktar ukoll. Rikonoxximenti 1983 – il-Premju tas-Soċjetà tax-Xjenza tal-Polimeri, il-Ġappun 2000 – il-Premju SPSJ għal Kisba Straordinarja fix-Xjenza tal-Polimeri u t-Teknoloġija 2000 – il-Premju Nobel għall-Kimika 2000 – l-Ordni tal-Kultura u r-rikonoxximent bħala Persuna ta' Mertu Kulturali 2000 – Professur Emeritu tal-Università ta' Tsukuba 2001 – il-Premju Speċjali tas-Soċjetà Kimika tal-Ġappun 2001 – Membru tal-Akkademja tal-Ġappun 2006 – Professur Emeritu tal-Università ta' Zhejiang, iċ-Ċina. Qrabat Wieħed mill-qrabat tiegħu, Hitomi Yoshizawa, huwa membru tal-grupp tal-kant Morning Musume Morning Girls. Huwa jiġu wkoll minn Naoko Takahashi, ir-rebbieħa tal-medalja tad-deheb tal-maratoni tan-nisa tal-Logħob Olimpiku tas-Sajf tas-sena 2000. Kwistjonijiet pubbliċi Fis-6 ta' Diċembru 2013, il-Kamra tal-Kunsilliera tal-Ġappun approvat l-abbozz dwar il-Liġi tas-Segretezza tal-Istat. Shirakawa u r-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika Toshihide Maskawa ħarġu stqarrija fejn qalu li l-liġi:"thedded il-prinċipji paċifisti u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem stabbilit fil-kostituzzjoni u għandha tiġi rrifjutata minnufih... Anke fi żminijiet diffiċli, il-protezzjoni tal-libertà tal-istampa, tal-ħsieb u tal-espressjoni, u tar-riċerka akkademika hija indispensabbli". Referenzi Nies ħajjin Twieldu fl-1936 Xjenzati Kimika
28860
https://mt.wikipedia.org/wiki/Blagoje%20Marjanovi%C4%87
Blagoje Marjanović
Blagoje "Moša" Marjanović (twieled fid-9 ta' Settembru 1907 – miet fl-1 ta' Ottubru 1984) kien plejer u kowċ tal-futbol Jugożlav. Bijografija Marjanović lagħab ma' BSK Beograd bejn l-1926 u l-1939 fejn rebaħ ħames kampjonati u fi tlieta minnhom spiċċa bħala l-aqwa skorer. Mat-tim nazzjonali Jugożlav iddebutta fit-28 ta' Ġunju 1926 f'logħba ta' ħbiberija mitlufa kontra ċ-Ċekoslovakkja li ntlagħbet f'Żagreb. L-ewwel gowls tiegħu man-nazzjonal wasal fil-15 ta' Mejju 1927, b'doppjetta kontra l-Bulgarija. Matul il-karriera internazzjonali skorja 37 gowl fi 58 logħba, li kien rekord mhux mittiefes sakemm Stjepan Bobek skorja 38 gowl fi 63 logħba. Hu ħa sehem fl-Olimpjadi tal-1928 li saru f'Amsterdam u fl-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj. F'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja l-Jugożavlja spiċċat semifinalista u Marjanović ħalla l-marka b'gowl kontra l-Bolivja. Mar-ritorn tiegħu mill-Amerika t'Isfel, hu u Aleksandar Tirnanić saru l-ewwel plejers tal-futbol professjonali fil-Jugożlavja. Il-karriera tiegħu bħala kowċ l-ewwel bidet ma' Proleter Osijek, imbagħad ingħaqad ma' OFK Beograd fejn magħhom rebaħ it-tazza nazzjonali fl-1955. Fl-1956 serva bħala kowċ fil-kampjonat Taljan, l-ewwel ma' Torino u sena wara ma' Catania. Wara logħba fl-1961, Moša sofra puplesija u qatt ma seta' jitkellem iktar u n-naħa leminija ta' ġismu kienet paralizzata. Hu miet fl-1984. Unuri Plejer Klabb SK Jugoslavija Prva Liga: 1924 BSK Beograd Prva Liga: 1930–31, 1932–33, 1934–35, 1935–36, 1938–39 Tazza Jugożlava: 1934 Internazzjonali Jugożlavja Tazza tal-Balkani: 1934–35, 1935 Kowċ BSK Beograd Tazza Jugożlava: 1955 Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1907 Mietu fl-1984 Futbolers Jugożlavi
28861
https://mt.wikipedia.org/wiki/Changdeokgung
Changdeokgung
Changdeokgung (bil-Hangul: 창덕궁, bil-Hanja: 昌德宮; litteralment, "il-Palazz tal-Virtà tal-Prosperità"), magħruf ukoll bħala l-Palazz ta' Changdeokgung jew il-Palazz ta' Changdeok, huwa stabbilit fi ħdan park kbir fid-Distrett ta' Jongno, f'Seoul, il-Korea t'Isfel. Huwa wieħed mill-"Ħames Palazzi Grandjużi" li nbnew mir-rejiet tad-dinastija Joseon (1392-1897). Peress li jinsab fil-Lvant tal-Palazz ta' Gyeongbok, Changdeokgung — flimkien ma' Changgyeonggung — ġieli jissejjaħ ukoll il-"Palazz tal-Lvant" (동궐, 東闕, Donggwol). Changdeokgung kien l-iżjed palazz favorit ta' bosta rejiet tad-dinastija Joseon u ppreserva ħafna elementi li jmorru lura għal żmien it-Tliet Renji tal-Korea li ma ġewx inkorporati fil-Palazz ta' Gyeongbokgung li hu iktar kontemporanju. Wieħed minn dawn l-elementi huwa l-fatt li l-binjiet ta' Changdeokgung donnhom saru ħaġa waħda mat-topografija naturali tas-sit minflok ma jimponu ruħhom fuqha. Bħall-Palazzi Grandjużi l-oħra f'Seoul, Changdeokgung ġarrab ħsarat estensivi matul l-okkupazzjoni Ġappuniża tal-Korea (1910-1945). Attwalment, madwar 30 % biss mill-istrutturi pre-Ġappuniżi tal-Kumpless tal-Palazz tal-Lvant (Changdeokgung flimkien ma' Changgyeonggung) għadhom jeżistu. Storja Changdeokgung kien it-tieni palazz wara Gyeongbokgung li kien ġie stabbilit fl-1395 bħala l-palazz primarju. Qalb it-taqbid għat-tron bejn il-prinċpijiet u l-vassalli, l-awtorità ta' Gyeongbokgung tnawwret. Ir-Re Jeongjong inkurunat mill-Prinċep Jeong-an (Yi Bang-won, li iktar 'il quddiem sar ir-Re Taejong) ċaqlaq il-belt kapitali lejn Gaegyeong tad-dinastija Goryeo, mill-ġdid fl-1400 bil-pretest li kellha karatteristiċi ġeografiċi superjuri, mentri fil-fatt ried jaħrab it-taqbid għall-poter. Ir-Re Taejong (Yi Bang-won) ftit wara li laħaq fuq it-tron irritorna lejn Hanseong (illum il-ġurnata Seoul) u ordna palazz ġdid imsejjaħ Changdeokgung minflok Gyeongbokgung peress li kien qatel l-aħwa tar-rispett tiegħu f'Gyeongbokgung u għaliex il-kostruzzjoni ta' dak il-palazz kienet saret minn Jeong Do-jeon, li kien rivali tar-re. Il-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Changdeok bdiet fl-1405 u tlestiet fl-1412. Ir-Re Seonjo kabbar l-artijiet tal-palazz b'madwar 500,000 metru kwadru u inkluda huwon. Il-palazz ħa n-nar u nqered matul l-invażjoni Ġappuniża fl-1592 u ġie rikostruwit fl-1609 mir-Re Seonjo u mir-Re Gwanghaegun. Il-palazz reġa' ħa n-nar u nqered mill-ġdid fl-1623 minħabba rewwixta politika tar-Re Injo kontra Gwanghaegun. Il-palazz ġie attakkat ukoll mill-Manchu Qing iżda matul l-istorja kollha tiegħu ta' rikostruzzjoni u ta' tiswijiet baqa' leali għad-disinn oriġinali tiegħu. Changdeokgung kien is-sit tal-qorti rjali u s-sede tal-gvern sal-1868, meta reġa' nbena Gyeongbokgung. L-aħħar imperatur tal-Korea, Sunjong, għex hemmhekk sa mewtu fl-1926. Partijiet mill-palazz (b'mod partikolari s-sala ta' Nakseon-jae) baqgħu jiffunzjonaw bħala residenza rjali sal-1989, meta kemm il-Prinċipessa Deokhye kif ukoll il-Prinċipessa Eredi Bangja mietu. Residenti oħra wara t-Tieni Gwerra Dinjija kienu jinkludu lill-Imperatriċi Sunjeong (it-tieni mara ta' Sunjong), il-Prinċep Eredi Yi Un, ibnu Yi Gu u l-mara ta' Yi Gu, Julia Mullock. Madankollu, ir-residenza fil-palazz fil-perjodu ta' wara l-gwerra kienet tiġi permessa b'mod arbitrarju mill-mexxejja repubblikani, u wara l-liberazzjoni Koreana fl-1945, kien hemm bżonn tar-riżenja ta' Rhee Syngman qabel ma l-eks membri tal-familja imperjali tħallew jerġgħu jgħixu fil-palazz. Illum il-ġurnata fadal 13-il binja fl-artijiet tal-palazz u 28 paviljun fil-ġonna, li jokkupaw 110 akri (45 ettaru) b'kollox. Iż-żona ġiet iddeżinjata bħala s-Sit Storiku Nru 122. Fost il-binjiet notevoli hemm Donhwamun (li nbniet fl-1412 u ġiet rikostruwita fl-1607, b'qanpiena tar-ram li tiżen tmien tunnellati metriċi), Injeongjeon (is-sala prinċipali), Seongjeongjeon (l-uffiċju awżiljarju fis-sala prinċipali), Huijeongdang (ir-residenza privata tar-re, li iktar 'il quddiem intużat bħala sala tal-konferenzi), Daejojeon (il-kwartieri tal-għajxien) u Nakseon-jae. Strutturi Il-palazz inbena bejn il-Quċċata ta' Maebong tal-Għolja Bugaksan fuq wara u x-xmara Geumcheon fuq quddiem, skont l-influwenza tal-prinċipju "baesanimsu" (배산임수, litteralment "dahrek mal-għolja, wiċċek lejn l-ilma") fit-teorija tal-Feng Shui. Kuntrarjament għal Gyeongbokgung, fejn il-binjiet prinċipali huma rranġati bir-reqqa skont prinċipju arkitettoniku, madankollu, il-binjiet ta' Changdeokgung għandhom konfigurazzjoni iktar ħielsa mingħajr sistema regolari. Għalkemm l-istruttura tiegħu tidher bħala waħda kaotika mal-ewwel daqqa t'għajn, il-binjiet kollha jinsabu f'armonija mal-ambjent ta' madwarhom. Changdeokgung jikkonsisti minn żona governattiva (치조, 治朝, chijo) iċċentrata fuq Injeongjeon u Seonjeongjeon, iż-żona rjali privata (침전, 寢殿, chimjeon, li tfisser "dar tal-kamra tas-sodda tar-re"), iż-żona ta' Nakseonjae fil-Lvant, u huwon lil hinn mill-għoljiet tat-Tramuntana. Il-biċċa l-kbira tal-binjiet uffiċjali maġġuri bħal Injeongjeon, is-sala prinċipali ta' Changdeokgung, Seonjeongjeon, l-uffiċċju tar-re, u bosta mill-uffiċċji tal-gvern (궐내각사, 闕內各司, gwollaegaksa) jinsabu fil-partijiet ta' quddiem tal-palazz, u lil hinn minnhom hemm qorti privata għar-re u għar-reġina. Il-kwartieri tar-re bħal Seonjeongjeon, Huijeongdang u Nakseonjae huma mdawra b'bosta binjiet u qrati f'każ ta' xi attakk minn barra. L-istil arkitettoniku ta' Changdeokgung inġenerali huwa kkaratterizzat mis-sempliċità u mill-frugalità minħabba l-ideoloġija tal-Konfuċjaniżmu. Fost l-istrutturi ta' interess partikolari nsibu: Id-Daħla ta' Donhwamun – id-daħla prinċipali tal-palazz. Mibnija fl-1412, id-Daħla ta' Donhwamun hija struttura tal-injam qisha paviljun fuq żewġ sulari, u hija l-ikbar fost id-daħliet tal-palazz. Id-Daħla ta' Donhwamun ingħatat in-nar u nqerdet matul l-invażjoni Ġappuniża tal-1592 u ġiet irrestawrata fl-1608. Il-Pont ta' Geumcheongyo – l-eqdem pont li għadu jeżisti f'Seoul. Inbena fl-1411. Is-Sala ta' Injeongjeon (Teżor Nazzjonali) – is-sala tat-tron ta' Changdeokgung. Kienet tintuża għall-affarijiet statali ewlenin, inkluż l-inkurunazzjoni ta' re ġdid u l-akkoljenza ta' mibgħuta barranin. Oriġinarjament inbniet fl-1405 u ġiet rikostruwita fl-1610 wara li ngħatat in-nar matul l-invażjoni Ġappuniża tal-1592, u nbniet mill-ġdid għat-tielet darba fl-1804 wara li nqerdet minħabba nirien. Is-Sala ta' Seonjeongjeon – l-uffiċċju għall-uffiċjali tar-renju. Ir-re hawnhekk kien ikollu laqgħat ta' kuljum u seminars mal-ministri biex jirrapporta fuq l-affarijiet tal-istat. Is-Sala ta' Huijeongdang – oriġinarjament kienet is-sala tal-kamra tas-sodda ta-re,iżda mbagħad saret il-post tax-xogħol tiegħu wara li Seonjeongjeon tqieset żgħira wisq għat-twettiq tal-affarijiet statali ta' kuljum. Il-Huijeongdang oriġinali nqerdet min-nirien fl-1917. L-istruttura rikostruwita hija kompletament differenti mill-istruttura oriġinali minħabba influwenzi reċenti tal-Punent. Fuq ġewwa tal-binja wieħed jista' jara art tal-injam, twapet, twieqi tal-ħġieġ u kandelabri. Is-Sala ta' Daejojeon – ir-residenza uffiċjali tar-reġina. Inqerdet min-nirien fl-1917, u ġiet rikostruwita b'materjali meħuda minn Gyeongbokgung. Is-Sala ta' Daejojeon kienet tintuża bħala residenza għall-aħħar imperatriċi tad-dinastija Joseon, u b'hekk tagħtina ħjiel dwar l-aħħar snin tad-dinastija Joseon. Il-Paviljun ta' Juhamnu (Kyujanggak) – f'din iż-żona kien hemm il-libreriji rjali. L-eżamijiet statali kienu jsiru quddiem il-paviljun f'okkażjonijiet speċjali fil-preżenza tar-re. Ir-Residenza ta' Yeon-gyeongdang – mibnija fl-1827, kienet sala tal-udjenzi mmudellata fuq dar tipika tal-litterati. Huwon Wara l-palazz hemm huwon (후원, 後苑, jiġifieri "ġnien ta' wara") ta' 78 akru (32 ettaru) li oriġinarjament inbena għall-użu tal-familja rjali u n-nisa tal-palazz. Il-ġnien jinkorpora għadira bil-lotus, paviljuni, spazji pajsaġġistiċi bil-ħaxix, siġar u fjuri. Hemm iktar minn 26,000 eżemplar ta' mitt speċi differenti ta' siġar fil-ġnien u wħud mis-siġar wara l-palazz għandhom iktar minn 300 sena. Il-ġnien għall-użu privat tar-re kien jissejjaħ Geumwon (금원, 禁苑, jiġifieri "ġnien ipprojbit") peress li lanqas l-uffiċjali għoljin ma kienx jitħallew jidħlu mingħajr il-permess tar-re. Kien jissejjaħ ukoll Naewon (내원, 內苑, jiġifieri "ġnien intern"). Illum il-ġurnata l-Koreani spiss isejħulu Biwon (비원, 秘院, jiġifieri "ġnien sigriet"), isem li oriġina mill-uffiċċju bl-istess isem fl-aħħar tas-seklu 19. Għalkemm il-ġnien kellu bosta ismijiet oħra, l-iżjed wieħed li kien jintuża matul il-perjodu tad-dinastija Joseon kien "Huwon". F'Settembru 2012, il-paviljun ta' Buyongjeong fil-ġnien reġa' nfetaħ wara proġett ta' restawr li kien dam sena. Il-paviljun ġie rrestawrat abbażi tad-Donggwoldo mill-1820 u ġie ddeżinjat bħala t-Teżor Nazzjonali tal-Korea t'Isfel Nru 249. Varjetà ta' ċerimonji ospitati mir-re seħħew fil-Huwon. Fil-bidu tal-perjodu tad-dinastija Joseon, l-ispezzjonijiet militari li fihom kien jipparteċipa r-re spiss kienu jsiru hawnhekk. Ir-Re Sejo kien jordna lit-truppi jagħmlu parata jew jidhru quddiemu fil-ġnien. Barra minn hekk, kienu jsiru festi, tornej bil-qaws, u logħob tan-nar fil-Huwon. Iż-żona tal-Ongnyucheon (옥류천, 玉流川, jiġifieri "Nixxiegħa tal-Ġada") hija ta' interess partikolari. Fiha kanal tal-ilma b'għamla tal-ittra U li tħaffer fl-1636 biex it-tazzi tal-inbid jitħallew fih fuq wiċċ l-ilma. Fiha wkoll kaskata żgħira u poeżija mnaqqxa fuq il-ħaġra ta' fuqha. Iż-żona fiha wkoll ħames paviljuni żgħar. Sit ta' Wirt Dinji Il-Kumpless tal-Palazz ta' Changdeokgung ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO ddikjara li l-kumpless kien "eżempju straordinarju tal-arkitettura tal-palazzi u tad-disinn tal-ġonna tal-Lvant Imbiegħed" u kien eċċezzjonali minħabba li l-binjiet tiegħu huma "integrati u f'armonija mal-ambjent naturali ta' madwarhom" u adattati "għat-topografija bis-siġar indiġeni". Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Films Partijiet mill-palazz intużaw biex inġibed id-dramm Korean popolari ħafna Dae Jang Geum fl-ewwel deċennju tas-seklu 21. Avvenimenti Minn April sa Ottubru 2018, il-Palazz ta' Changdeok ospita ż-żjarat ta' billejl fil-palazz. Dawn iż-żjarat kienu avveniment speċjali fejn il-viżitaturi setgħu jesperjenzaw il-ħajja fil-palazz. Tipikament iż-żjarat kienu jdumu xi sagħtejn u kienu jibdew fid-Daħla ta' Donhwamun, id-daħla prinċipali ta' Changdeokgung, fit-8.00 ta' filgħaxija. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Palazzi Korea t'Isfel
28862
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Istati%20Uniti
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti jirrappreżenta lill-Istati Uniti fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Amerikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF. It-tim ipparteċipa fi ħdax-il Tazza tad-Dinja, inkluż l-ewwel edizzjoni tal-1930 fejn waslu sas-semifinali. Wara l-edizzjoni tal-1950, l-Istati Uniti ma reġgħux ikkwalifikaw sal-1990. L-edizzjoni tal-1994 ġiet ospitata mill-Istati Uniti għall-ewwel darba, f'kompetizzjoni li rathom jinqalgħu barra fir-rawnd tal-aħħar sittax mir-rebbieħa eventawali tal-Brażil. Minbarra kompetizzjonijiet internazzjonali, l-Istati Uniti tikkompeti wkoll f'kampjonati kontinentali fosthom il-CONCACAF Gold Cup, il-CONCACAF Nations League u l-Copa América. L-Amerikani rebħu seba' edizzjonijiet tal-Gold Cup u l-edizzjoni inawgurali tan-Nations League. Storja L-ewwel snin L-ewwel tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti ġie magħżul fl-1885 għal logħba kontra l-Kanada, fl-ewwel logħba internazzjonali li qatt intlagħbet barra r-Renju Unit; il-Kanada rebħu 1–0 lill-Istati Uniti. L-ewwel logħba uffiċjali waslet fl-20 ta' Awwissu 1916 kontra l-Iżvezja, li l-Amerikani rebħu 3–2. L-Istati Uniti ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Huma bdew b'rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju u wara rebħa oħra identika kontra l-Paragwaj, b'Bert Patenaude jiskorja l-ewwel tripletta fl-istorja tal-kompetizzjoni. Fis-semifinali, l-Amerikani tilfu kontra l-Arġentina 6–1. Minkejja li ma kienx hemm logħba għat-tielet post, il-FIFA tat lill-Istati Uniti t-tielet post minħabba differenza ta' gowls aħjar mill-Jugożlavja. Dan jibqa' l-aqwa riżultat qatt miksub mill-Istati Uniti, u l-aqwa wieħed għal tim nazzjonali barra l-Amerika t'Isfel u l-Ewropa. Fl-edizzjoni tal-1950 li saret fil-Brażil, l-Istati Uniti tilfu l-ewwel logħba 3–1 kontra Spanja, però b'sorpriża rebħu lill-Ingilterra b'gowl ta' Joe Gaetjens. Din ir-rebħa ta' 1–0 għadha kkunsidrata bħala fost l-ikbar diżappunti fl-istorja tal-kompetizzjoni. Eventwalment ġew eliminati miċ-Ċili. Din il-parteċipazzjoni kellha tkun l-aħħar waħda fit-Tazza tad-Dinja għal erba' deċennji. Is-snin disgħin It-tim nazzjonali fl-aħħar nofs tas-seklu 20 ftit li xejn kellu rilevanza fuq livell internazzjonali. Il-federazzjoni Amerikana wkoll sofriet minn problemi finanzjarji bit-tim nazzjonali jilgħab biss żewġ logħbiet bejn l-1981 u l-1983. L-unika xaqq ta' dawl kienet il-prestazzjoni fl-Olimpjadi tal-1984, fejn għalkemm ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, huma tilfu logħba waħda minn tlieta kontra l-favoriti tal-Italja. Fl-1988, il-FIFA għażlet lill-Istati Uniti sabiex jospitaw l-edizzjoni tal-1994 tat-Tazza tad-Dinja. Din qajment kritiika minħabba d-dgħjufija pperċepita tat-tim nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 b'rebħa ta' 1–0 kontra t-Trinidad u Tobago. Fl-ewwel dehra tagħhom wara erbgħin sena, l-Istati Uniti tilfu t-tliet logħbiet kontra ċ-Ċekoslovakkja, l-Italja u l-Awstrija. Għat-Tazza tad-Dinja tal-1994, li kkwalifikaw għaliha bħala l-ospiti, l-Istati Uniti ħarġu mill-grupp għall-ewwel darba mill-1930 wara rebħa kontra l-Kolombja, dro kontra l-Iżvizzera u telfa kontra r-Rumanija. Fil-fażi tal-aħħar sittax, l-Istati Uniti tilfu 1–0 kontra r-rebbieħa eventwali tal-Brażil. Fl-1995, it-tim Amerikan ġie mistieden għall-Copa América. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu liċ-Ċili u l-Arġentina biex għaddew għall-kwarti tal-finali. F'din il-fażi huma rebħu lill-Messiku bil-penalties sakemm tilfu 1–0 fis-semifinali kontra l-Brażil. Eventwalment huma kklassifikaw fir-raba' post wara li tilfu l-ispareġġ kontra l-Kolombja. Is-seklu 21 Fit-Tazza tad-Dinja tal-2002, taħt il-gwida ta' Bruce Arena, l-Istati Uniti laħqu l-kwarti tal-finali, li kienet l-ogħla pożizzjoni mill-edizzjoni tal-1930. Huma bdew b'rebħa sorpriża ta' 3–2 kontra l-Portugall, u wara ġabu dro kontra l-ospiti tal-Korea t'Isfel u telfa kontra l-Polonja. Huma spiċċaw it-tieni fil-grupp u fill-fażi tal-aħħar sittax iltaqgħu mal-qraba tal-Messiku, l-ewwel konfront bejniethom fit-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani rebħu 2–0 biex affaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti tal-finali, b'dawn tal-aħħar jirbħu b'gowl solitarju. Taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Bob Bradley, l-Istati Uniti ħadu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2009. Għall-ewwel darba huma waslu sal-finali ta' kompetizzjoni tal-irġiel tal-FIFA meta fis-semifinali għelbu lil Spanja 2–0, li dak iż-żmien kienet l-ewwel fil-klassifika tal-FIFA u kienet għadha ġejja minn 35 logħba mingħajr telfa. Fil-finali, minkejja li marru 2–0 minn fuq wara l-ewwel taqsima, il-Brażil għamlu rimonta biex rebħu t-titlu bi skor ta' 3–2. Għat-Tazza tad-Dinja tal-2010, l-Amerikani ġew imniżżla fi Grupp Ċ flimkien mal-Ingilterra, is-Slovenja u l-Alġerija. Wara żewġ dros kontra l-avversarji Ewropej, l-Istati Uniti ggarantixxu post fil-fażi ta' wara grazzi għar-rebħa ta' 1–0 kontra l-Alġerija, b'gowl fil-ħin miżjud ta' Landon Donovan. Bl-ewwel post fil-grupp, għall-ewwel darba mill-ewwel edizzjoni tal-1930, l-Istati Uniti ltaqgħu mal-Gana però ġew eliminati wara telfa ta' 2–1. Fl-edizzjoni tal-2014, taħt il-gwida tal-kowċ Ġermaniż Jürgen Klinsmann, l-Istati Uniti spiċċaw fi grupp magħmul mill-Ġermanja, il-Gana u l-Portugall. Ir-rebħa kontra l-Gana u d-dro kontra l-Portugall kienu biżżejjed sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss. Din kienet l-ewwel darba li kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja f'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi. Fir-rawnd tal-aħħar sittax huma sfaw megħluba mill-Belġju wara l-ħin barrani. Rekord kompetittiv Tazza tad-Dinja CONCACAF Gold Cup Noti Referenzi Ħoloq esterni Stati Uniti Futbol fl-Istati Uniti
28864
https://mt.wikipedia.org/wiki/Carcassonne
Carcassonne
Carcassonne (pronunzja bil-Franċiż: [kaʁkasɔn], lokalment: [kaχkaˈsɔnə]; bil-Oċċitan: Carcassona [kaɾkaˈsunɔ]; bil-Latin: Carcaso) hija belt iffortifikata Franċiża fid-dipartiment ta' Aude, fir-reġjun ta' Occitanie. Hija l-prefettura tad-dipartiment. Abitata min-Neolitiku, Carcassonne tinsab fil-pjanura tax-xmara Aude bejn ir-rotot kummerċjali storiċi, u tikkollega l-Oċean Atlantiku mal-Baħar Mediterran u l-Massif Central mal-Pirinej. L-importanza strateġika tagħha malajr ġiet rikonoxxuta mir-Rumani, li okkupaw l-għolja fejn kienet tinsab sal-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent. Fis-seklu 5 inħakmet mill-Viżigoti, li stabbilew il-belt. Fi żmien tliet sekli, għal żmien qasir sfat taħt il-ħakma Iżlamika. Il-pożizzjoni strateġika tagħha wasslet biex il-mexxejja tagħha jespandu l-fortifikazzjonijiet sat-Trattat tal-Pirinej fl-1659. Iċ-ċittadella tagħha, magħrufa bħala Cité de Carcassonne, hija fortizza Medjevali li tmur lura għall-perjodu Gallo-Ruman u ġiet restawrata mit-teoriku u l-arkitett Eugène Viollet-le-Duc fl-1853. Saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997 bis-saħħa tal-preservazzjoni u tar-restawr eċċezzjonali taċ-ċittadella Medjevali. Carcassonne tiddependi ferm fuq it-turiżmu iżda għandha wkoll setturi ekonomiċi ewlenin oħra bħall-manifattura u l-produzzjoni tal-inbid. Ġeografija Carcassonne tinsab fin-Nofsinhar ta' Franza madwar 80 kilometru (50 mil) fil-Lvant ta' Toulouse. Il-pożizzjoni strateġika tagħha bejn l-Oċean Atlantiku u l-Baħar Mediterran ilha rikonoxxuta min-Neolitiku. L-erja tar-raħal hija madwar 65 km2 (25 mil kwadru), li hija ferm ikbar mill-bosta rħula żgħar fid-dipartiment ta' Aude. Ix-xmajjar Aude, Fresquel u l-Canal du Midi jgħaddu mir-raħal. Storja L-ewwel sinjali ta' insedjament f'dan ir-reġjun imorru lura għal madwar it-3500 Q.K., iżda s-sit tal-għolja ta' Carsac — isem Ċeltiku li nżamm f'siti oħra fin-Nofsinhar — sar post kummerċjali importanti fis-seklu 6 Q.K. Il-Volcae Tectosages iffortifikawha u għamluha oppidum, forti f'għolja, u ngħatat l-isem ta' "Carsac". L-etimoloġija folkloristika — li tinvolvi châtelaine msejħa Carcas, ingann li temm assedju, u d-daqq brijuż tal-qniepen ("Carcas sona") — għalkemm imfakkra permezz ta' skultura Neo-Gotika ta' Mme. Carcas fuq kolonna ħdejn id-Daħla ta' Narbonne, hija invenzjoni moderna. L-isem jista' jitqies li oriġina mill-isem Carcas. Carcassonne ġiet identifikata strateġikament meta r-Rumani ffortifikaw il-quċċata tal-għolja tagħha għall-ħabta tal-100 Q.K. u eventwalment għamluha l-kolonja ta' Julia Carsaco, iktar 'il quddiem imsejħa Carcaso, u mbagħad Carcasum (bil-proċess ta' qlib tal-konsonanti magħruf bħala metateżi). Il-parti prinċipali tan-naħat t'isfel tas-swar tat-Tramuntana tmur lura għal żmien il-Gallo-Rumani. Fl-462 ir-Rumani uffiċjalment ċedew lil Septimania lir-re Teodoriku II tal-Viżigoti li kien mexxa lil Carcassonne mill-453. Huwa bena iktar fortifikazzjonijiet f'Carcassonne, li kienet stazzjonament tal-fruntiera fiżika tat-Tramuntana li għad hemm traċċi tagħha sa llum il-ġurnata. Teodoriku II huwa maħsub li beda l-predeċessur tal-bażilika li issa hija ddedikata lil San Nażarju u San Ċelsju. Fil-508 il-Viżigosti rnexxielhom jirreżistu l-attakki tar-re Clovis tal-Franki. Is-Saraċeni minn Barċellona ħadu lil Carcassonne fis-725. Ir-Re Pepin il-Qasir (Pépin le Bref) keċċihom fis-759-760. Entità fewdali Medjevali, il-Kontea ta' Carcassonne, ikkontrollat il-belt u l-madwar. Spiss kienet tingħaqad mal-Kontea ta' Razès. L-oriġini ta' Carcassonne bħala kontea x'aktarx imorru għal żmien ir-rappreżentanti lokali tal-Viżigoti, iżda l-ewwel konti magħruf b'ismu kien Bello ta' żmien Karlu Manju. Bello stabbilixxa dinastija, il-Bellonidi, li mexxew bosta honores f'Septimania u fil-Katalonja għal tliet sekli. Fl-1067, Carcassonne saret proprjetà ta' Raimond-Bernard Trencavel, il-viskonti ta' Albi u ta' Nîmes, permezz taż-żwieġ tiegħu ma' Ermengard, oħt l-aħħar konti ta' Carcassonne. Fis-sekli ta' wara, il-familja Trencavel alleat ruħha bis-suċċessjoni mal-kontijiet ta' Barċellona u ta' Toulouse. Huma bnew ix-Château Comtal u l-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju. Fl-1096, il-Papa Urban II bierek il-ġebla tax-xewka tal-pedamenti tal-katidral il-ġdid. Carcassonne saret famuża għar-rwol li kellha fil-Kruċjati Albiġensjani meta l-belt kienet fortizza tal-Katari Oċċitani. F'Awwissu 1209, l-armata tal-Kruċjati tal-Legat Papali, is-Superjur Arnaud Amalric, ġiegħel liċ-ċittadini tagħha jarrendu. Il-Viskonti Raimond-Roger de Trencavel intefa' l-ħabs sakemm ġie nnegozjat kif il-belt kienet se tarrendi u miet f'ċirkostanzi misterjużi tliet xhur wara fil-ħabs tiegħu stess. Il-poplu ta' Carcassonne tħalla jitlaq — effettivament, tkeċċa mill-belt tiegħu stess ta' fuqhom senduqhom. Simon de Montfort inħatar bħala l-Viskonti l-ġdid kompla jżid iktar fortifikazzjonijiet. Fl-1240, iben Trencavel ipprova jerġa' jikkonkwista d-dominju antik tiegħu iżda ma rnexxilux. Il-belt issottomettiet ruħa għat-tmexxija tar-Renju ta' Franza fl-1247. Carcassonne saret fortizza tal-fruntiera bejn Franza u r-Renju ta' Aragona skont it-Trattat ta' Corbeil tal-1258. Ir-re Lwiġi IX stabbilixxa parti ġdida tar-raħal fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Aude. Hu u s-suċċessur tiegħu Filippu III bnew is-swar ta' barra. Il-fehma kontemporanja xorta baqgħet tikkunsidra l-fortizza inpenetrabbli. Matul il-Gwerra tal-Mitt Sena, Dwardu l-Prinċep l-Iswed ma rnexxilux jaħkem il-belt fl-1355, għalkemm it-truppi tiegħu qerdu l-ville basse (litteralment "belt fil-baxx"). Fl-1659, it-Trattat tal-Pirinej ittrasferixxa l-provinċja tal-fruntiera ta' Roussillon lil Franza, u l-importanza militari ta' Carcassonne naqset. Il-fortifikazzjonijiet tagħha ġew abbandunati u l-belt saret ċentru ekonomiku li kkonċentra fuq l-industrija tat-tessuti tas-suf. Dokument tal-1723 ikkwotat minn Fernand Braudel iddeskriviha bħala "ċ-ċentru tal-manifattura ta' Languedoc". Baqgħet hekk sal-kollass tas-suq Ottoman fl-aħħar tas-seklu 18, u mbagħad saret belt/raħal rurali. Importanza storika Carcassonne kienet l-ewwel fortizza li użat il-kostruzzjonijiet tal-injam fuq il-fortifikazzjonijiet tal-ġebel meta kienet taħt assedju. Pjattaformi u ħitan temporanji tal-injam kienu jinbnew mas-swar ta' fuq tal-fortizza permezz ta' toqbiet kwadri fil-faċċati tal-ħitan, u b'hekk kienu jipprovdu protezzjoni għad-difensuri fuq is-swar u setgħu jixxabtu 'l barra mingħajr ma jidhru biex jisparaw jew iwaqqgħu ż-żejt jaħraq fuq min kien iwettaq l-attakki kontra l-belt. Sit ta' Wirt Dinji Il-Belt Iffortifikata Storika ta' Carcassonne ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Attrazzjonijiet prinċipali Belt iffortifikata Essenzjalment, il-belt iffortifikata tikkonsisti minn disinn konċentriku ta' żewġ sezzjonijiet ta' swar fuq barra bi 53 torri u strutturi difensivi kontra l-assedji. Il-kastell innifsu fuq il-pont tiegħu li jitla' u jinżel u foss li jwassal għall-parti difensiva ċentrali. Is-swar għandhom bosta torrijiet li nbnew matul perjodu pjuttost twil. Sezzjoni minnhom hija Rumana u hija partikolarment differenti mill-ħitan Medjevali, b'saffi tal-brikks ħomor u soqfa tat-terrakotta. Wieħed mit-torrijiet difensivi kien ospita l-Inkwiżizzjoni Kattolika fis-seklu 13 u għadu magħruf bħala "t-Torri tal-Inkwiżizzjoni". Carcassonne ġiet demilitarizzata taħt Napuljun Bonaparte, u s-cité ffortifikata ta' Carcassonne ġiet mitluqa tant li l-gvern Franċiż iddeċieda li għandha titwaqqa'. Digriet f'dan ir-rigward uffiċjalizza din id-deċiżjoni fl-1849 iżda dan inkorla liċ-ċittadini tal-belt. L-antikwarju u s-sindku ta' Carcassonne, Jean-Pierre Cros-Mayrevieille, u l-kittieb Prosper Mérimée, the l-ewwel spettur tal-monumenti antiki, mexxew kampanja għall-preservazzjoni tal-fortizza bħala monument storiku. Iktar tard dik is-sena, l-arkitett Eugène Viollet-le-Duc, li diġà kien qed jirrestawra l-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju, ġie kkummissjonat għar-rinnovazzjoni tal-monument. Fl-1853 beda x-xogħol fis-swar tal-Punent u tal-Lbiċ, segwiti mit-torrijiet tad-Daħla ta' Narbonne u d-daħla prinċipali tas-cité. Il-fortifikazzjonijiet ġew ikkonsolidati fejn kien meħtieġ, iżda l-attenzjoni ewlenija ngħatat lir-restawr tas-soqfa tat-torrijiet u tal-istrutturi difensivi, fejn Viollet-le-Duc ordna l-qerda tal-istrutturi li kienu nbnew ma' dawn il-ħitan, uħud minnhom pjuttost antiki. Viollet-le-Duc ħalla warajh bosta noti u tpinġijiet dettaljati meta miet fl-1879, u l-istudent tiegħu Paul Boeswillwald, u iktar 'il quddiem l-arkitett Nodet komplew bir-riabilitazzjoni ta' Carcassonne. Ir-restawr ġie kkritikat sew matul il-ħajja ta' Viollet-le-Duc. Wara li kien għadu kemm temm ix-xogħol fit-Tramuntana ta' Franza, huwa għamel l-iżball li uża l-lavanja (meta ma kien hemm l-ebda barriera tal-lavanja fl-inħawi) minflok it-terrakotta għat-tegoli tas-soqfa. Intqal li s-soqfa tal-lavanja kienu iktar tipiċi tat-Tramuntana ta' Franza, bħalma kienu l-partijiet ippuntati li ġew miżjuda mas-soqfa. Minkejja dan, inġenerali, hemm qbil li x-xogħol ta' Viollet-le-Duc f'Carcassonne kien xogħol ta' ġenju, għalkemm ma segwiex l-awtentiċità stretta. Belt fil-baxx Il-ville basse tmur lura għall-aħħar tal-Medju Evu. Stabbilita bħala insedjament tal-abitanti mkeċċija mill-belt xi żmien wara l-Kruċjati, kienet il-qalba ekonomika tal-belt għal sekli sħaħ. Għalkemm xi darba kienu intatti, il-biċċa l-kbira tal-ħitan ta' din il-parti tal-belt ma għadhomx intatti. Il-Katidral ta' Carcassonne jinsab f'din il-parti tal-belt. Oħrajn Pont ieħor, Pont Marengo, jaqsam minn naħa għall-oħra tal-Canal du Midi u jagħti aċċess għall-istazzjon ferrovjarju. Il-Lac de la Cavayère nħoloq bħala lag rikreattiv; jinsab madwar ħames minuti miċ-ċentru tal-belt bil-karozza. Attrazzjonijiet oħra jinkludu: il-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju, il-Katidral ta' Carcassonne, il-Knisja ta' San Vinċenz. Klima Carcassonne għandha klima subtropikali umduża (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Cfa), għalkemm għandha influwenza Mediterranja notevoli bi sjuf sħan (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Csa), klima li hija iktar tipika tan-Nofsinhar ta' Franza, bi xtiewi moderatament bix-xita u miti u bi sjuf b'medja ta' iktar minn 28 °C (82 °F) binhar bi ftit xita. Carcassonne, flimkien mal-kosta Mediterranja Franċiża, tista' tkun soġġetta għal maltempati bir-ragħad u xita torrenzjali fl-aħħar tas-sajf u fil-bidu tal-ħarifa. Ir-reġjun ta' Carcassonne jbati minn għargħar f'dawn l-avvenimenti, u l-aħħar għargħar seħħ fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2018. Populazzjoni Ekonomija Il-parti l-ġdida (Ville Basse) tal-belt fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Aude, li tmur lura għall-Medju Evu, wara l-Kruċjati, timmanifattura ż-żraben, il-lastiku u t-tessuti. Hija wkoll iċ-ċentru ta' reġjun ewlieni tal-produzzjoni tal-inbejjed ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Kontrollata (DOK; bil-Franċiż: AOC). Parti kbira mill-introjtu tal-belt jiġi mit-turiżmu b'rabta mal-fortifikazzjonijiet (Cité) u mid-dgħajjes li jgħaddu mill-Canal du Midi. Carcassonne tospita wkoll l-Akkademja MKE tal-Arti tal-Ispettaklu. Carcassonne tilqa' madwar tliet miljun viżitatur fis-sena. Trasport Fl-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, l-ajruport ta' Carcassonne beda jakkomoda titjiriet irħas mill-ajruporti Ewropej u lejhom, u sal-2009 kellu konnessjonijiet ta' titjiriet regolari ma' Porto, Bournemouth, Cork, Dublin, Frankfurt (Hahn), Londra (Stansted), Liverpool, East Midlands, Glasgow (Prestwick) u Charleroi. L-istazzjon ferrovjarju ta' Carcassonne joffri konnessjonijiet diretti lejn Toulouse, Narbonne, Perpignan, Pariġi, Marsilja u diversi destinazzjoni reġjonali. L-awtostrada A61 tikkollega lil Carcassonne ma' Toulouse u ma' Narbonne. Edukazzjoni École nationale de l'aviation civile Lingwa Fil-belt jiġi mitkellem il-Franċiż. Storikament, il-lingwa mitkellma f'Carcassonne u fil-Languedoc-Roussillon kollu ma kienx il-Franċiż iżda l-Oċċitan. Sport F'Lulju 2021, Carcassonne kienet l-aħħar belt għall-istadju 13 tat-Tour de France taċ-ċikliżmu tal-2021. Kien proprju f'Carcassonne li Mark Cavendish laħaq ir-rekord tal-iktar rebħiet ta' stadji tat-Tour de France (34) ta' Eddy Merckx. Carcassonne kienet l-aħħar belt għall-istadju 15, u l-ewwel belt għall-istadju 16 tat-Tour de France tal-2018. Qabel kienet ukoll il-punt ta' tluq għall-istadju 11 tat-Tour de France tal-2004 u tal-2016, u l-aħħar belt tat-Tour de France tal-2006. Bħal fil-kumplament tal-Lbiċ ta' Franza, ir-rugby union huwa popolari f'Carcassonne. Il-belt hija rrappreżentata mill-Union Sportive Carcassonnaise, magħrufa lokalment sempliċement bħala USC. Il-klabb għandu storja kbira u lagħab fil-Finali tal-Kampjonat Franċiż fl-1925, u attwalment jikkompeti fil-Pro D2, it-tieni diviżjoni tar-rugby Franċiż. Jintlagħab ukoll ir-rugby league, mill-klabb AS Carcassonne. Huma jilagħbu fil-Kampjonat Elit 1. Puig Aubert huwa l-iżjed plejer notevoli tar-rugby league li ġie minn klabb ta' Carcassonne. Hemm statwa tal-bronż tiegħu barra mill-iStade Albert Domec fejn jilagħbu t-timijiet tal-belt fiż-żewġ dixxiplini. Arti F'Mejju 2018 ġie varat il-proġett "Konċentriku, eċċentriku" tal-artist Franċiż-Żvizzeru Felice Varini, fejn intwerew ċrieki konċentriċi kbar fuq il-monument bħala parti mis-seba' edizzjoni ta' "IN SITU, Arti storika u kontemporanja", avveniment tas-sajf fir-reġjun ta' Occitanie / Pyrenees-Mediterranean li jiffoka fuq ir-rabta bejn l-arti moderna u l-wirt arkitettoniku. Dan ix-xogħol monumentali sar bħala ċelebrazzjoni tal-20 anniversarju tad-deżinjazzjoni ta' Carcassonne bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Eċċezzjonali bħala daqs, viżibbiltà u użu tal-ispazju arkitettoniku, il-proġett kien estiż tul in-naħa tal-Punent tal-fortifikazzjonijiet tal-belt. Ix-xogħol seta' jiġi apprezzat sew biss minn quddiem id-Daħla ta' Aude fir-rotta bil-mixi mill-Bastide. Iċ-ċrieki sofor irqaq ġew ipprojettati permezz ta' folji miżbugħin tal-aluminju, qishom mewġ taż-żmien u tal-ispazju, fejn dehru jifframmentaw u jirrikomponu l-ġeometrija taċ-ċrieki fuq it-torrijiet u s-swar tal-fortifikazzjonijiet. Ix-xogħol kien viżibbli minn Mejju sa Settembru 2018 biss. Kultura popolari Il-poeta Franċiż Gustave Nadaud żied il-popolarità ta' Carcassonne. Huwa kiteb poeżija dwar raġel li kien joħlom li jara iżda li ma setax jara qabel miet. Il-poeżija tiegħu ispirat bosta oħrajn u ġiet tradotta bl-Ingliż diversi drabi. Georges Brassens kanta verżjoni musical tal-poeżija. Lord Dunsany kiteb ġrajja qasira msejħa "Carcassonne" (f'A Dreamer's Tales) bħalma għamel William Faulkner. Fis-6 ta' Marzu 2000 Franza ħarġet bolla ta' kommemorazzjoni tal-fortizza ta' Carcassonne. L-istorja ta' Carcassonne tiġi rrakkontata fir-rumanzi tat-Triloġija ta' Languedoc Labyrinth, Sepulchre u Citadel ta' Kate Mosse. Flimkien ma' Puivert u Toulouse, tissemma u tiġi deskritta spiss fir-rumanz tal-2018 tagħha "The Burning Chambers". Il-logħba tal-mejda Carcassonne ngħatat isem il-belt, u tinkludi l-arkitettura tar-reġjun. Partijiet mill-film tal-1991 Robin Hood: Prince of Thieves inġibdu f'Carcassonne u fl-inħawi tal-madwar. Album tal-1993 ta' Stephan Eicher kien jismu Carcassonne. Fix-show Sea Wall, tal-protagonista Andrew Scott, Carcassonne tissemma spiss fl-isfond. Nies notevoli Paul Lacombe, kompożitur Franċiż, twieled fl-1837 Théophile Barrau, skultur Franċiż, twieled fl-1848 Paul Sabatier, kimiku Franċiż, rebbieħ konġunt tal-Premju Nobel għall-Kimika, twieled fl-1854 Henry d'Estienne, pittur Franċiż, twieled fl-1872 Suzanne Sarroca, sopran tal-opri Franċiża, twieldet fl-1927 Gilbert Benausse, plejer tar-rugby Franċiż, twieled fl-1932 Alain Colmerauer, xjenzat informatiku Franċiż, inventur tal-lingwaġġ tal-ipprogrammar Prolog, twieled fl-1941 Michael Martchenko, illustratur Kanadiż imwieled fi Franza, twieled fl-1942 Maurice Sarrail, suldat Franċiż, Ġeneral ta' Diviżjoni matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, twieled fl-1856 David Ferriol, plejer tar-rugby Franċiż, twieled fl-1979 Olivia Ruiz, kantanta pop Franċiża, twieldet fl-1980 Fabrice Estebanez, plejer tar-rugby Franċiż, twieled fl-1981 Ġemellaġġi Carcassonne hija ġemellata ma': Eggenfelden, il-Ġermanja Baeza, Spanja Tallinn, l-Estonja Referenzi Bliet ta' Franza Siti ta' Wirt Dinji
28865
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hospicio%20Caba%C3%B1as
Hospicio Cabañas
Il-Hospicio Cabañas jew Mużew ta' Cabañas f'Guadalajara, Jalisco, il-Messiku, kien wieħed mill-eqdem u mill-ikbar istituti għall-iltiema u kumplessi ta' sptar fl-Amerka ta' Fuq u fl-Amerka t'Isfel. Issa li ġie kkonvertit f'mużew, is-sala prinċipali tospita l-affreski kapulavur tal-pittur José Clemente Orozco. Il-Hospicio Cabañas tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Storja Il-kumpless ġie stabbilit fl-1791 mill-Isqof ta' Guadalajara sabiex jikkombina l-funzjonijiet ta' post tax-xogħol, sptar, orfanotrofju u abitazzjoni għall-foqra. Ingħatat kunjom Juan Ruiz de Cabañas li nħatar bħala l-Isqof ta' Guadalajara fl-1796 u qabbad lil Manuel Tolsá, arkitett rinomat mill-Belt tal-Messiku, biex jiddisinja l-istruttura. Id-disinn ta' Tolsá kien ibbażat fuq eżempji klassiċi bħal dawk ta' Les Invalides f'Pariġi, Franza, u El Escorial qrib Madrid, Spanja. Il-binjiet tal-kumpless jiffurmaw rettanglu ta' 164 metru b'145 metru (538 pied b'476 pied). Dawn huma strutturi ta' sular b'għoli ta' 7.5 metri (25 pied). Il-kappella hija għolja d-doppju u għandha koppla għolja 32.5 metru (107 piedi). Il-kumpless inġenerali huwa għoli sular, "sabiex jiffaċilita ċ-ċaqliq tal-morda, tal-anzjani u tat-tfal". Wara l-mewt ta' Cabañas fl-1823, il-kostruzzjoni tkompliet sal-1829. Għalkemm il-kumpless intuża għal xi żmien bħala barrakki f'nofs is-seklu 19, l-isptar dam sew sas-seklu 20 u kompla jiffunzjona sal-1980, meta mbagħad beda jintuża mill-Istitut Kulturali ta' Cabañas, bi skejjel affiljati għall-arti u għall-artiġjanat. L-attrazzjoni prinċipali tat-tiżjin ta' ġewwa l-kumpless hija sensiela ta' affreski monumentali ta' José Clemente Orozco, inkluż wieħed mill-affreski l-iżjed famużi tiegħu, l-allegorija ta' Ir-Raġel tan-Nar (1936-1939). Hospicio Cabaña sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Iffinanzjat permezz ta' kollaborazzjoni bejn l-Istitut ta' Cabañas, il-Ministeru għall-Kultura ta' Jalisco u l-Gallerija ta' Hilario Galguera fl-2014, l-artist kunċettwali Franċiż Daniel Buren ħoloq sensiela ta' xogħlijiet speċifiċi għas-sit fi tmintax mit-tlieta u għorin bitħa tal-kumpless, bil-kolonni tal-kjostru mgeżwrin f'disinni ġeometriċi, bil-volti miżbugħa b'kuluri jgħajtu u bi strutturi riflessi li nbnewv biex joħolqu viżjonijiet distorti ta' nħawi familjarji. L-iskulturi La sala de los magos u Los magos universales ta' Alejandro Colunga jinsabu fuq barra tal-binja. Sit ta' Wirt Dinji Il-Hospicio Cabañas ta' Guadalajara ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Messiku Monumenti
28866
https://mt.wikipedia.org/wiki/Telescopus%20fallax
Telescopus fallax
It-Telescopus fallax huwa serp Ewropew, magħruf ukoll bħala serp Teleskopu jew serp Soosan, inkella f'Malta anke sempliċiment bħala serp. It-Teleskopu huwa tip ta' serp kolubrid velenuż endemiku għar-reġjuni tal-Mediterran u tal-Kawkasu. Firxa ġeografika Jinstab fl-Italja, il-Greċja (Paros, Antiparos, Tourlos, Kreta, Kalymnos, Samos, Milos, Korfù), l-Albanija, is- Slovenja kostali, il-Kroazja (inklużi xi gżejjer Adrijatiċi ), Ħerzegovina, Montenegro, Maċedonja ta’ Fuq, in-Nofsinhar tal-Bulgarija, it-Turkija, Malta, Ċipru, Iran, Iraq, Libanu, Sirja, Iżrael, in-Nofsinhar tar-Russja (reġjun tal-Kawkasu), Armenja, Ġeorġja, u Ażerbajġan. Ekoloġija Is-serp Teleskoppu huwa velenuż, iżda minħabba li l-velenu jinsab fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' fuq, rari jinjetta l-velenu tiegħu f'gdim difensiv, u għalhekk jitqies bħala theddida għall-bnedmin. Jiekol prinċipalment fuq wiżgħat u gremxul.  Din l-ispeċi ta' sriep tinstab fil-kampanja, kif ukoll ħdejn il-baħar u boskijiet miftuħa. Aqra aktar Arnold EN, Burton JA. 1978. A Field Guide to the Reptiles and Amphibians of Britain and Europe. London: Collins. 272 pp. + Plates 1-40. . (Telescopus fallax, pp. 207–210 + Plate 38, Figures 4a, 4b + Map 120). Fleischmann FL. 1831. Dalmatiae Nova Serpentum Genera. Erlangen, Germany: C. Heyder. 35 pp. (Tarbophis fallax, new species, p. 18). Ħoloq esterni Filmat ta' Telescopus fallax fuq YouTube Filmat ta' Telescopus fallax fuq YouTube Kif jiċċaqlaq it-Telescopus fallax fuq YouTube Referenzi Rettili Sriep
28868
https://mt.wikipedia.org/wiki/Zamenis%20situla
Zamenis situla
Is-serp tal-far jew kif inhu magħruf aħjar lifgħa (Zamenis situla), huwa speċi ta' serp kolubrid mhux velenuż endemiku għall-Ewropa, l-Asja Minuri, u l-Kawkasu. Firxa ġeografika Z. situla tinstab fl-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, il-Maċedonja ta' Fuq, Malta, il-Montenegro, it-Turkija, l-Ukrajna, u possibbilment Ċipru. Deskrizzjoni Il-lifgħa hija griża jew kannella b'serje dorsali ta' tbajja trasversali ħamranin jew kannella, li għandhom truf suwed. Fuq kull naħa għandha sensiela ta' tikek suwed iżgħar, li jalternaw mat-tbajja dorsali. Hemm marka skura f'forma ta Y fuq in-naħa ta' wara tar-ras fejn tmiss mal-għonq, faxxa sewda f'forma ta' nofs tond minn għajn sa għajn madwar il-ħalq il-faxxa sewda minn wara l-għajnejn djagonalment sal-kantuniera tal-ħalq. Iż-żaqq hija bajda, b'kaxxi suwed żgħar, jew kważi kompletament sewda. L-qoxra tad-dahar hija lixxa u fiha bejn 25 jew 27 ringiela. L-adulti jistgħu jitwalu sa 90 ċentimetru (35 pulzir) fit-tul totali, b'denb ta' 16-il-ċentimeetru (6.3 pulżier). Ħabitat Il-ħabitats naturali tal-lifgħa huma veġetazzjoni arbustiva tat-tip Mediterranju, mergħat, pjantaġġuni, u ġonna rurali. Referenzi Aktar qari Arnold EN, Burton JA (1978). Gwida Qasam għar-Rettili u Anfibji tal-Gran Brittanja u l-Ewropa .... Londra: Collins. 272 pp. + Pjanċi 1-40.ISBN 0-00-219318-3 . ( Elaphe situla, pp. 197–198 + Pjanċa 36 + Mappa 110 fuq p. 266). Linnaeus C (1758). Systema naturæ per regna tria naturæ, secundum classes, ordines, generi, species, cum characteribus, differentiis, synonymis, locis. Tomus I. Editio Decima, Reformata. Stokkolma: L. Salvius. 824 pp. ( Coluber situla ,speċi ġdida, p. 223). (bil -Latin ). Venchi A, Sindaco R (2006). “Lista ta’ kontroll annotata tar-rettili tal-pajjiżi tal-Mediterran, b’ċwievet għall-identifikazzjoni tal-ispeċi. Parti 2 — Sriep (Reptilia, Serpentes)". Annali del Museo di Storia Naturale "G. Doria", Genova 98 : 259–364. Sriep Rettili
28870
https://mt.wikipedia.org/wiki/El%20Jadida
El Jadida
El Jadida (bl-Għarbi: الجديدة, b'ittri Rumani: al-Jadīda, [ald͡ʒadiːda]; oriġinarjament magħrufa bil-Berberu bħala Maziɣen jew Mazighen jew Mazagan; magħrufa bil-Portugiż bħala Mazagão) hija belt portwali maġġuri tul il-kosta tal-Oċean Atlantiku tal-Marokk, li tinsab 96 km fin-Nofsinhar tal-belt ta' Casablanca, fil-provinċja ta' El Jadida u fir-reġjun ta' Casablanca-Settat. Għandha popolazzjoni ta' 170,956 ruħ skont l-aħħar stimi tal-2022. Il-belt iffortifikata, mibnija mill-Portugiżi fil-bidu tas-seklu 16 u msejħa Mazagan (bil-Portugiż: Mazagão), ittieħdet mill-Marokkini fl-1769. Is-swar antiki ta' El Jadida huma wieħed mis-Seba' Għeġubijiet ta' Oriġini Portugiża fid-Dinja. Il-belt iffortifikata Portugiża ta' Mazagan tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004, peress li tqieset bħala "eżempju straordinarju tal-interskambju ta' influwenzi bejn il-kulturi Ewropej u Marokkini" u bħala "eżempju bikri tat-twettqi tal-ideali tar-Rinaxximent integrati mat-teknoloġija tal-kostruzzjoni Portugiża". Skont l-UNESCO, l-iżjed binjiet importanti mill-perjodu tal-Portugiżi huma ċ-ċisterna u l-Knisja Manwelina tat-Tlugħ is-Sema. Il-belt, u b'mod partikolari r-raħal ġar ta' Sidi Bouzid, jimtlew bin-nies fl-istaġun tas-sajf b'influss l-iktar ta' vjaġġaturi Marokkin għall-vaganzi. Fil-qrin hemm kumpless ta' Mazagan ta' ħames stilel, li jattira xi Marokkini ta' klassi medja kif ukoll bosta viżitaturi internazzjonali mill-Peniżola Għarbija kif ukoll mill-Ewropa u lil hinn. Il-kumpless ta' Mazagan fih korsa tal-golf iddisinjata minn Gary Player, każinò, nightclub u ristoranti. Bejn il-kumpless ta' Mazagan u El Jadida hemm il-lukanda msejħa Pullman Hotel, u biswitha hemm ir-Royal Golf El Jadida, korsa oħra tal-golf ta' 18-il toqba. Il-preżenza tal-portijiet u tal-fabbriki fil-qrib hija l-kawża tat-tniġġis tal-bajjiet ta' El Jadida. Il-belt ilha tikber mill-2014, parzjalment bħala riżultat ta' żieda fl-attività tal-port fil-qrib ta' Jorf Lasfar u ż-żona industrijali tiegħu. Etimoloġija L-isem oriġinali tal-belt bil-lingwa Berbera kienet Maziɣen / Mazighen, li tfisser "il-Berberi". L-ismijiet u l-laqmijiet l-oħra ta' El Jadida b'lingwi oħra kienu Cap Soleis, Portus Rutilis, Rusibis, Mazighen (bl-Għarbi: مازيغن), al-Breyja (bl-Għarbi: البريجة), Mazagão, al-Mahdouma (bl-Għarbi: المهدومة) u Mazagan. L-isem attwali ta' El Jadida jfisser litteralment "il-Ġdida". Storja El Jadida inizjalment kienet magħrufa bħala al-Breyja meta nħatfet mill-Portugiżi fl-1502. Imbagħad saret magħrufa bil-lingwa Portugiża bl-isem ta' Mazagão. Il-Portugiżi bnew ċittadella fl-1514, u fortifikazzjoni ikbar fl-1541. Ir-Renju tal-Portugall baqa' jikkontrolla l-belt sal-1769, u mbagħad abbanduna lil Mazagão bħala l-aħħar territorju fil-Marokk. Malli ġew imġiegħla jitilqu, il-Portugiżi qerdu l-Bastjun tal-Gvernatur u evakwaw lejn il-kolonja Portugiża tal-Brażil, fejn kienu stabbilew insedjament ġdid imsejjaħ Nova Mazagão (li issa jinsab f'Amapá). Iktar 'il quddiem il-belt ittieħdet mis-Sultan Mohammed ben Abdallah fl-1769 u fil-biċċa l-kbira tagħha baqgħet diżabitata, u ġiet imlaqqma al-Mahdouma ("l-Irvinata"). Eventwalment, is-Sultan Abd al-Rahman tal-Marokk ordna li tinbena moskea, u l-partijiet meqruda tal-belt ġew rikostruwiti matul ir-renju tiegħu fil-bidu tas-seklu 19. Il-belt li reġgħet ħadet ir-ruħ ingħatat l-isem ta' al-Jadida, li litteralment tfisser "il-Ġdida". Sit ta' Wirt Dinji Il-Belt Portugiża ta' Mazagan (El Jadida) ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Attrazzjonijiet prinċipali Iċ-Ċisterna Portugiża Il-Kanuni u l-Fortizza Il-Port l-Antik Il-Bajja tal-Belt It-Teatru Muniċipali (it-Teatru ta' Mohamed Afifi) Il-Binja Muniċipali Il-Binja tal-Posta Il-Moskea l-Kbira Il-Belt l-Antika Il-Palazz l-Aħmar Il-Fanal ta' Sidi Abou Wafi Il-Kumpless Ekwestri Ċisterna Portugiża Imkabbar mill-1514, dan l-eks maħżen (x'aktarx armerija) ġie kkonvertit f'ċisterna fis-seklu 16. Il-kompartiment taħt l-art, ta' 34 metru b'34 metru, inbena b'ħames ringieli ta' ħames pilastri tal-ġebel. Il-ċisterna hija famuża speċjalment għal-livell baxx tal-ilma mal-art, li joħloq riflessjonijiet sottili u dejjem jinbidlu bil-ftit dawl li hemm u l-għamliet spartani tal-kolonni u s-saqaf. Il-kwalitajiet viżivi taċ-ċisterna wasslu biex diversi films inġibdu hemmhekk, fosthom Othello ta' Orson Welles li x'aktarx li huwa l-iktar magħruf internazzjonalment. Fortizza ta' Mazagan Id-disinn tal-Fortizza ta' Mazagan hija rispons għall-iżvilupp ta' artillerija moderna fir-Rinaxximent. L-għamla ta' stilla tal-fortizza hija madwar 250 metru bi 300 metru. Il-ħitan enormi kemxejn inklinati bħala medja huma għoljin madwar tmien metri u għandhom ħxuna ta' għaxar metri. Fuqhom hemm mogħdija bil-mixi wiesgħa żewġ metri li kienet tintuża għall-għassa. Attwalment il-fortifikazzjoni għandha erba' bastjuni: il-Bastjun ta' Sant'Anġlu fil-Lvant, il-Bastjun ta' San Bastjan fit-Tramuntana, il-Bastjon ta' Sant'Antnin fil-Punent, u l-Bastjun tal-Ispirtu s-Santu fin-Nofsinhar. Il-ħames wieħed, il-Bastjun tal-Gvernatur fid-daħla prinċipali, inqered kważi għalkollox mill-Portugiżi fl-1769 għajr xi fdalijiet tiegħu. Bosta kanuni Portugiżi tal-epoka kolonjali għadhom ippożizzjonati fuq il-bastjuni. Il-forti għandu tliet daħliet: id-Daħla tal-Baħar, li tifforma port żgħir mas-swar tal-Grigal, id-Daħla tal-Barri mas-swar tal-Majjistral, u d-Daħla Prinċipali bi ħnejja doppja fiċ-ċentru tas-swar tan-Nofsinhar, li oriġinarjament kienet konnessa mal-art permezz ta' pont li jitla' u jinżel. Madwar il-forti hemm ħandaq wiesa' madwar għoxrin metru u fond tliet metri, li fl-imgħoddi kien mimli bl-ilma baħar. Matul żmien il-Protettorat Franċiż, il-ħandaq intradam apposta u nfetħet daħla ġdid li tagħti għat-triq prinċipali tal-belt, Rua da Carreira, u għad-Daħla tal-Baħar. Tul din it-triq hemm l-iktar binjiet storiċi ppreservati tajjeb, inkluż il-Knisja Kattolika tat-Tlugħ is-Sema u ċ-ċisterna. Klima El Jadida għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Csa). Fix-xitwa tinżel iktar xita milli fis-sajf. It-temperatura annwali medja f'El Jadida hija 17.4 °C (63.3 °F). Kull sena x-xita li tinżel tammonta għal madwar 372 mm (14.65-il pulzier). Edukazzjoni Il-belt tospita bosta istituzzjonijiet akkademiċi postsekondarji u l-Università ta' Chouaib Doukkali, li tinkludi l-istituzzjonijiet li ġejjin: il-Fakultà tax-Xjenza, il-Fakultà tal-Lingwi, il-Letteratura u l-Umanitajiet, il-Fakultà tax-Xjenzi Ġuridiċi, Ekonomiċi u Soċjali, l-Iskola Nazzjonali tax-Xjenzi Applikati (ENSA), l-Iskola Nazzjonali tan-Negozju u l-Immaniġġjar (ENCG), l-Iskola Superjuri tat-Teknoloġija (EST) - Sidi Bennour (barra El Jadida). Barra minn hekk, hemm l-Uffiċċju tat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Promozzjoni tax-Xogħol (OFPPT), li jinkludi l-istituzzjonijiet li ġejjin: iċ-Ċentru tal-Kwalifiki Professjonali (CQP), l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija Applikata (ISTA) - f'Al-Massira, l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija Applikata (ISTA) - fil-Belt tal-Arja, l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija tal-Lukandi u t-Turiżmu (ITHT) - f'El Jadida, l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija tal-Lukandi u t-Turiżmu (ITHT) - f'Al Haouzia, l-Istitut tat-Teknoloġija Applikata (ITA) - f'Azemmour, kif ukoll: iċ-Ċentri Reġjonali għall-Professjonijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (CRMEF), it-Taqsima taċ-"Ċertifikat Għoli tat-Tekniċi" (BTS) - fl-iskola teknika ta' ar-Razi, it-Taqsima tal-"Klassijiet Preparatorji għall-Iskejjel il-Kbar" (CPGE) - fl-iskola teknika ta' ar-Razi, l-Istitut Għoli tal-Inġinerija u n-Negozju (ISGA) - privat. Sport Il-klabb tal-futbol prinċipali tal-belt huwa Difaâ Hassani El Jadidi, li attwalment jikkompeti fil-Botola Pro 1. Bliet fil-qrib Qrib El Jadida hemm il-belt ta' Azemmour fil-Grigal u r-raħal ta' Sidi Bouzid fil-Lbiċ. Fi ħdan perimetru ta' madwar 120 kilometru jew inqas, hemm Casablanca, Berrechid, Settat, Sidi Bennour, Oualidia, Youssoufia u Safi. Nies notevoli Jaafar Aksikas, awtur Driss Chraïbi, awtur André Elbaz, pittur u reġista André Guelfi, sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi Driss Jettou, eks Prim Ministru, President tal-Qorti Suprema tal-Awdituri Abdelkebir Khatibi, awtur Abdellah Lahoua, plejer tal-futbol Chaïbia Talal, pittur Mohamed Nahiri, plejer tal-futbol Zakaria Hadraf, plejer tal-futbol El Mehdi Karnass, plejer tal-futbol Yousra Mansour, vokalista ta' Bab L' Bluz Youssef Kaddioui, eks plejer tal-futbol internazzjonali Suleiman Zanfari, sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi. Ġemellaġġi El Jadida hija ġemellata ma': Arenzano, l-Italja (1964) Barcelos, il-Portugall (2009) Nabeul, it-Tuneżija (1985) Sète, Franza (1992) Sintra, il-Portugall (1988) Varennes, il-Kanada Vierzon, Franza (1987) Tacoma, l-Istati Uniti (2007). Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet tal-Marokk
28871
https://mt.wikipedia.org/wiki/Siti%20Ewlenin%20tal-Estrazzjoni%20fil-Wallonja
Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja
Is-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmula minn erba' siti fil-Wallonja fin-Nofsinhar tal-Belġju li huma assoċjati mal-industrija tal-estrazzjoni tal-faħam tas-sekli 19 u 20. L-erba' siti, li jinsabu fil-Provinċji li jitkellmu bil-Franċiż ta' Hainaut u ta' Liège, huma Grand-Hornu, Bois-du-Luc, Bois du Cazier u l-Minjiera ta' Blegny. Deskrizzjoni Fid-dokument tad-deżinjazzjoni tal-UNESCO tal-2012 is-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja ġew uffiċjalment deskritt b'dan il-mod:L-erba' siti tal-proprjetà jiffurmaw strippa twila 170 kilometru bi tlieta sa 15-il kilometru, li taqsam il-Belġju mil-Lvant għall-Punent. Din tikkonsisti mill-iżjed siti tal-estrazzjoni faħam ippreservati sew fil-Belġju. Is-sit jinkludi eżempji bikrin tal-arkitettura utopika mill-perjodi bikrin tal-era industrijali fl-Ewropa fi ħdan kumpless industrijali u urban integrat ferm, b'mod partikolari l-minjiera tal-faħam ta' Grand-Hornu u l-belt tal-ħaddiema ddisinjata minn Bruno Renard fl-ewwel nofs tas-seklu 19. Bois-du-Luc jinkludi għadd ta' binjiet li nbnew mill-1838 sal-1909 u waħda mill-eqdem minjieri tal-faħam fl-Ewropa li tmur lura għall-aħħar tas-seklu 17. Filwaqt li r-reġjun tal-Wallonja kellu mijiet ta' minjieri tal-faħam, il-biċċa l-kbira tilfu l-infrastruttura tagħhom, mentri l-erba' siti għad għandhom livell kbir ta' integrità. Storja Matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali fis-seklu 19, ix-xogħol tal-estrazzjoni u l-industrija tqila li kienet tiddependi fuq il-faħam kienu jiffurmaw parti kbira mill-ekonomija tal-Belġju. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol industrijali u tal-estrazzjoni kienet issir fis-sillon industriel (li bil-Franċiż tfisser "wied industrijali"), strippa art minn naħa għall-oħra tal-pajjiż fejn kienu jinsabu l-ikbar bliet fil-Wallonja. L-erba' komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinsabu kollha fis-sillon industriel jew fl-inħawi. Is-settur tal-estrazzjoni fil-Belġjun naqas matul is-seklu 20 minħabba d-deindustrijalizzazzjoni u llum il-ġurnata l-erba' komponenti mhumiex operattivi iktar. L-erba' komponenti huma miftuħin u jilqgħu lill-viżitaturi bħala mużewijiet u huma parti importanti mill-wirt industrijali Belġjan. Sit ta' Wirt Dinji Is-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Komponenti Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Industrija Belġju
28875
https://mt.wikipedia.org/wiki/Katidral%20ta%27%20Tournai
Katidral ta' Tournai
Il-Katidral ta' Tournai jew il-Katidral tal-Madonna ta' Tournai (bil-Franċiż: Notre-Dame de Tournai, bl-Olandiż: Onze-Lieve-Vrouw van Doornik) huwa knisja Kattolika Rumana, u s-sede tad-Djoċesi ta' Tournai f'Tournai, il-Belġju. Ġie kklassifikat kemm bħala wirt ewlieni tal-Wallonja mill-1936 kif ukoll bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mis-sena 2000. Storja Kien hemm djoċesi ċċentrata f'Tournai mill-aħħar tas-seklu 6. Din l-istruttura tal-ġebel lokali ta' lewn ikħal-griż tokkupa art ġejja għat-telgħa qrib ix-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara Scheldt, li tiddividi l-belt ta' Tournai bejn wieħed u ieħor f'żewġ partijiet indaqs. Il-kostruzzjoni bdiet fis-seklu 12 fuq pedamenti ferm iktar antiki. Il-binja tikkombina x-xogħol ta' tliet perjodi ta' disinn b'mod ċar. Il-karatturu tqil u sever tan-navata Rumaneska tikkuntrasta b'mod konsiderevoli max-xogħol tranżizzjonali tat-transett u l-Gotiku żviluppat għalkollox tal-kor. It-transett huwa l-iżjed parti tal-binja li tispikka, bil-ħames torrijiet tal-kampnar u t-truf apsidali (semiċirkolari) tiegħu. In-navata tappartjeni l-iktar għall-ewwel terz tas-seklu 12. Tħaddan l-istil Gotiku Bikri u għandha gallerija fit-tieni sular bejn l-arkata tal-pjan terran u t-triforju. Il-pilastri bejn it-twieqi bi ħnejjiet tondi fil-klerestorju jgħinu biex jirfdu l-volti tas-seklu 18 li ssostitwixxew is-saqaf oriġinali, li kien ċatt u tal-injam. Is-sezzjonijiet tat-transett, li nbena għall-ħabta ta' nofs is-seklu 12, għandhom trufijiet apsidali, karatteristika mislufa wisq probabbli minn ċerti knejjes tul ix-xmara Renu, u li milli jidher kellha influwenza li nħasset fil-Grigal ta' Franza, bħal f'Noyon u f'Soissons. It-torrijiet kwadri maġenb is-sezzjonijiet ta' fuq tat-transett ilaħħqu għoli ta' 83 metru (272 pied). Ivarjaw fid-dettall, uħud minnhom b'lavur fl-arkati bi ħnejjiet tondi u wħud minnhom b'lavur bi ħnejjiet ippuntati. L-Isqof Gautier de Marvis (1219-1252) ordna li l-kor Rumanesk bikri jitwaqqa' fis-seklu 13, sabiex jiġi ssostitwit b'kor Gotiku b'dimensjonijiet ferm ikbar, ispirat mill-Katidral ta' Amiens, Franza. Il-kostruzzjoni tal-kor il-ġdid bdiet fl-1242 u ntemmet fl-1255. Il-kumplament tal-katidral suppost li kellu jiġi rikostruwit bl-istess stil bħal tal-kor, iżda dan qatt ma twettaq. L-unika żidiet li saru wara kienu l-portiku tal-Punent, u kappella Gotika kbira li nbniet maġenb waħda mill-korsiji laterali, u l-ħitan u t-twieqi oriġinali tagħha sadanittant għebu. Il-ħajt diviżorju qrib l-artal huwa kapulavur Rinaxximentali tal-iskultur Fjamming Cornelis Floris u jmur lura għall-1573. Il-katidral ġarrab ħsarat minn tromba tal-arja kbira fl-24 ta' Awwissu 1999. Mill-valutazzjoni tal-ħsarat ġew żvelati problemi strutturali sottostanti u l-katidral ilhom isirulu tiswijiet u investigazzjonijiet arkeoloġiċi minn dak iż-żmien. It-Torri ta' Brunin ġie stabbilizzat fl-2003. Sit ta' Wirt Dinji Il-Katidral ta' Tournai ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Difniet Eleutherius ta' Tournai Nicolas Gombert Adolf, id-Duka ta' Guelders Speċifikazzjonijiet Qniepen Il-Katidral ta' Tournai għandu ħames qniepen, Marc, Marie-Nicolas, Marie-Étienne, Marie-Gasparine (magħrufa wkoll bħala Marie-Pontoise miċ-ċittadini ta' Tournai) u Catherine. Marie-Gasparine u Marie-Étienne jitqiesu bħala qniepen tan-noti profondi. Marie-Gasparine hija l-ikbar waħda mill-ħames qniepen, ġiet magħmula fl-1843 u tiżen disa' tunnellati. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Katidrali Belġju
28876
https://mt.wikipedia.org/wiki/Arkata%20Trijonfali%20ta%27%20Orange
Arkata Trijonfali ta' Orange
L-Arkata Trijonfali ta' Orange (bil-Franċiż: Arc de triomphe d'Orange) hija arkata trijonfali li tinsab fir-raħal ta' Orange fix-Xlokk ta' Franza. Ma hemmx qbil dwar meta nbniet l-arkata, iżda hemm riċerka attwali li taċċetta l-kitba mnaqqxa bħala evidenza ta' data matul ir-renju tal-Imperatur Awgustu (27 Q.K.-14 W.K.). Inbniet fl-eks via Agrippa sabiex tagħti ġieħ lill-veterani tal-Gwerer Galliċi u lil-Legio II Augusta. Iktar 'il quddiem ġiet rikostruwita mill-Imperatur Tiberju biex jiċċelebra r-rebħiet ta' Germanicus kontra t-tribujiet Ġermaniżi fir-Rheinland. L-arkata fiha kitba mnaqqxa ddedikata lill-Imperatur Tiberju fis-27 W.K. Flimkien mat-Teatru Ruman ta' Orange, l-Arkata Trijonfali tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981 minħabba l-preservazzjoni eċċezzjonali tagħha. Deskrizzjoni L-arkata nbniet fis-swar tar-raħal matul il-Medju Evu sabiex tiddefendi l-punti ta' dħul tat-Tramuntana tar-raħal. L-arkitett Auguste Caristie studja l-arkata u wettaq xogħol ta' restawr fl-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 19. Oriġinarjament l-arkata nbniet bl-użu ta' blokok kbar tal-ġebla tal-ġir mingħajr tkaħħil. Fiha tliet ħnejjiet, dik ċentrali ikbar mit-tnejn tal-ġnub. L-istruttura sħiħa hija twila 19.57-il metru, wiesgħa 8.40 metri, u għolja 19.21-il metru. Kull faċċata għandha erba' kolonni Korinzji. L-arkata hija l-eqdem eżempju eżistenti ta' disinn li ntuża iktar 'il quddiem f'Ruma stess, għall-Arkata ta' Septimius Severus u għall-Arkata ta' Kostantinu. It-toqob viżibbli x'aktarx tħallew mill-prattika tas-suldati Medjevali bil-qaws u l-vleġeġ, bi ftit apprezzament għall-arti jew għall-istorja. Fil-faċċata tat-Tramuntana (li tħares 'il barra), l-arċitravu u l-gwarniċ tal-arkata qegħdin iktar lura biex tħalli spazju għal kitba tal-bronż li ntilfet; tentattivi ta' rikostruzzjoni tat-test mit-tqegħid tal-grampuni għaż-żamma tal-ittri ma rnexxewx. L-arkata hija mżejna b'diversi riljievi ta' temi militari, inkluż battalji navali, oġġetti misruqa fil-gwerra u r-Rumani fil-battalja kontra l-Ġermaniċi u l-Galli. Suldat Ruman b'tarka tal-Legio II Augusta ġie mnaqqax bħala parti mir-riljiev fin-naħa tal-faċċata tat-Tramuntana. Sit ta' Wirt Dinji It-Teatru Ruman ta' Orange u l-inħawi tiegħu flimkien mal-Arkata Trijonfali ta' Orange ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Fl-2007 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Referenzi Monumenti Siti ta' Wirt Dinji Franza Imperu Ruman Arkitettura Franċiża
28877
https://mt.wikipedia.org/wiki/Teatru%20Ruman%20ta%27%20Orange
Teatru Ruman ta' Orange
It-Teatru Ruman ta' Orange (bil-Franċiż: Théâtre antique d'Orange) huwa teatru Ruman li jinsab f'Orange, Vaucluse, Franza. Inbena fil-bidu tas-seklu 1 W.K. L-istruttura hija ta' sjieda tal-muniċipalità ta' Orange u fis-sajf tospita l-festival tal-opri magħrufa bħala Chorégies d'Orange. Huwa wieħed mill-iżjed teatri Rumani ppreservati tajjeb, u kien jintuża mill-kolonja Rumana ta' Arausio (jew b'mod iktar speċifiku lill-Colonia Julia Firma Secundanorum Arausio: "il-kolonja Ġuljana ta' Arausio stabbilita mis-suldati tat-tieni leġjun") li ġiet stabbilita fl-40 Q.K. It-teatru kellu rwol ewlieni fil-ħajja taċ-ċittadini, li kienu jqattgħu parti kbira mill-ħin liberu tagħhom hemmhekk. It-teatru kien jitqies mill-awtoritajiet Rumani mhux biss bħala mezz biex tinfirex il-kultura Rumana fil-kolonji, iżda anke bħala mezz ta' distrazzjoni mill-attivitajiet politiċi kollha. Il-forom dominanti ta' divertiment kienu l-mimika, il-pantomimi, il-qari tal-poeżiji u l-"attelana" (tip ta' farsa simili għall-commedia dell'arte) li kienu jdumu l-jum kollu. Għall-popolin, li kienu jħobbi l-effetti spettakolari, ix-xenarji grandjużi tal-palk saru importanti ħafna, flimkien mal-użu tal-makkinarju tal-palk. Id-divertiment kien jiġi offrut lil kulħadd u mingħajr ħlas. It-teatru ġie rrestawrat għall-funzjoni preċedenti tiegħu, primarjament l-opri, flimkien mal-użu tiegħu bħala attrazzjoni turistika. Fl-1981 it-Teatru Ruman flimkien mal-Arkata Trijonfali ta' Orange tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għall-preservazzjoni u għall-arkitettura straordinarja tagħhom. Kostruzzjoni u struttura It-teatri Rumani bikrin kienu mibnija l-iktar bl-injam u kienu maħsuba inizjalment bħala strutturi temporanji. Fil-55 Q.K. Pompeo ordna li jinbena teatru tal-ġebel f'Ruma, u minn hemm 'il quddiem it-teatri Rumani grandjużi u permanenti nfirxu b'mod wiesa'. It-Teatru Ruman ta' Orange nbena fir-renju ta' Awgustu, u jingħad li kien l-ewwel wieħed ta' dan it-tip f'dawn l-inħawi li llum jagħmlu parti minn Franza. Waħda mill-iżjed partijiet ikoniċi ta' din l-istruttura hija l-faċċata esterna grandjuża, li hija twil 103 metri (338 pied) u hija għolja 37 metru (121 pied). Oriġinarjament, kien hemm saqaf tal-injam minn naħa għall-oħra tat-teatru biex jilqa' kontra x-xita u l-maltemp. Hemm evidenza fuq il-ħitan li turi li f'xi punt jew ieħor is-saqaf inqered min-nirien. Għalkemm ma tantx għandu wisq tiżjin u dekorazzjonijiet, il-ħajt ta' tliet sulari jagħti dehra tassew b'saħħitha lill-binja kollha. It-tliet daħliet prinċipali fl-ewwel sular tal-faċċata jagħtu direttament għall-palk fit-teatru, li jesa' bejn 5,800 ruħ sa 7,300 ruħ. Illum il-ġurnata l-biċċa l-kbira tal-postijiet bilqiegħda ġew rikostruwiti biex tiġi żgurata s-sikurezza tat-turisti u tal-membri tal-udjenza. Il-palk, li huwa twil 61 metru (200 pied) u li huwa olzat madwar metru mill-art, warajh għandu ħajt għoli 37 metru (121 pied) li ġie ppreservat kompletament. Dan il-ħajt huwa vitali għat-teatru għaliex kien jgħin fil-projezzjoni tal-awdjo għall-udjenza kbira. Il-ħajt, magħruf ukoll bħala scaenae frons, huwa l-unika superfiċe mżejna arkitettonikament fit-teatru kollu. Oriġinarjament kien imżejjen bil-mużajk tal-irħam b'diversi kuluri, b'għadd ta' kolonni u ta' freġji, u bi statwi mqiegħda f'niċeċ. In-niċċa ċentrali fiha statwa ta' 3.5 metri (11-il pied) tal-Imperatur Awgustu, għalkemm din x'aktarx li kienet restawr ta' statwa oriġinali ta' Apollo, l-alla tal-mużika u tal-arti. Id-daħla ċentrali, taħt in-niċċa b'din l-istatwa, tissejjaħ id-Daħla Rjali jew valva regia. Din id-daħla kienet tintuża biss mill-iżjed atturi prinċipali importanti biex jidħlu u joħorġu mill-palk. Fuq id-daħla kien hemm freġju mżejjen biċ-ċentawri, li ma għadux hemm iżda jinsab għall-wiri fuq in-naħa l-oħra tat-triq tat-teatru fil-Mużew ta' Orange (sfortunatament għad fadal biss fdalijiet minnu). Il-palk ġie mgħotti bi pjattaforma moderna meta t-teatru beda jerġa' jintuża għall-opri u għal spettakli oħra. Telqa Meta l-Imperu Ruman tal-Punent qabad it-triq tan-niżla matul is-seklu 4, meta l-Kristjaneżmu kien laħaq sar ir-reliġjon uffiċjali, it-teatru ngħalaq permezz ta' editt uffiċjali fit-391 W.K., peress li l-Knisja kienet kontra dak li skontha dak iż-żmien kienu spettakli mhux ċivili. X'aktarx li r-rikkezzi tiegħu nsterqu mill-Viżigoti fl-412, u bħall-biċċa l-kbira tal-binjiet Rumani ċertament li tteħidlu xi irħam jew ġebel ieħor matul is-sekli biex jerġa' jintuża għal bini ieħor. Kien jintuża bħala stazzjonament difensiv fil-bidu tal-Medju Evu, u sas-seklu 12 beda jintuża mill-Knisja għal reċti reliġjużi. Matul il-gwerer reliġjużi tas-seklu 16, it-teatru sar rifuġju għaċ-ċittadini tar-raħal matul il-Gwerer Reliġjużi Franċiżi, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni telqet mir-raħal. Rikostruzzjoni Ir-rikostruzzjoni bdiet fl-1825 bil-ħsieb li t-teatru jerġa' jintuża għall-iskop oriġinali tiegħu, jiġifieri li jospita spettakli eċċitanti kbar. Fl-1869, filwaqt li kien għadu fil-proċess ta' restawr, it-teatru ospita l-"Festivals Rumani", li attiraw iktar minn 10,000 ruħ. Parti importanti ħafna mir-restawr kienu l-iskavi taż-żona madwar it-teatru, li saru fis-snin 30 tas-seklu 20. Dawn l-iskavi u l-livellar tal-binjiet tal-madwar żvelaw bosta oġġetti u artefatti li komplew itejbu l-għarfien dwar l-istorja u l-użi tal-istruttura. Illum il-ġurnata, it-tliet livelli kollha tal-postijiet bilqiegħda ġew irrestawrati għalkollox, flimkien mal-bosta turġien, partijiet kbar mill-pavimentar, il-palk, l-orkestra u partijiet mill-ħitan. Matul is-seklu 19, it-teatru bil-mod il-mod beda jirkupra s-sbuħija oriġinali tiegħu, bis-saħħa tal-isforzi ta' Prosper Mérimée, li dak iż-żmien kien qed jokkupa l-kariga ta' direttur tal-monumenti storiċi. Taħt it-tmexxija tiegħu, ix-xogħol tar-restawr beda fl-1825 u fl-1869 it-teatru beda jospita "Festival Ruman" li kien jiċċelebra l-glorja ta' Ruma u kien jinkludi spettaklu mill-opra ta' Méhul, Ġużeppi. Lejn l-aħħar parti tas-seklu, il-figuri ewlenin kollha tal-palk klassiku Franċiż ħadu sehem fil-festivals ta' Orange, inkluż Sarah Bernhardt li għamlitha ta' "Phèdre" fl-1903. Sal-aħħar tas-seklu, il-livelli differenti tal-postijiet bilqiegħda ġew irrestawrati wara proċess burokratiku. Fl-1902 il-festival ingħata isem ġdid, "Chorégies", u ġie ppjanat bħala festival annwali tas-sajf. L-isem oriġina mit-taxxa li kienet tiġi imposta fuq ir-Rumani għonja biex iħallsu għall-produzzjonijiet teatrali. Sal-1969, il-Chorégies kienu jikkonsistu minn reċti li kienu jalternaw ma' musicals, opri u sinfoniji. Madankollu, wara dik id-data, f'Orange bdew isiru biss festivals tal-opri u x-xogħlijiet teatrali bdew isiru f'Avignon. Użu attwali It-Teatru Ruman ta' Orange jitqies bħala l-iżjed teatru Ruman ippreservat fl-Ewropa kollha. Jiġi ġestit minn Culturespaces, organizzazzjoni li tiġġestixxi wkoll siti kulturali relatati oħra fl-inħawi, bħall-Mużew ta' Orange u l-Arkata Trijonfali ta' Orange, fost siti oħra fin-Nofsinhar ta' Franza. Dan l-isforz ta' preservazzjoni jippermetti li jintuża mhux biss bħala sit storiku iżda wkoll bħala post fejn isiru l-kunċerti u l-ispettakli. L-ewwel festival kbir li sar fit-teatru fl-1869 wara li beda r-restawr kien jissejjaħ il-"Festival Ruman". Dan il-festival żviluppa f'festival annwali msejjaħ Chorégies. Dawn l-avvenimenti multimedjali jattiraw eluf ta' viżitaturi minn madwar id-dinja. Matul il-bqija tas-sena, it-Teatru Ruman ta' Orange jibqa' attrazzjoni turistika ewlenija. It-turisti jistgħu jgħaddu mit-teatru prinċipali u mill-kmamar u mill-kurituri tal-madwar u jitgħallmu iktar dwar l-istorja tas-sit permezz ta' awdjogwida. Sit ta' Wirt Dinji It-Teatru Ruman ta' Orange u l-inħawi tiegħu flimkien mal-Arkata Trijonfali ta' Orange ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Fl-2007 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Biblijografija Michel-Édouard Bellet, Orange antique, Imprimerie nationale, coll. « Guides archéologiques de la France », 1991. Gaston Boissier, À propos d’un théâtre antique, Revue des Deux Mondes, 1899, p. 303-332. James Bromwich, The Roman Remains of Southern France : A Guidebook, Routledge, 1993 Anaïs Roumégous, Orange et sa région, vol. 84/3, Éditions de la Maison des sciences de l'homme, coll. « Carte archéologique de la Gaule », 2009 Orange Antique, Paris, ministère de la Culture, de la Communication et des Grands Travaux, coll. « guides archéologiques de la France », 1991, 118 p. (ISBN 2-11-081111-0), p. 27-30 Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monumenti Franza Imperu Ruman Teatri
28878
https://mt.wikipedia.org/wiki/Panam%C3%A1%20Viejo
Panamá Viejo
Panamá Viejo, magħrufa wkoll bħala Panamá la Vieja (li tfisser litteralment "Panama Antika"), hija l-fdalijiet tal-Belt tal-Panama oriġinali, l-eks belt kapitali ta' Panama, li nqerdet fl-1671 mill-furban minn Wales, Henry Morgan. Tinsab fis-subborgi tal-belt kapitali attwali. Flimkien maċ-ċentru storiku ta' Casco Viejo, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Storja Insedjament (oriġinarjament magħruf bħala Castilla del Oro) ġie stabbilit fil-15 ta' Awwissu 1519 minn Pedro Arias Dávila u 100 abitant ieħor. Dak iż-żmien, dan kien l-ewwel insedjament Ewropew permanenti fl-Oċean Paċifiku, u ssostitwixxa ż-żewġ bliet ta' Santa María la Antigüa del Darién u Acla. Sentejn wara, fl-1521, l-insedjament ingħata l-istatus ta' belt permezz ta' digriet irjali u ngħata l-istemma tiegħu minn Karlu V ta' Spanja, u fforma cabildo ġdid. Ftit wara l-ħolqien tagħha, il-belt saret punt ta' tluq ta' diversi spedizzjonijiet lejn il-Perù u bażi importanti minn fejn id-deheb u l-fidda kienu jintbagħtu lejn Spanja. Mill-1520 xi merkanti minn Genova, l-Italja, ħadu f'idejhom il-kummerċ tal-belt u l-port ta' Panamá Viejo fl-Oċean Paċifiku għal seklu sħiħ, bis-saħħa tal-konċessjoni li ngħataw mill-Ispanjoli, li kienu l-alleati tar-Repubblika ta' Genova. Bejn l-1586 u l-1587 diġà kien hemm 11-il Taljan fil-Panama, għan-naturalizzazzjoni u d-dritt li jibqgħu jgħixu fil-Panama. Skont ċensiment tal-ħabta tal-1587, il-Belt ta' Panama kellha 548 abitant (uħud minnhom dixxendenti tal-ewwel insedjaturi minn Genova), li minnhom 53 kienu barranin u 18 minnhom kienu Taljani. Fl-1539 u fl-1563, il-belt ġarrbet għadd ta' nirien li qerdu partijiet minnha iżda dan ma xekkilx l-iżvilupp tagħha. Fl-1610, il-belt laħqet popolazzjoni ta' 5,000 ruħ, b'500 dar, kif ukoll kunventi, kappelli, sptar u katidral. Fil-bidu tas-seklu 17, il-belt ġiet attakkata diversi drabi mill-pirati u mill-popli indiġeni ta' Darién. Fit-2 ta' Mejju 1620, terremot heżżeż il-belt u bosta binjiet ġarrbu ħsarat estensivi. Fil-21 ta' Frar 1644, in-Nar il-Kbir qered 83 binja reliġjuża, inkluż il-katidral. Dak iż-żmien kien hemm 8,000 ruħ jgħixu fil-belt. Fl-1670, il-belt kellha 10,000 abitant. Fit-28 ta' Jannar 1671, il-furban minn Wales, Henry Morgan, attakka l-belt b'1,400 furban, li mmarċjaw mill-kosta tal-Karibew u qasmu l-ġungla. Il-qawwa ta' Morgan għelbet il-milizji tal-belt u mbagħad serqet ir-rikkezzi ta' Panamá. Jew Morgan stess jew inkella l-armata tiegħu taw in-nar lill-belt, jew il-Kaptan Ġeneral Emanuel Gonzalez Revilla ordna l-isplużjoni tal-imħażen tal-porvli. Kienet x'kienet il-kawża, in-nirien qerdu l-belt. L-attakk ta' Morgan ikkawża t-telf ta' eluf ta' ħajjiet u Panamá kellha terġa' tinbena ftit kilometri lejn il-Punent fuq sit ġdid (dak tal-Belt ta' Panama attwali). Henry Morgan ġie arrestat, iżda wara li wera bil-provi li ma kien jaf b'xejn dwar it-Trattat ta' Madrid li kien għadu kemm tlesta u li temm l-ostilitajiet bejn l-Ingilterra u Spanja, sussegwentement inħeles u iktar 'il quddiem ingħata premju. Sit ta' Wirt Dinji Is-Sit Arkeoloġiku ta' Panamá Viejo u d-Distrett Storiku ta' Casco Viejo ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2003 saru xi modifiki minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Kultura popolari Is-sit arkeoloġiku ta' Panamá Viejo ntuża fid-19-il staġun ta' The Amazing Race. Il-festa bħala premju għal sfida tas-seba' staġun ta' show tas-CBS Survivor saret f'dan is-sit. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Panama
28879
https://mt.wikipedia.org/wiki/Casco%20Viejo%20%28Panama%29
Casco Viejo (Panama)
Casco Viejo (li litteralment tfisser "Kwartier Antik" jew "Distrett Storiku"), magħruf ukoll bħala Casco Antiguo jew San Felipe, huwa distrett storiku tal-Belt tal-Panama, il-belt kapitali tal-Panama. Maħluq u insedjat fl-1673, id-distrett storiku nbena wara l-qerda kważi totali tal-Belt tal-Panama oriġinali, Panamá Viejo, fl-1671, meta din ġiet attakkata mill-pirati. Id-distrett tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Storja Il-Belt tal-Panama ġiet stabbilita fil-15 ta' Awwissu 1519 u damet teżisti għal 152 sena. F'Jannar 1671, il-Gvernatur Juan Perez de Guzman taha n-nar, qabel l-attakk kontriha u s-serq tar-rikkezzi tagħha mill-furban Henry Morgan. Fl-1672, Antonio Fernández de Córdoba beda l-kostruzzjoni ta' belt ġdida, li mbagħad ġiet stabbilita fil-21 ta' Jannar 1673. Din il-belt inbniet fuq peniżola iżolata għalkollox mill-baħar u b'sistema difensiva ta' swar. Illum il-ġurnata dan is-sit jippreserva l-ewwel istituzzjonijiet u binjiet tal-belt moderna ta' Panama u huwa magħruf bħala Casco Viejo. F'dawn l-aħħar snin, Casco Viejo — permezz tal-ġentrifikazzjoni — saret attrazzjoni turistika mimlija ristoranti, lukandi u nightclubs; filwaqt li ġew ippreservati wkoll il-bosta siti storiċi li għandha x'toffri. Sit ta' Wirt Dinji Is-Sit Arkeoloġiku ta' Panamá Viejo u d-Distrett Storiku ta' Casco Viejo ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2003 saru xi modifiki minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Attrazzjonijiet ewlenin Il-Katidral Metropolitan huwa l-knisja Kattolika prinċipali tal-Belt tal-Panama. El Palacio de las Garzas huwa l-uffiċċju tal-gvern u r-residenza tal-President tal-Panama. Il-Knisja u l-Kunvent ta' San Franġisk t'Assisi. Il-Knisja ta' San José. Il-Knisja ta' La Merced. Il-Knisja u l-Kunvent ta' San Duminku: Arco Chato. Il-Knisja u l-Kunvent tal-Ġiżwiti. Il-Palazz Muniċipali li jmur lura għall-bidu tas-seklu 20. Il-Palazz Nazzjonali. It-Teatru Nazzjonali tal-Panama. Il-Mużew tal-Kanal tal-Panama. Il-Palazz Bolívar. Id-Dar ta' Góngora. Il-Pjazza Bolívar. Il-Pjazza Herrera. Il-Pjazza ta' Franza. Il-Pjazza tal-Indipendenza. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Panama
28880
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fl-Irlanda
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Irlanda
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. L-Irlanda rratifikat l-Konvenzjoni fis-16 ta' Settembru 1991. L-Irlanda attwalment għandha żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit li ġie ddeżinjat kien Brú na Bóinne – il-Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa tax-Xmara Boyne, fl-1993. It-tieni sit, Skellig Michael, ġie ddeżinjat fl-1996. It-tnejn huma siti kulturali li ntgħażlu skont il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. Siti ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Irlanda
28881
https://mt.wikipedia.org/wiki/Knisja%20tal-Pellegrina%C4%A1%C4%A1i%20ta%27%20Wies
Knisja tal-Pellegrinaġġi ta' Wies
Il-Knisja tal-Pellegrinaġġi ta' Wies (bil-Ġermaniż: Wieskirche) hija knisja ovali bi stil Rokokò, li ġiet iddisinjata fl-aħħar tas-snin 40 tas-seklu 18 mill-aħwa J. B. u Dominikus Zimmermann. Dan tal-aħħar kien jgħix fil-qrib għall-aħħar ħdax-il sena ta' ħajtu. Il-knisja tinsab fl-għoljiet ta' qabel l-Alpi, fil-muniċipalità ta' Steingaden fid-distrett ta' Weilheim-Schongau, il-Bavarja, il-Ġermanja. Bħala rikonoxximent tal-arkitettura Rokokò straordinarja tagħha, il-knisja tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983. Storja u deskrizzjoni Jingħad li fl-1738 dehru xi dmugħ fuq statwa tal-injam dilapidata ta' Kristu fflaġellat. Il-leġġenda ta' dan il-miraklu rriżultat f'sensiela ta' pellegrinaġġi sal-iskultura. Fl-1740, kappella żgħira nbniet biex tospita l-istatwa iżda f'qasir żmien kien evidenti li l-binja kienet żgħira wisq għall-għadd ta' pellegrini li l-istatwa kienet qed tattira. B'hekk l-Abbazija ta' Steingaden iddeċidiet li tikkummissjona l-kostruzzjoni ta' santwarju separat. Il-kostruzzjoni seħħet bejn l-1745 u l-1754, u fuq ġewwa l-knisja ġiet imżejna b'affreski u bl-istukko skont it-tradizzjoni tal-Iskola ta' Wessobrunner. "Kollox fi ħdan il-knisja sar biex is-sovranaturali jsir viżibbli. L-iskulturi u l-affreski donnhom jiffurmaw ħaġa waħda biex id-divin jieħu l-ħajja u jsir viżibbli". Hemm twemmin popolari li l-gvern tal-Bavarja ppjana li jbigħ jew iwaqqa' dan il-kapulavur tar-Rokokò matul is-sekolarizzazzjoni tal-Bavarja fil-bidu tas-seklu 19, u li l-knisja ġiet salvata mill-qerda biss bis-saħħa tal-protesti tal-bdiewa lokali. Madankollu, sorsi disponibbli jiddokumentaw li l-kummissjoni statali responsabbli ovvjament kienet favur it-tkomplija ta' Wies bħala sit tal-pellegrinaġġi, minkejja l-oġġezzjonijiet ekonomiċi mis-Superjur tal-patrijiet tal-Abbazija ta' Steingaden. Bosta minn dawk li talbu quddiem l-istatwa ta' Ġesù fuq l-artal saħqu li l-morda mirakolużament ġew imfejqa mill-mard tagħhom, u b'hekk din il-knisja iktar issaħħet bħala sit tal-pellegrinaġġi. Il-knisja sarilha restawr estensiv bejn l-1985 u l-1991. Il-Knisja tal-Pellegrinaġġi ta' Wies għandha pjanta ovali, bnarthex'' semiċirkolari. Fuq ġewwa, żewġ kolonni quddiem il-ħitan jirfdu l-gwarniċ elaborat, b'tiżjin mirqum tal-istukko mpitter minn J. B. Zimmerman, u b'kor twil u profond. Is-soqfa huma mpittra bi stil ta' trompe-l'œil, donnhom qed jiftħu għas-smewwiet. Sit ta' Wirt Dinji Il-Knisja tal-Pellegrinaġġi ta' Wies ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983. Fl-2011 iż-żona ta' lqugħ tas-sit saritilha modifika minuri. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Knejjes Ġermanja
28882
https://mt.wikipedia.org/wiki/Monasteru%20ta%27%20Poblet
Monasteru ta' Poblet
Il-Monasteru ta' Poblet, magħruf ukoll bħala l-Monasteru Rjali ta' Santa Maria de Poblet (bil-Katalan: Reial Monestir de Santa Maria de Poblet), huwa monasteru tal-Ordni taċ-Ċisterċensi li ġie stabbilit fl-1151, u li jinsab qabel il-muntanji Prades, fil-comarca ta' Conca de Barberà, fil-Katalonja, Spanja. Ġie stabbilit mill-patrijiet Ċisterċensi minn Franza. L-arkitett prinċipali tal-binja kien Arnau Bargués. Dan il-monasteru kien l-ewwel wieħed minn tliet monasteri magħrufa flimkien bħala t-triangolu taċ-Ċisterċensi, li għenu fil-konsolidazzjoni tal-poter fil-Katalonja fis-seklu 12. Iż-żewġ monasteri l-oħra huma dak ta' Vallbona de les Monges u dak ta' Sant Creus. Il-monasteru tniżżel bħala Sit Spanjol ta' Interess Kulturali fl-1921 u fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991. Importanza Il-Monasteru ta' Poblet kien wieħed miż-żewġ abbaziji rjali tar-rejiet tal-Kuruna ta' Aragona minn żmien Ġakbu I ta' Aragona (flimkien mal-Monasteru ta' San Juan de la Peña). Uħud mill-iżjed sepulkri rjali importanti għandhom statwi tal-alabastru fuq il-qabar. Ir-rejiet għandhom skulturi ta' ljuni ma' riġlejhom, filwaqt li l-irġejjen għandhom skulturi ta' klieb. Pietru IV ta' Aragona (1319-1387) stabbilixxa rekwiżit, taħt ġurament solenni fil-waqt tal-inkurunazzjoni, li r-rejiet Aragoniżi kollha kellhom jindifnu hemmhekk. Ferdinandu II ta' Aragona biss kiser il-ġurament, wara li r-renju tiegħu ngħaqad mar-Renju ta' Kastilja, u ndifen fi Granada. Sit ta' Wirt Dinji Il-Monasteru ta' Poblet ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Difniet Ir-rejiet u l-irġejjen ta' Aragona li ġejjin indifnu fil-Monasteru ta' Poblet: Alfonso II (1196), Ġakbu I (1276), Pietru IV (1387), u t-tliet nisa tiegħu Marija ta' Navarra, Eleanora tal-Portugall, u Eleanora ta' Sqallija, Ġwanni I (1396), u n-nisa tiegħu Marta ta' Armagnac u Violant ta' Bar, Martin I (1410) u l-ewwel mara tiegħu Maria de Luna, Ferdinandu I (1416) u martu, Eleanora ta' Alburquerque, Alfonso V (1458), Ġwanni II (1479) u t-tieni mara tiegħu Joana Enríquez. Nies notevoli oħra li ndifnu fil-Monasteru ta' Poplet jinkludu lir-reġina Ungeriża Beatrice ta' Napli (1508), Philip Wharton, l-ewwel Duka ta' Wharton (1731) u l-Arċiduka Carlos Píus tal-Awstrija u t-Toskana (1953). L-oqbra rjali ġew irrestawrati mill-iskultur Katalan Frederic Marés fl-1948. Qerda u rikostruzzjoni Il-monasteru, li diġà kien ġarrab xi ħsarat matul l-Ewwel Gwerra Karlista, ingħalaq minħabba l-Konfiski Ekkleżjastiċi ta' Mendizábal fl-1835 matul ir-renju ta' Isabella II ta' Spanja. Id-desamortización jew is-sekolarizzazzjoni tal-post temm il-ħajja monastika hemmhekk. Fl-24 ta' Lulju ta' dik is-sena, il-monasteru ġie misruq mir-rappreżentanti tal-gvern ta' Mendizábal u minn nies bla skrupli. Il-pitturi u l-għamara kollha ta' valur tneħħew u ttieħdu jew inbigħu. Barra minn hekk, xi partijiet mill-monasteru nqerdu min-nirien. Fis-snin ta' wara, il-Monasteru ta' Poblet ġie abbandunat u mitluq; uħud mis-soqfa prinċipali ċedew. L-oqbra tal-mexxejja tar-Renju ta' Aragona ġew vvandalizzati u l-fdalijiet ġew ittrasferiti u miżmuma għal xi żmien fil-Katidral ta' Tarragona, bis-saħħa tal-intervent tar-Reverendu Antoni Serret mir-raħal ġar ta' L'Espluga. Finalment il-monasteru ġie stabbilit mill-ġdid fl-1940 minn patrijiet Taljani tal-istess ordni u bdew it-tiswijiet u r-rikostruzzjoni. Qrib id-daħla tal-knisja nżammet binja fi stat mitluq bħala tfakkira. Il-fdalijiet tad-deċeduti fost il-familja rjali antika ta' Aragona reġgħu tpoġġew fis-sepulkri tagħha, għalkemm b'xorti ħażina issa ġew imħawdin. Il-Monasteru ta' Poblet jagħmel parti mill-Kongregazzjoni Ċisterċensi tal-Kuruna ta' Aragona, flimkien mal-Monasteru ta' Santa Maria de Solius u ma' kunventi bħal Santa Maria de Vallbona u Santa Maria de Valldonzella. Is-Superjur tal-patrijiet tal-Monasteru ta' Poblet huwa l-president ex officio tal-Kongregazzjoni. Illum il-ġurnata, il-komunità monastika tal-Monasteru ta' Poblet hija magħmula minn 29 patri ddikjarat, oblat wieħed regolari, novizju wieħed u żewġ familjari. L-artal prinċipali tal-1527 ġie skolpit minn Damián Forment. Fl-2010, l-arkitett Spanjol Mariano Bayón iddisinja l-lukanda tal-Monasteru ta' Poblet li tilqa' lill-viżitaturi bi ħlas. Superjuri tal-patrijiet Is-Superjur tal-patrijiet attwali huwa l-105 superjur. 1954-1966: Edmon Maria Garreta i Olivella 1966-1970: Robert Saladrigues 1970-1998: Maurus Esteva Alsina 1998-2015: Josep Alegre i Vilas 2015-sa issa: Octavi Vilà i Mayo Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monasteri Spanja
28884
https://mt.wikipedia.org/wiki/Knejjes%20Rumaneski%20Katalani%20tal-Vall%20de%20Bo%C3%AD
Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí
Il-Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí huma sensiela ta' disa' knejjes Rumaneski Bikrin fil-Vall de Boí, fil-comarca Katalana ta' Alta Ribagorça, fil-Provinċja ta' Lleida, li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Storja tal-affreski Matul il-bidu tas-seklu 20 sar sforz kbir biex jiġu studjati u kkatalogati l-affreski Rumaneski fil-knejjes Katalani tal-inħawi tal-Vall de Boí. Din l-attività ġiet imqanqla kemm mill-interessi akkademiċi tal-istudjużi kif ukoll mill-kummerċjanti tal-arti li kellhom f'moħħhom il-gwadann finanzjarju. Fl-1904 u fl-1906, il-Klabb tal-Ġiti bil-Mixi tal-Katalonja organizza l-ewwel ġiti fost l-oħrajn fil-Vall de Boí, bl-għan li jsiru pjanti tal-inħawi, jinġibdu r-ritratti u jittieħdu n-noti. Sussegwentement, f'Ġunju 1907 twettqet spedizzjoni mill-Istitut għall-Istudji Katalani sabiex jiġu studjati, iddokumentati u jittieħdu ritratti tal-binjiet u tal-opri tal-arti importanti kulturalment fil-Vall d'Aran u f'Alta Ribagorça, inkluż fil-Vall de Boí. B'hekk, bejn l-1905 u l-1909, il-Bord tal-Mużewijiet ta' Barċellona stampa repliki fidili ta' dawn l-affreski tal-Pirinej, u l-pubblikazzjoni ta' dawn l-opri tal-arti qanqlu x-xewqa tal-akkwiżizzjoni tagħhom mill-mużewijiet u mill-kollezzjonisti privati. Sal-1919, bosta intermedjarji kienu involuti fix-xiri u fil-bejgħ ta' dawn ix-xogħlijiet, li marru l-iktar għand mużewijiet u kollezzjonijiet privati fl-Istati Uniti. F'każ iddokumentat partikolari, artiġjani Taljani u Pollakki tħallsu mill-industrijalista u l-kollezzjonista tal-arti Lluis Planidura biex jaqilgħu l-affreski minn knejjes iżolati u bigħ l-apsida tal-Knisja ta' Santa Maria de Mur lill-Mużew tal-Belle Arti ta' Boston fl-1921 (b'mod kompletament legali) qabel l-għadab tal-artisti u tal-kuraturi Spanjoli ma waqqfu. L-inħawi ta' Taüll saru eċċezzjoni għal din ix-xejra, peress li l-popolazzjoni lokali rrifjutaw li l-affreski u opri oħra tal-arti jitneħħew mill-knejjes tagħhom. Din l-azzjoni eskalat sal-livell tal-Commonwealth tal-Katalonja u tal-isqof ta' La Seu d'Urgell. Finalment, intlaħaq qbil li l-affreski l-aħjar li jinżammu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti Katalana (MNAC), f'post sigur fejn ma setgħux jinsterqu jew jgħaddu minn xi tranżazzjoni bla skrupli. Tim ta' restawraturi Taljani wettqu l-biċċa xogħol li jaqilgħu l-affreski minn mal-ħajt, u f'xi każijiet jissostitwixxu l-opri tal-arti b'repliki fil-post. L-affreski Rumaneski ta' Taüll ippreservati fl-MNAC minn dak iż-żmien 'l hawn saru famużi madwar id-dinja kollha. L-interess fost l-akkademiċi u l-professjonisti tal-arti wassal biex isir studju sistematiku tal-affreski Rumaneski l-oħra kollha fl-inħawi tal-Vall de Boí, u bosta minnhom issa qed jiġu protetti mill-MNAC f'Barċellona u fil-Mużew ta' Vic. Sit ta' Wirt Dinji Il-Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Komponenti Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Knejjes Spanja
28885
https://mt.wikipedia.org/wiki/H%C3%A9ctor%20Scarone
Héctor Scarone
Héctor José Juan Scarone Beretta (twieled fis-26 ta' Novembru 1898 – miet fl-4 ta' April 1967) kien plejer u kowċ tal-futbol Urugwajan. Karriera Klabb Wara l-bidu ma' diversi timijiet taż-żgħar fi klabbs ta' Montevideo, Scarone daħal fil-mixtla ta' Nacional fl-1914 u lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-Primera División Uruguaya. Ma' Nacional sar wieħed mill-pedini importanti u Scarone ikkontribwixxa għal żewġ titli konsekuttivi (fl-1916 u fl-1917), il-Copa Ricardo Aldao fl-1916 u l-Copa de Honor fl-1917. Wara s-sena kiefra tal-1918 fejn Nacional tilfu l-kaptan tagħhom Abdón Porte b'kawża ta' suwiċidju, liema staġun Scarone skorja rekord personali ta' 21 gowl, fl-1919 rebħu t-tielet titlu nazzjonali u għal darb'oħra il-Copa Ricardo Aldao. Dan it-tragward reġa' ntleħaq fl-1920. Dan is-suċċess kompla fis-snin ta' wara bi tliet titli konsekuttivi mill-1922 sal-1924. Bejn l-1925 u l-1926, il-kampjonat Urugwajan ġie sospiż minħabba kunflitt bejn żewġ federazzjonijiet tal-futbol Urugwajani. Nacional ħadu vantaġġ ta' dan il-waqfien u organizzaw numru ta' logħbiet madwar l-Ewropew fejn lagħabu 38 logħba bejn Marzu u Awwissu tal-1925. Scarone ibrilla kontinwament, fosthom fil-konfront kontra Barcelona, u kien l-aqwa skorer b'26 gowl. F'Jannar tal-1926 Scarone aċċetta s-sejħa tal-Blaugrana biex sar l-ewwel Uruguwajan internazzjonali li lagħab fi klabb Ewropew, u t-tieni plejer mill-Urugwaj wara Julio Bavastro ingħaqad mal-Milan fl-1910. Scarone lagħab biss f'logħob ta' ħbiberija (fejn skorja 6 gowls f'10 preżenzi) u wara biss sitt xhur irritorna lura ma' Nacional. Barcelona, li f'dik l-istess sena qaleb għal klabb professjonali, ipproponietlu salarju tajjeb, però Scarone irrifjuta minħabba li din il-firma setgħet tippreġudika l-parteċipazzjoni tiegħu fl-Olimpjadi tal-1928 ġewwa Amsterdam, hekk kif din il-kompetizzjoni kienet għal atleti dilettanti. Ma' Nacional ħa sehem f'turnew ieħor din id-darba fl-Amerika ta' Fuq bejn Marzu u Lulju tal-1927 u skorja 23 gowl f'19-il logħba. Fl-1931, Scarone issieħeb ma' Ambrosiana-Inter għall-istaġun 1931–32 biex sar l-ewwel plejer oriundo. Minkejja li skorja 7 gowls f'14-il logħba, żmienu kien mifni minn waqfien kontinwu minħabba uġigħ. Is-sena ta' wara ngħaqad ma' Palermo, tim li kienu għadu ġej minn promozzjoni għas-Serie A. Wara żewġ staġuni fejn raw lit-tim Siċiljan isalva minn żewġ relegazzjonijiet u ritorn ta' 13-il gowl f'56 logħba, Scarone irritorna ma' Nacional. Lura ma' Nacional, it-tim rebaħ titlu ieħor nazzjonali fl-1934. Il-preżenzi tiegħu saru inqas frekwenti, tant u hekk li kien hemm kunflitt intern mal-klabb dwar il-prestazzjonijiet tiegħu waqt it-taħriġ. Hu għalaq il-kapitlu ma' Nacional fl-1939 b'total ta' 301 gowl f'369 partita, bejn logħbiet uffiċjali, mhux uffiċjali u ta' ħbiberija. Internazzjonali Mat-tim nazzjonali tal-Urugwaj iddebutta fit-2 ta' Settembru 1917 f'logħba kontra l-Arġentina bħala parti mill-Copa Newton. Il-kowċ Ramón Platero żied lil Scarone fil-lista finali tal-imsejħa għat-tieni edizzjoni tal-Campeonato Sudamericano li ntlagħbet ġewwa l-Urugwaj. Flimkien ma' ħuh Carlos u l-istilla l-oħra tal-attakk, Ángel Romano, Scarone kien protagonista assolut fejn skorja żewġ gowls fi tliet logħbiet, inkluż il-gowl tar-rebħa kontra l-Arġentina li tat lill-Urugwaj it-tieni titlu konsekuttiv. Dan is-suċċess ġie ripetut fl-edizzjoni tal-1923, li ta lill-Urugwaj il-biljett għall-Olimpjadi tal-1924. Scarone ħa sehem fl-Olimpjadi li kkonkludiet bir-rebħ tal-midalja tad-deheb wara t-trijonf ta' 3–0 kontra l-Iżvizzera fid-9 ta' Ġunju. F'Ottubru tal-istess sena reġa' kien parti mit-tim li rebaħ il-Campeonato Sudamericano, u wara sentejn li fihom ma lagħabx man-nazzjonali, ir-ritorn tiegħu fl-istess kompetizzjoni ratu jirbaħ ir-raba' (u l-aħħar) titlu f'dan it-turnew. Fl-1930, l-Urugwaj ositaw l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Scarone skorja gowl wieħed biss fir-rebħa ta' 4–0 kontra r-Rumanija. Minkejja r-ritorn baxx fin-numru ta' gowls, hu kien strumentalli fir-rebħ tat-titlu tant li ġie magħżul fost l-aqwa plejers tal-kompetizzjoni mill-FIFA. Il-finali kontra l-Arġentina kienet l-aħħar logħba tiegħu, biex spiċċa b'total ta' 52 logħba u 31 gowl (70 logħba u 42 gowl jekk jiġu nklużi logħbiet mhux uffiċjali). Unuri Klabb Nacional Primera División: 1916, 1917, 1919, 1920, 1922, 1923, 1924, 1934 Copa de Honor: 1916, 1917 Copa de Honor Cousenier: 1916 Copa Ricardo Aldao: 1916, 1919, 1920 Copa de Campeonato Albion: 1919 Copa Competencia Uruguaya: 1919, 1921, 1923 Copa León Peyrou: 1920, 1921, 1922 Campeonato Ing. José Serrato: 1928 Tim nazzjonali Tazza tad-Dinja: 1930 Midalja tad-deheb Olimpika: 1924, 1928 Copa América: 1917, 1923, 1924, 1926 Copa Lipton: 1919, 1927 Copa Newton: 1917, 1920, 1922, 1930 Noti Referenzi Ħoloq esterni Logħbiet internazzjonali ta' Scarone fuq RSSSF Twieldu fl-1898 Mietu fl-1967 Futbolers Urugwajani Kowċis Urugwajani
28887
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bart%20McGhee
Bart McGhee
Bartholomew McGhee (twieled fit-30 ta' April 1899 – miet fis-26 ta' Jannar 1979) kien plejer tal-futbol Amerikan. Bijografija Imwieled l-Iskozja, il-familja emigrat lejn l-Istati Uniti fl-1912 wara li missieru kien emigra sentejn qabel. Ta' dsatax-il sena, McGhee beda jilgħab ma' New York Shipbuilding. Fl-istaġun ta' wara ngħaqad ma' Wolfenden Shore. Wara li f'Marzu tal-1921 kellu żmien ta' prova ma' Bethlehem Steel, hu ngħaqad ma' Philadelphia Hibernian. Fl-1922, McGhee issieħeb ma' New York Field Club. Magħhom għamel żewġ staġuni qabel ma' mar ma' Fleisher Yarn fl-1924. Fleisher kienu għal ħafna żmien klabb dilettant, però fl-1924 qalbu għal mudell professjonali. Madanakollu, ma setgħux imantnu lilhom infushom u l-klabb falla fi tmien l-istaġun. Meta Fleisher fallew, McGhee mar ma' Indiana Flooring, li iktar tard issemmew mill-ġdid bħala New York Nationals, li kienu jilgħabu fil-Belt ta' New York. Fil-karriera tiegħu, McGhee lagħab minn tal-inqas 350 logħba u skorja 137 gowl fil-perjodu ta' bejn l-1921 u l-1931. Fuq livell internazzjonali, McGhee lagħab tliet logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti, kollha fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Hu skorja l-ewwel gowl tal-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja, u t-tieni wieħed fl-istorja tal-kompetizzjoni, fir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju nhar it-13 ta' Lulju 1930. Fl-1986, McGhee ġie onorat meta ġie mniżżel fin-National Soccer Hall of Fame. Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1899 Mietu fl-1979 Futbolers Amerikani
28888
https://mt.wikipedia.org/wiki/Michael%20Refalo
Michael Refalo
Michael Refalo (twieled fil-25 ta' Frar 1936 – miet fit-3 ta' Frar 2015) kien politiku u diplomatiku Malti. Refalo kien membru tal-Partit Nazzjonalista. Huwa kien membru tal-Kamra tad-Deputati bejn l-1971 u l-2003 u qeda r-rwoli ta' segretarju parlamentari u iktar 'il quddiem ta' Ministru għat-Turiżmu. Refalo kien il-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit bejn l-2005 u Ottubru 2008. Huwa kien ukoll editur tal-gazzetta Il-Mument mill-1972 sal-1980. Karriera Refalo twieled f'Tas-Sliema fil-25 ta' Frar 1936. Huwa attenda l-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Refalo sar avukat fl-1961. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1962 u tal-1966 huwa kien kandidat għall-Kamra tad-Deputati ta' Malta mal-Partit Nazzjonalista, iżda ma ġiex elett fiż-żewġ elezzjonijiet. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1971 huwa ġie elett fil-Kamra tad-Deputati. Huwa ġie elett mill-ġdid f'kull elezzjoni li saret wara sal-elezzjonijiet ġenerali tal-2003, għal total ta' 33 sena. Fl-1987 huwa sar segretarju parlamentari għat-turiżmu, u fl-1992 inħatar mill-ġdid biex jaqdi din il-kariga. Matul il-mandat tiegħu huwa stabbilixxa l-għan li Malta tilqa' miljun turist fis-sena. Fl-1995 huwa sar Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, u tliet snin wara nħatar bħala Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura. Refalo kien il-Kummissarju Għoli għal Malta fir-Renju Unit bejn l-2005 u Ottubru 2008. Huwa kien l-editur tal-gazzetta Il-Mument bejn l-1972 u l-1980. Refalo sar Imsieħeb fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2007. Refalo miet fit-3 ta' Frar 2015 f'Tas-Sliema, tal-età ta' 78 sena. Referenzi Politiċi Maltin Twieldu fl-1936 Mietu fl-2015
28889
https://mt.wikipedia.org/wiki/Manuel%20Ferreira
Manuel Ferreira
Manuel Ferreira (twieled fit-22 ta' Ottubru 1905 – miet fid-29 ta' Lulju 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin. Karriera Il-karriera ta' Ferreira kienet prinċiparjament ma' Estudiantes li magħhom lagħab f'90 logħba u skorja 26 gowl, minbarra sentejn ma' River Plate. Minkejja l-livell ta' żewġ timijiet hu qatt ma rebaħ titlu. Mat-tim nazzjonali Arġentin lagħab bejn l-1927 u l-1930, u l-ewwel logħba tiegħu seħħet matul il-Campeonato Sudamericano tal-1927. L-Albicelestes spiċċaw it-turnew bil-punti sħaħ, quddiem ir-rivali tal-Urugwaj, li f'dak iż-żmien kienu f'taqtigħa bejniethom għas-supremazija kontinentali u dinjija. Fil-kompetizzjoni, Ferreira skorja żewġ gowls fl-aħħar logħba kontra l-ospiti tal-Perù. Fl-1928, Ferreira ħa sehem fid-dixxiplina tal-futbol waqt l-Olimpjadi tal-1928 ġewwa Amsterdam. Wara li għelbu lill-Istati Uniti, il-Belġju u l-Eġittu, l-Arġentini sabu lill-Urugwaj quddiemhom għall-finali tal-10 ta' Ġunju. Ferreira skorja l-gowl tad-dro fil-50 minuta wara li Pedro Petrone fetaħ l-iskor għall-avversarji. Wara li l-logħba spiċċat fi dro, fil-logħba ta' spareġġ, l-Urugwaj kisbu rebħa ta' 2–1 grazzi għall-gowl ta' Héctor Scarone. L-Arġentina temmet bil-midalja tal-fidda u Ferreira spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls. Il-vendetta tal-Arġentina waslet is-sena ta' wara bir-rebħ tal-Campeonato Sudamericano tal-1929; Ferreira reġa' spiċċa t-tieni fil-lista tal-aqwa skorers bi tliet gowls u minn dan it-turnew beda jilbes il-faxxa ta' kaptan. L-Arġentina ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-1930. Ferreira ma skorja l-ebda gowl u minfloku plejers bħal Guillermo Stábile u Carlos Peucelle kienu l-istilel tal-Arġentina. Hu ggidwa lit-tim għall-finali kontra l-Urugwaj li ntlagħbet fit-30 ta' Lulju 1930 ġewwa l-Estadio Centenario li ntrebħet mill-Urugwajani b'riżultat ta' 4–2. Wara dan ir-riżultat diżappuntanti, Ferreira għalaq l-esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali. Unuri Nazzjonal Arġentina Copa América: 1927, 1929 Copa Newton: 1927, 1928 Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1905 Mietu fl-1983 Futbolers Arġentini Kowċis Arġentini
28890
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%8Airkewwa
Ċirkewwa
Iċ-Ċirkewwa huwa port li jinsab fl-iżjed punt fit-Tramuntana ta' Malta. Huwa l-post fejn hemm it-Terminal taċ-Ċirkewwa għal-lanċa tal-Gozo Channel Company Limited li topera regolarment sal-port tal-Imġarr, Għawdex, u minnu. Fis-sajf joperaw ukoll laneċ għal Kemmuna, kif ukoll eskurjonijiet organizzati għall-bugħaddasa. Peress li ċ-Ċirkewwa huwa port u mhux raħal, ma hemmx infrastruttura għajr it-terminal. Il-viżitatur li jivvjaġġaw lejn Għawdex jistgħu jaslu ċ-Ċirkewwa bil-karozza billi jsegwu s-sinjali fit-toroq li jindikaw lejn Għawdex, u bil-karozza tal-linja mill-Belt Valletta, minn Tas-Sliema, minn Buġibba u minn San Pawl il-Baħar. Ħdejn il-port hemm lukanda u l-bajja bir-ramel ta' Paradise Bay. Għadis Iċ-Ċirkewwa hija wieħed mill-iżjed siti li jżuruh bugħaddasa fil-Gżejjer Maltin. Hemm irdumijiet taħt il-baħar, għerien, mini u ħnejja f'qiegħ il-baħar, f'fond ta' 27 metru. Fiċ-Ċirkewwa hemm ukoll relitti tat-tugboat MV Rozi u tad-dgħajsa P29 li kienet tintuża għar-rondi, li ġew mgħerrqa apposta fl-1992 u fl-2007 rispettivament. 'Il barra mix-xatt lejn l-Iskoll tal-Marfa hemm statwa tal-Madonna li tpoġġiet f'għar naturali mill-Klabb tal-Bugħaddasa magħruf bħala Amphibians Diving Club. Minn nofs l-2010, il-bugħaddasa kkooperaw bejniethom biex iċ-Ċirkewwa tiġi ddeżinjata bħala Riżerva tal-Baħar Volontarja. Is-sit issa jgawdi l-appoġġ tal-komunità tal-bugħaddasa li qed taħdem biex tikseb l-appoġġ tal-komunitajiet tas-sajd professjonali, tas-sajd rikreattiv u tat-tbaħħir bid-dgħajjes sabiex jiġi implimentat kodiċi ta' mġiba ħalli s-sit jiġi ppreservat u protett. Referenzi Portijiet ta' Malta
28891
https://mt.wikipedia.org/wiki/Aurelio%20Gonz%C3%A1lez
Aurelio González
Aurelio Ramón González Benítez (twieled fil-25 ta' Settembru 1905 – miet fid-9 ta' Lulju 1997) kien plejer tal-futbol Paragwajan. Karriera González huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol tal-Paragwaj, meqjus it-tieni l-aqwa wara Arsenio Erico. Hu beda l-karriera tiegħu ma' Sportivo Luqueño u wara ngħaqad ma' Olimpia Asunción fejn qatta' l-kumplament tal-karriera tiegħu. Ma' dawn tal-aħħar rebaħ tliet kampjonati konsekuttivi fl-1927, l-1928 u l-1929. Fil-bidu tas-snin tletin irrifjuta offerta miljunarja minn San Lorenzo de Almagro tal-Arġentina sabiex jiġġieled għal pajjiżu fil-Gwerra taċ-Chaco. Hu kien pedina strumentali fit-tim nazzjonali Paragwajan bil-gowls tiegħu matul is-snin għoxrin u tletin, u pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Fl-irwol ta' kowċ ta' Olimpia, hu wassal lill-klabb għal diversi kampjonati u għall-finali tal-ewwel edizzjoni tal-Copa Libertadores fl-1960. Unuri Klabb Olimpia Primera División: 1927, 1928, 1929, 1931, 1936, 1937, 1938 Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1905 Mietu fl-1997 Futbolers Paragwajani
28892
https://mt.wikipedia.org/wiki/Estadio%20Centenario
Estadio Centenario
Estadio Centenario huwa stadju f'Montevideo, l-Urugwaj, li jintuża prinċipalment għall-futbol. L-istadju ġie mibni bejn l-1929 u l-1930 sabiex jospita l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja u wkoll sabiex jikkommemora l-ewwel kostituzzjoni tal-Urugwaj. Fl-1983, il-FIFA iddikjaratu bħala l-ewwel Monument Storiku tal-Futbol Dinji, u sal-lum il-ġurnata huwa l-unika bini li qatt ingħata dan ir-rikonoxximent. Estadio Centenario huwa l-istadju nazzjonali tal-Urugwaj u fejn it-tim nazzjonali jilgħab il-logħbiet tiegħu. Storja Il-bini tas-Centenario huwa fost wieħed mill-iktar fażijiet importanti fl-istorja tal-iżvilupp tal-futbol fl-Amerika t'Isfel u fid-dinja. Mibni fiż-żmien ta' disa' xhur minn ħaddiema immigranti għat-Tazza tad-Dinja tal-1930, l-isem tiegħu oriġina bħala ċelebrazzjoni mill-mitt sena tar-ratifika tal-ewwel kostituzzjoni tal-pajjiż. Għall-bidu, il-logħbiet kollha tat-Tazza tad-Dinja kellhom jitlagħbu fis-Centenario. Madanakollu, xita qawwija f'Montevideo tawlet il-bini tal-istadju. Għalhekk numru ta' logħbiet intlagħbu fl-Estadio Pocitos ta' Peñarol u l-Estadio Gran Parque Central ta' Club Nacional. L-inawgurazzjoni tiegħu saret fit-18 ta' Lulju 1930 b'logħba bejn l-Urugwaj u l-Perù, li l-ospiti rebħu b'gowl ta' Héctor Castro. Il-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Urugwaj u l-Arġentina saret f'dan l-istadju, bl-Urugwajani joħorġu rebbieħa 4–2. Minn dakinhar, is-Centenario intuża għal numru ta' edizzjonijiet tal-Copa América, il-Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol ta' taħt l-20 sena, il-Kampjonat Sud-Amerikan tal-Futbol ta' taħt is-17-il sena u l-Mundialito tal-1980. Struttura Il-Centenario għandu forma ellittika u huwa maqsum f'erba' sezzjonijiet, kull waħda minnhom iddedikata għal tragward partikulari tat-tim nazzjonali Urugwajan (minbarra t-Tazza tad-Dinja mirbuħa f'dik is-sena): It-Tribuna Olimpica hija msemmija għall-fatt li fl-1930 l-Urugwaj kienu ċampjins Olimpiċi renjanti tal-futbol It-Tribuna Colombes, fuq in-naħa leminija tal-Olimpica, hija msemmija wara l-komun ta' Colombes fi Franza, fejn fid-9 ta' Ġunju 1924 l-Urugwaj għelbu lill-Iżvizzera 3–0 biex rebħu l-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Pariġi It-Tribuna Amsterdam, fuq in-naħa xellugija tal-Olimpica, hija msemmija għall-belt fejn fit-13 ta' Ġunju 1928 l-Urugwaj għelbu lill-Arġentina biex rebħu t-tieni midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Amsterdam It-Tribuna América, faċċata tal-Olimpica, hija msemmija għall-fatt li fl-1930 l-Urugwaj kienet l-iskwadra l-iktar titolata fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel Logħbiet rilevanti L-Estadio Centenario ospita fih għaxar logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tal-1930, fosthom is-semifinali u l-finali. Referenzi Ħoloq esterni Stadji tal-futbol
28893
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7arb
Għarb
L-Għarb huwa unità amministrattiva ta' Malta, li tinsab fl-iktar ponta fil-Punent tal-gżira ta' Għawdex, b'popolazzjoni ta' madwar 1,539 ruħ (skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014). Storja L-Għarb beda bħala villaġġ żgħir li żvilupp għall-ħabta tal-Medju Evu. Il-kelma Għarb bl-Għarbi tfisser il-"Punent". L-għeruq antiki tal-Għarb joħorġu fid-dieher fiċ-ċentru tar-raħal fejn hemm xi djar li għandhom eżempji mill-ifjen ta' gallariji maħduma mill-ġebel. L-Għarb inħoloq bħala parroċċa fl-1679, mossa li xprunat il-kostruzzjoni ta' knisja parrokkjali Barokka ġdida li nbniet bejn l-1699 u l-1729. Il-knisja għandha faċċata eleganti li tqabblet mal-Knisja ta' Sant'Agnese ta' Francesco Borromini fil-Pjazza Navona, Ruma, l-Italja. Fil-pjazza tradizzjonali tar-raħal Għawdxi hemm il-Mużew tal-Folklor li jospita bosta oġġetti li jirrakkontaw l-istorja rurali ta' Għawdex. L-Għarb jinsab qalb l-iżjed pajsaġġ xeniku tal-kampanja ta' Għawdex, b'mod partikolari fl-inħawi tad-Dbieġi, l-ogħla għolja tal-gżira. Fid-Dbieġi wkoll hemm ċentru għall-artiġjant Għawdxi. Fil-limiti tal-Għarb hemm il-Kappella ta' San Dimitri. Skont il-leġġenda, l-ewwel kappella nbniet fuq l-irdum minn mara li kienet temmen li binha nħeles minn San Dimitri. Pjuttost fil-qrib ukoll hemm il-Bażilika ta' Pinu, l-iżjed santwarju importanti tal-Gżejjer Maltin iddedikat lill-Madonna. Kien hemmhekk li fl-1883, mara tal-post semgħet leħen il-Madonna. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata liż-żjara ta' Santa Marija lill-kuġina tagħha Santa Eliżabetta. Fost l-iżjed nies notevoli mill-Għarb insibu lil Karmni Grima u lil Frenċ tal-Għarb. Inħawi fl-Għarb Il-Birbuba Il-Ħodba Il-Wileġ San Katald Ta' Lamuta Ta' Pinu Ta' Santu Pietru Il-Fgura Taż-Żejt Il-Wilġa Wied tal-Knisja Wied il-Mielaħ Ta' Ħries Fuq il-Blata Tat-Trux Il-Misraħ Ġemellaġġ L-Għarb huwa ġemellat ma': Castrolibero, l-Italja Massafra, l-Italja Pace del Mela, l-Italja Enna, l-Italja Tortona, l-Italja Torrent, Spanja Cépet, Franza Referenzi Għawdex Bliet ta' Malta
28894
https://mt.wikipedia.org/wiki/San%20Lawrenz%20%28G%C4%A7awdex%29
San Lawrenz (Għawdex)
San Lawrenz huwa raħal u unità amministrattiva ta' Malta, fil-gżira ta' Għawdex. L-isem oriġina minn San Lawrenz ta' Ruma li huwa l-qaddis patrun tal-lokalità. Ir-raħal għandu popolazzjoni ta' 748 ruħ, skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014. Ir-Riżerva Naturali tad-Dwejra amministrattivament tagħmel parti mir-raħal. B'mod prominenti fir-riżerva hemm il-Ġebla tal-Ġeneral, u fl-imgħoddi reċenti anke t-Tieqa Żerqa li kienet attrazzjoni ewlenija qabel ma ġġarrfet fit-8 ta' Marzu 2017. Deskrizzjoni Ir-raħal ta' San Lawrenz huwa mibni fuq pjanura mdawra bi tliet għoljiet, Għammar, Gelmus and Ta' Dbieġi. Din tal-aħħar hija għolja 195 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar u hija l-ogħla punt ta' Għawdex. Fil-limiti ta' San Lawrenz, hemm ukoll il-bajja tad-Dwejra, li hija magħrufa għall-formazzjonijiet ġeoloġiċi partikolari tagħha. Ir-raħal kollox ma' kollox irnexxielu jżomm l-istil ta' ħajja tradizzjonali u rurali tiegħu matul iż-żmien. San Lawrenz huwa wieħed minn żewġ irħula Għawdxin li ssemmew għall-qaddis patrun tagħhom. Ir-raħal l-ieħor huwa dak ta' Santa Luċija. San Lawrenz ġie stabbilit bħala parroċċa fil-15 ta' Marzu 1893. Qabel dik id-data, l-inħawi kienu magħrufa bħala Ta' Ċangura. X'aktarx li l-inħawi kienu ssemmew hekk għal xi kunjom jew laqam ta' familja li kienet tgħix hemm. Id-data tal-oriġini ta' dawn l-inħawi mhijiex magħrufa. Madankollu, l-isem Ta' Ċangura jmur lura sa qabel l-Assedju ta' Għawdex, jiġifieri sa qabel Lulju 1551. Sa meta San Lawrenz ġie ddikjarat bħala parroċċa fl-1893, kien jifforma parti mill-Għarb. Madankollu, maż-żmien iċ-ċittadini ta' San Lawrenz bdew jiffurmaw komunità separata u b'hekk riedu l-knisja tagħhom. L-ewwel ġebla ta' din il-knisja ġdida tpoġġiet u ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Peter Pace fil-21 ta' Novembru 1886. Ir-relikwa ta' San Lawrenz tpoġġiet taħt din il-ġebla. Iċ-ċittadini kollha tar-raħal ħadu sehem fil-kostruzzjoni tal-knisja. Il-festa tar-raħal ta' San Lawrenz tiġi ċċelebrata kull sena fl-eqqel tas-sajf, għall-ħabta tal-ewwel ġimgħa ta' Awwissu. Hemm ristorant wieħed, ħanut tal-merċa wieħed u każin lokali (immexxi mill-klabb tal-futbol lokali għall-ġbir tal-fondi). B'popolazzjoni ta' 748 ruħ (f'Marzu 2014), ir-raħal huwa t-tieni l-inqas popolat f'Għawdex u t-tielet l-inqas mill-irħula tal-Gżejjer Maltin kollha. It-tim tal-futbol lokali huwa s-St. Lawrence Spurs FC. Toroq prinċipali Pjazza San Lawrenz Triq Ta' Ċangura Triq id-Duluri Triq il-Ġebla tal-Ġeneral Triq il-Wileġ Triq San Lawrenz Toroq oħra Daħlet Pawluzzu Pjazza Dwejra Trejqa l-10 ta' Awissu Trejqet il-Wilġa Ta' Ġidrin Triq Dun Salv Portelli Triq Għajn Abdul Triq Għar Ilma Triq ir-Rokon Triq it-Torri Triq Nikola Monsarrat Triq ta' Bieb il-Għar Triq Wied Guno Triq Wied Merill Ġemellaġġ San Lawrenz huwa ġemellat ma': Colle Umberto, l-Italja. Referenzi Bliet ta' Malta
28895
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mont-Saint-Michel
Mont-Saint-Michel
Mont-Saint-Michel (ippronunzjata bil-Franċiż: ​[lə mɔ̃ sɛ̃ miʃɛl]; bin-Normann: Mont Saint Miché; bil-Breton: Menez Mikael ar Mor) hija gżira tal-mareat u komun tal-art kontinentali fin-Normandija, Franza. Il-gżira tinsab bejn wieħed u ieħor kilometru (nofs mil nawtiku) 'il barra mill-kosta tal-Majjistral tal-pajjiż, fil-bokka tax-xmara Couesnon qrib Avranches u għandha erja ta' seba' ettari (17-il akru). Il-parti kontinentali tal-komun għandha erja ta' 393 ettaru (971 akru) u b'hekk is-superfiċe totali tal-komun hija ta' 400 ettaru (990 akru). Sal-2019, il-gżira kellha popolazzjoni ta' 29 ruħ. Il-pożizzjoni tal-komun — fuq gżira ftit metri 'l bogħod mill-art kontinentali — kienet tagħmilha aċċessibbli fil-marea baxxa biex bosta pellegrini jaslu sal-abbazija, iżda fl-istess ħin difendibbli meta l-marea terġa' lura u kienet tnaffar jew tgħerreq lil xi attakkanti potenzjali, jew taqbadhom fuq sieq waħda. Il-gżira baqgħet ma nħakmitx matul il-Gwerra tal-Mitt Sena; ġwarniġjon żgħir irreżista attakk sħiħ mill-Ingliżi fl-1433. Lwiġi XI ta' Franza rrikonoxxa l-benefiċċji inversi tad-difiża naturali tagħha u għamilha ħabs. L-abbazija ntużat bħala ħabs matul l-Ancien Régime. Mont-Saint-Michel u l-bajja tal-madwar tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 għall-estetika u għall-importanza uniċi bħala sit Kristjan Medjevali. Kull sena jżuruha iktar minn tliet miljun ruħ. Iżjed minn 60 binja fi ħdan il-komun huma protetti fi Franza bħala monumenti storiċi. Ġeografija Formazzjoni Issa hija gżira tal-mareat magħmula mill-blat, iżda l-għolja kienet tokkupa art niexfa fil-preistorja. Meta l-livell tal-baħar għola, l-erożjoni sawret mill-ġdid il-pajsaġġ kostali, u diversi rqajja' tal-granit tfaċċaw fil-bajja, wara li rreżistew iktar l-erożjoni tal-oċean mill-blat tal-madwar. Dawn kienu jinkludu lil Lillemer, Mont Dol, Tombelaine (il-gżira lejn it-Tramuntana), u Mont Tombe, li iktar 'il quddiem issejħet Mont Saint-Michel (mingħajr is-sing wara "Mont", l-isem jirreferi għall-għolja fiżika u mhux għall-post kollu). Mont-Saint-Michel tikkonsisti mil-lewkogranit li ssolidifika mill-intrużjoni taħt l-art tal-magma mdewba madwar 525 miljun sena ilu, matul il-perjodu Kambrijan, bħala waħda mill-iżgħar partijiet tal-batolit granitiku Manċelljan. Studji bikrin ta' Mont Saint-Michel mill-ġeologi Franċiżi xi kultant jiddeskrivu l-lewkogranit tal-għolja bħala "granulit", iżda dan it-terminu issa sar antikwat. L-għolja kellha ċirkonferenza ta' madwar 960 metru (3,150 pied) u l-ogħla punt tagħha kien 92 metru (302 piedi) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Mareat Il-mareat ivarjaw ħafna, b'medja ta' 14-il metru (46 pied) bejn l-ogħla marea u l-iktar waħda baxxa. Il-pellegrini Medjevali li kienu jgħaddu mill-artijiet ċatti fil-marea baxxa kienu laqqmu l-gżira bħala "San Mikiel fil-periklu tal-baħar". L-għolja xorta waħda għadha perikoluża għall-viżitaturi li jevitaw it-triq olzata u jippruvaw il-mixja perikoluża fuq ir-ramel mill-kosta tal-madwar. Is-sedimentazzjoni u l-għargħar okkażjonali ħolqu mergħat b'imraġ tal-ilma baħar li jitqiesu bħala ideali għar-ragħa tan-nagħaġ. Il-laħam b'togħma tajba li jirriżulta mir-ragħa tan-nagħaġ f'dawn il-mergħat, twassal għal speċjalità lokali tal-ikel, l-agneau de pré-salé (il-ħaruf tal-mergħa tal-ilma baħar), u tinstab fil-menus tar-ristoranti lokali li jaqdu lill-bosta viżitaturi tal-għolja. Gżira tal-mareat Il-kollegament bejn l-għolja ta' Mont Saint-Michel u l-art kontinentali nbidlet matul is-sekli. Fl-imgħoddi kienet ikkollegata permezz ta' triq fil-marea baxxa biss. Din ġiet ikkonvertita fi triq olzata fl-1879, u b'hekk il-marea ma setgħetx twassal iktar sedimenti madwar l-għolja. L-artijiet kostali ċatti ġew reklamati wkoll u nħolqu mergħat, li naqqsu d-distanza bejn il-kosta u l-gżira, u x-xmara Couesnon ġiet kanalizzata, sabiex titnaqqas il-qawwa tal-fluss tal-ilma. Dawn il-fatturi kollha ħeġġew is-sedimentazzjoni tal-bajja. Fis-16 ta' Ġunju 2006, il-Prim Ministru Franċiż u l-awtoritajiet reġjonali ħabbru proġett ta' €200 miljun (Projet Mont-Saint-Michel) biex tinbena diga idrawlika li tuża l-ilmijiet tax-xmara Couesnon u l-mareat għat-tneħħija tas-sedimenti akkumulati, sabiex Mont Saint-Michel terġa' tiġi gżira. Il-kostruzzjoni tad-diga bdiet fl-2009. Il-proġett jinkludi wkoll it-tneħħija tat-triq u l-parkeġġ għall-viżitaturi. Mit-28 ta' April 2012, il-parkeġġ il-ġdid għall-karozzi fuq l-art kontinentali jinsab 2.5 kilometri (1.5 mil) 'il bogħod mill-gżira. Il-viżitaturi jistgħu jimxu jew inkella jużaw trasport pubbliku biex jaslu sal-gżira. Fit-22 ta' Lulju 2014, il-pont il-ġdid tal-arkitett Dietmar Feichtinger infetaħ għall-pubbliku. Il-pont ħafif jippermetti l-fluss ħieles tal-ilma madwar il-gżira u jtejjeb l-effiċjenza tad-diga li issa saret operattiva. Il-proġett, li sewa €209 miljun, infetaħ uffiċjalment mill-President François Hollande. F'okkażjonijiet rari, ċirkostanzi tal-marea jipproduċu "supermarea" tassew għolja. Il-pont il-ġdid għereq għalkollox fil-21 ta' Marzu 2015 fl-ogħla livell tal-baħar, xi ħaġa li tiġri darba kull 18-il sena. Storja Mont-Saint-Michel intużat fis-sekli 6 u 7 bħala fortizza Armorikana ta' kultura u qawwa Gallo-Rumana sakemm insterqet mill-Franki, u ntemmet il-kultura trasversali fuq iż-żewġ naħat tal-fliegu li kienet żviluppat hemm mit-tluq tar-Rumani fl-460. Bejn wieħed u ieħor mis-seklu 5 sas-seklu 8, Mont Saint-Michel kienet tagħmel parti mit-territorju ta' Neustria u, fil-bidu tas-seklu 9, kienet post importanti għall-marċi ta' Neustria. Qabel il-kostruzzjoni tal-ewwel stabbiliment monastiku fis-seklu 8, il-gżira kienet tissejjaħ Mont Tombe (bil-Latin: tumba). Skont leġġenda, l-arkanġlu Mikiel deher fis-708 lil Aubert ta' Avranches, l-isqof ta' Avranches, u qallu biex jibni knisja fuq din il-gżejra tal-blat. Meta ma kienx kapaċi jiddefendi r-renju tiegħu iktar mill-assedji tal-Vikingi, ir-re tal-Franki qabel li jagħti l-peniżola ta' Cotentin u Avranchin, inkluż Mont Saint-Michel li tradizzjonalment kellha rabta mal-belt ta' Avranches, lill-Bretoni fit-Trattat ta' Compiègne (867). Dan immarka l-bidu ta' perjodu qasir ta' dominju tal-gżira min-naħa tal-Bretoni. Fil-fatt, dawn l-artijiet u Mont Saint-Michel qatt ma ġew inklużi tassew fid-Dukat tal-Brittanja u baqgħu veskovati indipendenti mill-arċiveskovat il-ġdid ta' Dol maħluq mill-Bretoni. Meta Rollo kkonferma lil Franco bħala arċisqof ta' Rouen, dawn id-dipendenzi tradizzjonali tal-arċiveskovat ta' Rouen saru parti minnu. L-għolja reġgħet kisbet importanza strateġika fid-933 meta William I Longsword annetta l-peniżola ta' Cotentin mid-Dukat imdgħajjef tal-Brittanja. B'hekk l-għolja saret parti definittiva min-Normandija, u tidher fit-Tapizzerija ta' Bayeux, li tfakkar il-konkwista Normanna tal-Ingilterra fl-1066. Harold Godwinson jidher fit-tapizzerija waqt li qed isalva żewġ kavallieri Normanni mill-għarqa fir-ramel waqt battalja ma' Conan II, id-Duka tal-Brittanja. Il-patroċinju dukali tan-Normanni ffinanzja l-arkitettura Normanna spettakolari tal-abbazija fis-sekli ta' wara. Fl-1067 il-monasteru ta' Mont Saint-Michel appoġġa lil William il-Konkwistatur biex jikseb it-tron tal-Ingilterra. Huwa ppremja dan l-appoġġ bi proprjetajiet u artijiet fuq in-naħa Ingliż tal-fliegu, inkluż gżira żgħira lil hinn mill-kosta tal-Lbiċ ta' Cornwall li mmudella fuq Mont Saint-Michel u saret prijurat Normann imsejjaħ l-Għolja ta' Penzance ta' San Mikiel. Matul il-Gwerra tal-Mitt Sena, ir-Renju tal-Ingilterra wettaq bosta assedji wara xulxin fuq il-gżira iżda ma rnexxilux jaħtafha minħabba l-fortifikazzjonijiet imsaħħa tal-abbazija. L-Ingliżi inizjalment assedjaw l-għolja fl-1423-1424, u mill-ġdid fl-1433-1434, bil-forzi Ingliżi taħt il-kmand ta' Thomas de Scales, is-seba' Baruni Scales. Żewġ kanuni tal-ħadid ferrobattut li Scales abbanduna matul l-assedju għadhom fil-post u huma magħrufa bħala les Michelettes. Ir-reżistenza qalbiena ta' Mont Saint-Michel ispirat lill-Franċiżi, speċjalment lil Joan ta' Arc. Meta Lwiġi XI ta' Franza stabbilixxa l-Ordni ta' San Mikiel fl-1469, kellu f'moħħu li l-knisja tal-abbazija ta' Mont Saint-Michel issir il-kappella tal-Ordni, iżda minħabba d-distanza kbira minn Pariġi, l-intenzjoni tiegħu qatt ma twettqet. Il-ġid u l-influwenza tal-abbazija ġiet estiża għal diversi fondazzjonijiet li nibtu mill-Ordni, inkluż l-Għolja ta' San Mikiel f'Cornwall, ir-Renju Unit. Madankollu, il-popolarità u l-prestiġju tal-abbazija bħala ċentru ta' pellegrinaġġ batta fir-Riformazzjoni, u sa żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża ma tantx kien għad fadal patrijiet jirresjedu hemmhekk. L-abbazija ngħalqet u ġiet ikkonvertita f'ħabs, inizjalment biex jinżammu fih il-membri tal-kleru li kienu rivali tar-reġim repubblikan. Kien hemm ukoll priġunieri politiċi ta' profil għol, iżda sal-1836, figuri influwenti — inkluż Victor Hugo — varaw kampanja ta' restawr ta' dak li huma qiesu bħala teżor arkitettoniku nazzjonali. Il-ħabs finalment ingħalaq fl-1863. Fl-1872, l-arkitett rinomat Franċiż tal-monumenti storiċi, Édouard Corroyer, kien responsabbli għall-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-għolja. Dam kważi sentejn biex jikkonvinċi lill-ministru tiegħu biex jikklassifika lil Mont Saint-Michel bħala monument storiku, u fl-aħħar ġiet iddikjarata monument storiku fl-1874. Minn hemm 'il quddiem, dan l-arkitett ikkwalifikat u membru tal-Akkademja tal-Belle Arti ħadem qatigħ fuq ir-restawr. Taħt it-tmexxija tiegħu, saru xogħlijiet kbar, u beda bl-iktar urġenti fil-ħmistax-il sena minn ħajtu li ddedika għar-restawr. Huwa kiteb erba' xogħlijiet fuq il-binji u ismu baqa' magħruf mar-"rinaxximent" ta' Mont Saint-Michel. Matul l-okkupazzjoni ta' Franza fit-Tieni Gwerra Dinjija, is-suldati Ġermaniżi okkupaw lil Mont Saint-Michel, fejn użaw il-Knisja ta' San Auburn bħala post tal-għassa. Il-gżira kienet attrazzjoni ewlenija għat-turisti u għas-suldati Ġermaniżi b'madwar 325,000 viżitatur Ġermaniż mit-18 ta' Lulju 1940 sa tmiem l-okkupazzjoni ta' Franza. Wara l-invażjoni inizjali mill-alleati, bosta suldati Ġermaniżi mifnija rtiraw lejn postijiet ta' difiża bħal Mont Saint-Michel. Fl-1 ta' Awwissu 1944, it-truppi alleati daħlu f'Mont Saint-Michel u kienu akkumpanjati minn żewġ ġurnalisti Brittaniċi, Gault MacGowan tas-Sun tal-Belt ta' New York u Paul Holt tad-Daily Express ta' Londra, flimkien ma' folol ta' ċittadini lokali Franċiżi f'ġublew. Disinn tal-abbazija Fis-seklu 11, Guglielmo da Volpiano, l-arkitett Taljan li kien bena l-Abbazija ta' Fécamp fin-Normandija, intgħażel minn Rikkardu II, id-Duka tan-Normandija, biex ikun il-kuntrattur tal-binja. Huwa ddisinja l-knisja Rumaneska tal-abbazija, u azzarda li jqiegħed it-transett b'għamla ta' salib fil-quċċata tal-għolja. Bosta kripti u kappelli taħt l-art kellhom jinbnew biex jikkumpensaw għal dan il-piż; dawn iffurmaw il-bażi għall-istruttura ta' riffieda. Illum il-ġurnata Mont Saint-Michel titqies bħala binja b'arkitettura Rumaneska. Robert de Thorigny, li kien jappoġġa ferm lil Enriku II tal-Ingilterra (li kien ukoll id-Duka tan-Normandija), saħħaħ mill-ġdid l-istruttura tal-binjiet u bena l-faċċata prinċipali tal-knisja fis-seklu 12. Fl-1204, Guy ta' Thouars, reġġent tad-Dukessa tal-Brittanja, bħala vassall tar-Re ta' Franza, assedja l-għolja. Wara li ta n-nar lill-villaġġ u mmassakra l-popolazzjoni, ġie mġiegħel jirtira quddiem is-swar b'saħħithom tal-abbazija. B'xorti ħażina, in-nar li hu stess qabbad infirex lejn il-kumplament tal-binjiet, u s-soqfa nħakmu min-nirien. Imwaħħax mill-krudeltà ta' għemil l-alleat Breton tiegħu, Filippu Awgustu offra għotja finanzjarja lis-Superjur tal-patrijiet Jordan għar-rikostruzzjoni tal-abbazija bi stil arkitettoniku Gotiku ġdid. Karlu VI ġie akkreditat li żied bosta fortifikazzjonijiet ewlenin mal-abbazija, u bena torrijiet, bitħa wara l-oħra, u saħħaħ is-swar difensivi. Żvilupp Sit ta' Wirt Dinji Mont-Saint-Michel u l-Bajja tagħha ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Iż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata darbtejn fl-2007 u fl-2018. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Amministrazzjoni Il-gżejra tagħmel parti mill-komun Franċiż ta' Le Mont-Saint-Michel, fid-dipartiment ta' Manche, fin-Normandija. L-eqreb raħal sinifikanti, bi stazzjon ferrovjarju tal-SNCF, huwa Pontorson, b'popolazzjoni ta' kemxejn iktar minn 4,000 ruħ. Il-komun ta' Le Mont-Saint-Michel jagħmel parti mill-Organizzazzjoni tal-Bliet ta' Wirt Dinji. Popolazzjoni Sa 20,000 ruħ iżuru l-belt kuljum matul ix-xhur tas-sajf. Fost it-43 abitant fl-2006, ħamsa kienu patrijiet u seba' kienu sorijiet. Fratellanzi Monastiċi ta' Ġerusalemm Mill-24 ta' Ġunju 2001, wara l-appell indirizzat lilhom fis-sena 2000 mill-Isqof Jacques Fihey, l-Isqof ta' Coutances u ta' Avranches, komunità ta' patrijiet u ta' sorijiet tal-Fratellanzi Monastiċi ta' Ġerusalemm, mibgħuta mis-sede fi Franza ta' St-Gervais-et-St-Protais f'Pariġi, bdew jgħixu bħala komunità f'Mont Saint-Michel. Huma ssostitwew il-patrijiet Benedittini li kienu reġgħu ġew lura fl-1966. Huma jieħdu ħsieb iċ-ċentru għall-monumenti nazzjonali u mhumiex involuti fil-ġestjoni tal-abbazija. Il-komunità għandha seba' sorijiet u erba' patrijiet. Huma jgħixu l-missjoni li fdatilhom il-Knisja fil-kariżma tagħhom li jkunu "fil-qalba tad-dinja" sabiex ikunu "fil-qalb ta' Alla". Il-ħajja tagħhom tinvolvi t-talb, ix-xogħol u l-ħajja ta' fratellanza. Il-komunità tiltaqa' erba' darbiet kuljum sabiex taqra jew tkanta l-liturġija fl-abbazija stess (jew fil-kripta tal-Knisja ta' Notre-Dame des Trente Cierge fix-xitwa). B'dan il-mod, il-binja taqdi l-iskop oriġinali tagħha bħala post għat-talb u għall-kant tal-glorja ta' Alla. Il-preżenza tal-komunità tattira bosta viżitaturi u pellegrini li jingħaqdu magħhom fid-diversi ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Fl-2012, il-komunità bdiet tieħu ħsieb ir-rinnovazzjoni ta' dar fuq l-għolja, il-Logis Saint-Abraham, li tintuża bħala akkomodazzjoni ta' rtir għall-pellegrini. Nies u postijiet notevoli Robert ta' Torigni, superjur famuż tal-patrijiet tal-għolja; Id-Duka ta' Chartres (iktar 'il quddiem Louis-Philippe I) li ġie biex ineħħi l-"gaġġa tal-ħadid"; Louis Auguste Blanqui, priġunier politiku fl-għolja; Armand Barbès, priġunier politiku fl-għolja; La Mère Poulard, ristorant Franċiż famuż tal-omelet; Anne Boutiaut Poulard, il-ħallieqa tal-omelet de la mère Poulard. Ekonomija Mont-Saint-Michel ilha fis-"sjieda" ta' xi familji li kellhom negozju konġunt fir-raħal u rnexxielhom jidħlu fl-amministrazzjoni tar-raħal. It-turiżmu huwa kważi l-unika sors ta' introjtu tal-komun u jwassal madwar $ 63 miljun f'introjtu. Hemm madwar ħamsin ħanut għal tliet miljun viżitatur. Xi 25 ruħ biss jorqdu kuljum fl-għolja (inkluż il-patrijiet), għajr għall-viżitaturi fil-lukandi. L-istituzzjonijiet prinċipali huma kondiviżi bejn: Eric Vannier, is-sid tal-grupp tal-Mère Poulard (is-sid ta' nofs ir-ristoranti, il-ħwienet, il-lukandi u tliet mużewijiet); Jean-Yves Vételé, is-CEO ta' Sodetour (is-sid ta' ħames lukandi, supermarket u xi ħwienet — kollha 'l barra mill-qalba tar-raħal — inkluż Mercury Barracks); Patrick Gaul, eks uffiċjal elett, lukandier u s-sid ta' xi ristoranti fil-qalba tar-raħal; merkanti indipendenti. Ġemellaġġ Hatsukaichi, Hiroshima, il-Ġappun, fejn hemm is-Santwarju ta' Itsukushima, Sit ta' Wirt Dinji ieħor tal-UNESCO. Storikament, Mont Saint-Michel kienet il-kontroparti Normanna tal-Għolja ta' San Mikiel f'Cornwall, ir-Renju Unit, li ngħatat lill-Benedittini, l-ordni reliġjuża ta' Mont-Saint-Michel, minn Edward il-Konfessur fis-seklu 11. Iż-żewġ għoljiet għandhom l-istess karatteristiċi ta' gżira tal-mareat u għamla konika simili, għalkemm Mont-Saint-Michel hija ferm ogħla. Pellegrinaġġ modern Matul il-Medju Evu, il-pellegrini kienu jimxu mill-Italja, mill-Ġermanja u mill-Ingilterra, kif ukoll minn inħawi oħra ta' Franza. Dawn id-devoti kienu magħrufa bħala Miquelots. Il-pellegrini moderni jistgħu jgħaddu mill-istess rotot. Inħolqu għaxar mogħdijiet tal-mixi li l-pellegrini minn pajjiżi Ewropej differenti jistgħu jimxu minnhom bħalma kienu jagħmlu l-pellegrini tal-imgħoddi li kienu jagħmlu pellegrinaġġ Medjevali. Kultura popolari Mont-Saint-Michel serviet bħala ispirazzjoni artistika għal għadd ta' xogħlijiet. Fil-film tal-2003 ta' Peter Jackson The Lord of the Rings: The Return of the King, il-belt kapitali ta' Gondor, Minas Tirith, ġiet immudellata fuq Mont Saint-Michel. Bl-istess mod, ir-raħal u l-kastell fil-film ta' Disney Tangled kienu bbażati fuq Mont-Saint-Michel, kif kien id-disinn tal-post fejn ġie ambjentat Dark Souls, New Londo Ruins. Referenzi Bliet ta' Franza Monumenti Siti ta' Wirt Dinji
28896
https://mt.wikipedia.org/wiki/Nadur
Nadur
In-Nadur huwa unità amministrattiva Maltija li tinsab fil-Lvant tal-gżira ta' Għawdex. In-Nadur huwa mibni fuq promontorju u huwa wieħed mill-ikbar lokalitajiet f'Għawdex. Il-belt hija magħrufa bħala t-"tieni belt", u hija mifruxa tul irdum għoli fil-Lvant tar-Rabat. Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014 kellha popolazzjoni ta' 4,509 abitanti. Il-kelma "Nadur" ġejja mill-Għarbi, fejn nadara tfisser "għassa", u b'hekk għandha l-istess tifsira tal-motto tagħha "Viġilanti". Il-motto jidher fuq l-istemma tan-Nadur b'xemx tiżreġ mill-baħar blu. Il-belt famuża ħafna għall-furnara tagħha. Ħdejn in-Nadur hemm il-Bajjiet ta' San Blas u ta' Daħlet Qorrot, li huma bajjiet żgħar tal-blat tul il-kosta tal-Grigal tal-gżira. Dawn il-bajjiet huma postijiet famużi għall-għawm, għall-isnorkelling, għall-picnics, u għall-mixi. Storja Ma hemm l-ebda dokument jew evidenza arkeoloġika li jistgħu jixħtu ftit dawl fuq il-kolonizzazzjoni tan-Nadur mill-ewwel abitanti tagħha. Minkejja dan, il-promontorju u l-inħawi tal-madwar tiegħu, bi ftit abitazzjonijiet rurali 'l hemm u 'l hawn, kienu jeżistu għal bosta snin qabel ma l-belt tan-Nadur saret parroċċa. L-unika traċċa ta' evidenza arkeoloġika kienu l-għadd ta' ġebel ċatt li nstabu f'għalqa bejn il-Bajja ta' San Blas u l-Bajja ta' Daħlet Qorrot. Skont l-istoriku Għawdxi Giovanni Pietro Francesco Agius de Soldanis dawn l-istrutturi msaqqfa, li ma għadhomx jeżistu iktar, xi darba kienu jintużaw bħala xorta ta' tempju għall-allat. Huwa kien tal-fehma wkoll li dawn il-ħaġriet tal-ġebel ma setgħux jitpoġġew hemmhekk minn nies normali iżda minn nies b'saħħithom ħafna jew saħansitra minn xi ġganti. Huwa kiteb ukoll li n-Nadur jaf ġiet stabbilita għall-ħabta tal-Griegi. Evidenza ta' din il-konnessjoni hija statwa tal-bronż ta' Apollo li jingħad li nstabet fin-Nadur fl-1744. Tul l-istorja, in-Nadur kellha rwol importanti ħafna fid-difiża tal-gżira mill-furbani, u x'aktarx li għalhekk ingħatat isimha. Fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann inbena torri tal-għassa mill-Gran Mastru Nicolas Cotoner li ssemma bħala t-Torri ta' Daħlet Qorrot jew it-Torri ta' San Blas għaż-żewġ bajjiet fuq kull naħa tiegħu. It-torri huwa magħruf lokalment bħala t-Torri ta' Isopu. Torri tal-għassa ieħor fin-Nadur huwa t-Torri ta' Kenuna, li nbena mill-Brittaniċi lejn nofs is-seklu 19. Intuża bħala kollegament telegrafiku bejn Malta u Għawdex. Mill-quċċata ta' dan it-torri, wieħed jista' jara l-biċċa l-kbira ta' Għawdex, Kemmuna u l-Mellieħa, b'veduta mill-isbaħ fix-xitwa tar-raba' aħdar u tal-baħar blu. L-inħawi ħdejn it-torri saru ġnien. Demografija Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014, fin-Nadur il-popolazzjoni kienet qrib l-4,500 ruħ, jiġifieri t-tielet l-iżjed belt popolata f'Għawdex, wara ix-Xagħra u r-Rabat. Għadd żgħir ta' nies jaqilgħu l-ħobża tagħhom mill-baħar bħala sajjieda jew baħħara. Kważi l-kumplament taċ-ċittadini jaħdmu bħala negozjanti, analisti, għalliema, jew professjonijiet oħra. Hemm madwar 20 bidwi fin-Nadur, u l-maġġoranza tagħhom jaħdmu r-raba' tagħhom fuq bażi part-time. Mill-għelieqi bis-siġar tal-frott tan-Nadur jiġi l-biċċa l-kbira tal-frott lokali bħall-għanbaqar, il-ħawħ, it-tuffieħ, il-larinġ u l-lumi. Dawn l-għelieqi intużaw għal kuntatti kummerċjali ma' Malta għal dawn l-aħħar 3,000 sena u iktar. Illum il-ġurnata l-kummerċ għadu għaddej u ammont kbir ta' frott taċ-ċitru Malti jiġi prodott fin-Nadur. Il-kunsill lokali ppromwova t-tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ importat mill-Italja peress li dan is-siġar naqas b'mod konsiderevoli matul iż-żmien. Reġjuni Għalkemm in-Nadur bħala belt hija mifruxa, tista' tinqasam f'diversi reġjuni, b'mod partikolari l-pjazza prinċipali, Ta' Ħida, San Blas u Ta' Kenuna Il-pjazza prinċipali hija ċċentrata madwar il-knisja parrokkjali, b'sensiela ta' ħwienet, ristoranti, bars u l-iktar abitazzjonijiet residenzjali. Postijiet ta' interess importanti fiċ-ċentru huma: il-Knisa tal-Qalb Imqaddsa (Ta' Karkanja), il-kunsill lokali, l-għassa tal-pulizija, l-uffiċċju parrokkjali, l-iskola primarja, il-Każin tal-Banda tal-Imnarja, il-klabb tal-futbol Nadur Youngsters FC, id-duttrina għas-subien u għall-bniet, il-kunvent u l-kappella tas-sorijiet Franġiskani u l-bandli. L-arterja prinċipali tal-inħawi magħrufa bħala Ta' Ħida's jinsabu madwar it-triq prinċipali tar-Ramla l-Ħamra, li fis-sajf tkun partikolarment traffikuża. L-estensjoni l-ġdida f'Ta' Ħida, tul it-triq li twassal għar-Ramla l-Ħamra, tinkludi qasam tad-djar tal-gvern li nbena fis-snin 70 tas-seklu 20 u bandli għat-tfal. Ċimiterju ġdid iżda kontroversjali nbena fit-triq lejn ir-Ramla l-Ħamra. L-inħawi ta' San Blas fihom żoni residenzjali, kemm ġodda kif ukoll antiki, art għammiela ħafna u widien pittoreski, mimlijin l-iktar bis-siġar taċ-ċitru. L-inħawi ta' San Blas ingħataw isem il-bajja bir-ramel iż-żgħira, li ssemmiet għall-isqof Blaise, li għadu jiġi vvenerat fil-Knisja Kattolika. Bajja interna fil-qrib jisimha Daħlet Qorrot fiha bosta għerien u garaxxijiet fejn ħafna nies tal-lokalità jħallu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom. Il-Bajja ta' San Blas hija bajja żgħira tar-ramel tul il-kosta tal-Grigal fejn ħafna jmorru jgħumu. Qrib San Blas hemm żona arida bl-arbuxxelli msejħa l-Qortin kif ukoll iż-żona tul il-kosta magħrufa bħala l-Mistra. Il-bażi tal-Forzi Armati ta' Malta f'Għawdex tinsab hemmhekk, flimkien mat-Torri Ta' Sopu, li dan l-aħħar ġie rrestawrat. L-inħawi magħrufa bħala Ta' Kenuna ġew żviluppati fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20. Qabel f'dawn l-inħawi ma kien hemm xejn għajr it-Torri Ta' Kenuna, struttura telegrafika li nbniet taħt il-Brittaniċi, iċ-ċimiterju tan-Nadur u xi dwieli. Għalkemm fl-imgħoddi ċ-ċimiterju qisu kien ibeżża' ftit lin-nies u ħadd ma kien jazzarda jgħix ħdejh, illum il-ġurnata ċ-ċimiterju sar żona minn fejn jgħaddi t-traffiku, u huwa mdawwar b'toroq traffikużi u żoni residenzjali. Parroċċa tan-Nadur Il-festa reliġjuża tan-Nadur – l-Imnarja – tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju. Il-festa kienet popolari mal-miżżewġin għall-qamar il-għasel u l-isem tagħha x'aktarx li kellu rabta mal-bidu tas-sajf. L-isem oriġina minn luminaria bit-Taljan, u fil-fatt, hija waħda mill-festi u mid-drawwiet staġonali Maltin importanti. L-istatwa titulari ta' San Pietru u ta' San Pawl saret f'Marsilja, Franza, fl-1882. Hija waħda mill-bosta kapulavuri tal-knisja tan-Nadur. Fil-Ġimgħa l-Kbira, sett ta' vari tal-passjoni u l-kurċifissjoni ta' Kristu jinħarġu għall-purċissjoni mqaddsa. Fl-Għid filgħodu tintwera statwa tal-Irxoxt qalb il-briju taċ-ċittadini tar-raħal. Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Pietru u San Pawl hija monument arkitettoniku u tal-pittura, u hija rikka bix-xogħlijiet, bl-iskulturi u bit-tiżjin tal-irħam. Il-knisja nbniet fis-sit ta' knisja iżgħar preċedenti fl-ogħla punt tar-raħal. Bażilika ta' San Pietru u San Pawl Il-kostruzzjoni tal-knisja attwali bdiet fit-28 ta' Settembru 1760 u d-disinn ġie attribwit lill-arkitett Malti Giuseppe Bonnici. Fl-1907, programm ta' rinnovazzjoni nbeda għall-kostruzzjoni tal-korsiji, tal-koppla u tal-faċċata abbażai tad-disinn Rinaxximentali Taljan tal-Prof. F.S. Sciortino. Is-saqaf, b'pitturi ta' episodji konnessi ma' San Pietru u San Pawl, ġie mpitter minn Lazzaro Pisani minn Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li t-tiżjin arkitettoniku huma frott ix-xogħol tat-Taljan Pio Cellini. Il-forza prinċipali wara dawn il-proġetti relattivament ġodda kollha kien l-Arċipriet Martin Camilleri fl-1910-1921. Il-parroċċa għandha l-istazzjon tar-radju għall-komunità tagħha msejjaħ Radju Luminarja, li ġie stabbilit iktar minn għaxar snin ilu u li issa għandu diversi membri miegħu. Każin tal-banda L-Għaqda Mużikali tal-Imnarja Inħawi fin-Nadur Ta' Ħida Ta' Kenunan Ta' Ġebel Ta' Żejtun Ta' Sardina Ta' Spilotti Ta' Venuta Ta' Wistin Tad-Duru Tal-Ħawli Tal-Laċċa Tal-Weraq Tat-Tiġrija Tax-Xewka Tax-Xini (Wied) San Blas Ta' Xurdin Referenzi Bliet ta' Malta Għawdex
28897
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jules%20Rimet
Jules Rimet
Jules Rimet (twieled fl-14 ta' Ottubru 1873 – miet fis-16 ta' Ottubru 1956) kien amministratur tal-futbol Franċiż li serva bħala t-tielet President tal-FIFA bejn l-1921 u l-1954. It-33 sena f'din il-kariga tagħmlu l-iktar president li dam iservi f'dan ir-rwol. Bejn l-1919 u l-1942 hu kien ukoll President tal-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża. Fuq l-inizjattiva tiegħu seħħet l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Futbol li saret fl-1930. Żgħożija Jules Rimet twieled fl-1873 minn Jeanne Augustine Zoé Ramondot (1850–1920) u Jean Baptiste Séraphin Rimet (1839–1921). Għall-bidu kienu jgħixu fil-komun ta' Theuley, fid-dipartiment ta' Haute-Saône fuq il-Lvant ta' Franza, qabel ma marru jgħixu Pariġi fl-1884, meta Jules kellu ħdax-il sena. Kien f'din il-belt li Rimet daq l-ewwel togħma tal-futbol milgħub mit-tfal fit-toroq u kien konvint bil-benefiċċji li l-isport joffri fl-edukazzjoni fiżika u fil-morali taż-żgħażagħ. Hu laħaq avukat u fl-1898 waqqaf rivista Kristjana, Repubblikana u Demokratika, La Revue. Minbarra l-futbol, Rimet kien jiddedika ħinu wkoll għall-poeżija, il-letteratura u l-mużika. Futbol Fil-21 ta' Frar 1897, ta' 23 sena, Rimet beda klabb sportiv bl-isem ta' Red Star li kellu l-ideali ta' Rimet, fosthom li ma jkunx hemm diskrimnazzjoni skont il-klassi soċjali tal-membri. Il-futbol kien l-ewwel sport milgħub f'dan il-klabb. Oriġinarjament is-sede kienet f'Pariġi, qrib it-Torri Eiffel, però l-klabb biddel postu numru ta' drabi. Rimet daħal jagħmel parti mill-amministrazzjoni tal-Union des sociétés françaises de sports athlétiques (USFSA) li fl-1904 ħadem sehem fil-fundazzjoni tal-FIFA, bil-bidu jkun fil-kapitali Franċiża. Filwaqt li l-FIFA kienet qed tippjana għall-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni dinjija, taħt il-kappa tal-FA Ingliża, Rimet kien qed jippjana għal kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tal-1908, iddedikat għal plejers dilettanti. Presidenza tal-Federazzjoni Franċiża u l-FIFA Bil-wasla tal-professjonaliżmu fl-1907, l-USFSA waqfet tagħmel parti mill-federazzjoni internazzjonali. B'riżultat t'hekk, Rimet, flimkien ma' tliet klabbs minn Pariġi, waqqaf l-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża fl-1910 u ħadet post l-USFSA bħala r-rappreżentanta Franċiża mal-FIFA. Meta Red Star ittrasferew f'Saint-Ouen, Rimet ħalla d-direzzjoni tal-iskwadra. Matul l-L-Ewwel Gwerra Dinjija hu serva mal-armata Franċiża fejn ġie maħtur bħala kaptan tal-kavallerija u ngħata wkoll l-Croix de Guerre. Fi tmiem il-kunflitt, fil-11 ta' April 1919, ġie elett President tal-Federazzjoni Franċiża. Sentejn wara, fl-1 ta' Marzu 1921, ġie elett President tal-FIFA. Fir-rwol tiegħu bħala president hu ħadem sabiex permezz tal-FIFA jgħaqqad il-"familja l-kbira tal-futbol" madwar id-dinja kollha. Għal din ir-raġuni, matul il-presidenza tiegħu, kien żamm lura milli jsostni l-iżvilupp ta' federazzjonijiet kontinentali, fosthom fl-Ewropa (permezz tal-UEFA), minħabba li kien jarahom bħala theddida kontra l-għaqda ta' din il-"familja". Hu beda jaħdem għall-organizzazzjoni ta' kampjonat dinji miftuħ għall-professjonisti, minkejja r-riluttanza ta' sostenituri tal-dilettantiżmu bħal Pierre de Coubertin, fundatur tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Wara s-suċċess tal-turnej Olimpiċi tal-1924 u l-1928, Rimet ippropona kampjonat dinji taħt l-awspiċju tal-FIFA matul il-kungress ta' Amsterdam tal-1928. Dan seħħ fl-1930 meta l-Urugwaj ospitat l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Ħafna mit-timijiet Ewropej ilmentaw bid-distanza li kellhom jivvjaġġaw u kienu Franza, il-Belġju, ir-Rumanija u l-Jugożlavja l-uniċi Ewropej li ħadu sehem. Il-kampjonat kien wieħed ta' suċċess kemm fuq livell sportiv u anke dak kummerċjali. It-tieni edizzjoni tal-1934 ġiet trażmessa għall-ewwel darba fuq ir-radju. Din saret fl-Italja Faxxista ta' Benito Mussolini, li uża dan il-kampjonat biex jippromwovi r-reġim tiegħu; din kienet xi ħaġa li Rimet kien akkużat li injora. Fl-edizzjoni suċċessiva ġewwa Franza saret ukoll taħt sfond politiku: l-Awstrija kienet annessa mill-Ġermanja Nażista u kellha tirrifjuta milli tipparteċipa. Il-Ġermaniżi lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Iżvizzera u taw is-salut Nażist li rċieva l-kritika. Fl-1954, qabel il-bidu tal-ħames edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, Rimet irtira mill-presidenza tal-FIFA li minn 12-il membru kienet telgħet għal 85, u sar president onorarju. L-isforzi tiegħu matul is-snin wasslu sabiex jiġi nominat għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-1956, però l-ġurija rrifjutat u l-premju ma ngħata lil ħadd. L-aħħar snin u legat Rimet miet fis-16 ta' Ottubru 1956 f'Suresnes fi Franza, jumejn wara għeluq it-83 sena u hu midfun fis-Cimetière parisien de Bagneux. Fl-1946, it-trofew tat-Tazza tad-Dinja, li kienet statwa tad-deheb skolpita minn Abel Lafleur, ġiet imsemmiha bħala t-Trofew Jules Rimet ad unur tiegħu. Mill-1930 sal-1970, it-timijiet nazzjonali rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jżommu t-trofew għall-erba' snin ta' wara. Kien biss fl-1970, wara t-tielet rebħa tal-Brażil, li huma rċevew it-trofew b'mod permanenti. Fl-1998, fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 li saret fi Franza, f'Pariġi ssemmiet pjazza wara Jules Rimet, qrib l-istadju tal-Parc des Princes. Matul it-Tazza tad-Dinja tal-2006, madwar ħamsin sena wara l-mewt ta' Rimet, ix-xarabank uffiċjali tat-tim nazzjonali Franċiż kien juri l-kliem: Liberté, Égalité, Jules Rimet. Fil-komun fejn twieled, fi Theuley, tinsab statwa ta' Rimet f'nofs kaxxa tal-penalty. Referenzi Ħoloq esterni Jules Rimet fuq Olympedia Twieldu fl-1873 Mietu fl-1956 Presidenti tal-FIFA Franċiżi
28898
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qala%20%28G%C4%A7awdex%29
Qala (Għawdex)
Il-Qala hija unità amministrattiva Maltija fil-gżira ta' Għawdex. Il-popolazzjoni tar-raħal f'Settembru 2019 kienet tammonta għal 1,929 ruħ. Fil-qrib hemm Ħondoq ir-Rummien, xatt tal-baħar bis-salini u bl-għerien. Etimoloġija L-isem tar-raħal "Qala" joriġina mill-Għarbi Sqalli u jfisser "port" jew "daħla". Deskrizzjoni Il-Qala tissemma għall-ewwel darba f'dokument tas-seklu 15 fil-Librerija tal-Vatikan. L-isem tar-raħal jirreferi għad-daħla ta' Ħondoq ir-Rummien. Huwa l-iżjed raħab fil-Lvant ta' Għawdex. L-iżvilupp tal-insedjament attwali beda fit-tieni nofs tas-seklu 17. Għajr għal xi daħliet kennija oħra bħal Ħondoq ir-Rummien, ix-xatt tal-Qala huwa tal-blat jaqta' ħafna. Fost l-għerien tal-baħar tul il-kosta hemm Għar Minka, li huwa aċċessibbli bid-dgħajsa biss. Ir-raħal tal-Qala huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-belt kapitali ta' Għawdex, ir-Rabat, u huwa l-eqreb għall-bqija tal-arċipelagu Malti. L-istemma tar-raħal fiha dgħajsa Għawdxija tbaħħar f'baħar imqalleb. Il-knisja parrokkjali tar-raħal hija ddedikata lil San Ġużepp, il-patrun tar-raħal, u nbniet minn Dun Gużepp Diacono bejn l-1882 u l-1889. L-istil tagħha huwa Barokk bħal ħafna knejjes oħra tal-gżira. Ir-raħal tal-Qala sar parroċċa fit-3 ta' Frar 1872, u sal-1889 il-knisja parrokkjali kienet dik tal-Kunċizzjoni Immakulata tal-Madonna. L-ewwel ġebla tal-parroċċa ta' San Ġużepp tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904. Fost is-siti ta' interess storiku fil-Qala u fl-inħawi hemm is-salini, mitħna ppreservata sew u xi fdalijiet preistoriċi. Wieħed jista' jsib eżempji ta' cart ruts, li huma trinek paralleli mħaffrin fil-blat, li jestendu għal iktar minn 180 metru (590 pied) u huma fost l-itwal f'Għawdex. Gruppi u għaqdiet volontarji fil-Qala Grupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala Il-Grupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala, li ġie stabbilit fl-1956, huwa magħmul minn voluntiera li jtellgħu l-ispettaklu tal-logħob tan-nar fil-festa kull sena. Għaqda Briju San Ġużepp L-Għaqda Briju San Ġużepp, li ġiet stabbilita f'Lulju 2007, torganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ is-sena kollha u taħdem l-iktar għall-ħabta tal-Festa ta' San Ġużepp biex torganizza l-briju tal-festa. Qala St. Joseph F.C. Il-klabb tal-futbol Qala St. Joseph F.C. ġie stabbilit fl-1968 u kien imsemmi għall-patrun tar-raħal San Ġużepp qabel ma nbidel l-isem għal Qala Saints F.C. It-tim jilgħab fil-Lig tal-Futbol ta' Għawdex. Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala Il-Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala ilu jippromwovi l-kultura u l-folklor lokali mill-2003 u pparteċipa f'avvenimenti u f'attivitajiet lokali, nazzjonali u internazzjonali, inkluż fis-Slovenja, fl-Italja, fis-Serbja, fiċ-Ċekja u fil-Greċja, marbuta mal-kant, maż-żfin u mal-kostumi tradizzjonali. Ite Ad Joseph Il-Banda Ite ad Joseph hija l-banda uffiċjali tar-raħal tal-Qala u waħda minn ħdax-il banda ta' Għawdex. Għandha madwar 35 membru regolari tal-banda u għadd simili ta' studenti tal-mużika li jdoqqu fiha. Il-banda ħarġet żewġ CDs, fl-2001 u fl-2004, u daqqet f'irħula Maltin oħra kif ukoll fl-Italja, fil-Greċja u fl-Iżvezja. Avvenimenti Festa ta' San Ġużepp (il-patrun tal-Qala) Il-festa tal-Qala fl-ewwel Ħadd ta' Awwissu hija ddedikata lill-qaddis patrun tar-raħal, San Ġużepp. Il-knisja parrokkjali ġiet iddedikata wkoll lil San Ġużepp u ġiet iddisinjata minn Dun Gużepp Diacono u nbniet bejn l-1882 u l-1889. L-ewwel ġebla tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904. Il-parroċċa saret arċipresbiterali fl-1965. Ir-raħal tal-Qala ċċelebra l-ewwel festa tiegħu ta' San Ġużepp fis-27 ta' April 1890. Il-band tar-raħal, Ite ad Joseph, iddoqq fil-marċi u tagħmel kunċerti matul il-ġimgħa tal-festa. Festival Folkloristiku Internazzjonali Dan il-festival ta' erbat ijiem jiċċelebra l-mużika, il-kant u ż-żfin folkloristiċi tradizzjonali lokali u barranin. Isiru spettakli kemm minn gruppi folklorisitiċi u baned lokali kif ukoll barranin. Toroq prinċipali tal-Qala Triq il-Belveder Triq il-Kunċizzjoni Triq il-Qala Triq it-28 ta' April 1688 Triq iż-Żewwieqa Triq l-Imġarr Triq San Ġużepp Toroq oħra fil-Qala Daħla il-Klin Daħla il-Wileġ Daħla Ta' Grunju Daħla Tal-Ħawli Daħla Tal-Knisja Daħla Wied Biljun Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg Pjazza Repubblika Pjazza San Ġużepp Pjazza San Kerrew Sqaq Ta' Ħatar Sqaq Tal-Ħalq Triq Andar ix-Xagħari Triq Federico Barocci Triq Ħondoq ir-Rummien Triq il-Biċċier Triq il-Forn Triq il-Fortin Sant' Anton Triq il-Fugass Triq il-Kalati Puniċi Triq il-Kappar Triq il-Klin Triq il-Mitħna Triq il-Papa Piju IX Triq il-Papa Piju XII Triq il-Wardija Triq il-Wileġ Triq in-Nadur Triq ir-Rebħa Triq it-Telgħa Triq it-Tempju Triq l-Indipendenza Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg Triq Lord Strickland Triq Patri Ġużepp Portelli Triq San Franġisk Triq Santa Marija tal-Qala Triq Ta' Cini Triq Ta' Gafan Triq Ta' Semper Triq Taċ-Ċawl Triq Tal-Maqjel Triq Tal-Qasam Triq Tas-Salib Triq Tas-Surġent Triq Tax-Xulliel Triq Taż-Żrieraq Triq Wied Biljun Triq Wied Simar Toroq f'Ta' Kassja Triq Anton Buttigieg Triq Ġanni Vella Triq il-Barbaġann Triq il-Beata Adeodata Pisani Triq il-Virgi Triq in-Nigret Triq it-30 ta' Ottubru 1948 Triq l-Isqof Baldassare Cagliares Triq Salvu Attard Triq Ta' Kassja Ġemellaġġ Il-Qala hija ġemellata ma': Salina, l-Italja Magadan, ir-Russja Referenzi Bliet ta' Malta Għawdex
28899
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hospital%20de%20Sant%20Pau
Hospital de Sant Pau
L-Hospital de Sant Pau, li qabel kien magħruf bħala Hospital de la Santa Creu i Sant Pau (pronunzja bil-Katalan: [uspiˈtal də lə ˈsantə ˈkɾɛw i ˈsam ˈpaw], bil-Malti: Sptar tas-Salib Imqaddes u ta' San Pawl), fil-kwartier ta' El Guinardó, f'Barċellona, il-Katalonja, Spanja, huwa kumpless li nbena bejn l-1901 u l-1930. Huwa wieħed mill-iżjed xogħlijiet prominenti tal-arkitett tal-moderniżmu Katalan Lluís Domènech i Montaner. Il-kumpless ġie elenkat bħala Conjunto Histórico (monument storiku) fl-1978. Flimkien mal-Palau de la Música Catalana, ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Magħmul minn 12-il paviljun konnessi permezz ta' galleriji twal taħt l-art fi ħdan l-ispazju aħdar kbir tiegħu, l-Hospital de Sant Pau huwa l-ikbar kumpless li qatt inbena bl-istil tal-Art Nouveau. Kien sptar li kien jiffunzjona għalkollox sa Ġunju 2009 u mbagħad inbena sptar ġdid ħdejh, qabel ma beda x-xogħol ta' restawr fuqu biex jibda jintuża bħala mużew u ċentru kulturali li nfetaħ fl-2014. Apparti li l-eks sptar huwa kapulavur storiku u arkitettoniku importanti, il-binji toffri wkoll spazji tax-xogħol għal organizzazzjoni soċjali ta' profil għoli bħad-WHO, il-Banco Farmacéutico, il-Barcelona Health Hub, l-EMEA, il-UN-HABITAT fost oħrajn. Iċ-ċentru kulturali għandu wkoll arkivju storiku fejn jinstabu r-rekords u d-dokumenti ta' ġrajjiet notevoli b'rabta mal-eks sptar u mal-belt. L-arkivji huma miftuħa għall-pubbliku flimkien ma' kamra għall-qari u joffru tagħrif għall-viżitaturi u għar-riċerkaturi permezz tas-servizz tal-informazzjoni u tar-reprografika. Storja Għalkemm is-26 binja attwali tal-isptar imorru lura għas-seklu 20, l-Hospital de la Santa Creu (l-aħħar parti tal-isem, "Sant Pau", ġiet miżjuda bħala ġieħ għall-bankier Pau Gil li ħallas għall-binjiet il-ġodda fis-seklu 20) ġie stabbilit fl-1401 meta sitt sptarijiet Medjevali ngħaqdu fi sptar kbir wieħed. L-eks binjiet tal-isptar ħdejn iċ-ċentru ta' Barċellona jmorru lura għas-seklu 15, u issa jospitaw skola tal-arti (Escola Massana) u l-Biblioteca de Catalunya (il-Librerija Nazzjonali tal-Katalonja). Il-kostruzzjoni tal-binja inizjali li bdiet fl-1401 tlestiet fl-1450. Iktar 'il quddiem fis-seklu 17, ġiet miżjuda l-binja tal-Casa Convalescència mal-kumplament tal-kumpless. Bl-espansjoni tal-belt kif ukoll id-dehra antikwata u l-qagħda tal-binjiet Medjevali, fl-1902 bdiet il-kostruzzjoni ta' sptar ġdid iddisinjat minn Lluís Domènech i Montaner. Il-pjanta oriġinali ta' Domènech kellha 48 binja iżda effettivament inbnew 27 binja. Fl-1991, l-isptar ingħata s-Salib ta' San Ġorġ mill-Generalitat de Catalunya. Fl-2003 nbniet binja ta' sptar ġdid lejn it-Tramuntana tal-paviljuni tal-Modernist Domènech i Montaner u kważi d-dipartimenti kollha ġew ittrasferiti fih. Madankollu, xi ftit dipartimenti bħall-Bank tad-Demm u tat-Tessuti, id-dipartiment tar-radjografija u d-dipartiment tat-terapija fiżika baqgħu f'uħud mill-binjiet l-antiki. Restawr Wara snin ta' użu fis-servizz tas-saħħa, il-binjiet tal-Hospital de Sant Pau kellhom xi ħsarat u kellhom bżonn restawr. Għalhekk, fl-2009 beda restawr metikoluż tal-kumpless. Kumitat tal-Wirt ġie msawwar biex jikkoordina l-proċess u jiżgura l-kwalità tal-interventi. Iktar minn 30 tim ta' esperti u arkitetti ħadu sehem fir-restawr. Il-konfigurazzjoni oriġinali tal-binjiet ġiet stabbilita, qabel ma bdew l-interventi, permezz ta' eżaminar tal-arkivji storiċi. Żona bil-bini ta' 29.517 metru kwadru u spazju estern kumplessiv ta' 31.052 metru kwadru ġew inklużi fir-restawr. Iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea, mill-Generalitat de Catalunya, mill-Gvern Spanjol, mill-IDAE, mill-Kunsill tal-Belt ta' Barċellona, mill-Kunsill Provinċjali ta' Barċellona, mis-CEB u mill-Fondazzjoni Privata tal-Hospital de la Sant Creu i Sant Pau, il-proġett ta' restawr kellu baġit totali ta' €100 miljun. Il-proġett ta' restawr kellu tliet objettivi prinċipali. L-ewwel wieħed kien li l-binja tiġi rrestawrata għall-istat oriġinali tagħha permezz tat-tisħiħ tal-istruttura u t-tneħħija ta' kwalunkwe element li kien ġie miżjud fi stadji iktar 'il quddiem tul il-ħajja tal-binja. It-tieni objettiv kien li jiġu enfasizzati l-elementi ornamentali bl-użu ta' materjali adattati skont id-disinn oriġinali tal-binjiet. It-tielet objettiv kien li l-kumpless jiġi adattat għall-ħtiġijiet kontemporanji u għal użi alternattivi possibbli mingħajr ma titnaqqas l-awtentiċità tal-binja. L-objettivi b'rabta mal-binjiet intlaħqu permezz ta' tliet passi. L-ewwel nett ġiet irkuprata l-istruttura oriġinali skont il-pjanta oriġinali u ġew eliminati l-istrutturi li ma kinux skont il-pjanta oriġinali. Imbagħad, l-infrastruttura ġiet imsaħħa flimkien mal-istrutturi li jirfdu l-binjiet, bħax-xorok tal-ħadid, l-oqfsa tal-ħadid, eċċ. Kmamar ġodda taħt l-art u spazju ġdid tul il-perimetru nbnew biex tiżdied il-funzjonalità tal-binja mingħajr ma jtellfu d-dehra tal-faċċata oriġinali. Minkejja li l-binja nfetħet għall-viżitaturi fl-2014, il-proġett tar-restawr baqa' għaddej u tlesta għalkollox fl-2020. Sit ta' Wirt Dinji Il-Palau de la Música Catalana u l-Hospital de Sant Pau f'Barċellona ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1997. Iż-żona ta' lqugħ ġiet immodifikata kemxejn fl-2008. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bini Spanja
28900
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pajsa%C4%A1%C4%A1%20tal-Ka%C4%8B%C4%8Ba%20Medjevali%20fit-Tramuntana%20ta%27%20Zealand
Pajsaġġ tal-Kaċċa Medjevali fit-Tramuntana ta' Zealand
Il-Pajsaġġ tal-Kaċċa Medjevali fit-Tramuntana ta' Zealand huwa ġabra ta' artijiet tal-kaċċa u foresti fit-Tramuntana ta' Copenhagen, il-belt kapitali tad-Danimarka. Il-pajsaġġ ġie nnominat bħala sit indikattiv fl-1 ta' Awwissu 2010 u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-4 ta' Lulju 2015. Il-pajsaġġ jinkludi tliet żoni ewlenin: Store Dyrehave, Gribskov u Jægersborg Dyrehave/Jægersborg Hegn, u huwa magħmul mill-iżjed artijiet tal-kaċċa sinifikanti għan-nobbiltà Medjevali fid-Danimarka. Id-disinn tal-pajsaġġ bħala grilja b'għamla ta' stilla ċentrali, b'toroq bin-numri, b'ġebliet bħala markaturi u biċ-ċnut, juri l-ippjanar u d-disinn uniċi tal-pajsaġġi tal-kaċċa fis-sekli 17 u 18. Pożizzjoni It-tliet foresti kollha jinsabu fil-peniżola tat-Tramuntana ta' Zealand fit-Tramuntana ta' Copenhagen. Il-Jægersborg Dyrehave li tħaddan il-Jægersborg Hegn hija l-eqreb tal-belt kapitali tul il-kosta tal-Lvant tal-peniżola. L-iStore Dyrehave, b'għamla kwadra, tinsab fit-Tramuntana fiċ-ċentru tal-peniżola, filwaqt li Gribskov, iktar lejn it-Tramuntana, tinsab biswit Esrum Sø. L-iStore Dyrehave u Gribskov ma tantx jinsabu 'l bogħod mill-Palazz ta' Frederiksborg u r-raħal ta' Hillerød. Sfond Il-foresti u l-binjiet relatati fit-tliet postijiet fit-Tramuntana ta' Copenhagen kienu jiffurmaw parti mill-pajsaġġ tal-kaċċa Barokk iddisinjat fl-aħħar tas-seklu 17 u fil-bidu tas-seklu 18 għall-monarki Daniżi biex jieħdu sehem fil-kaċċa Medjevali magħrufa wkoll bħala par force. L-istorja tal-inħawi għall-kaċċa tmur lura għall-Medju Evu meta r-rejiet Daniżi, il-knisja u nies nobbli kellhom proprjetajiet u artijiet tal-kaċċa fil-foresti u fir-raba' bl-għoljiet tal-peniżola. B'rabta mar-Riformazzjoni Daniża, fl-1536 ir-Re Federiku II kkonfiska l-proprjetajiet li kien sjieda tal-Knisa Kattolika. Mill-1560, id-diversi proprjetajiet ġew magħqudin flimkien biex jiġi stabbilit park irjali estensiv tal-kaċċa fil-peniżola tat-Tramuntana ta' Zealand. Madankollu, kien ir-Re Christian V, li mill-1670, qabbad lill-armata tiegħu jaħdmu biex joħolqu park għall-kaċċa Medjevali taċ-ċriev madwar il-Kastell ta' Ibstrup. F'żogħżitu, ir-re kien esperjenza l-kaċċa Medjevali fil-foresta ta' Saint-Germain-en-Laye fi Franza. Imbagħad hu importa l-klieb tal-kaċċa u l-kaċċaturi mill-Ingilterra, u bidel isem il-kastell għal Jægersborg (il-kastell tal-kaċċatur) u stabbilixxa l-Jægersborg Dyrehave (il-park taċ-ċriev ta' Jægersborg). Wieħed mill-iżjed aspetti importanti tal-kaċċa Medjevali magħrufa bħala par force kien li kien jipprovdi bażi għat-turija tal-poter assolut tal-monarka permezz tal-iżvilupp ta' network ta' toroq f'pajsaġġ wieħed. L-inħawi tal-peniżola kollha tat-Tramuntana ta' Zealand ġiet żviluppata b'sistema ta' toroq Karteżjana li tikkonsisti f'għamla ta' stilla mdawra b'għamliet kwadri distinti. Il-markaturi tal-ġebel kienu jindikaw jekk it-toroq kinux iwasslu lejn iċ-ċentru tal-istilla jew 'il bogħod minnu. L-approċċ matematiku kien isaħħaħ l-immaġni tar-re bħala rappreżentant tar-raġuni f'konformità mal-ideali Barokki. Il-ġeometrija ortogonali Daniża tas-sistemi tat-toroq kienet titjib fir-rigward tal-grilji b'għamla ta' stilla li kienu jintużaw fi Franza u fil-Ġermanja, peress li kienet tipprovdi aċċess ugwali għall-partijiet kollha tal-foresta. Il-park tal-kaċċa ta' Jægersborg ma kien fih l-ebda network ta' toroq b'għamla ta' stilla, iżda minflok kien ibbażat fuq il-preżenza ta' loġġa rjali tal-kaċċa, magħrufa inizjalment bħala l-Eremitaġġ jew Villa Hubertus. Fl-1736, din inbniet mill-ġdid bi stil Barokk bħala l-Ermitageslottet jew il-Loġġa tal-Kaċċa tal-Eremitaġġ, b'veduta grandjuża fuq il-kumplament tal-pajsaġġ mill-pożizzjoni tagħha fil-quċċata ta' għolja. Mużew Daniż tal-Kaċċa u tal-Forestrija Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' tħejjija tan-nominazzjoni tas-sit bħala sit indikattiv twettaq minn Jette Baagøe, id-direttur tal-Mużew Daniż tal-Kaċċa u tal-Forestrija f'Hørsholm u l-President tal-grupp ta' tmexxija li ħadem fuq in-nominazzjoni mill-2010. Il-mużew tħejja biex jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-sit u jikkoordina b'mod prinċipali l-informazzjoni u l-aħbarijiet dwar is-sit. Abbażi taż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' viżitaturi fil-Mużew ta' Stevns Klint wara li dak is-sit żdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2014, Baagøe antiċipa li iżjed viżitaturi kienu se jżuru l-mużewijiet tat-Tramuntana ta' Zealand wara d-deżinjazzjoni mill-UNESCO, speċjalment il-Mużew Daniż tal-Kaċċa u tal-Forestrija, u għalhekk minn Ottubru 2015 wirja speċjali permanenti dwar is-sit tħejjiet fil-mużew. Sit ta' Wirt Dinji Il-Pajsaġġ tal-Kaċċa Medjevali (magħrufa wkoll bħala par force) fit-Tramuntana ta' Zealand ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-2015. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Danimarka
28901
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qutb%20Minar
Qutb Minar
Il-Qutb Minar, spellut ukoll Qutub Minar u Qutab Minar, huwa minaret u "torri tal-vitorja" li jifforma parti mill-kumpless ta' Qutb, li jinsab fis-sit tal-eqdem belt iffortifikata ta' Delhi, Lal Kot, stabbilita mir-Rajput ta' Tomara. Il-kumpless tal-Qutb Minar huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-inħawi ta' Mehrauli fin-Nofsinhar ta' Delhi, l-Indja. Huwa wieħed mill-iżjed attrazzjonijiet turistiċi li jżuruh nies fil-belt, u nbena l-iktar bejn l-1199 u l-1220. Jista' jiġi mqabbel mal-Minaret ta' Jam fl-Afganistan, magħmul mill-brikks għall-ħabta tal-1190 b'għoli ta' 62 metru, jiġifieri deċennju qabel ma x'aktarx bdiet il-kostruzzjoni tal-minaret f'Delhi. Il-wiċċ taż-żewġ monumenti huwa mżejjen b'mod elaborat b'kitbiet imnaqqxin u b'disinni ġeometriċi. Il-Qutb Minar għandu xaft imrikkeb b'"brakits qishom stalagtiti mill-isbaħ taħt il-gallariji" fin-naħa ta' fuq ta' kull sular. Inġenerali, damu ma jintużaw fl-Indja u fil-postijiet fejn kienu jeżistu, spiss kienu jkunu distakkati mill-moskea prinċipali. Sinteżi tal-Arkitettura Iżlamika u tan-Nofsinhar tal-Asja Dan it-torri tal-vitorja huwa simbolu tas-sinteżi tal-arkitettura Iżlamika tradizzjonali mad-disinn tan-Nofsinhar tal-Asja. Elizabeth Lambourn f'Islam Beyond Empires: Mosques and Islamic Landscapes in India and the Indian Ocean tistudja l-introduzzjoni tal-Iżlam fin-Nofsinhar tal-Asja u kif ir-reġjun influwenza l-arkitettura reliġjuża Iżlamika. Dawn il-Musulmani li kienu għadhom kemm waslu mill-Punent Iżlamiku ħarbu mill-Imperu tal-Mongoli u emigraw lejn l-Indja, fejn bnew ċentri reliġjużi. Il-Qutb Minar kien iservi bħala markatur ċentrali għal dawn il-komunitajiet Musulmani l-ġodda kif ukoll bħala tfakkira tal-preżenza tal-Iżlam fl-inħawi. L-arkitettura tal-minaret tvarja ferm mill-istil u mid-disinn tipiċi tal-moskej li nbnew fil-Lvant Nofsani. L-istil ta' dawn l-istrutturi huwa influwenzat ferm mill-arkitettura lokali bħat-tempji lokali tal-Induiżmu. Dan affettwa l-materjali, it-tekniki u t-tiżjin differenti li ntużaw fil-kostruzzjoni tal-Qutb Minar. Il-minaret huwa uniku għaliex storikament, dawn il-minareti qishom torrijiet b'disinn Iżlamiku-tan-Nofsinhar tal-Asja ma kinux komuni qabel is-seklu 17. Dan id-distakk fiż-żmien huwa dovut għall-adozzjoni kajmana tal-istil tipiku tal-Lvant Nofsani fl-Indja. Huwa distakkat ukoll mill-moskea prinċipali, li wkoll juri kif il-kultura nattiva affettwat id-disinn ta' struttura tal-Lvant Nofsani. Il-Qutb Minar jitqies bħala "l-iżjed eżempju bikri u l-aqwa eżempju ta' fużjoni jew sinteżi tat-tradizzjonijiet Induisti-Musulmani" skont Ved Parkash fis-saġġ tiegħu The Qutb Minar from Contemporary and Near Contemporary Sources. Bħal ħafna moskej mibnija fin-Nofsinhar tal-Asja matul dan iż-żmien, il-minaret inbena minn ħaddiema u artiġjani Induisti ssorveljati minn arkitetti Musulmani. Dan wassal għal kostruzzjoni b'sinteżi arkitettonika reliġjuża kemm Induista kif ukoll Iżlamika. Ladarba l-artiġjani kienu Induisti u ma kinux familjari mal-Koran, il-kitbiet imnaqqxin huma kompilazzjoni ta' testi Koraniċi u espressjonijiet bl-Għarbi sparpaljati. Storja Il-Qutb Minar inbena fuq il-fdalijiet ta' Lal Kot, iċ-ċittadella ta' Dhillika. Il-kostruzzjoni tal-Qutb Minar inbdiet wara l-Moskea ta' Quwwat-ul-Islam, li kienet inbdiet għall-ħabta tal-1192 minn Qutb-ud-din Aibak, l-ewwel mexxej tas-Sultanat ta' Delhi. Normalment jingħad li l-minaret ingħata isem Qutb-ud-din Aibak li beda l-kostruzzjoni tiegħu. Iżda jista' jkun ukoll li ngħatat dak l-isem għal Khwaja Qutbuddin Bakhtiar Kaki, qaddis Sufista tas-seklu 13, peress li Shamsuddin Iltutmish kien devot tiegħu. Il-Qutb Minar huwa mdawwar b'diversi monumenti storikament sinifikanti tal-kumpless ta' Qutb Minar. Il-Moskea ta' Quwwat-ul-Islam, lejn il-Grigal tal-minaret, inbniet minn Qutub-ud-Din Aibak fl-1198. Hija l-iżjed moskea bikrija li għadha eżistenti li nbniet mis-Sultani ta' Delhi. Tikkonsisti minn bitħa rettangolari magħluqa permezz ta' kjostri, b'kolonni mnaqqxin u elementi arkitettoniċi ta' 27 tempju Ġain u Induista, li twaqqgħu minn Qutub-ud-Din Aibak kif iddokumentat fil-kitba mnaqqxa tiegħu mad-daħla prinċipali tal-Lvant. Iktar 'il quddiem inbena ħajt diviżorju mirqum bil-ħnejjiet u l-moskea ġiet imkabbra minn Shams-ud-Din Itutmish (1210-1235) u Ala-ud-Din Khalji. Il-Pilastru tal-Ħadid fil-bitħa fih kitba mnaqqxa bis-Sanskritu, bil-kitba Braħmina tas-seklu 4 W.K., li tgħid li l-pilastru kien ġie stabbilit bħala Vishnudhvaja (alla Vishnu standard) fuq l-għolja magħrufa bħala Vishnupada bħala mafkar tar-re setgħan imsejjaħ Chandra. Il-kumpless tal-moskea huwa wieħed mill-iżjed bikrin li għadu jeżisti fis-subkontinent Indjan. Il-koppla bil-pilastri fil-qrib, magħrufa bħala "l-istruttura ta' Smith" hija fdal tar-restawr tat-torri tas-seklu 19, li kien jinkludi tentattiv xellerat li jiġu miżjuda iktar sulari. Fl-1505, terremot ikkawża xi ħsarat; iżda t-torri ġie msewwi minn Sikander Lodi. Fl-1 ta' Settembru 1803, terremot kbir ikkawża ħsarat estensivi. Il-Maġġur Robert Smith tal-Armata Indjana Brittanika rrinnoca t-torrri fl-1828 u installa koppla bil-pilastri fuq il-ħames sular u b'hekk ħoloq is-sitt sular. Il-koppla tneħħiet fl-1848, skont l-istruzzjonijiet mill-Viskonti Hardinge, li kien il-Gvernatur Ġeneral tal-Indja dak iż-żmien. Minflok ġiet installata fil-pjan terran fil-Lvant tal-Qutb Minar u għadha hemm sa llum. Il-Qutb Minar tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Guridi Il-kostruzzjoni tal-Qutb Minar ġiet ippjanata u ffinanzjata mill-Guridi, li emigraw lejn l-Indja u ġabu l-Iżlam magħhom. Il-Guridi, storikament magħrufa bħala x-Xansabani, kienu klan li oriġina mit-Taġikistan minn Gur, ir-reġjun muntanjuż li llum il-ġurnata jagħmel parti mill-Punent tal-Afganistan. Fl-aħħar tas-seklu 11 u l-bidu tas-seklu 12, il-gruppi differenti ta' dan il-klan nomadiku ngħaqdu, u tilfu l-kultura nomadika tagħhom. Matul dak iż-żmien ikkonvertew ukoll għall-Iżlam. Imbagħad malajr espandew fl-Indja u ħadu l-kontroll ta' parti sostanzjali tal-pajjiż. Il-Guridi annettew lil Multan u Uch fil-Punent tal-Punjab fl-1175-1176, ir-reġjuni tal-Majjistral madwar il-Peshawar fl-1177, u r-reġjun ta' Sindh fl-1185-1186. Fl-1193, Qutb al-Din Aibek ħakem lil Delhi u implimenta l-governorat tal-Guridi fil-provinċja. Il-moskea kongregattiva u l-kumpless tal-Qutb Minar ġew stabbiliti fl-1193. Fl-imgħoddi, l-istudjużi kienu jemmnu li l-kumpless kien inbena biex tiġi promossa l-konverżjoni għall-Iżlam fost is-sudditi l-ġodda tal-Guridi, kif ukoll bħala simbolu tal-adeżjoni tal-Guridi għal sistema soċjoreliġjuża. Issa hemm tagħrif ġdid li jissuġġerixxi li l-konverżjoni għall-Iżlam ma kinitx prijorità ewlenija tal-annessjonijiet il-ġodda u minflok il-governaturi Guridi riedu jagħmlu sinteżi tal-kultura lokali u l-Iżlam permezz tan-negozjar. Patruni u Arkitetti Qutb-ud-din Aibak, viċi ta' Muhammad ta' Gur, li stabbilixxa s-Sultanat ta' Delhi wara l-mewt ta' Muhammad ta' Gur, beda l-kostruzzjoni tal-ewwel sular tal-Qutb Minar fl-1199. Is-suċċessur ta' Aibak u l-iben tar-rispett ta' Shamsuddin Iltutmish bena u lesta tliet sulari oħra. Wara li sajjetta niżlet fuq il-binja fl-1369 u kkawżat ħsara fis-sular ta' fuq ta' dak iż-żmien, Firuz Shah Tughlaq issostitwixxa s-sular li ġarrab il-ħsara u żied sular ieħor. Sher Shah Suri żied ukoll daħla matul it-tmexxija tiegħu u sakemm l-imperatur Mugal Humayun kien f'eżilju. Sit ta' Wirt Dinji Il-Kumpless ta' Qutb Minar u Monumenti Oħra ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Arkitettura Il-kalligrafiji Persjani-Għarab u Nagari f'sezzjonijiet differenti tal-Qutb Minar jiżvelaw l-istorja tal-kostruzzjoni tiegħu u tat-tiswijiet u r-restawr li saru wara minn Firoz Shah Tughluq (1351–1388) u Sikandar Lodi (1489–1517). Il-Qutb Minar huwa għoli 72.5 metru, u b'hekk huwa l-ogħla minaret tal-brikks fid-dinja. Il-minaret jidjieq fis-sulari ta' fuq nett u għandu bażi b'dijametru ta' 14.3-il metru (47 pied), li jiċkien sa 2.7 metri (disa' piedi) fil-quċċata tiegħu. Għandu garigor li jdur minn ġol-minaret sa fuq nett b'total ta' 379 tarġa. Maġenb il-minaret hemm il-Moskea ta' Quwwat-Ul-Islam. Il-minaret ixaqleb ftit iktar minn 65 ċentimetru minn fuq, li jitqies fi ħdan il-limiti tas-sikurezza. Il-Qutb Minar kien ispirazzjoni u prototip għal bosta minareti u torrijiet li nbnew. Iċ-Chand Minar u l-verżjoni minuskola tal-Qutub Minar jixbhu lill-Qutb Minar u ġew ispirati minnu. Sulari Is-sulari tal-Qutb Minar ivarjaw fid-daqs, fl-istil u fil-materjal minħabba d-diversi arkitetti u bennejja differenti involuti fil-kostruzzjoni ta' kull sezzjoni. L-Ewwel Sular Il-Qutb Minar jikkonsisti minn ħames sulari ta' blat ramli aħmar u griż. L-iktar sular baxx, magħruf ukoll bħala l-bażi tal-minaret, tlesta matul il-ħajja ta' Ghiyeth al-Din Muhammad, sultan matul id-dinastija tal-Guridi. L-istruttura talterna bejn 12-il pilastru semiċirkolari u 12-il pilastru kwadri ħdejn xulxin wieħed wara l-ieħor. Dan is-sular huwa sseparat permezz ta' flanġijiet u gallariji, mirfuda fuq diversi muqarna. Is-sular inbena fuq pedestall ċirkolari baxx imnaqqax bi stilla ta' tnax-il ponta flimkien ma' semiċirku mqiegħed b'kull wieħed mill-angoli bejn il-ponot tal-istilla. F'dan is-sular hemm ukoll sitt strixxuni orizzontali b'kitbiet bin-naskh, stil ta' kalligrafija Iżlamika. Il-kitba tgħid: il-Koran, sura II, versi 255-60; il-Koran, sura LIX, versi 22-23, u attributi ta' Alla; l-isem u t-titli ta' Ghiyath al-Din; il-Koran, sura XLVIII, versi 1-6; l-isem u t-titli ta' Mu’izz al-Din; u kwotazzjonijiet oħra mill-Koran kif ukoll it-titli li ġejjin f'din il-kitba rrestawrata: "L- Amir, l-iżjed kmandant glorjuż u kbir tal-armata". Dan is-sular fih ukoll kitbiet li jfaħħru lil Muhammad ta' Gur, is-sultan tal-Guridi. Tieni, Tielet u r-Raba' Sulari It-tieni, it-tielet u r-raba' sulari nbnew minn Sham ud-Din Iltutmish, l-ewwel sovran Musulman li mexxa minn Delhi. Huwa jitqies bħala l-ewwel mil-lija dinastika tas-Sultan ta' Delhi. It-tieni u t-tielet sulari wkoll għandhom alternanza bejn 12-il pilastru semiċirkolari u 12-il pilastru kwadri ħdejn xulxin wieħed wara l-ieħor. Dawn il-kolonni tal-blat ramli aħmar huma sseparati permezz ta' flanġijiet u gallariji mirfuda fiq muqarnas. Qabel ir-rikostruzzjoni u t-tnaqqis fid-daqs, ir-raba' sular ġie mżejjen bil-pilastri semiċirkolari. Ġie rikostruwit bl-irħam abjad u huwa relattivament sempliċi fid-disinn tiegħu. Ħames Sular Fl-1369 ir-raba' sular issewwa wara li sajjetta laqtgħet il-minaret. Matul ir-rikostruzzjoni, is-Sultan Firuz Shah Tughlaq iddeċiedi li jċekken id-daqs tar--raba' sular u mbagħad qasam dan is-sular f'żewġ sulari. Kontroversja Fl-14 ta' Novembru 2000, il-gazzetti ta' New Delhi rrapportaw li l-gruppi nazzjonalisti Induisti, Vishva Hindu Parishad u Bajrang Dal, kienu qed jippjanaw li jospitaw yajna, ċerimonja Induista ritwalistika marbuta mat-tindif jew mal-purifikazzjoni, fil-kumpless tal-Qutub Minar fejn hemm il-minaret. Il-pulizija ta' Delhi żammet taħt arrest lil 80 attivist immexxija minn Ram Krishan Gaur li kienu jinsabu qrib il-Qutb Minar u twaqqfu milli jiċċelebraw il-yajna fil-minaret. Minħabba l-barrikati tal-pulizija, l-attivisti minflok wettqu r-ritwal fit-toroq barra l-kumpless tal-moskea. Ladarba ntużaw il-fdalijiet ta' tempji Ġain u Induisti fil-kostruzzjoni tal-minaret, il-gruppi Induisti tal-Lemin kienu jemmnu li kien jeħtieġ li jiċċelebraw dan ir-ritwal fil-kumpless sabiex jeħilsu lill-ikoni Induisti li kienu "maqbuda" fil-kumpless tal-minaret u tal-moskea. Fit-18 ta' Mejju 2022, eks Direttur Reġjonali tal-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja, Dharamveer Sharma, saħaq li l-Qutb Minar inbena minn Raja Vikramaditya fis-seklu 5 sabiex ikun jista' josserva l-pożizzjoni tinbidel tax-xemx. Fil-21 ta' Mejju 2022, is-Segretarju tal-Ministeru għall-Kultura, Govind Mohan, ħa d-deċiżjoni li jwettaq skavi u studji rigward l-ikonografija tal-idoli li nstabu fil-Qutb Minar. Il-Ministeru talab lill-ASI jippreżenta rapport dwar l-iskavi. L-iskavi setgħu jsiru fin-Nofsinhar tal-minaret f'distanza ta' 15-il metru mill-moskea. Inċidenti Qabel l-1976, il-pubbliku ġenerali kien jitħalla jaċċessa l-ewwel sular tal-minaret minn taraġ fuq ġewwa. L-aċċess għal fuq il-minaret twaqqaf wara s-sena 2000 minħabba xi suwiċidji. Fl-4 ta' Diċembru 1981, is-sistema tat-tidwil tat-taraġ fuq ġewwa kellha xi ħsara u ma ħadmitx. Bejn 300 u 400 viżitatur iffullaw lejn il-ħruġ f'konfużjoni totali. 45 ruħ mieta bl-iffullar u oħrajn indarbu. Il-biċċa l-kbira tal-vittmi kienu tfal tal-iskola. Minn dak iż-żmien 'l hawn, it-torri nżamm magħluq għall-pubbliku. Barra minn hekk, minn meta nqala' l-inċident ir-regoli dwar id-dħul saru dejjem iktar strinġenti. Letteratura Il-poeżija ta' Letitia Elizabeth Landon The Qutb Minar, Delhi hija riflessjoni dwar kitba mnaqqxa fil-Ktieb tat-Tpinġijiet ta' Fisher tal-1833. Kultura popolari L-attur u r-reġista tal-films ta' Bollywood, Dev Anand, ried jiġbed il-filmat tal-kanzunetta "Dil Ka Bhanwar Kare Pukar" għall-film tiegħu Tere Ghar Ke Samne ġewwa l-minaret. Madankollu, il-kameras dak iż-żmien kienu kbar wisq biex jgħaddu mill-passaġġ dejjaq tal-minaret u għalhekk il-filmat tal-kanzunetta nġibed f'replika tal-Qutb Minar. Is-sit serva bħala waqfa tat-tieni episodju tat-tieni sensiela ta' The Amazing Race Australia. Stampa tal-minaret tidher fuq il-biljetti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Korporazzjoni Ferrovjarja tal-Metro ta' Delhi. Dan l-aħħar, kumpanija emerġenti f'kollaborazzjoni mal-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja (bl-Ingliż: Archaeological Survey of India; ASI) varat filmat panoramiku ta' 360o fil-Qutb Minar. Il-Ministeru għat-Turiżmu dan l-aħħar ta l-"Ittri ta' Intenzjoni" lil seba' kumpaniji għal erbatax-il monument taħt l-"Iskema Adotta Wirt". Dawn il-kumpaniji se jsiru l-"Mitri tal-Monumenti" tal-ġejjieni. Il-Qutb Minar intgħażel biex ikun parti minn dik il-lista. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Indja Iżlam
28902
https://mt.wikipedia.org/wiki/Moritz%20Cantor
Moritz Cantor
Moritz Benedikt Cantor (twieled fit-23 ta' Awwissu 1829 – miet fl-10 ta' April 1920) kien storiku Ġermaniż tal-matematika. Ħajja bikrija u edukazzjoni Cantor twieled f'Mannheim f'familja ta' Lhud Sefardiċi li kienu emigraw lejn in-Netherlands mill-Portugall, b'fergħa oħra stabbilita fir-Russja. Fi tfulitu, Moritz Cantor ma kienx b'saħħtu biżżejjed biex imur l-iskola, u l-ġenituri tiegħu ddeċidew li jedukawh id-dar. Madankollu, iktar 'il quddiem attenda klassi avvanzata tal-Gymnasium (liċeo) f'Mannheim. Imbagħad studja fl-Università ta' Heidelberg fl-1848, u ftit wara studja fl-Università ta' Göttingen, fejn studja taħt Gauss u Weber, u fejn Stern qanqallu interess kbir fir-riċerka storika. Wara li kiseb id-dottorat tiegħu fl-Università ta' Heidelberg fl-1851, huwa mar Berlin, fejn b'ħerqa segwa l-lekċers ta' Peter Gustav Lejeune Dirichlet; u mar-ritorn tiegħu f'Heidelberg fl-1853, inħatar bħala għalliem privat fl-università. Fl-1863 ġie promoss għall-kariga ta' assistent professur, u fl-1877 sar professur onorarju. Xogħlijiet Cantor kien wieħed mill-fundaturi tal-Kritische Zeitschrift für Chemie, Physik und Mathematik. Fl-1859 assoċja ruħu ma' Schlömilch bħala editur taz-Zeitschrift für Mathematik und Physik, u ħa ħsieb is-sezzjoni storika u letterarja. Mill-1877, permezz tal-isforzi tiegħu, suppliment taz-Zeitschrift ġie ppubblikat bit-titlu separat ta' Abhandlungen zur Geschichte der Mathematik. It-teżi inawgurali ta' Cantor "Über ein weniger gebräuchliches Coordinaten-System" (1851), ma tat l-ebda indikazzjoni li l-istorja ta' xjenzi eżatti f'qasir żmien kienet se tiġi arrikkita b'kapulavur tiegħu. L-ewwel xogħol importanti tiegħu kien "Über die Einführung unserer gegenwärtigen Ziffern in Europa", li kiteb għaz-Zeitschrift für Mathematik und Physik, 1856, vol. i. L-iktar xogħol importanti tiegħu kien il-Vorlesungen über Geschichte der Mathematik. Din l-istorja komprensiva tal-matematika dehret kif ġej: Volum 1 (1880) - Mill-bidu nett sal-1200; Volum 2 (1892) - Mill-1200 sal-1668; Volum 3 (1894-1896) - Mill-1668 sal-1758; Volum 4 (1908) (b'disa' kollaboraturi, u Cantor bħala l-editur) - Mill-1759 sal-1799. Bosta storiċi jakkreditawh bl-istabbiliment ta' dixxiplina ġdida f'qasam li qabel ma kellux il-metodi kritiċi, ir-reqqa u l-enfasi ta' oqsma oħra tal-istorja. Fl-1900 Moritz Cantor ingħata l-unur li jagħmel diskors fil-plenarja tal-Kungress Internazzjonali tal-Matematiċi f'Pariġi, Franza (Sur l'historiographie des mathématiques). Referenzi Storiċi Matematika Twieldu fl-1829 Mietu fl-1920
28904
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Messiku
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku (bl-Ispanjol: Selección de fútbol de México) jirrappreżenta lill-Messiku fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Messikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF. Il-Messiku ikkwalifika għal sbatax-il Tazza tad-Dinja u hu fost sitt pajjiżi li ilu jikkwalifika b'mod konsekuttiv mill-1994. Huma ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fl-1970 u l-1986, liema saru fil-pajjiż stess. Storikament, il-Messiku huwa fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fiż-żona tal-CONCACAF, bi ħdax-il titlu tal-konfederazzjoni, fosthom ħdax-il titlu tal-CONCACAF Gold Cup. Bir-rebħa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-1999, il-Messiku hu l-unika tim fil-CONCACAF li rebaħ kompetizzjoni uffiċjali tal-FIFA. Storja Il-futbol fil-Messiku daħal fil-bidu tas-seklu 20 minn gruppi ta' immigranti Ewropej u fis-snin ta' wara minn Spanjoli eżiljati mill-Gwerra Ċivili Spanjola. L-ewwel logħba tal-Messiku saret fl-1 ta' Jannar 1923 kontra l-Gwatemala li huma rebħu 3–2. Fl-1927, ġiet imwaqqfa l-organizzazzjoni uffiċjali li tamministra l-futbol fil-Messiku. L-ewwel kompetizzjoni internazzjonali kienu l-Olimpjadi tal-1928 fejn il-Messiku ġew eliminati fil-kwarti tal-finali minn Spanja. Il-Messiku ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Urugwaj, fi grupp magħmul mill-Arġentina, ċ-Ċili u Franza. Kienu l-Messiku li lagħbu l-ewwel logħba fl-istorja tal-kompetizzjoni, li kienet telfa ta' 4–1 kontra Franza. Fit-tieni logħba huma tilfu kontra ċ-Ċili, u fl-aħħar logħba kontra l-Arġentina, il-Messiku skorjaw l-ewwel penalty fl-istorja tal-kompetizzjoni, ikkonvertit minn Manuel Rosas. Qabel l-1970, il-Messiku ftit li xejn ħallew impatt fit-Tazza tad-Dinja, minkejja li kienu l-aqwa tim fin-North American Football Confederation u s-sessur tagħha, il-CONCACAF. Minkejja dan, il-gowler Antonio Carbajal iddistingwa ruħu biex sar l-ewwel plejer li deher f'ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja konsekuttivi. Fuq livell kontinentali huma rebħu l-ewwel titlu fl-1965, bir-rebħ tal-Kampjonat CONCACAF. Fl-1970, ospitaw it-Tazza tad-Dinja u fil-grupp ġabu dro ta' mingħajr gowls kontra l-Unjoni Sovjetika u rebħa ta' 4–0 fuq El Salvador. Fil-fażi ta' wara huma rebħu lill-Belġju, però kellhom ibaxxu rashom għall-finalisti tal-Italja fil-kwarti tal-finali. Fl-1986, il-Messiku reġgħu ospitaw it-Tazza tad-Dinja. Huma kkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi b'żewġ rebħiet kontra l-Belġju u l-Iraq, u dro mal-Paragwaj. Huma rnexxielhom jagħmluha għal darb'oħra sal-kwarti tal-finali wara li għelbu lill-Bulgarija, imma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent wara l-għoti tal-penalties. Il-Messiku kienu ġew skwalifikati mit-Tazza tad-Dinja tal-1990 u kompetizzjonijiet oħra internazzjonali wara li wżaw plejers fuq l-età massima għal-logħbiet ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-1989. L-iskandlu kien magħruf bħala Cachirules u l-iskwalifika applikat għat-timijiet Messikani ta' kull livell f'kull kompetizzjoni organizzata mill-FIFA għal sentejn. Rekords individwali Aġġornati sal-5 ta' Ġunju 2022. L-aktar preżenzi L-aqwa skorers Rekord kompetittiv Tazza tad-Dinja CONCACAF Gold Cup Referenzi Ħoloq esterni Arkivju tar-riżultati fuq RSSSF Messiku Futbol fil-Messiku
28905
https://mt.wikipedia.org/wiki/Quseir%20Amra
Quseir Amra
Quseir Amra jew Qusayr 'Amra, litteralment "qasr (kastell/palazz) żgħir ta' 'Amra", xi kultant spellut ukoll Qasr Amra (bl-Għarbi: قصر عمرة / ALA-LC: Qaṣr ‘Amrah) huwa l-iżjed wieħed magħruf fost il-kastelli tad-deżert li llum il-ġurnata jinsabu fil-Lvant tal-Ġordan. Inbena f'xi żmien bejn is-723 u s-743 minn Walid Ibn Yazid, il-kaliff futur tal-Umajjad Walid II, li d-dominanza tiegħu tar-reġjun kienet qed tikber ġmielha dak iż-żmien. Jitqies bħala wieħed mill-iżjed eżempji importanti tal-arti u tal-arkitettura Iżlamika bikrija. Il-binja effettivament hija fdal ta' kumpless ikbar li kien jinkludi kastell reali, maħsub bħala rtir irjali, mingħajr l-ebda funzjoni militari, li għad fadal biss xi fdalijiet tal-pedamenti tiegħu. Dak li fadal illum huwa biss biex ngħidu hekk bini żgħir tal-villeġġatura. Huwa notevoli l-iktar għall-affreski li għad fadal ġo fih, l-iktar fuq is-soqfa, li fost l-oħrajn juru grupp ta' mexxejja, xeni tal-kaċċa, xeni taż-żfin b'nisa għerwenin, artiġjani jaħdmu, iċ-"ċiklu ta' Ġona" skopert dan l-aħħar, u fuq kompartiment bil-banjijiet, l-ewwel rappreżentazzjoni magħrufa tas-smewwiet fuq superfiċe emisferika, fejn l-immaġni riflessa tal-kostellazzjonijiet hija akkumpanjata mill-figuri taż-żodjaku. Dan wassal biex Quseir Amra jiżdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-kompartiment bil-banjijiet huwa wkoll, flimkien ma' eżempji oħra f'kastelli tad-deżert oħra fil-Ġordan, wieħed mill-eqdem fdalijiet eżistenti ta' hammam fid-dinja Musulmana storika. Dak l-istatus, u l-pożizzjoni tiegħu tul l-awtostrada ewlenija tal-Ġordan mil-Lvant għall-Punent, relattivament qrib tal-belt kapitali Amman, għamluh destinazzjoni turistika popolari. Pożizzjoni u aċċess Quseir Amra jinsab fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-Awtostrada 40 tal-Ġordan, bejn wieħed u ieħor 85 kilometru (53 mil) minn Amman u 21 kilometru (13-il mil) fil-Lbiċ ta' Al-Azraq. Attwalment jinsab f'żona kbira magħluqa bil-fildiferru mxewwek. Parkeġġ mhux pavimentat jinsab fin-naħa tax-Xlokk tiegħu ftit lil hinn mit-triq. Ċentru żgħir għall-viżitaturi jaqta' l-biljetti għad-dħul. Il-kastell jinsab fil-Punent taż-żona magħluqa, taħt għolja żgħira. Deskrizzjoni Traċċi ta' ħitan tal-ġebel mal-perimetru tas-sit jissuġġerixxu li dan kien parti minn kumpless ta' 25 ettaru (62 akru). Hemm fdalijiet ta' kastell li jaf kien ospita temporanjament xi gwarniġjon ta' suldati. Lejn ix-Xlokk tal-binja hemm bir fond 40 metru (130 pied), traċċi tal-mekkaniżmu tal-olzar immexxi permezz ta' annimal u diga wkoll. L-arkitettura tas-sala tar-riċevimenti bil-kompartiment bil-banjijiet hija identika għal dik tal-Hammam al-Sarah, fil-Ġordan ukoll, ħlief li dan tal-aħħar inbena bil-ġebla tal-ġir maqtugħa bis-sengħa (skont it-tradizzjoni arkitettonika tal-perjodu aħħari tar-Rumani), filwaqt li l-kompartiment bil-banjijiet ta' Quseir Amra nbena b'ġebla mhux maħduma u bit-tkaħħil tal-ġipsum u l-ġibs (skont it-tradizzjoni arkitettonika tas-Sassanidi). Huwa binja baxxa magħmula bil-ġebla tal-ġir u l-bażalt. Il-blokka tat-Tramuntana, għolja żewġ sulari, fiha saqaf b'volta tripla fuq id-daħla prinċipali fil-faċċata tal-Lvant. Il-blokka tal-Punent fiha volti jew koppli iżgħar. Illum il-ġurnata, Quseir Amra jinsab f'kundizzjoni iktar imwiegħra minn dik ta' kastelli tad-deżert oħrajn bħal Qasr Kharana, b'xi graffiti li vvandalizzaw l-affreski. Madankollu, qed isir xogħol ta' konservazzjoni bl-appoġġ tal-Fond Dinji għall-Monumenti, l-Istitut Superjuri Taljan għall-Konservazzjoni u r-Restawr, u d-Dipartiment tal-Antikitajiet tal-Ġordan. Storja Kostruzzjoni Wieħed mis-sitt rejiet fl-affreski huwa r-Re Rodrigu ta' Spanja, li r-renju qasir tiegħu ta' sentejn (710-712) għall-bidu kien maħsub li kienet id-data tal-affresk, u possibbilment tal-binja. Għalhekk, għal żmien twil, ir-riċerkaturi kienu jemmnu li l-kaliff bilqiegħda Walid I kien il-bennej u l-utent primarju ta' Quseir Amra, sakemm feġġew id-dubji, u b'hekk l-ispeċjalisti bdew jemmnu li wieħed miż-żewġ prinċpijiet li iktar 'il quddiem saru kaliffi huma stess, Walid jew Yazid, x'aktarx li kienu l-iżjed kandidati probabbli għal dak ir-rwol. L-iskoperta tal-kitba tad-data matul ix-xogħol ta' restawr fl-2012 ippermettiet id-datazzjoni korretta tal-istruttura għaż-żewġ deċennji bejn is-723 u s-743, meta ġiet ikkummissjonata minn Walid Ibn Yazid, il-prinċep eredi taħt il-kaliff Hisham u s-suċċessur tiegħu matul renju qasir bħala kaliff fis-743–744. Iż-żewġ prinċpijiet qattgħu perjodi twal ta' żmien 'il bogħod minn Damasku, il-belt kapitali tal-Umajjad, qabel ħa t-tron f'idejh. Walid kien magħruf li kien iwettaq l-attivitajiet sibartiċi murija fl-affreski, partikolarment joqgħod bilqiegħda fit-tarf tal-vaski jisma l-mużika jew il-poeżiji. Darba artisti tal-ispettaklu lebsin qishom stilel u kostellazzjonijiet ħadu ħsieb l-intratteniment tiegħu, xi ħaġa li tissuġġerixxi rabta mal-affresk tas-sema fil-caldarium. Omm Yazid kienet prinċipessa Persjana, xi ħaġa li tissuġġerixxi familjarità ma' dik il-kultura, u hu wkoll kien magħruf li kien iħobb tipi simili ta' intratteniment. Kunsiderazzjoni ewlenija fil-pożizzjoni tal-kastelli tad-deżert iċċentrati għall-aċċess u l-prossimità għar-rotot antiki sat-Tramuntana mill-Arabja sas-Sirja. Rotta maġġuri kienet tgħaddi mill-belt ta' Tayma fl-Arabja, qalb Wadi Sirhan lejn il-pjanura ta' Balqa fil-Ġordan, u x'aktarx li kienet waħda mir-raġunijiet li Quseir Amra u fortifikazzjonijiet simili nbnew hemmhekk, fosthom anke Qasr Al-Kharanah u Qasr al-Tuba. Skoperta mill-ġdid fl-1898 L-istruttura abbandunata reġgħet ġiet skoperta minn Alois Musil fl-1898, bl-affreski li saru famużi bis-saħħa tat-tpinġijiet tal-artist Awstrijaku Alphons Leopold Mielich għall-ktieb ta' Musil. Fl-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20, tim Spanjol irrestawra l-affreski. Sit ta' Wirt Dinji Quseir Amra ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Affreski Quseir Amra huwa notevoli l-iktar għall-affreski fuq il-ħitan ta' ġewwa tiegħu. Sala tar-Riċevimenti Il-volta tad-daħla prinċipali għandha affreski ta' xeni tal-kaċċa, ta' frott u l-konsum tal-inbid, u ta' nisa għerwenin. Uħud mill-annimali murija mhumiex abbundanti fir-reġjun iżda kienu iktar komuni fil-Persja, xi ħaġa li tissuġġerixxi xi influwenza minn dawk l-inħawi. Hemm affresk li juri l-kostruzzjoni tal-binja. Ħdejn il-bażi ta' ħajt minnhom hemm re bir-raġġiera fuq it-tron. Sezzjoni li qabel kienet maġenb dan l-affresk, u li issa tinsab fil-Mużew tal-Arti Iżlamika f'Berlin, il-Ġermanja, turi sajjieda u dgħajsa f'ilmijiet b'abbundanza ta' ħut u ta' fawna. Apsida tat-Tron Affresk magħruf bħala s-"sitt rejiet" juri lill-kaliff tal-Umajjad u lill-mexxejja differenti. Abbażi ta' dettalji u kitbiet impittra fl-affresk, erba' mir-rejiet tal-affresk ġew identifikati bħala l-Imperatur Biżantin, ir-Re tal-Viżigoti Rodrigu, ix-Shah Persjan tas-Sassanidi, u n-Negus tal-Etjopja. L-aħħar re għal żmien twil baqa' mhux identifikat u kien spekulat li kien xi mexxej Tork, Ċiniż jew Indjan. Issa huwa magħruf li l-aħħar re kien Imperatur taċ-Ċina. L-iskop tal-affresk mhuwiex ċar. Il-kelma Griega ΝΙΚΗ nike, li tfisser rebħa, ġiet skoperta fil-qrib, u tissuġġerixxi li l-affresk tas-"sitt rejiet" kien maħsub biex juri s-supremazija tal-kaliff fuq l-għedewwa tiegħu. Interpretazzjoni possibbli oħra hija li s-sitt figuri qed jissupplikaw x'aktarx lill-kaliff li kien ikun bilqiegħda fis-sala. Banjijiet L-affreski fil-kmamar kollha għajr il-caldarium jirriflettu l-parir tal-fiżiċi Għarab kontemporanji. Kienu jemmnu li l-banjijiet kienu jixorbu l-ispirti ta' dawk li kienu jmorru fihom, u li sabiex "it-tliet prinċipji vitali fil-ġisem, l-annimal, l-ispirtu u n-natura" jerġgħu jitqanqlu, il-ħitan tal-banjijiet kellhom jiġu miksija b'affreski ta' attivitajiet bħall-kaċċa, ta' maħbubin, u ta' ġonna u ta' siġar tal-palm. Apodyterium L-apodyterium, jew il-kamra fejn tbiddel, hija mżejna bix-xeni ta' annimali jwettqu attivitajiet umani, b'mod partikolari jdoqqu l-mużika. Affresk ambigwu partikolari fih anġlu jħares 'l isfel lejn għamla ta' bniedem imġeżwer f'liżar. Spiss ġie maħsub li kienet xi xena tal-mewt, iżda xi interpretazzjonijiet oħra ssuġġerew li l-liżar kien qed jgħatti żewġ maħbubin. L-affresk ta' tliet uċuħ suwed fuq is-saqaf ġie maħsub li jirrappreżenta l-istadji tal-ħajja. Il-Kristjani fl-inħawi jemmenu li l-figura tan-nofs hija dik ta' Ġesù. Tepidarium Mal-ħitan u mas-saqaf tat-tepidarium, jew banju fietel, hemm affreski ta' xeni ta' pjanti u ta' siġar simili għal dawk fil-mużajk tal-Moskea tal-Umajjad f'Damasku, is-Sirja. Barra minn hekk, hemm ukoll nisa għerwenin f'diversi pożi, u wħud minnhom jaħslu tifel jew tifla. Caldarium Il-koppla emisferika tal-caldarium jew tal-banju sħun fiha rappreżentazzjoni tas-smewwiet biż-żodjaku, fost 35 kostellazzjoni identifikabbli. Huwa maħsub li hija l-iżjed immaġni bikrija tas-sema ta' billejl li qatt ġiet impittra fuq superfiċe mhux ċatta. Ir-raġġi joħorġu mhux miċ-ċentru tal-koppla, iżda, b'mod preċiż, mill-polu ċelestjali tat-Tramuntana. L-angolu taż-żodjaku huwa pjuttost preċiż ukoll fl-affresk. L-unika żball fl-affresk hija l-ordni kontra l-arloġġ tal-istilel, li jissuġġerixxi li l-immaġni ġiet ikkupjata minn xi oħra fuq superfiċe ċatta. Biblijografija Alois Musil: Ḳuṣejr ʿAmra, Kaiserliche Akademie der Wissenschaften in Wien, Vjenna: k.k. Hof- u. Staatsdruckerei 1907. Martin Almagro, Luis Caballero, Juan Zozaya y Antonio Almagro, Qusayr Amra : residencia y baños omeyas en el desierto de Jordania, Ed. Instituto Hispano-Arabe de Cultura, 1975. Martín Almagro, Luis Caballero, Juan Zozaya y Antonio Almagro, Qusayr Amra : Residencia y Baños Omeyas en el desierto de Jordania, Ed. Fundación El Legado Andalusí, 2002. Garth Fowden, Qusayr 'Amra : Art and the Umayyad Elite In Late Antique Syria, Ed. University of California Press, 2004. Claude Vibert-Guigue et Ghazi Bisheh, Les peintures De Qusayr 'Amra, Ed. Institut français du Proche-Orient, 2000. Hana Taragan, "Constructing a Visual Rhetoric: Images of Craftsmen and Builders in the Umayyad Palace at Qusayr ‘Amra," Al-Masaq: Islam and the Medieval Mediterranean, 20,2 (2008), 141–160. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ġordan Kastelli Siti arkeoloġiċi
28908
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C3%9Abeda
Úbeda
Úbeda (pronunzjata bl-Ispanjol: [ˈuβeða]) huwa raħal u muniċipalità ta' Spanja li jinsab fil-provinċja ta' Jaén, l-Andalusija. Ir-raħal jinsab fuq ix-xaqliba tan-Nofsinhar tal-hekk imsejħa "Loma de Úbeda", biċċa art bejn il-baċiri tax-xmajjar Guadalquivir u Guadalimar. Dan ir-raħal flimkien mar-raħal ġar ta' Baeza gawdew patrunaġġ estensiv fil-bidu tas-seklu 16 li rriżulta fil-kostruzzjoni ta' sensiela ta' palazzi u knejjes bi stil Rinaxximentali, li ġew ippreservati. Fl-2003, l-UNESCO ddikjarat iċ-ċentri storiċi u l-monumenti ta' dawn iż-żewġ irħula bħala Sit ta' Wirt Dinji. Skont l-aħħar ċensiment tal-2017, il-muniċipalità għandha popolazzjoni rreġistrata ta' 34,733 ruħ, u b'hekk tikklassifika bħala r-raba' l-iktar muniċipalità popolata fil-provinċja. Storja Skavi arkeoloġiċi jindikaw li kien hemm insedjament f'Úbeda qabel Żmien ir-Rumani, bis-saħħa ta' fdalijiet argariċi u Iberiċi. Il-belt kapitali tal-istat Iberiku kienet tissejjaħ Iltiraka u kienet tinsab fuq ix-xmara Guadalquivir, 10 kilometri fin-Nofsinhar tas-sit effettiv tar-raħal attwali. Ir-Rumani u iktar 'il quddiem il-Viżigoti okkupaw is-sit bħala insedjament. Matul ir-Reconquista, fl-1233, ir-Re Ferdinandu III ħakem ir-raħal għar-Renju ta' Kastilja. Bħala parti minn Kastilja, il-pussess ta' territorji ta' Úbeda żdied b'mod sostanzjali, inkluż l-inħawi minn Torres de Acún (Granada) sa Santisteban del Puerto, kif ukoll irħula bħal Albánchez de Úbeda, Huesa u Canena. F'nofs is-seklu 16, kienet tinkludi wkoll lil Cabra del Santo Cristo, Quesada jew Torreperogil. Matul is-sekli 14 u 15, id-differenzi bejn in-nobbiltà u l-popolazzjoni lokali xekklu t-tkabbir tar-raħal. Fl-1368, ir-raħal ġarrab xi ħsarat matul il-Gwerra Ċivili Kastiljana bejn Pietru I ta' Kastilja u Enriku II ta' Kastilja. Flimkien ma' ċirkostanzi oħra, dan wassal biex ir-rivalità bejn il-familji de Trapera u de Aranda tiħrax għall-ewwel, u mbagħad ir-rivalità kompliet bejn il-familji de la Cueva u de Molina. Dan in-nuqqas ta' stabbiltà ġie solvut meta ħadu t-tmun f'idejhom il-Monarki Kattoliċi: huma ordnaw li l-Alcázar, li kien jintuża min-nobbiltà bħala fortizza, jitwaqqa'. Úbeda, fil-fruntiera bejn Granada u Kastilja-La Mancha, kienet żona ġeografika ta' lqugħ importanti, u b'hekk il-popolazzjoni kisbet għadd ta' privileġġi uffiċjali mir-rejiet ta' Kastilja, fosthom il-"Fuero de Cuenca", li organizza l-popolazzjoni ffurmata minn nies minn Kastilja u minn León, sabiex jiġu ffaċċjati l-problemi li setgħu jinqalgħu fil-fruntieri. Permezz tal-"Fuero de Cuenca", ġie ffurmat Kunsill popolari, li żviluppa nobbiltà tal-klassi medja, u dan wassal biex il-karigi uffiċjali għoljin ikunu jistgħu jintirtu. Matul is-seklu 16, dawn il-familji aristokratiċi importanti ta' Kastilja minn Úbeda laħqu l-ogħla karigi fl-amministrazzjoni tal-Monarkija Spanjola. B'mod partikolari, Francisco de los Cobos u n-neputi tiegħu Juan Vazquez de Molina saru Segretarju tal-Istat għall-Imperatur Ruman Sagru Karlu V u Filippu II rispettivament. Il-Viċirè tal-Perù Pedro de Toledo, il-gvernatur tal-Gżejjer Kanarji Juan de Rivera y Zambrana, il-Markiż ta' Messia jew il-Konti ta' Guadiana huma eżempji oħra ta' familji nobbli li kienu jgħixu f'Úbeda f'dan iż-żmien. Bis-saħħa tal-patrunaġġ tal-arti ta' dawn il-familji jikkompetu ma' xulxin, Úbeda sar kalamita Rinaxximentali fi Spanja u minnu l-arkitettura Rinaxximentali nfirxet mar-Renju ta' Sivilja u fl-Amerka. Il-Kappella Sagra tas-Salvatur tad-Dinja u l-Palazz ta' Vazquez de Molina, illum il-Muniċipju, ġew iddisinjati mill-arkitetti Diego de Siloé, Berruguete u Andrés de Vandelvira, fost l-oħrajn. Dan il-perjodu tad-deheb intemm minħabba l-kriżi li faqqgħet fis-seklu 17. Fl-aħħar snin tas-seklu 18, l-ekonomija tar-raħal bdiet tirpilja, bl-għajnuna tal-industriji tal-agrikoltura u tal-manifattura. Fil-bidu tas-seklu 19, il-Gwerra tal-Indipendenza (din il-gwerra kontra Napuljun spiss tissejjaħ "Gwerra Peniżolari" wkoll) reġgħet ikkawżat telf ekonomiku kbir, u r-raħal ma reġax qam fuq tiegħu qabel tmiem is-seklu 19, meta sar bosta titjib tekniku fl-agrikoltura u fl-industrija inġenerali. Saru wkoll diskussjonijiet ideoloġiċi fil-"casinos", li kienu postijiet fejn kienu jsiru diskussjonijiet informali dwar diversi temi. Sit ta' Wirt Dinji Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Ekonomija Ir-raħal jinsab qrib iċ-ċentru ġeografiku tal-provinċja ta' Jaén, u huwa s-sede amministrattiva tal-comarca ta' Loma de Úbeda tal-madwar. Huwa wieħed mill-iżjed insedjamenti importanti tar-reġjun, u għandu sptar reġjonali, kulleġġ universitarju li joffri baċellerat fl-edukazzjoni, faċilitajiet ta' apprendiment mill-bogħod, faċilitajiet tal-gvern lokali, uffiċċji tas-sigurtà soċjali, u qrati. Skont l-almanakk ta' Caixa, huwa ċ-ċentru ekonomiku tal-inħawi b'popolazzjoni kumplessiva ta' 200,000 abitant. 29 % tal-impjiegi huma fis-settur tas-servizzi. Frazzjonijiet oħra tal-popolazzjoni huma impjegati fit-turiżmu, fil-kummerċ, fl-industrija u fl-amministrazzjoni tal-gvern lokali. L-ekonomija agrikola hija ffukata l-iktar fuq il-kultivazzjoni taż-żebbuġ u t-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat. Úbeda sar wieħed mill-ikbar produtturi u imballaturi taż-żejt taż-żebbuġa fil-provinċja ta' Jaén. Waħda mill-attrazzjonijiet staġonali prinċipali tar-raħal hija il-festival annwali tal-mużika u taż-żfin li jsir f'Mejju u f'Ġunju, u jinkludi l-opri, il-jazz, il-flamenco, il-mużika klassika, l-orkestra sinfonika u l-ġeneru dance. Lejn ix-Xlokk tar-raħal hemm il-park naturali ta' Sierra de Cazorla, Segura y las Villas. Attrazzjonijiet prinċipali L-iżjed karatteristika straordinarja tar-raħal hija l-pjazza monumentali ta' Vázquez de Molina, imdawra b'binjiet Rinaxximentali imponenti bħall-Palacio de las Cadenas (hekk imsejjaħ għall-ktajjen dekorattivi li fl-imgħoddi kien hemm imdendlin mill-faċċata) u l-Bażilika ta' Santa María de los Reales Alcázares. Il-Kappella tas-Salvatur jew Capilla del Salvador inbniet biex tospita l-oqbra tan-nobbiltà lokali. Hemm tiżjin elaborat kemm minn barra kif ukoll fuq ġewwa; pereżempju, fuq ġewwa hemm ħajt diviżorju elaborat bix-xogħol tal-metall, maħdum mill-ħaddied Bartolomé de Jaen. L-Hospital de Santiago, iddisinjat minn Vandelvira fl-aħħar tas-seklu 16, bit-torrijiet tal-kampnari kwadri u l-bitħa Rinaxximentali grazzjuża tiegħu, issa jospita s-Sala tal-Konferenzi tar-raħal. Úbeda għandu wkoll lukanda tat-tip Parador, f'palazz tas-seklu 16 li kien ir-residenza ta' membru għoli tal-kleru ta' dak iż-żmien. Ir-raħal jissemma fl-idjoma komuni bl-Ispanjol, andar por los cerros de Úbeda (litteralment "timxi fl-għoljiet ta' Úbeda'), li tfisser "taqbad tparla dwar xi ħaġa li hija relatata kemxejn jew indirettament biss mas-suġġett oriġinali". Ir-raħal għandu 48 monument u iktar minn mitt binja ta' interess, kważi kollha kemm huma bi stil Rinaxximentali. Dan il-patrimonju kollu wassal biex Úbeda jkun it-tieni raħal storiku rinomat ta' Spanja f'sett artistiku tal-1955. Fl-1975 ġie ddeżinjat mill-Kunsill tal-Ewropa bħala Raħal Eżemplari tar-Rinaxximent. Finalment, fl-2003 sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Baeza. Ġemellaġġ Chiclana de la Frontera, Spanja. Lège-Cap-Ferret, Franza. Nies notevoli Joaquín Sabina, kittieb, poeta u kantant. Francisco de los Cobos, Segretarju tal-Istat ta' Karlu V. Antonio Muñoz Molina, kittieb li rebaħ il-kategorija tal-letteratura tal-Premju tal-Prinċep tal-Asturias. San Ġwann tas-Salib, poeta mistiku. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet ta' Spanja
28909
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C3%81ngel%20Bossio
Ángel Bossio
Ángel Luis Bossio (twieled fil-5 ta' Mejju 1905 – miet fil-31 ta' Awwissu 1978) kien plejer tal-futbol Arġentin. Karriera Magħruf bħala La maravilla elástica għall-aġilità u r-riflessi tiegħu, Bossio beda jilgħab il-futbol ta' ħmistax-il sena, fl-1920, ma' Banfield. Fl-1922 ingħaqad ma' Talleres u sena wara ma' Progresista. Fl-1924 irritorna ma' Talleres fejn din xprunat il-karriera tiegħu. Magħhom hu rebaħ il-promozzjoni fl-1925 għall-Ewwel Diviżjoni u fl-1950 laħqu l-ħames post fil-klassifika. Fl-1932 issieħeb ma' River Plate fejn fi tliet snin lagħab 106 logħba u rebaħ il-kampjonat fl-ewwel sena tiegħu mal-klabb. Hu temm il-karriera lura ma' Talleres, fejn lagħab sena waħda biss minħabba li rtira wara uġigħ fl-irkoppa x-xellugija. Fuq livell internazzjonali hu lagħab għal ħames snin mat-tim nazzjonali tal-Arġentina, bejn l-1927 u l-1935, b'total ta' 21 logħba. Man-nazzjonali hu rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta' Amsterdam, kiseb it-tieni post fl-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj u rebaħ il-Copa América darbtejn (fl-1927 u l-1929). Unuri River Plate Primera División: 1936 Arġentina Campeonato Sudamericano de Football: 1927, 1929 Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1905 Mietu fl-1978 Futbolers Arġentini
28911
https://mt.wikipedia.org/wiki/Baeza
Baeza
Baeza (ippronunzjata bl-Ispanjol: [baˈeθa]) hija belt u muniċipalità ta' Spanja li tagħmel parti mill-provinċja ta' Jaén, fil-komunità awtonoma tal-Andalusija. Tagħmel parti mill-comarca ta' La Loma. Baeza hija magħrufa l-iktar għall-uħud mill-aqwa eżempji ppreservati ta' arkitettura Rinaxximentali Taljana fi Spanja. Flimkien ma' Úbeda, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003. L-eks veskovat tal-Viżigoti ta' Baeza għadu sede titolari Kattolika Latina. Ġeografija Il-belt tinsab f'xifer irdum fil-Loma de Úbeda li jissepara x-xmara Guadalquivir fin-Nofsinhar mix-xmara Guadalimar fit-Tramuntana. Storja Il-belt tinsab f'elevazzjoni għolja madwar tliet mili (4.8 km) mix-xatt tal-lemin tax-xmara Guadalquivir fil-Loma de Úbeda. Taħt ir-Rumani, il-belt kienet magħrufa bħala Beatia. Wara l-ħakma tal-Viżigoti, Beatia saret is-sede tal-veskovat ta' Baeza. Mill-bidu tas-seklu 7 inħakmet minn diversi stati Għarab u Berberi matul il-perjodu ta' Al-Andalus, u ssejħet Bayyasa. Id-djoċesi Kristjana ġiet stabbilita mill-ġdid fl-1127 jew fl-1147 wara l-ħakma tal-belt minn Alfonso VII ta' Kastilja, iżda mbagħad reġgħet inħakmet mill-Almoħadi. Wara l-Battalja ta' Las Navas de Tolosa, Ferdinandu III ta' Kastilja fl-1227 reġa' ħakem il-belt u ta lil Fuero de Cuenca, korp leġiżlattiv, sabiex jiffaċilita l-Ordni Kastiljana u istituzzjonijiet ġodda. Għall-kumplament tal-Medju Evu, Baeza baqgħet, flimkien ma' Jaén, Úbeda u Andújar fost il-bliet dominanti fir-Renju ta' Jaén, għalkemm il-ħakma tal-1248 ta' Jaén donnha ffavuriet ix-xorti ta' dik il-belt, li kienet tgawdi minn pożizzjoni strateġika fir-rigward tar-Renju ta' Granada. L-iżjed għelejjel importanti kienu dawk taċ-ċereali, ikkomplementati mid-dwieli, iż-żebbuġ u l-lewż. Is-siġar taż-żebbuġ, xejn x'jaqsam mal-monokultivazzjoni ta' llum il-ġurnata, batiet mis-seklu 15 'il quddiem minħabba l-kultivazzjoni tas-sumak. Id-djoċesi ta' Baeza saret ħaġa waħda ma' Jaén fl-1248 jew fl-1249, iżda iktar 'il quddiem reġgħet inqatgħet għaliha bħala sede titolari tal-Knisja Kattolika Rumana. Flimkien magħha ġiet stabbilita wkoll l-università, li sawret il-personalità kulturali tal-belt matul is-sekli ta' wara. Barra minn hekk, żewġ familji setgħana, Benavides u Carvajales, ikkompetew bejniethom għall-poter u ddeterminaw l-evoluzzjoni storika tal-belt, li kienet tirrikjedi l-intervent ta' Isabel I ta' Kastilja fl-aħħar tas-seklu 15. Sal-bidu tas-seklu 16, il-ġurisdizzjoni ta' Baeza kienet estiża lil hinn mill-belt proprja sal-villaġġi ta' Begíjar, Lupión, Ibros, Rus, Vílchez, Bailén, Baños, Linares u Castro. Is-seklu 16 kien l-epoka tad-deheb ta' Baeza (u ta' Úbeda fil-qrib). Il-belt saret sinjura permezz ta' diversi industriji, b'mod partikolari tat-tessuti, u l-familji nobbli, li kellhom konnessjonijiet tajbin mal-istat Imperjali Spanjol. Huma qabbdu arkitetti ewlenin ta' dik l-epoka (inkluż Andrés de Vandelvira) biex jiddisinjaw il-katidral, il-knejjes, il-binjiet pubbliċi u l-palazzi privati bl-istil Taljan li tant kien moda dak iż-żmien. Il-binja tal-università tal-belt tmur lura għall-1533. L-importanza tal-belt naqset fis-seklu 17, u l-unika industrija li kien għad fadal kienet tikkonsisti mill-produzzjoni lokali tal-qmuħ u taż-żejt taż-żebbuġa. Peress li nbnew inqas strutturi ġodda matul dan il-perjodu, dan wassal għall-preservazzjoni tal-legat Rinaxximentali tal-belt. L-università ngħalqet għal xi żmien qabel ma reġgħet infetħet sas-seklu 19 bħala seminarju. Fis-snin 70 tas-seklu 19, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq madwar 11,000 ruħ; matul il-ftit deċennji ta' wara nbniet il-linja ferrovjarja Linares–Almeria fil-qrib u l-popolazzjoni tal-belt kibret għal 14,000 ruħ sal-1900. Sit ta' Wirt Dinji Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Attrazzjonijiet prinċipali Baeza għadha tospita diversi binjiet pubbliċi fini: Il-Katidral tan-Natividad de Nuestra Señora, li għandu pilastri Gotiċi bikrin u Platereski u volti li jidħlu f'xulxin li tlestew fis-seklu 16 bi stil Rinaxximentali mill-arkitett rinomat Andŕes de Vandelvira, u fl-1584 mill-arkitett u l-matematiku Juan Bautista Villalpando. It-torri tal-kampnar ġie rikostruwit fl-1549 u l-Kappella ta' San Mikiel żdiedet fl-1560. Il-Muniċipju (Ayuntamiento), binja tal-istil Plateresk li oriġinarjament inbniet bħala qorti u ħabs f'daqqa, b'żewġ daħliet prinċipali separati. L-Università ta' Baeza, stabbilita fl-1533 jew fl-1538, u issa skola sekondarja. Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, knisja Rumaneska b'navata, żewġ korsiji u apsida semiċirkolari. Ħajt laterali tal-knisja jinkorpora ħnejja ta' żmien il-Viżigoti. Il-Knisja ta' San Pawl, knisja Gotika b'portal Rinaxximentali, navata b'żewġ korsiji u kappelli Gotiċi. Tinkludi l-qabar ta' Pablo de Olavide. Il-Kappella ta' San Franġisk, fil-fdalijiet ta' binja Rinaxximentali tal-1538 li qabel kienet tintuża bħala monasteru. Il-Palazz ta' Jabalquinto (Palacio de Jabalquinto), li jinkludi daħla Gotika u maġenbha żewġ pilastri ċilindriċi b'kapitelli Platereski u tiżjin bil-mocárabes, bitħa Rinaxximentali u taraġ Barokk. Il-Pjazza ta' Spanja (Plaza de España). Il-Pjazza tal-Kostituzzjoni (Plaza jew Paseo de la Constitucíon), li tinkludi funtana tal-irħam imżejna bil-Karjatidi. Il-Funtana ta' Santa Marija (1564). Il-Funtana tal-Iljuni, mill-fdalijiet Ibero-Rumani ta' Cástulo li x'aktarx li jirrappreżentaw lil Himilce, il-mara tal-ġeneral Kartaġiniż Annibale. Id-Daħla ta' Úbeda u d-Daħla ta' Jaén. L-Arkata ta' Villalar (Arco de Villalar), li nbniet għaż-żjara tal-1526 ta' Karlu V bħala ġieħ għar-rebħa tiegħu tal-1521 f'Villalar. Is-Seminarju u Oratorju ta' San Filippu Neri (1660). Trasport Baeza tinsab 327 kilometru (203 mili) fin-Nofsinhar ta' Madrid bl-awtostrada. L-istazzjon ferrovjarju Linares–Baeza ta' RENFE jinsab 15-il kilometru (disa' mili) 'il bogħod lejn il-Lbiċ; jagħmel parti mil-linja ferrovjarja Linares-Almeria. Hemm konnessjonijiet bil-karozza tal-linja lejn Granada, Málaga u Madrid. Granada (132 km jew 82 mil 'il bogħod) u Málaga (241 km jew 150 mil 'il bogħod) huma l-eqreb ajruporti internazzjonali. Nies notevoli Saro, isqof (għall-ħabta tat-862). Domingo, isqof (1236–1249), patri Dumnikan u eks isqof tal-Marokk mis-27 ta' Ottubru 1225 sal-1236. Gaspar Becerra, skultur u pittur. San Ġwann ta' Ávila, mistiku Kristjan. San Ġwann tas-Salib, mistiku Kristjan. Pablo de Olavide. Antonio Machado, poeta modernist li x-xogħol tal-proża l-iktar notevoli tiegħu Juan de Mairena huwa maħsub li ġie ispirat minn żmienu bħala għalliem f'Baeza (1912–1919) Ginés Martin de Aranda, disinjatur tal-Funtana ta' Marija fil-pjazza prinċipali ta' Baeza. Huwa kkontribwixxa wkoll f'uħud mix-xogħlijiet tal-Katidral ta' Baeza. Ġemellaġġ Baeza hija ġemellata ma': Carcassonne, Franza. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet ta' Spanja
28912
https://mt.wikipedia.org/wiki/Chilehaus
Chilehaus
Iċ-Chilehaus (pronunzja: [ˈt͡ʃiː.lə.haʊ̯s], litteralment "Dar taċ-Ċilì") hija binja tal-uffiċini għolja għaxar sulari f'Amburgu, il-Ġermanja. Tinsab fid-Distrett ta' Kontorhaus, iċ-ċentru storiku tal-belt. Hija eżempju eċċezzjonali tal-istil arkitettoniku tal-Espressjoniżmu bil-Brikks tas-snin 20 tas-seklu 20. Din il-binja angolari għandha erja ta' madwar 6,000 m2 (1.5 akru), tul it-triq Fischertwiete f'Amburgu. Ġiet iddisinjata mill-arkitett Ġermaniż Fritz Höger u tlestiet fl-1924. Disinn Il-binja taċ-Chilehaus hija famuża għall-għamla tagħha fuq in-naħa ta' fuq, li qisha pruwa ta' vapur, u għall-faċċati, li jiltaqgħu ma' xulxin f'angolu ppuntat ħafna fil-kantuniera ta' Pumpenstrasse u ta' Niedernstrasse. L-aqwa veduta tal-binja Modernista hija mil-Lvant. Dan minħabba li jiġu aċċentwati l-elementi vertikali, is-sulari ta' fuq fissi fihom, kif ukoll il-faċċata kurva f'Pumpenstrasse. Minkejja d-daqs enormi tagħha, il-binja xorta waħda tagħti sensazzjoni ta' sottilezza. Il-binja għandha qafas tal-konkos rinfurzat u nbniet bl-użu ta' 4.8 miljun brikksa skura ta' Oldenburg. Il-binja nbniet fuq superfiċe diffiċli ħafna, għaldaqstant sabiex ikollha stabbiltà kien meħtieġ li tinbena fuq pilastri tal-konkos rinfurzat fondi 16-il metru. Minħabba l-qrubija tal-binja għax-xmara Elbe, kienet meħtieġ kantina ssiġillata b'mod speċjali. Barra minn hekk, it-tagħmir tat-tisħin inbena f'qisha kaxxa li tista' tibqa' f'wiċċ l-ilma fi ħdan il-binja stess; b'hekk it-tagħmir ma jkollux ħsara f'każ ta' għargħar. L-iskulturi fit-taraġ u mal-faċċata nħadmu mill-iskultur Richard Kuöhl. Il-binja kellha żewġ settijiet ta' liftijiet tat-tip paternoster qabel ma ġiet immodernizzata fl-1991. Storja Il-binja taċ-Chilehaus ġiet iddisinjata mill-arkitett Fritz Höger u nbniet bejn l-1922 u l-1924. Ġiet ikkummissjonata mill-imprenditur tat-trasport tal-merkanzija Henry B. Sloman, li sar sinjurun permezz tal-kummerċ tan-nitrat tal-potassju miċ-Ċilì. L-isem tal-binja ġej proprju minn hemm. Diffiċli li jiġi stabbilit kemm swiet il-kostruzzjoni tal-binja, peress li ċ-Chilehaus inbniet matul il-perjodu tal-iperinflazzjoni li affettwat lill-Ġermanja fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu 20, iżda huwa stmat li b'kollox ammontat għal iktar minn 10 miljun reichsmark. Attwalment hija l-proprjetà tal-kumpanija tal-beni immobbli Ġermaniża Union Investment Real Estate AG. Is-sit ta' Amburgu tal-Instituto Cervantes huwa wieħed mill-kerrejja tal-binja. Sit ta' Wirt Dinji L-iSpeicherstadt u d-Distrett ta' Kontorhaus biċ-Chilehaus ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Arkitettura urbana Ġermanja
28914
https://mt.wikipedia.org/wiki/Speicherstadt
Speicherstadt
L-iSpeicherstadt (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈʃpaɪ̯çɐˌʃtat], litteralment "Belt tal-Imħażen", li tfisser distrett tal-imħażen) f'Amburgu, il-Ġermanja, huwa l-ikbar distrett tal-imħażen fid-dinja, fejn il-binjiet iserrħu fuq pedamenti magħmula minn puntali tal-injam; f'dan il-każ partikolari puntali magħmula minn zkuk tal-ballut. Jinsab fil-port ta' Amburgu — fi ħdan il-kwartier ta' HafenCity — u nbena mill-1883 sal-1927. Id-distrett inbena bħala żona ħielsa fejn setgħu jiġu ttrasferiti l-oġġetti tal-merkanzija mingħajr il-ħlas tad-dwana. Fl-2009 kemm id-distrett kif ukoll l-inħawi tal-madwar ġew żviluppati mill-ġdid. Fil-5 ta' Lulju 2015, dan id-distrett flimkien ma' dak ta' Kontorhaus saru l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji f'Amburgu. Ġeografija L-iSpeicherstadt jinsab fil-port ta' Amburgu. Huwa twil 1.5 kilometru (0.93 mili) u fi ħdanu hemm network sħiħ ta' kanali tal-ħatt. Storja Mill-1815, il-belt indipendenti u sovrana ta' Amburgu kienet membru tal-Konfederazzjoni Ġermaniża — l-assoċjazzjoni ta' stati Ewropej Ċentrali li nħolqot bil-Kungress ta' Vjenna —iżda ma kinitx membru tal-Unjoni Ġermaniża tad-Dwana. Wara l-Gwerra bejn l-Awstrija u l-Prussja li stabbiliet l-eġemonija Prussjana fit-Tramuntana tal-Ġermanja, Amburgu kienet obbligata tingħaqad mal-Federazzjoni Ġermaniża tat-Tramuntana. Madankollu kisbet id-dritt għal deroga skont l-Artikolu 34 tal-kostituzzjoni Ġermaniża tat-Tramuntana, li kienet tiddikjara li Amburgu u stati Anseatiċi oħra setgħu jibqgħu jkunu portijiet ħielsa 'l barra mill-fruntiera tad-dwana komunitarja sakemm japplikaw għall-inklużjoni. L-Artikolu 34 ġie traspost ukoll fil-kostituzzjoni imperjali tal-1871, meta l-istati Ġermaniżi tan-Nofsinhar issieħbu fil-federazzjoni. Madankollu, Amburgu għaddiet minn ħafna pressjoni minn Berlin biex tissieħeb fl-Unjoni tad-Dwana wara l-1879, meta t-tariffa esterna ta' din tal-aħħar żdiedet ferm. Fl-1881 ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministru għall-Finanzi Prussjan Karl Hermann Bitter u s-Segretarju Statali tat-Teżor Imperjali, fuq naħa, u s-Senaturi Plenipotenzjarji ta' Amburgu Versmann u O'Swald, u l-mibgħut tal-istati Anseatiċi f'Berlin, Dr. Krüger, fuq in-naħa l-oħra. Amburgu ssieħbet fl-Unjoni tad-Dwana bit-territorju kollu tagħha, għajr distrett ta' port ħieles permanenti speċifikat fil-ftehim. Għal dan id-distrett, l-Artikolu 34 japplika xorta waħda, u għaldaqstant il-libertajiet ta' dak id-distrett ma setgħux jiġu aboliti jew ristretti mingħajr l-approvazzjoni ta' Amburgu. Fl-1883, sabiex jiġi lliberat l-ispazju għaż-żona l-ġdida tal-port, beda t-twaqqigħ taż-żona ta' Kehrwieder u ta' Wandrahm u iżjed minn 20,000 ruħ kellhom jiġu rilokati. Il-kostruzzjoni tlestiet qabel il-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, ġestita mill-Freihafen-Lagerhaus-Gesellschaft (il-predeċessur tal-Hamburger Hafen und Logistik AG), li kien responsabbli wkoll għall-operazzjoni sussegwenti. Wara l-qerda ta' madwar nofs il-binjiet fl-Operazzjoni Gomorra mill-bumbardamenti matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ir-rikostruzzjoni konservattiva ntemmet fl-1967, filwaqt li ċ-Ċentru Kummerċjali Anseatiku issa jokkupa s-siti tal-istrutturi li nqerdu għalkollox. Fl-1991 l-iSpeicherstadt ġie elenkat bħala wirt protett ta' Amburgu. Mill-2008 sar parti mill-kwartier magħruf bħala HafenCity. F'tentattiv sabiex iż-żona ta' ġewwa tal-belt terġa' tingħata l-ħajja, il-gvern ta' Amburgu beda jiżviluppa ż-żona tal-kwartier ta' HafenCity, pereżempju permezz tal-kostruzzjoni tas-Sala Filarmonika tal-Elbe. Arkitettura L-imħażen inbnew bi strutturi ta' appoġġ differenti, iżda Franz Andreas Meyer ħoloq saff ta' barra tal-brikks ħomor bi stil Neo-Gotiku, b'torrijiet żgħar, alkovi, u tiżjin igglejżjat tat-terrakotta. L-imħażen huma binjiet ta' diversi sulari b'daħliet mill-ilma u mill-art. Wieħed mill-eqdem imħażen huwa l-Kaispeicher B li issa jospita l-Mużew Marittimu Internazzjonali. Sit ta' Wirt Dinji L-iSpeicherstadt u d-Distrett ta' Kontorhaus biċ-Chilehaus ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Użu L-iSpeicherstadt huwa attrazzjoni turistika ewlenija tal-belt u hija l-attrazzjoni ċentrali tal-biċċa l-kbira tad-dawriet turistiċi mal-port bid-dgħajjes. Hemm diversi mużewijiet bħad-Deutsches Zollmuseum (il-Mużew Ġermaniż tad-Dwana), Miniatur Wunderland (mudell ta' linja ferrovjarja) u l-Ħabs ta' Hamburg. Il-Mużew Afgan kien jinsab hawn ukoll iżda għalaq fl-2012. Il-binjiet jintużaw ukoll bħala mħażen. Mill-2005, il-kumpaniji fl-iSpeicherstadt ħadu ħsieb terz tal-produzzjoni dinjija tat-twapet, kif ukoll merkanzija oħra bħall-kawkaw, il-kafè, it-te, il-ħwawar, it-tagħmir marittimu u l-elettronika. Biblijografija Batz, M. (2002). "Urbane Light Germany Speicherstadt, Hamburg, the largest historical warehouse complex in the world, has become a softly-glowing night-time panorama". International Lighting Review (12): 14–19. OCLC 193350885. Lawrenz, Dierk; von Borstel, Christiane (2008). Die Hamburger Speicherstadt (bil-Ġermaniż). Freiburg, Br: EK-Verlag. ISBN 978-3-88255-893-7. Meyn, Boris (2003). Die rote Stadt: ein historischer Kriminalroman (bil-Ġermaniż). Reinbek: Rowohlt. ISBN 978-3-499-23407-1. Lange, Ralf; Hampel, Thomas (2004). Speicherstadt und HafenCity: zwischen Tradition und Vision (bil-Ġermaniż). Amburgu: Elbe-und-Flut-Ed., Hampel und Hettchen. ISBN 978-3-7672-1440-8. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ġermanja Arkitettura urbana
28915
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jimmy%20Douglas
Jimmy Douglas
James Edward Douglas (twieled fit-12 ta' Jannar 1898 – miet fil-5 ta' Marzu 1972) kien plejer tal-futbol Amerikan. Bijografija Douglas beda l-karriera tiegħu ta' disa' snin mal-mixtla ta' Central Juniors ta' Newark. Matul it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu hu lagħab ma' diversi timijiet tad-dilettanti. Fl-1922, hu ffirma ma' Harrison tal-American Soccer League (ASL). Minkejja dan hu xorta baqa' plejer dilettant, hekk kif irrifjuta li jitħallas. Fl-1923 ingħaqad ma' Newark Skeeters (li xi drabi kienu jissejħu bħala Newark FC). Magħhom għamel żewġ staġuni u fl-1925 issieħeb man-New York Giants. Madanakollu, minħabba li Newark Skeeters kien għad għandhom lil Douglas irreġistrat magħhom, il-Giants kellhom jingħataw numru ta' telfiet minħabba l-ilmenti tat-timijiet. Wara li ġiet solvuta l-problema tar-reġistrazzjoni, Douglas kompla jilgħab mal-Giantas sa Ottubru tal-1927 meta ingħaqad ma' Fall River Marksmen. Wara staġun ma' Fall River, Douglas imbagħad lagħab tnax-il partita tal-istaġun 1928–29 mal-Philadelphia Field Club qabel ma ingħaqad mal-Brooklyn Wanderers biex jilgħab tliet logħbiet. Hu temm l-istaġun ma' Fall River Marksmen. Fl-1929, Douglas ingħaqad man-New York Nationals li aktar tard ġie msemmi mill-ġdid bħala New York Giants wara li t-tim oriġinali tal-Giants biddlu isimhom għal New York Soccer Club. Hu għalaq il-karriera tiegħu man-New York Americans fl-1931 meta lagħab seba' logħbiet fl-aħħar staġun. Fuq livell internazzjonali, Douglas lagħab disa' logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti. L-ewwel logħba kienet fil-25 ta' Mejju 1924, f'rebħa ta' 1–0 kontra l-Estonja matul l-Olimpjadi ta' Pariġi, fejn ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita. Hu ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fejn fid-debutt ta-Istati Uniti kontra l-Belġju hu żamm ix-xibka mhux mittiefsa għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni fir-rebħa ta' 3–0. Aktar tard lagħab kontra l-Arġentina fis-semifinali hu weġġa' wara biss erba' minuti. Minħabba li r-regoli ma kienux jippermettu sostituzzjonijiet, Douglas kellu jkompli logħba mweġġa'. Fl-1954, Douglas ġie indott fin-National Soccer Hall of Fame. Referenzi Ħoloq esterni Jimmy Douglas fuq Olympedia Twieldu fl-1898 Mietu fl-1972 Futbolers Amerikani
28916
https://mt.wikipedia.org/wiki/Charles-Am%C3%A9d%C3%A9e-Philippe%20van%20Loo
Charles-Amédée-Philippe van Loo
Charles-Amédée-Philippe van Loo (twieled fil-25 ta' Awwissu 1719 – miet fil-15 ta' Novembru 1795) kien pittur Franċiż li kien ipitter xeni allegoriċi u ritratti. Bijografija Van Loo studja taħt missieru, il-pittur Jean-Baptiste van Loo, f'Torino u f'Ruma fl-Italja, fejn fl-1738 rebaħ il-Prix de Rome, u mbagħad f'Aix-en-Provence, Franza, qabel ma reġa' lura f'Pariġi fl-1745. Huwa ġie mistieden jissieħeb mal-Académie Royale de Peinture et de Sculpture fl-1747, u fl-istess sena żżewweġ lil kuġintu Marie-Marguerite Lebrun, bint il-pittur Michel Lebrun (li miet fl-1753). Huwa kien l-awtur tal-unika ritratt magħruf tal-Markiż de Sade. Fost l-aħwa tiegħu kien hemm il-pitturi François van Loo (1708-1732) u Louis-Michel van Loo (1707-1771). Studenti Alexandre Kucharski (1741-1819), pittur Pollakk. Xogħlijiet f'kollezzjonijiet pubbliċi Fl-Istati Uniti F'Washington DC, fil-Gallerija Nazzjonali ta' Washington: Les Bulles de savon, 1764, żejt fuq it-tila; La Lanterne magique, 1764, żejt fuq it-tila. Fi Franza F'Dijon, fil-Mużew tal-Belle Arti: Le Vœu de Jephté, 1785, żejt fuq it-tila; F'Grenoble, fil-Mużew ta' Grenoble: Une Bacchante jouant du triangle, żejt fuq it-tila; F'Fontainebleau, fil-Palazz ta' Fontainebleau, fil-Kappella tat-Trinità Mqaddsa: Le Denier de César, żejt fuq it-tila; F'Nizza, fil-Mużew tal-Belle Arti: Usages et modes du Levant, dittiku, żejt fuq it-tila. Fir-Russja F'Peterhof, fil-Palazz ta' Peterhof: Ritratt tal-imperatriċi Élisabeth Petrovna, 1760, żejt fuq it-tila; F'San Pietruburgu, fil-Mużew tal-Hermitage: Élisabeth Ire de Russie, 1760, żejt fuq it-tila. Referenzi Pitturi Franċiżi Twieldu fl-1719 Mietu fl-1795
28917
https://mt.wikipedia.org/wiki/Henri%20Fantin-Latour
Henri Fantin-Latour
Henri Fantin-Latour (twieled fl-14 ta' Jannar 1836 – miet fil-25 ta' Awwissu 1904) kien pittur u litografu Franċiż magħruf l-iktar għall-pitturi tal-fjuri u għar-ritratt fi gruppi ta' artisti u ta' kittieba Pariġini. Bijografija Huwa twieled bħala Ignace Henri Jean Théodore Fantin-Latour f'Grenoble, Isère. Bħala żagħżugħ, huwa ngħata lezzjonijiet tat-tpinġija mingħand missieru li kien artist. Fl-1850 beda jattendi l-Ecole de Dessin, fejn studja ma' Lecoq de Boisbaudran. Wara li studja fl-École des Beaux-Arts f'Pariġi mill-1854, huwa qatta' ħafna mill-ħin tiegħu jikkopja x-xogħlijiet tal-pitturi l-kbar antiki fil-Mużew ta' Louvre. Għalkemm Fantin-Latour għen lil diversi artisti żagħżagħ li mbagħad saru assoċjati mal-Impressjoniżmu, inkluż Whistler u Manet, ix-xogħol ta' Fantin baqa' bi stil konservattiv. Whistler ġibed l-attenzjoni fuq ix-xogħol ta' Fantin fl-Ingilterra, fejn il-pitturi tiegħu tan-natura mejta tant inħatfu li saħansitra "prattikament lanqas kien hemm traċċi tagħhom fi Franza matul ħajtu". Minbarra l-pitturi realistiċi tiegħu, Fantin-Latour ħoloq litografiji immaġinattivi ispirati mill-mużika ta' wħud mill-kompożituri klassiċi l-kbar. Fl-1876, Fantin-Latour attenda spettaklu taċ-ċiklu ta' Ring f'Bayreuth, il-Ġermanja, li ħass li tassew misslu qalbu. Iktar 'il quddiem huwa ppubblika litografiji ispirati minn Richard Wagner f'La revue wagnérienne, li komplew jissodaw ir-reputazzjoni tiegħu fost l-avant-guarde ta' Pariġi bħala pittur antinaturalista. Fl-1875, Henri Fantin-Latour iżżewweġ lill-pittriċi Victoria Dubourg, u mbagħad qatta' s-sjuf tiegħu fil-proprjetà tal-villeġġatura tal-familja ta' martu f'Buré, Orne fil-parti t'isfel tan-Normandija, fejn miet fil-25 ta' Awwissu 1904. Huwa ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta' Montparnasse, Pariġi, Franza. Legat Marcel Proust isemmi x-xogħol ta' Fantin-Latour f'In Search of Lost Time:"Bosta idejn ta' tfajliet żgħażagħ ma jkunx kapaċi jagħmlu dak li qed nara jien hemmhekk", qal il-Prinċep, hu u jipponta lejn il-pitturi mhux kompluti bl-akkwarelli tas-Sinjura de Villeparisis. U staqsiha jekk kinitx rat il-pittura tal-fjuri ta' Fantin-Latour li kienet għadha kemm tpoġġiet għall-wiri. (The Guermantes Way)L-ewwel wirja ewlenija f'gallerija tar-Renju Unit f'40 sena saret fil-Mużew ta' Bowes f'April 2011. Il-Musée du Luxembourg ippreżenta wirja retrospettiva tax-xogħol tiegħu fl-2016-2017 intitolata "À fleur de peau". Il-pittura Bukkett Ward intużat għall-album ta' New Order Power, Corruption & Lies ta' Peter Saville fl-1983. Kollezzjonijiet pubbliċi bix-xogħlijiet ta' Fantin-Latour Il-Gallerija tal-Arti ta' Aberdeen, l-Iskozja Il-Mużew tal-Arti ta' Armand Hammer, California, l-Istati Uniti Il-Gallerija tal-Arti ta' New South Wales, Sydney, l-Awstralja Il-Gallerija tal-Arti tal-Università ta' Rochester, il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti L-Istitut tal-Arti ta' Chicago, l-Istati Uniti Il-Gallerija ta' Arthur Ross, l-Università ta' Pennsylvania, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' Ashmolean, l-Università ta' Oxford, ir-Renju Unit Il-Mużewijiet u l-Gallerija tal-Arti ta' Birmingham, ir-Renju Unit Il-Mużew ta' Bowes, il-Kontea ta' Durham, ir-Renju Unit Il-British Museum, Londra, ir-Renju Unit Il-Mużew tal-Arti ta' Carnegie, Pittsburgh, Pennsylvania, l-Istati Uniti L-Istitut tal-Arti ta' Clark, Williamstown, Massachusetts, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti ta' Cleveland, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti ta' Dallas, l-Istati Uniti L-Istitut tal-Arti ta' Detroit, l-Istati Uniti Il-Gallerija u l-Ġonna ta' Dixon, Tennessee, l-Istati Uniti Il-Mużewijiet tal-Belle Arti ta' San Francisco, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' Fitzwilliam, l-Università ta' Cambridge, ir-Renju Unit Il-Mużew tal-Fondazzjoni Bemberg, Toulouse, Franza Il-Fondazzjoni E.G. Bührle, Zürich, l-Iżvizzera Il-Mużew ta' Hammer, Los Angeles, l-Istati Uniti Il-Mużewijiet tal-Arti tal-Università ta' Harvard, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja Il-Mużew tal-Arti ta' Honolulu, Hawaii, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti tal-Università ta' Indiana, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' J. Paul Getty, Los Angeles, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' Kröller-Müller, Otterlo, in-Netherlands Il-Gallerija tal-Arti ta' Lady Lever, Bebington, ir-Renju Unit La Piscine, Roubaix, Franza Il-Mużew tal-Arti tal-Kontea ta' Los Angeles, l-Istati Uniti Il-Gallerija tal-Arti ta' MacKenzie, Regina, Saskatchewan, il-Kanada Il-Mużew tal-Arti tal-Belt ta' Manchester, ir-Renju Unit Il-Mużew tal-Arti Metropolitana (MoMA), il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Montreal, il-Kanada Il-Mużew ta' Grenoble, Franza Il-Mużew tal-Arti Moderna, Pariġi, Franza Il-Mużew ta' Picardie, Amiens, Franza Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Bordeaux, Franza Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Lyon, Franza Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Pau, Franza Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Reims, Franza Il-Mużew ta' Geelvinck, Amsterdam, in-Netherlands Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Rouen, Franza Il-Mużew ta' Orsay, Pariġi, Franza Il-Mużew ta' Louvre, Pariġi, Franza Il-Mużew tal-Ursolini, Mâcon, Franza Il-Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti ta' Buenos Aires, l-Arġentina Il-Mużew ta' Calouste Gulbenkian, Liżbona, il-Portugall Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Boston, l-Istati Uniti Il-Gallerija Nazzjonali ta' Washington D.C., l-Istati Uniti Il-Gallerija Nazzjonali tal-Kanada, Ottawa, il-Kanada Il-Gallerija Nazzjonali ta' Londra, ir-Renju Unit Il-Mużew Nazzjonali ta' Wales, Cardiff, ir-Renju Unit Il-Mużew tal-Arti ta' Nelson-Atkins, il-Belt ta' Kansas, Missouri, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' Norton Simon, Pasadena, California, l-Istati Uniti Iċ-Ċentru tal-Arti tal-Ħabs l-Antik, Albany, Texas, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti ta' Philadelphia, l-Istati Uniti Ir-Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands Il-Mużew tal-Arti ta' Saint Louis, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti ta' San Diego, l-Istati Uniti Il-Mużew tal-Arti ta' Smart, l-Università ta' Chicago, l-Istati Uniti Tate Gallery, Londra, ir-Renju Unit Il-Mużew ta' Thyssen-Bornemisza, Madrid, Spanja Il-Mużew tal-Arti ta' Toledo, Ohio, l-Istati Uniti Il-Kollezzjonijiet tal-Università ta' Liège, il-Belġju Il-Mużew tal-Arti tal-Università ta' Michigan, l-Istati Uniti Il-Mużew ta' Van Gogh, Amsterdam, in-Netherlands Victoria and Albert Museum, Londra, ir-Renju Unit Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Virginia, l-Istati Uniti L-Atenew ta' Wadsworth, Hartford, l-Istati Uniti Il-Gallerija tal-Arti ta' Winnipeg, l-Istati Uniti Biblijografija Gibson, Frank F., The art of Henri Fantin-Latour, his life and work, London, Drane's ltd., 1924. Lucie-Smith, Edward, Henri Fantin-Latour, New York, Rizzoli, 1977. Referenzi Pitturi Franċiżi Twieldu fl-1836 Mietu fl-1904
28918
https://mt.wikipedia.org/wiki/Palazz%20ta%27%20Versailles
Palazz ta' Versailles
Il-Palazz ta' Versailles (pronunzja: /vɛərˈsaɪ, vɜːrˈsaɪ/ vair-SY, vur-SY; bil-Franċiż: Château de Versailles [ʃɑto d(ə) vɛʁsɑj]) huwa eks residenza rjali li nbena mir-Re Lwiġi XIV u li jinsab f'Versailles, madwar 12-il mil (19-il kilometru) fil-Punent ta' Pariġi, Franza. Is-sjieda tal-palazz hija tar-Repubblika Franċiża u mill-1995 ġie ġestit, taħt it-tmexxija tal-Ministeru Franċiż għall-Kultura, mill-Istabbiliment Pubbliku tal-Palazz tal-Mużew u l-Proprjetà Nazzjonali ta' Versailles. Kull sena, bħala medja, 15,000,000 ruħ iżuru l-palazz, il-park jew il-ġonna ta' Versailles, għaldaqstant huwa wieħed mill-iżjed attrazzjonijiet turistiċi li jżuruh nies fid-dinja. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-għadd ta' viżitaturi li ħallsu l-biljett biex iżuru l-Palazz ta' Versailles naqas b'75 % minn tmien miljuni fl-2019 għal żewġ miljuni fl-2020. It-tnaqqis kien partikolarment qawwi fost il-viżitaturi barranin, li jirrappreżentaw tmenin fil-mija tal-viżitaturi li jħallsu l-biljett. Lwiġi XIII bena loġġa tal-kaċċa sempliċi fis-sit tal-Palazz ta' Versailles fl-1623 u ssostitwieh b'palazz żgħir fl-1631-1634. Lwiġi XIV kabbar il-palazz f'diversi fażijiet mill-1661 sal-1715. Kien residenza favorita taż-żewġ rejiet, u fl-1682, Lwiġi XIV ttrasferixxa s-sede tal-qorti u tal-gvern tiegħu lejn Versailles, u b'hekk il-palazz de facto sar il-belt kapitali ta' Franza u baqa' hekk anke taħt ir-Rejiet Lwiġi XV u Lwiġi XVI, li primarjament għamlu alterazzjonijiet fuq ġewwa tal-palazz, iżda fl-1789 il-familja rjali u l-belt kapitali ta' Franza reġgħu lura lejn Pariġi. Għall-kumplament tar-Rivoluzzjoni Franċiża, il-Palazz ta' Versailles ġie abbandunat għalkollox u żvujtat mill-kontenuti tiegħu, u l-popolazzjoni tal-belt u tal-inħawi naqset ferm. Napuljun Bonaparte, wara li ħa lil Franza f'idejh, uża l-Palazz ta' Versailles bħala r-residenza tas-sajf tiegħu mill-1810 sal-1814, iżda ma rrestawrahx. Meta l-Monarkija Franċiża rrestawratu, xorta waħda baqgħet f'Pariġi, u qabel is-snin 30 tas-seklu 19 ma sarux tiswijiet kbar fil-palazz. Il-Mużew tal-Istorja ta' Franza ġie installat ġo fih minflok l-appartamenti tas-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-palazz. Il-palazz u l-park tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 għall-importanza tagħhom bħala ċentru tal-poter, tal-arti u tax-xjenza fi Franza matul is-sekli 17 u 18. Il-Ministeru Franċiż għall-Kultura elenka l-palazz, il-ġonna u xi strutturi sussidjarji tiegħu fil-lista tiegħu ta' monumenti sinifikanti kulturalment. Storja Fl-1623, Lwiġi XIII, ir-Re ta' Franza, bena loġġa tal-kaċċa fuq għolja f'art tal-kaċċa li kienet għal qalbu, 12-il mil (19-il kilometru) fil-Punent ta' Pariġi, u 10 mili (16-il kilometru) mir-residenza primarja tiegħu, il-Palazz ta' Saint-Germain-en-Laye. Is-sit, qrib villaġġ imsejjaħ Versailles, kien art mistagħdra b'żoni bil-boskijiet li l-qorti ta' Lwiġi XIII ddeskriviet bħala post li ma jistħoqlux li jmur fih ir-re; wieħed mill-membri tal-qorti tiegħu, François de Bassompierre, kiteb li l-loġġa "ma tispirax il-vanità lanqas fl-iktar ġentlom sempliċi". Mill-1631 sal-1634, l-arkitett Philibert Le Roy issostitwixxa l-loġġa b'palazz għal Lwiġi XIII, li pprojbixxa lir-reġina tiegħu, Anna tal-Awstrija, milli torqod fih, anke meta kien hemm tifqigħa ta' ġidri f'Saint-Germain-en-Laye fl-1641 li obbligat lil Lwiġi XIII jmur f'Versailles flimkien mal-eredi tiegħu li kellu tliet snin, u li mbagħad sar Lwiġi XIV. Meta Lwiġi XIII miet fl-1643, Anna saret ir-reġġenti ta' Lwiġi XIV, u l-palazz ta' Lwiġi XIII ġie abbandunat għal deċennju sħiħ. Anna ttrasferiet il-qorti lura f'Pariġi, fejn hi u l-ministru ewlieni tagħha, il-Kardinal Mazarin, komplew il-prattiki monetarji xejn popolari ta' Lwiġi XIII. Dan wassal għall-Fronde, sensiela ta' rewwixti kontra l-awtorità rjali mill-1648 sal-1653 u li b'mod parallel wasslet għal taqbida bejn Mazarin u l-prinċpijiet b'demm irjali, il-familja estiża ta' Lwiġi XIV, għal influwenza fuqu. Wara l-Fronde, Lwiġi XIV kien iddeterminat li jirrenja waħdu. Wara l-mewt ta' Mazarin fl-1661, Lwiġi XIV rriforma l-gvern tiegħu biex jeskludi lil ommu u lill-prinċpijiet b'demm irjali, ittrasferixxa l-qorti lura lejn Saint-Germain-en-Laye, u ordna l-espansjoni tal-palazz ta' missieru għall-Palazz ta' Versailles kif inhu llum il-ġurnata. Lwiġi XIV kien ikkaċċja f'Versailles fis-snin 50 tas-seklu 17, iżda ma kellux xi interess speċjali f'Versailles qabel l-1661. Fis-17 ta' Awwissu 1661, Lwiġi XIV kien mistieden f'festival lussuż ospitat minn Nicolas Fouquet, is-Sovraintendent tal-Finanzi, fir-residenza tal-palazz tiegħu, il-Palazz ta' Vaux-le-Vicomte. Lwiġi XIV baqa' impressjonat bil-palazz u l-ġonna tiegħu, li kienu xogħol Louis Le Vau, l-arkitett tal-qorti mill-1654, André Le Nôtre, il-ġardinar irjali mill-1657, u Charles Le Brun, pittur għas-servizz irjali mill-1647. L-iskala u l-opulenza tal-Palazz ta' Vaux-le-Vicomte ispiraw is-sens estetiku ta' Lwiġi XIV, iżda wassluh ukoll biex f'Settembru ta' dik is-sena jitfa' lil Fouquet il-ħabs, għaliex kien bena wkoll fortizza fuq gżira u armata privata. Lwiġi XIV kien ispirat ukoll minn Vaux-le-Vicomte, u qabbad l-awturi ta' dik l-opra biex jaħdmu fuq il-proġetti tiegħu. Lwiġi XIV ssostitwixxa lil Fouquet b'Jean-Baptiste Colbert, li kien jappoġġa lil Mazarin u kien għadu ta' Fouquet, u qabbdu jġestixxi l-korp ta' artiġjani tas-servizz irjali. Colbert għamilha ta' intermedjarju bejnhom u Lwiġi XIV, li ddirieġa u spezzjona personalment l-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Versailles. Kostruzzjoni Għall-ewwel ix-xogħol f'Versailles ikkonċentra fuq il-park u l-ġonna tal-palazz, u fis-snin 60 tas-seklu 17, Le Vau żied biss żewġ sezzjonijiet distakkati tas-servizz u binja ta' riċeviment quddiem il-palazz. Iżda fl-1668-1669, bħala rispons għat-tkabbir tal-ġonna, u r-rebħa kontra Spanja fil-Gwerra tad-Devoluzzjoni, Lwiġi XIV ddeċieda li l-Palazz ta' Versailles isir residenza rjali fuq skala kbira. Għall-ewwel kien indeċiż bejn is-sostituzzjoni jew l-inkorporazzjoni tal-palazz ta' missieru, iżda għażel din tal-aħħar sa tmiem id-deċennju, u mill-1668 sal-1671, il-palazz ta' Lwiġi XIII ġie inkorporat fuq tliet naħat b'teknika mlaqqma l-enveloppe. B'hekk, il-palazz ingħata faċċata ġdida Taljanizzata li tħares lejn il-ġonna, iżda l-faċċata tal-bitħa ġiet ippreservata. Dan irriżulta f'taħlita ta' stili u ta' materjali li ssorprendew lil Lwiġi XIV u li Colbert iddeskriva bħala "ħallata ballata". It-tentattivi ta' omoġenizzazzjoni taż-żewġ faċċati ma rnexxewx, u fl-1670 Le Vau miet, u l-kariga tiegħu bħala l-Ewwel Arkitett tar-Re baqgħet battala għas-seba' snin ta' wara. Minflok Le Vau laħaq f'Versailles l-assistent tiegħu, l-arkitett François d'Orbay. Ix-xogħol fuq il-palazz matul is-snin 70 tas-seklu 17 iffoka fuq ġewwa tal-palazz, peress li l-palazz minn barra kien kważi tlesta, għalkemm d'Orbay kabbar is-sezzjonijiet tas-servizz ta' Le Vau u kkollegahom mal-palazz, u bena żewġ paviljuni għall-impjegati tal-gvern fil-binja quddiem il-palazz. Fl-1670, d'Orbay tqabbad minn Lwiġi XIV biex jiddisinja belt, imsejħa Versailles, sabiex jipprovdi l-akkomodazzjoni u s-servizzi għall-gvern u għall-qorti ta' Lwiġi XIV li kulma jmur baqgħu jikbru. L-għoti tal-art lill-membri tal-qorti għall-kostruzzjoni ta' djar fil-kampanja li kienu qishom il-palazz beda fl-1671. Is-sena ta' wara faqqgħet il-Gwerra bejn Franza u n-Netherlands u l-finanzjament għal Versailles intemm sal-1674, meta Lwiġi XIV ordna li jibda x-xogħol fuq it-Taraġ tal-Ambaxxaturi, taraġ grandjuż għar-riċeviment tal-mistednin, u waqqa' l-aħħar villaġġ ta' Versailles. Wara li ntemmet il-Gwerra bejn Franza u n-Netherlands bir-rebħa ta' Franza fl-1678, Lwiġi XIV ħatar bħala l-Ewwel Arkitett lil Jules Hardouin-Mansart, arkitett bl-esperjenza li kien igawdi l-fiduċja tiegħu, li bbenefika minn baġit ġdid u forza tax-xogħol kbira magħmula minn eks suldati. Mansart beda x-xogħol tiegħu billi bejn l-1678 u l-1681 żied is-Sala tal-Mirja, wettaq rinnovazzjoni tal-faċċata tal-bitħa tal-palazz ta' Lwiġi XIII, u kabbar il-paviljuni ta' d'Orbay biex joħloq is-Sezzjonijiet tal-Ministri fl-1678-1679. Biswit il-palazz, Mansart bena żewġ stalel imsejħa l-Grande u l-Petite Écuries mill-1679 sal-1682, kif ukoll il-Grand Commun, li kien jospita l-qaddejja u l-kċejjen ġenerali tal-palazz, mill-1682 sal-1684. Mansart żied ukoll żewġ sezzjonijiet ġodda għalkollox bl-istil Taljanizzat ta' Le Vau sabiex jospitaw il-qorti, l-ewwel fin-naħa tan-Nofsinhar tal-palazz mill-1679 sal-1681, u mbagħad fin-naħa tat-Tramuntana mill-1685 sal-1689. Il-gwerra u l-finanzjament imnaqqas minħabba fiha wasslu biex il-kostruzzjoni ssir ferm iktar bil-mod f'Versailles għall-bqija tas-seklu 17. Il-Gwerra ta' Disa' Snin, li bdiet fl-1688, waqqfet ix-xogħol għalkollox sal-1698. Tliet snin wara, madankollu, bdiet il-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola li swiet ferm iktar flus, u flimkien mal-ħsad batut fl-1693-1694 u fl-1709-1710, dawn wasslu biex Franza tidħol fi kriżi. B'hekk, Lwiġi XIV naqqas il-finanzjament u kkanċella wħud mix-xogħlijiet li Mansart kien ippjana għas-snin 80 tas-seklu 17, bħall-immudellar mill-ġdid tal-faċċata tal-bitħa bl-istil Taljanizzat. Lwiġi XIV u Mansart iffukaw fuq kappella permanenti għall-palazz, u l-kostruzzjoni tagħha damet mill-1699 sal-1710. Is-suċċessuri ta' Lwiġi XIV, Lwiġi XV u Lwiġi XVI, inġenerali ħallew il-Palazz ta' Versailles kif wirtuh u ffukaw fuq ġewwa tal-palazz. Il-modifiki ta' Lwiġi XV bdew fis-snin 30 tas-seklu 18, bit-tlestija tas-Sala ta' Erkole, kamra tal-ballu fis-sezzjoni tat-Tramuntana, u t-tkabbir tal-appartament privat tar-re, li kien jeħtieġ it-tiġrif tat-Taraġ tal-Ambaxxaturi. Fl-1748, Lwiġi XV beda l-kostruzzjoni ta' teatru tal-palazz, it-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles fl-iktar sezzjoni tat-Tramuntana tal-palazz, iżda t-tlestija ġiet imdewma sal-1770; il-kostruzzjoni ġiet interrotta fis-snin 40 tas-seklu 18 minħabba l-Gwerra tas-Suċċessjoni Awstrijaka u mill-ġdid fl-1756 meta faqqgħet il-Gwerra ta' Seba' Snin. Dawn il-gwerer żvujtaw it-teżor irjali u minn hemm 'il quddiem il-kostruzzjoni ġiet iffinanzjata l-ikbar mis-Sinjura du Barry, il-maħbuba favorita ta' Lwiġi XV. Fl-1771, Lwiġi XV ordna li s-Sezzjoni tal-Ministri tinbena mill-ġdid bi stil Neoklassiku minn Ange-Jacques Gabriel, l-arkitett tal-qorti, peress li kienet waslet biex taqa'. Dak ix-xogħol twaqqaf ukoll minħabba diffikultajiet finanzjarji, u baqa' ma tlestiex meta miet Lwiġi XV fl-1774. Fl-1784, Lwiġi XVI għal żmien qasir ittrasferixxa l-familja rjali lejn il-Palazz ta' Saint-Cloud sakemm saru iktar rinnovazzjonijiet fil-Palazz ta' Versailles, iżda l-kostruzzjoni ma setgħetx tibda minħabba diffikultajiet finanzjarji u minħabba kriżi politika. Fl-1789, ir-Rivoluzzjoni Franċiża temmet il-perjodu tal-familja u tal-gvern irjali f'Versailles għal dejjem. Rwol fil-politika Il-Palazz ta' Versailles kien ċentrali fil-politika ta' Lwiġi XIV, bħala espressjoni u konċentrazzjoni tal-arti u tal-kultura Franċiża, u għaċ-ċentralizzazzjoni tal-poter irjali. Lwiġi XIV użda l-Palazz ta' Versailles għall-ewwel darba biex jippromwovi lilu nnifsu permezz ta' sensiela ta' festivals billejl fil-ġonna tal-palazz fl-1664, fl-1668 u fl-1674, u dawn ġew imxerda mal-Ewropa kollha permezz ta' litografiji u inċiżjonijiet. Saħansitra fl-1669, iżda speċjalement mill-1678, Lwiġi XIV għamel ħiltu biex Versailles issir is-sede tal-gvern tiegħu, u kabbar il-palazz sabiex jistabbilixxi l-qorti fih. Madankollu, it-trasferiment tal-qorti lejn Versailles ma seħħx qabel l-1682, u mhux uffiċjalment, għaliex l-opinjoni rigward Versailles kienet imħallta fost in-nobbiltà ta' Franza. Minkejja dan, sal-1687 kien evidenti għal kulħadd li Versailles de facto kienet il-belt kapitali ta' Franza, u Lwiġi XIV rnexxielu jattira n-nobbiltà lejn Versailles għall-prestiġju u għall-patrunaġġ irjali fi ħdan etikett strett tal-qorti, u b'hekk nawwar il-bażijiet provinċjali tradizzjonali tagħhom tal-poter. Kien fil-Palazz ta' Versailles li Lwiġi XIV laqa' lid-Doge ta' Genova fl-1685, ambaxxata mir-Renju ta' Ayutthaya, it-Tajlandja (dak iż-żmien is-Siam), fl-1686, u ambaxxata mill-Iran tas-Safavidi fl-1715. Lwiġi XIV miet f'Versailles fl-1 ta' Settembru 1715 u s-suċċessur tiegħu kien il-proneputi tiegħu li kellu ħames snin, Lwiġi XV, id-Duka ta' Anjou, li ġie ttrasferit lejn Vincennes u mbagħad lejn Pariġi mir-reġġent tiegħu, Filippu II, id-Duka ta' Orléans. Il-Palazz ta' Versailles ġie ttraskurat sal-1722, meta Filippu II ttrasferixxa l-qorti lejn Versailles sabiex jaħrab min-nuqqas ta' popolarità tar-reġġenza tiegħu, u meta Lwiġi XV kiber. Madankollu, it-trasferiment tal-1722, kisser il-poter kulturali ta' Versailles, u matul ir-renju ta' Lwiġi XVI, il-membri tal-qorti kienu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom għad-divertiment f'Pariġi u mhux f'Versailles. Fl-1783, il-Palazz ta' Versailles kien is-sit fejn ġew iffirmati l-aħħar tnejn mit-tliet Trattati tal-Paċi ta' Pariġi (1783), li temmew il-Gwerra Rivoluzzjonarja Amerikana. Fit-3 ta' Settembru, id-delegati Brittaniċi u Amerikani, immexxija minn Benjamin Franklin, iffirmaw it-Trattat ta' Pariġi fl-Hôtel d'York (issa 56 Rue Jacob) f'Pariġi, li wassal għall-indipendenza tal-Istati Uniti. Fl-4 ta' Settembru, Spanja u Franza ffirmaw trattati separati mal-Ingilterra fil-Palazz ta' Versailles, li formalment temmew il-gwerra. Ir-Re u r-Reġina saru jafu bl-attakk ta' Bastilja f'Pariġi fl-14 ta' Lulju 1789, meta kienu fil-palazz, u baqgħu iżolati hemmhekk filwaqt li r-Rivoluzzjoni f'Pariġi nfirxet. Il-korla dejjem tiżdied f'Pariġi wasslet għall-Marċ tan-Nisa f'Versailles fil-5 ta' Ottubru 1789. Folla ta' diversi eluf ta' rġiel u nisa, li ħarġu jipprotestaw kontra l-prezz għoli u l-iskarsezza tal-ħobż, għamlu marċ mis-swieq ta' Pariġi sa Versailles. Magħhom ħadu l-armi mill-armerija tal-belt, assedjaw il-palazz, u obbligaw lir-Re u lill-familja rjali, flimkien mal-membri tal-Assemblea Nazzjonali, jirritornaw magħhom lejn Pariġi l-għada. Malli l-familja rjali telqet, il-palazz ingħalaq. Fl-1792, il-Konvenzjoni Nazzjonali, il-gvern rivoluzzjonarju l-ġdid, ordna t-trasferiment tal-pitturi u tal-iskulturi kollha mill-Palazz għal-Louvre. Fl-1793, il-Konvenzjoni ddikjarat l-abolizzjoni tal-monarkija u ordnat li l-proprjetà rjali kollha fil-palazz tinbigħ f'irkant. L-irkant seħħ bejn il-25 ta' Awwissu 1793 u l-11 ta' Awwissu 1794. L-arredamenti u l-arti tal-Palazz, inkluż l-għamara, il-mirja, il-banjijiet u t-tagħmir tal-kċejjen, inbigħu f'lottijiet ta' 17,000 oġġett. Il-ġilji u l-emblemi rjali kollha mal-binjiet tneħħew. Il-binjiet vojta ntużaw bħala maħżen għall-għamara, għall-arti u għal-libreriji kkonfiskati min-nobbiltà. L-appartamenti grandjużi vojta nfetħu għaż-żjarat mill-bidu tal-1793, u mużew żgħir ta' pitturi Franċiżi u skola tal-arti nfetħu f'uħud mill-kmamar vojta. Seklu 19 – mużew tal-istorja u sit tal-gvern Meta Napuljun Bonaparte sar Imperatur tal-Franċiżi fl-1804, huwa kkunsidra li jagħmel il-Palazz ta' Versailles bħala r-residenza tiegħu iżda abbanduna l-idea minħabba kemm kienet se tiswa r-rinnovazzjoni. Qabel ma żżewweġ lil Marie-Louise fl-1810, huwa ordna li jiġi rrestawrat il-Grand Trianon u li jiġi mgħammar bħala residenza tas-sajf għalih u għall-familja tiegħu, bl-istil ta' għamara kif għadu sa llum il-ġurnata. Fl-1815, bil-waqgħa finali ta' Napuljun, Lwiġi XVIII, ħu ż-żgħir ta' Lwiġi XVI, sar ir-Re, u kkunsidra li jirritorna r-residenza rjali f'Versailles, fejn kien twieled. Huwa ordna r-restawr tal-appartamenti rjali, iżda l-kompitu u l-ispejjeż kienu kbar wisq. Lwiġi XVIII ordna li s-sezzjoni l-iktar fin-Nofsinhar tal-Cour Royale titwaqqa' u tiġi rikostruwita (1814-1824) sabiex tiġi pariġġ is-sezzjoni ta' Gabriel tal-1780 fin-naħa opposta, u dan wassal għal iktar uniformità fid-dehra tad-daħla ta' quddiem. La hu u lanqas is-suċċessur tiegħu Karlu X ma għexu f'Versailles. Ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1830 wasslet monarka ġdid, Lwiġi-Filippu għall-poter, u ambizzjoni ġdida għal Versailles. Huwa ma rresjediex f'Versailles iżda beda l-ħolqien tal-Mużew tal-Istorja ta' Franza, iddedikat lill-"glorji kollha ta' Franza", li kien intuża biex jiġu ospitati xi membri tal-familja rjali. Il-kostruzzjoni tal-mużew inbdiet fl-1833 u l-mużew ġie inawgurat fit-30 ta' Ġunju 1837. L-iżjed kamra famuża tiegħu hija l-Galerie des Batailles (Sala tal-Battalji), li tokkupa l-biċċa l-kbira tat-tul tat-tieni sular tas-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-palazz. Il-proġett tal-mużew inġenerali waqaf ħesrem meta Lwiġi-Filippu tilef il-poter fl-1848, għalkemm il-pitturi tal-eroj Franċiżi u tal-battalji l-kbar għadhom fis-sezzjoni tan-Nofsinhar sa llum il-ġurnata. L-Imperatur Napuljun III uża l-palazz xi kultant bħala post għal ċerimonji grandjużi. Waħda mill-iżjed lussużi kienet il-bankett li ospita għar-Reġina Vitorja fit-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles fil-25 ta' Awwissu 1855. Matul il-Gwerra bejn Franza u l-Prussja tal-1870-1871, il-Palazz ta' Versailles ġie okkupat mill-persunal ġenerali tal-Armata Ġermaniża rebbieħa. Partijiet mill-palazz, inkluż is-Sala tal-Mirja, ġew ikkonvertiti fi sptar militari. Il-ħolqien tal-Imperu Ġermaniż, li kkombina l-Prussja u l-istati Ġermaniżi tal-madwar taħt William I, ġie pproklamat formalment fis-Sala tal-Mirja fit-18 ta' Jannar 1871. Il-Ġermaniżi baqgħu fil-Palazz ta' Versailles sal-iffirmar tal-armistizju f'Marzu 1871. F'dak ix-xahar, il-gvern tat-Tielet Repubblika Franċiża l-ġdida, li kien telaq minn Pariġi matul il-gwerra u mar f'Tours u mbagħad f'Bordeaux, ittrasferixxa ruħu fil-Palazz ta' Versailles. L-Assemblea Nazzjonali organizzat il-laqgħat tagħha fit-Teatru tal-Opri. Ir-rewwixta tal-Komun ta' Pariġi f'Marzu 1871, ipprevjena lill-gvern Franċiż, taħt Adolphe Thiers, milli jirritorna minnufih lejn Pariġi. L-operazzjoni militari li ħonqot il-Komun fl-aħħar ta' Mejju tmexxiet minn Versailles, u l-priġunieri tal-Komun tressqu hemmhekk u għaddew ġuri fil-qrati militari. Fl-1875 inħoloq it-tieni korp parlamentari, is-Senat Franċiż, u dan għamel il-laqgħat tiegħu għall-elezzjoni tal-President tar-Repubblika f'sala ġdida maħluqa fl-1876 fis-sezzjoni tan-Nofsinhar tal-Palazz ta' Versailles. Is-Senat Franċiż għadu sa issa jiltaqa' fil-Palazz ta' Versailles f'okkażjonijiet speċjali, bħall-emendar tal-Kostituzzjoni Franċiża. Seklu 20 Fl-aħħar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 bdew isiru l-ewwel sforzi ta' restawr fil-Palazz ta' Versailles, l-ewwel immexxija minn Pierre de Nolhac, poeta u studjuż u l-ewwel konservatur, li beda x-xogħol tiegħu fl-1892. Il-konservazzjoni u r-restawr ġew interrotti minn żewġ gwerer dinjin iżda baqgħu għaddejjin sa llum il-ġurnata. Il-Palazz ta' Versailles reġa' lura fix-xena dinjija f'Ġunju 1919, meta, wara sitt xhur ta' negozjati, it-Trattat ta' Versailles, li formalment temm l-Ewwel Gwerra Dinjija, ġie ffirmat fis-Sala tal-Mirja. Bejn l-1925 u l-1928, il-filantropu Amerikan u l-multimiljunarju John D. Rockefeller ta $2,166,000, l-ekwivalenti ta' madwar tletin miljun dollaru llum, għar-restawr u għar-rinnovazzjoni tal-palazz. Iktar xogħol sar wara t-Tieni Gwerra Dinjija, permezz tar-restawr tat-Teatru Rjali tal-Opri ta' Versailles. It-teatru reġa' nfetaħ fl-1957, fil-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II tar-Renju Unit. Fl-1978, partijiet mill-Palazz ta' Versailles ġarrbu ħsarat estensivi minħabba bomba mpoġġija minn terroristi Bretoni. Mis-snin 50 tas-seklu 20, meta l-mużew ta' Versailles kien taħt it-tmexxija ta' Gérald van der Kemp, l-objettiv kien li l-palazz jiġi rrestawrat għal kif kien fl-1789 – jew qrib kemm jista' jkun – meta l-familja rjali telqet mill-palazz. Fost il-proġetti bikrin kien hemm it-tiswija tas-saqaf tas-Sala tal-Mirja; il-kampanja ta' reklamar xeħtet l-attenzjoni internazzjonali fuq il-karba ta' Versailles wara l-gwerra u kisbet ħafna flus minn barra l-pajjiż, inkluż għotja finanzjarja mill-Fondazzjoni Rockefeller. Wieħed mill-iżjed proġetti li swew flus lill-mużew u lill-Ħames Repubblika ta' Franza kien ix-xiri mill-ġdid tal-ikbar ammont possibbli ta' arredamenti oriġinali. B'konsegwenza ta' dan, peress li l-għamara rjali – u speċjalment l-għamara tal-Palazz ta' Versailles – jiswew ħafna flus minħabba d-domanda għaliha fis-suq internazzjonali, il-mużew nefaq fondi konsiderevoli biex jipprova jikseb kemm seta' mill-arredamenti oriġinali tal-palazz. Seklu 21 In 2003, a new restoration initiative – the "Grand Versailles" project – was started, which began with the replanting of the gardens, which had lost over 10,000 trees during Cyclone Lothar on 26 December 1999. One part of the initiative, the restoration of the Hall of Mirrors, was completed in 2006. Another major project was the further restoration of the backstage areas of the Royal Opera of Versailles in 2007 to 2009. Attwalment is-sjieda tal-Palazz ta' Versailles hija f'idejn l-Istat Franċiż. It-titlu formali tiegħu huwa l-Istabbiliment Pubbliku tal-Palazz, il-Mużew u l-Proprjetà Nazzjonali ta' Versailles. Mill-1995 ġie ġestit bħala Proprjetà Pubblika, b'amministrazzjoni u b'ġestjoni indipendenti ssorveljati mill-Ministeru Franċiż għall-Kultura. L-artijiet tal-Palazz ta' Versailles se jospitaw il-kompetizzjoni ekwestri matul il-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-2024. Sit ta' Wirt Dinji Il-Palazz u l-Park ta' Versailles ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit fl-2007. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Palazzi Franza Monarkija Franċiża
28919
https://mt.wikipedia.org/wiki/Palazz%20ta%27%20Fontainebleau
Palazz ta' Fontainebleau
Il-Palazz ta' Fontainebleau (pronunzja bil-Franċiż: ​[fɔ̃tɛnblo]; bil-Franċiż: Château de Fontainebleau), jinsab 55 kilometru (34 mil) fix-Xlokk taċ-ċentru ta' Pariġi, fil-komun ta' Fontainebleau, u huwa wieħed mill-ikbar palazzi-kastelli rjali (bil-Franċiż: Château) ta' Franza. Il-kastell Medjevali u l-palazz sussegwenti ntużaw bħala r-residenza għall-monarki Franċiżi minn Lwiġi VII sa Napuljun III. François I u Napuljun kienu l-monarki li kellhom l-ikbar influwenza fuq il-palazz kif inhu llum il-ġurnata. Sar mużew nazzjonali fl-1927 u fl-1981 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għall-arkitettura unika u għall-importanza storika tiegħu. Storja Palazz Medjevali (is-seklu 12) L-iżjed evidenza bikrija ta' kastell iffortifikat f'Fontainebleau jmur lura għall-1137. Sar residenza u loġġa tal-kaċċa ppreferuta tar-Rejiet ta' Franza minħabba l-abbundanza ta' annimali selvaġġi u l-bosta fawwara fil-foresta ta' madwaru. L-isem oriġina minn waħda mill-ħafna fawwariet, il-funtana ta' Bliaud, li issa tinsab fil-ġnien Ingliż, qrib is-sezzjoni ta' Lwiġi XV. Intuża mir-Re Lwiġi VII, li għalih Thomas Becket ikkonsagra l-kappella fl-1169; minn Filippu II; minn Lwiġi IX (iktar 'il quddiem kanonizzat San Alwiġi), li bena sptar u kunvent, il-Couvent des Trinitaires, ħdejn il-kastell; u minn Filippu IV, li twieled u miet fil-kastell. Palazz Rinaxximentali ta' François I (1528-1547) Fis-seklu 15 il-kastell sarulu xi modifiki u rinnovazzjonijiet minn Isabella tal-Bavarja, il-mara tar-Re Karlu VI, iżda l-istruttura Medjevali baqgħet essenzjalment intatta sar-renju ta' François I (1494-1547). Huwa kkummissjona lill-arkitett Gilles Le Breton biex jibni palazz bl-istil Rinaxximentali l-ġdid, importat reċentement mill-Italja. Le Breton ippreserva d-donjon Medjevali antik, fejn kienu jinsabu l-appartamenti tar-Re, iżda inkorporah fil-Cour Ovale (bitħa ovali) bl-istil Rinaxximentali ġdid, li nbniet fuq il-pedamenti tal-kastell l-antik. Il-palazz kien jinkludi l-Porte Dorée monumentali, bħala d-daħla tan-Nofsinhar tiegħu, b'taraġ Rinaxximentali monumentali, u l-Portique de Serlio, li jagħti aċċess għall-appartamenti rjali fuq in-naħa tat-Tramuntana. Għall-ħabta tal-1528, François beda jibni l-Galerie François I, u b'hekk seta' jgħaddi direttament mill-appartamenti tiegħu għall-kappella tat-Trinitaires. Huwa qabbad lill-arkitett Sebastiano Serlio mill-Italja, u lill-pittur minn Firenze Giovanni Battista di Jacopo, magħruf bħala Rosso Fiorentino, biex iżejjen il-gallerija l-ġdida. Bejn l-1533 u l-1539, Rosso Fiorentino mela l-gallerija b'affreski li jigglorifikaw lir-Re, b'gwarniċi bl-istukko mżejna b'riljiev għoli, u lambris skolpit mill-produttur tal-għamara Francesco Scibec da Carpi. Pittur Taljan ieħor, Francesco Primaticcio minn Bologna, ("Primatice" għall-Franċiżi), ingħaqad iktar 'il quddiem fit-tiżjin tal-palazz. Flimkien, l-istil ta' tiżjin tagħhom sar magħruf bħala l-ewwel Skola ta' Fontainebleau. Din kienet l-ewwel gallerija mżejna kbira li nbniet fi Franza. Inġenerali, permezz ta' Fontainebleau r-Rinaxximent ġie introdott fi Franza. Għall-ħabta tal-1540, François beda jaħdem fuq żieda oħra mal-palazz. Billi uża l-art fuq in-naħa tal-Lvant tal-palazz, li xtara mill-Ordni tat-Trinitaires, huwa beda jibni sezzjoni kwadra ġdida ta' binjiet madwar bitħa kbira. Din kienet konfinata lejn it-Tramuntana mis-sezzjoni tal-Ministri, lejn il-Lvant mis-sezzjoni ta' Ferrara, u lejn in-Nofsinhar minn sezzjoni b'gallerija ġdida ta' Ulisse. Il-palazz ġie mdawwar minn park ġdid bl-istil tal-ġnien Rinaxximentali Taljan, bil-paviljuni u bl-ewwel grotta fi Franza. Primaticcio ħoloq affreski monumentali oħra għall-gallerija ta' Ulisse. Palazz ta' Enriku II u Katerina de' Medici (1547-1570) Wara l-mewt ta' François I, ir-Re Enriku II ddeċieda li jkompli jkabbar il-palazz. Ir-Re u martu għażla l-arkitetti Philibert de l'Orme u Jean Bullant biex iwettqu dan ix-xogħol. Huma estendew is-sezzjoni tal-Lvant tal-qorti t'isfel u żejnuha bl-ewwel taraġ famuż b'għamla ta' nagħla. Fil-bitħa ovali, huma ttrasformaw il-loġġa ppjanata minn François f'Sala tal-Festi jew Sala tal-Ballu b'saqaf bis-suffitt bil-kaxxi. Faċċata tal-bitħa tal-funtana u tal-vaska bil-ħut, huma ddisinjaw binja ġdida, il-Pavillon des Poeles (li nqered), biex jospita l-appartamenti l-ġodda tar-Re. It-tiżjin tas-sala tal-ballu l-ġdida u tal-gallerija ta' Ulisse bl-affreski ta' Francesco Primaticcio u l-istukko skolpit kompla, taħt it-tmexxija tal-pitturi Manjeristi Primaticcio u Niccolò dell'Abbate. Skont l-ordnijiet ta' Enriku, in-Nymphe de Fontainebleau ta' Benvenuto Cellini ġiet installata fid-daħla ta' Château d'Anet, ir-residenza primarja tal-maħbuba primarja ta' Enriku, Diane de Poitiers (il-lunetta oriġinali tal-bronż issa tinsab fil-Mużew ta' Louvre, u minflokha hemm replika). Il-palazz kien ukoll il-post fejn twieled François II ta' Franza, l-ewwel iben tar-Re Enriku II. Wara l-mewt ta' Enriku II f'inċident fil-ġostra, il-mara tiegħu li spiċċat armla, Katerina de' Medici, kompliet bil-kostruzzjoni u t-tiżjin tal-palazz. Hija ddeżinjat lil Primaticcio bħala s-sovraintendent il-ġdid tax-xogħlijiet pubbliċi rjali. Huwa ddisinja s-sezzjoni magħrufa illum il-ġurnata bħala s-sezzjoni tal-Belle Cheminée, magħrufa għaċ-ċmieni elaborati tagħha u ż-żewġ settijiet ta' taraġ faċċata ta' xulxin. Fl-1565, bħala miżura ta' sigurtà minħabba l-Gwerer tar-Reliġjon, hija ordnat ukoll li jitħaffer ħandaq madwar il-palazz biex jipproteġih minn xi attakk. Palazz ta' Enriku IV (1570-1610) Ir-Re Enriku IV għamel iktar żidiet fil-palazz minn kwalunkwe re minn żmien François I. Huwa estenda l-bitħa ovali lejn il-Punent billi bena żewġ paviljuni, imsejħin Tiber u Luxembourg. Bejn l-1601 u l-1606, huwa reġa' rrinnova l-faċċati kollha madwar il-bitħa, inkluż dik tal-Kappella ta' Saint-Saturnin, sabiex jagħti armonija aħjar lill-arkitettura. Fuq in-naħa tal-Lvant, huwa bena daħla monumentali ġdida, il-Porte du Baptistère. Bejn l-1606 u l-1609, huwa bena bitħa ġdida, il-Cour des Offices jew il-Kwartier ta' Enriku IV, sabiex jipprovdi spazju għall-kċejjen u għar-residenzi tal-uffiċjali tal-qorti. Inbnew ukoll żewġ galleriji ġodda, il-Galerie de Diane de Poitiers u l-Galerie des Cerfs, madwar il-ġnien antik ta' Diana. Huwa żied ukoll jeu de paume jew court intern kbir tat-tennis, l-ikbar tat-tip tiegħu fid-dinja. It-"tieni skola ta' Fontainebleau" ta' pitturi u ta' dekoraturi bdew jaħdmu fuq ġewwa tal-palazz. L-arkitett Martin Fréminet ħoloq il-Kappella elaborata tat-Trinità, filwaqt li l-pitturi Ambroise Dubois u Toussaint Dubreuil ħolqu sensiela ta' pitturi erojċi għas-swali. Sezzjoni ġdida, imsejħa għall-binja ċentrali tagħha, La Belle Cheminée, inbniet ħdejn il-vaska l-kbira bil-ħut. Enriku IV ta attenzjoni kbira wkoll lill-park u lill-ġonna madwar il-palazz. Il-ġnien tar-reġina jew il-ġnien ta' Diana, maħluq minn Katerina de' Medici, bil-funtana ta' Diana fin-nofs, ġie stabbilit fin-naħa tat-Tramuntana tal-palazz. Il-ġardinar ta' Enriku IV, Claude Mollet, li tħarreġ fil-Palazz ta' Anet, ħoloq parterre kbir ta' fjuri, imżejjen bi statwi antiki u sseparat b'mogħdijiet f'sezzjonijiet kwadri kbar. Il-funtana ta' Diana u l-grotta saru minn Tommaso Francini, li jaf iddisinja wkoll il-Funtana tal-familja Medici fil-Ġnien tal-Lussemburgu għal Maria de' Medici. Fuq in-naħa tan-Nofsinhar, Enriku ħoloq park, imħawwel bis-siġar taż-żnuber, tal-elmu u tal-frott, u bena kanal kbir twil 1,200 metru, sittin sena qabel ma Lwiġi XIV bena l-kanal il-kbir tiegħu stess fil-Palazz ta' Versailles. Il-Palazz minn Lwiġi XIII sa Lwiġi XIV Ir-Re Lwiġi XIII twieled u ġie mgħammed fil-palazz, u kompla x-xogħlijiet li kien beda missieru. Huwa lesta t-tiżjin tal-Kappella tat-Trinità, u ordna lill-arkitett tal-qorti Jean Androuet du Cerceau biex jibni mill-ġdid it-taraġ b'għamla ta' nagħla li qabel kien iddisinjat minn Philibert Delorme fil-bitħa li kienet magħrufa bħala l-Cour de Cheval Blanc. Wara mewtu, l-armla tiegħu, Anna tal-Awstrija, żejnet mill-ġdid l-appartamenti fi ħdan is-Sezzjoni tal-Irġejjen Omm (Aile des Reines Mères) maġenb il-Bitħa tal-Funtana, iddisinjata minn Primatrice. Ir-re Lwiġi XIV qatta' iktar żmien fil-Palazz ta' Fontainebleau minn kwalunkwe monarka ieħor; kien iħobb jikkaċċja hemmhekk kull sena lejn l-aħħar tas-sajf u l-bidu tal-ħarifa. Ma tantx għamel bidliet fil-palazz minn barra, iżda bena appartament ġdid għall-maħbuba tiegħu s-Sinjura de Maintenon, għammru b'xogħlijiet maġġuri ta' André-Charles Boulle u waqqa' l-appartamenti l-antiki tal-banjijiet taħt il-Gallerija ta' François I biex jibni appartamenti ġodda għall-prinċpijiet irjali, b'xi modifiki fl-appartamenti tar-re. L-arkitett Jules Hardouin-Mansard bena sezzjoni ġdida maġenb il-Galerie des Cerfs u l-Galerie de Diane biex ikun hemm iktar spazju residenzjali għall-qorti. Huwa għamel bidliet kbar fil-park u fil-ġonna; ikkummissjona lil André Le Nôtre u Louis Le Vau biex jiddisinjaw il-parterre l-kbir mill-ġdid fi ġnien formali Franċiż. Huwa neħħa l-ġnien fuq il-kannizzati li Enriku IV kien bena ħdejn il-vaska l-kbira bil-ħut, u minflok bena paviljun, iddisinjat minn Le Vau, fuq gżira żgħira f'nofs il-vaska. Lwiġi XIV iffirma l-Editt ta' Fontainebleau fil-palazz fit-22 ta' Ottubru 1685, u rrevoka l-politika ta' tolleranza fir-rigward tal-Protestanti li kien nieda Enriku IV. Lwiġi XIV laqa' bosta mistednin barranin fil-palazz, inkluż l-eks Reġina Christina tal-Iżvezja, li kienet għadha kemm abdikat mit-tron. Meta kienet mistiedna fil-palazz fl-10 ta' Novembru 1657, Christina ssuspettat fil-maħbub tagħha u dak li kien jieħu ħsieb iż-żwiemel, il-Markiż Gian Rinaldo Monaldeschi, li kien qed jikxef is-sigrieti tagħha lill-għedewwa. Il-qaddejja tagħha ħebbew għalih fil-kurituri tal-palazz u qatluh b'daqqiet ta' sikkina. Lwiġi XIV ġie jaraha fil-palazz, ma semma xejn dwar il-qtil, u ħalliha tkompli bil-vjaġġi tagħha. Fid-19 u fl-20 ta' Mejju 1717, matul ir-Reġġenza wara l-mewt ta' Lwiġi XIV, il-Ksar Russu Pietru l-Kbir kien mistieden fil-Palazz ta' Fontainebleau. Sessjoni ta' kaċċa għaċ-ċriev ġiet organizzata għalih, kif ukoll bankett. Uffiċjalment iż-żjara kienet suċċess kbir. Iżda fil-memorji ppubblikati iktar 'il quddiem mill-membri tad-delegazzjoni, milli jidher Pietru ma ħax pjaċir bl-istil ta' kaċċa tal-Franċiżi, u ħass li l-palazz kien żgħir wisq, meta mqabbel mar-residenzi rjali Franċiżi l-oħra. Ir-rutina tal-Palazz ta' Fontainebleau wkoll ma għoġbitux; huwa kien jippreferi l-birra minflok l-inbid (u ġab il-provvista tiegħu miegħu) u kien iħobb iqum kmieni, għad-differenza tal-qorti rjali Franċiża. Il-proġetti ta' rinnovazzjoni ta' Lwiġi XV kienu iktar ambizzjużi minn dawk ta' Lwiġi XIV. Sabiex joħloq iktar abitazzjonijiet għall-għadd enormi ta' membri tal-qorti rjali tiegħu, fl-1737-1738 ir-re bena bitħa ġdida, imsejħa l-Cour de la Conciergerie jew il-Cour des Princes, lejn il-Lvant tal-Galerie des Cerfs. Fil-Cour du Cheval Blanc, is-sezzjoni tal-Gallerija ta' Ulisse twaqqgħet u gradwalment ġiet sostitwita b'binja ġdida tal-brikks u tal-ġebel, li nbniet fi stadji fl-1738-1741 u fl-1773-1774, u kienet testendi fil-Punent lejn il-paviljun u l-grotta tas-siġar taż-żnuber. Bejn l-1750 u l-1754, ir-re kkummissjona lill-arkitett Ange-Jacques Gabriel biex jibni sezzjoni ġdida tul il-Cour de la Fontaine u l-vaska bil-ħut. Il-Pavilion des Poeles l-antik twaqqa' u ġie sostitwit bil-Gros Pavilion, li nbena b'ġebla lewn il-krema. Inbnew ukoll appartamenti lussużi ġodda f'din il-binja għar-Re u għar-Reġina. Is-sala l-ġdida għal-laqgħat tal-Kunsill Irjali ġiet imżejna mill-pitturi ewlenin ta' dak iż-żmien, fosthom François Boucher, Carle Vanloo, Jean-Baptiste Marie Pierre u Alexis Peyrotte. Inbena wkoll teatru żgħir mill-isbaħ fl-ewwel sular tas-sezzjoni tal-Belle Cheminée. Ir-Re Lwiġi XVI għamel żidiet oħra mal-palazz biex il-membri tal-qorti tiegħu jkollhom iktar spazju. Binja ġdida nbniet maġenb il-Gallerija ta' François I; b'hekk inħoloq appartament kbir ġdid fl-ewwel sular, u għadd ta' appartamenti żgħar fil-pjan terran, iżda imblukkat ukoll it-twieqi tan-naħa tat-Tramuntana tal-Gallerija ta' François I. L-appartamenti tar-Reġina Marie-Antoinette ġew rinnovati; sala bi stil Tork inħolqot għaliha fl-1777, sala għal-logħob inbniet fl-1786-1787, kif ukoll boudoir bi stil Arabesk. Lwiġi XVI u Marie-Antoinette għamlu l-aħħar żjara tagħhom fil-Palazz ta' Fontainebleau fl-1786, lejliet ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-Palazz matul ir-Rivoluzzjoni u l-Ewwel Imperu Matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, il-palazz ma ġarrabx ħsarat sinifikanti, iżda l-għamara kollha nbigħet b'irkant. Il-binjiet ġew okkupati mill-Iskola Ċentrali tad-Dipartiment ta' Seine-et-Marne sal-1803, meta Napuljun I stabbilixxa skola militari hemmhekk. Meta beda jħejji biex isir Imperatur, Napuljun ried jippreserva kemm jista' mill-palazzi u mill-protokoll tar-Reġim l-Antik. Huwa għażel il-Palazz ta' Fontainebleau bħala s-sit għal-laqgħa storika tiegħu tal-1804 mal-Papa Piju VII, li kien ivvjaġġa minn Ruma biex jinkuruna lil Napuljun bħala l-Imperatur. Napuljun ordna biex għadd ta' kmamar jiġu mżejna apposta għall-Papa, u l-palazz kollu ġie rinnovat u mżejjen mill-ġdid. Il-kamra tas-sodda tar-Rejiet ġiet ittrasformata f'sala tat-tron għal Napuljun. L-appartamenti ġew rinnovati u mżejna mill-ġdid għall-Imperatur u għall-Imperatriċi bl-istil ġdid tal-Imperu. Il-Cour du Cheval Blanc beda jissejjaħ il-Cour d'Honneur jew il-Bitħa tal-Unur. Sezzjoni faċċata tal-bitħa, l-Aile de Ferrare, twaqqgħet u ġiet sostitwita b'xatba u b'daħla tal-ħadid, biex b'hekk il-faċċata tal-palazz tibqa' viżibbli. Il-ġonna ta' Diana u tas-siġar taż-żnuber ġew imħawlin mill-ġdid u mibdula fi ġnien pajsaġġistiku Ingliż mid-disinjatur pajsaġġistiku Maximillien Joseph Hurtault. Iż-żjarat ta' Napuljun lejn il-Palazz ta' Fontainebleau ma kinux frekwenti, għaliex kien ikun okkupat il-ħin kollu bil-kampanji militari. Bejn l-1812 u l-1814, il-palazz intuża bħala ħabs eleganti ħafna għall-Papa Piju VII. Fil-5 ta' Novembru 1810, il-kappella tal-palazz intużat għall-magħmudija tan-neputi ta' Napuljun, Napuljun III, fejn Napuljun kien il-parrinu tiegħu, u l-Imperatriċi Marie-Louise kienet il-parrina tiegħu. Napuljun qatta' l-aħħar jiem tar-renju tiegħu fil-Palazz ta' Fontainebleau, qabel ma abdika hemmhekk fl-4 ta' April 1814, taħt pressjoni mill-marexxalli tiegħu, Ney, Berthier u Lefebvre. Fl-20 ta' April, wara li t-tentattiv ta' suwiċidju tiegħu ma rnexxilux, huwa ta tislima emozzjonali lis-suldati tal-Gwardja Antika, li nġabru fil-Bitħa tal-Unur. Iktar 'il quddiem, matul il-Mitt Jum, huwa waqaf hemmhekk fl-20 ta' Marzu 1815. Fil-memorji tiegħu, miktuba meta kien eżiljat fuq Saint Helena, huwa jiftakar fiż-żmien li qatta' fil-Palazz ta' Fontainebleau; "…ir-residenza reali tar-Rejiet, id-dar tas-sekli. Forsi ma kienx palazz arkitettoniku rigoruż, iżda kien ċertament residenza maħsuba tajjeb u perfettament adattata. Tabilħaqq kien l-iżjed palazz komdu u b'pożizzjoni tajba fl-Ewropa". Il-Palazz matul ir-Ristorazzjoni u r-renju ta' Lwiġi-Filippu (1815-1848) Wara r-ristorazzjoni tal-Monarkija, ir-Rejiet Lwiġi XVIII u Karlu X it-tnejn li huma baqgħu fil-Palazz ta' Fontainebleau, iżda l-ebda wieħed minnhom ma għamel bidliet kbar fil-palazz. Lwiġi-Filippu kien iktar attiv, u rrestawra xi swali u żejjen mill-ġdid oħrajn bl-istil ta' dak iż-żmien. Is-Sala tal-Gwardji u l-Gallerija tal-Platti ġew imżejna mill-ġdid bi stil Neo-Rinaxximentali, filwaqt li s-Sala tal-Kolonni, taħt is-sala tal-ballu, ġiet rinnovata bi stil Neoklassiku. Huwa żied ukoll twieqi ġodda bil-ħġieġ ikkulurit, magħmula mill-manifattura rjali ta' Sèvres. Il-Palazz matul it-Tieni Imperu L-Imperatur Napuljun III, li kien mgħammed fil-Palazz ta' Fontainebleau, reġa' kompla d-drawwa ta' soġġorni twal fil-palazz, b'mod partikolari fis-sajf. Ħafna mis-swali storiċi, bħall-Galerie des Cerfs, ġew irrestawrati kemm jista' jkun għad-dehra oriġinali tagħhom, filwaqt li l-appartamenti privati ġew imżejna mill-ġdid skont il-gosti tal-Imperatur u tal-Imperatriċi. Ħafna appartamenti għall-mistednin ġew stabbiliti fl-ispazji mhux użati tal-binjiet tal-palazz. It-teatru l-antik tal-palazz, li kien inbena fis-seklu 18, inqered f'nar li ħakem is-sezzjoni tal-Belle Cheminée fl-1856. Bejn l-1854 u l-1857, l-arkitett Hector Lefuel bena teatru ġdid bl-istil ta' Lwiġi XVI. Fil-pjan terran tal-Gros Pavilion, l-Imperatriċi Eugénie bniet mużew żgħir iżda rikk, bir-rigali mir-Re tas-Siam fl-1861, u bl-opri tal-arti li ttieħdu meta nsteraq il-Palazz tas-Sajf ta' Beijing, iċ-Ċina. Il-mużew kien fih ukoll pitturi ta' artisti kontemporanji, inkluż Franz Xaver Winterhalter, u tal-iskultur Charles Henri Joseph Cordier. Fil-qrib, fis-sezzjoni ta' Lwiġi XV, l-Imperatur stabbilixxa l-uffiċju tiegħu, u l-Imperatriċi stabbiliet is-Sala tal-Verniċ tagħha. Dawn kienu l-aħħar kmamar li nħolqu mir-residenti rjali tal-Palazz ta' Fontainebleau. Fl-1870, matul il-Gwerra bejn Franza u l-Ġermanja, l-Imperu sfaxxa, u l-palazz ingħalaq. Il-Palazz mit-Tielet Repubblika sa llum il-ġurnata Matul il-Gwerra bejn Franza u l-Prussja, il-palazz ġie okkupat mill-Prussjani fis-17 ta' Settembru 1870, u għal żmien qasir intuża bħala kwartieri ġenerali tal-armata minn Federiku Karlu tal-Prussja minn Marzu 1871. Wara l-gwerra, tnejn mill-binjiet bdew jospitaw l-iskola avvanzata tal-artillerija u l-inġinerija tal-Armata Franċiża, li ġiet obbligata titlaq mill-Alsace meta l-provinċja ġiet annessa mill-Ġermanja. Okkażjonalment il-palazz intuża bħala residenza mill-Presidenti tat-Tielet Repubblika, u biex jintlaqgħu xi mistednin statali, fosthom ir-Re Alessandru I tas-Serbja (1891), ir-Re Ġorġ I tal-Greċja (1892), Leopoldu II tal-Belġju (1895) u r-Re Alfonsu XIII ta' Spanja (1913). Il-palazz laqa' wkoll żjara mill-aħħar waħda mir-residenti rjali, l-Imperatriċi Eugenie, fis-26 ta' Ġunju 1920. Il-faċċati tal-binjiet ewlenin ingħataw l-ewwel protezzjoni tagħhom permezz tal-klassifikazzjoni bħala monumenti storiċi fl-20 ta' Awwissu 1913. Fl-1923, wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-palazz sar is-sede tal-Écoles d'Art Américaines, skejjel tal-arti u tal-mużika, li għadhom jeżistu. Fl-1927 il-palazz sar mużew nazzjonali. Bejn il-gwerer, is-sulari ta' fuq tas-sezzjoni tal-Belle Cheminée, li kienu ħadu n-nar fl-1856, inbnew mill-ġdid permezz ta' għotja finanzjarja mill-Fondazzjoni Rockefeller. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-palazz ġie okkupat mill-Ġermaniżi fis-16 ta' Ġunju 1940 u baqa' okkupat sal-10 ta' Novembru 1940, u mbagħad reġa' ġie okkupat mill-15 ta' Mejju sal-aħħar ta' Ottubru 1941. Wara dik is-sena, parti mill-palazz saret il-kwartieri ġenerali tal-Unjoni tal-Punent u iktar 'il quddiem saret il-kwartieri ġenerali ta-Forzi Alleati tal-Ewropa Ċentrali tan-NATO sal-1966. Ir-restawr ġenerali tal-palazz seħħ bejn l-1964 u l-1968 taħt il-President Charles de Gaulle u l-Ministru għall-Kultura tiegħu, Andre Malraux. Il-palazz u l-park tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Fl-2006, il-Ministeru għall-Kultura xtara l-istalel irjali u rrestawrahom. Fil-bidu tal-2007, beda r-restawr tat-teatru tal-palazz, li kien inbena minn Napuljun III matul it-Tieni Imperu. Il-proġett ġie ffinanzjat mill-gvern ta' Abu Dhabi, wieħed mill-Emirati Għarab Magħquda, u bħala ringrazzjament it-teatru ssejjaħ it-Teatru Sheik Khalifa Bin Zayed al Nahyan. Ġie inawgurat fit-30 ta' April 2014. Fl-1 ta' Marzu 2015, il-Mużew Ċiniż tal-palazz insteraq minn ħallelin professjonisti. Daħlu fil-binja għall-ħabta tas-sitt ta' filgħodu, u minkejja s-sistema ta' allarm u l-kameras li jieħdu l-filmati, f'seba' minuti l-ħallelin irnexxielhom jisirqu madwar ħmistax mill-iżjed oġġetti ta' valur fil-kollezzjoni, inkluż ir-replika tal-kuruna tas-Siam mogħtija mill-gvern Siamiż lil Napuljun III, mandala Tibetana, u kimera tal-enamel mir-renju tal-Imperatur Qianlong (1736-1795). Sit ta' Wirt Dinji Il-Palazz u l-Park ta' Fontainebleau ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Biblijografija Allain, Yves-Marie (2006). L'art des jardins en Europe (bil-Franċiż). Pariġi: Citadelles & Mazenod. ISBN 2-85088-087-6. Carlier, Yves (2010). Histoire du château de Fontainebleau (bil-Franċiż). Pariġi: Editions Jean-Paul Gisserot. ISBN 978-2-75580-022-7. Dan, Pierre (1642). Le Trésor des merveilles de la Maison Royale de Fontainebleau. Pariġi: S. Cramoisy. OCLC 457360433; copy at INHA. Morel, Pierre (1967). Aspects de la France - Fontainebleau. Artaud. Pérouse de Montclos, Jean-Marie (2009). Le château de Fontainebleau (bil-Franċiż). Pariġi: Nouvelles Éditions Scala. ISBN 9782359880045. Salmon, Xavier (2011). Fontainebleau- Vrai demeure des rois, maison des siècles (bil-Franċiż). Versailles: Artlys. ISBN 978-2-85495-442-5. Séguin, Philippe (1990). Lwiġi Napoléon Le Grand (bil-Franċiż). Pariġi: Bernard Grasset. ISBN 2-246-42951-X. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Palazzi Franza Monarkija Franċiża
28928
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tinqix%20fuq%20il-Blat%20f%27Alta
Tinqix fuq il-Blat f'Alta
It-Tinqix fuq il-Blat f'Alta (bin-Norveġiż: Helleristningene i Alta) jinsab fil-muniċipalità ta' Alta u fl-inħawi, fil-kontea ta' Finnmark fit-Tramuntana tan-Norveġja. Minn meta ġie skopert l-ewwel tinqix fl-1973, instabu iktar minn 6,000 tinqixa f'diversi siti fl-inħawi ta' Alta. L-ikbar lokalità, f'Jiepmaluokta madwar ħames kilometri minn Alta, fiha eluf ta' tinqix individwali u ġiet ikkonvertita f'mużew fil-beraħ. Is-sit, flimkien mas-siti ta' Storsteinen, Kåfjord, Amtmannsnes u Transfarelv, tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-3 ta' Diċembru 1985. Huwa l-unika Sit ta' Wirt Dinji tal-preistorja fin-Norveġja. It-tinqix ġie maqsum f'ħames gruppi separati mill-Professur Knut Helskog tad-Dipartiment tax-Xjenzi Kulturali fl-Università ta' Tromsø. Permezz tad-datazzjoni tax-xatt, l-iżjed tinqix bikri ġie datat li jmur lura għall-ħabta tal-4200 Q.K.; l-iżjed tinqix reċenti ġie datat li jmur lura għall-ħabta tal-500 Q.K. Fl-2010, ir-riċerkatur Jan Magne Gjerde ressaq id-dati tal-eqdem fażijiet lura saħansitra b'1,000 sena. Il-varjetà wiesgħa ta' immaġnijiet turi kultura ta' komunità ta' kaċċaturi li kienet kapaċi tikkontrolla l-merħliet tar-renni, tibni l-bastimenti u tistad, filwaqt li kienet tipprattika wkoll ritwali xamanistiċi li jinvolvu l-qima tal-orsijiet u annimali oħra. F'April 2014, iċ-Ċentru tal-Wirt Dinji tat-Tinqix fuq il-Blat ta' Arta u l-Mużew ta' Alta nedew is-sit web altarockart.no, li huwa arkivju diġitali bl-istampi tat-tinqix fuq il-blat f'Alta. L-arkivju fih diversi eluf ta' stampi u kopji mħażża mal-blat stess, u fil-ġejjieni x'aktarx li jkun fih tipi oħra ta' materjal ta' dokumentazzjoni, bħal skennjar tridimensjonali u artikli. Sfond kulturali u storiku Meta sar it-tinqix, in-Norveġja kienet abitata minn komunità ta' kaċċaturi. Matul il-kważi 5,000 sena li matulhom sar it-tinqix fuq il-blat mill-bniedem tal-aħħar tan-Neolitiku u tal-bidu ta' Żmien il-Metall, kien hemm bosta tibdil kulturali, inkluż l-użu ta' għodod tal-metall u bidliet f'oqsma bħall-bini tal-bastimenti u t-tekniki tas-sajd. It-tinqix juri varjetà wiesgħa ta' immaġnijiet u ta' simboliżmu reliġjuż. Madankollu, hemm xi motivi prinċipali li jinstabu fil-perjodi kollha, bħal pereżempju r-renni. It-tinqix fuq il-blat, speċjalment mill-iżjed perjodu bikri, fih ħafna xebħ mat-tinqix fil-Majjistral tar-Russja, li jindika li kien hemm kuntatt bejn iż-żewġ komunitajiet u forsi żvilupp parallel tal-kulturi fuq żoni wiesgħa tat-Tramuntana estrema tal-Ewropa. It-tinqix fuq il-blat f'Alta x'aktarx li sar bl-użu ta' skarpelli tal-kwarzit wisq probabbli flimkien ma' xi forma ta' mrietel magħmula bi blat iktar iebes; xi eżempji probabbli ta' skarpelli nstabu fl-inħawi u qegħdin għall-wiri fil-Mużew ta' Alta. L-użu ta' skarpelli għall-blat milli jidher baqa' jsir anke wara li bdew jintużaw l-għodod tal-metall fl-inħawi. Minħabba l-iżostażija postglaċjali, l-Iskandinavja bdiet titla' b'rata konsiderevoli mill-oċean wara tmiem l-aħħar era glaċjali. Dan l-effett għadu pjuttost jista' jiġi nnutat illum il-ġurnata, iżda huwa maħsub li kien ferm iktar veloċi u x'aktarx iktar evidenti matul il-ħajja ta' bniedem fiż-żmien meta sar it-tinqix. Huwa indikat b'mod ċar li t-tinqix oriġinarjament kien jinsab direttament max-xatt u gradwalment l-art għoliet sa fejn jinsab it-tinqix illum il-ġurnata, jiġifieri diversi għexieren ta' metri 'l ġewwa mill-ilma. Skoperta u restawr L-ewwel tinqix ġie skopert fil-ħarifa tal-1973 fl-inħawi ta' Jiepmaluokta (isem tas-Sami tat-Tramuntana li jfisser "bajja tal-foki"), madwar erba' kilometri miċ-ċentru tar-raħal ta' Alta. Matul is-snin 70 tas-seklu 20, ġie skopert ħafna iktar tinqix fl-inħawi ta' madwar Alta, b'densità ferm ogħla madwar Jiepmaluokta (instabu xi 6,000 tinqixa fl-inħawi, u iktar minn 3,000 tinqixa jinsabu fil-post). Sistema ta' mogħdijiet fuq l-injam li jammontaw għal total ta' tliet kilometri b'kollox inbniet fl-inħawi ta' Jiepmaluokta matul it-tieni nofs tas-snin 80 tas-seklu 20, u l-mużew ta' Alta ġie ttrasferit mill-post fejn kien jinsab qabel fiċ-ċentru tar-raħal għas-sit tat-tinqix fuq il-blat fl-1991. Għalkemm hemm diversi siti magħrufa oħra madwar Alta u b'mod kostanti jinstab tinqix ġdid, il-lokalità ta' Hjemmeluft biss tiġi inkluża bħala parti minn żjara ggwidata uffiċjali organizzata mill-mużew. Il-biċċa l-kbira tal-blat madwar Alta huwa miksi b'saff oħxon ta' muski u ta' likeni; ladarba jiġi skopert it-tinqix, dawn il-pjanti jitneħħew b'attenzjoni kbira u l-blat jitnaddaf biex jiġi espost it-tinqix kollu. It-tinqix imbagħad jiġi ddokumentat permezz ta' tekniki differenti, u spiss jitqiegħed kombinament ta' trab tal-kwarz ħamrani li jinżebagħ fit-tinqix, u jittieħdu xi ritratti li jiġu ttrattati b'mod diġitali. Sit ta' Wirt Dinji It-Tinqix fuq il-Blat f'Alta ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Ċentru tal-Wirt Dinji tat-Tinqix fuq il-Blat ta' Alta u l-Mużew ta' Alta Iċ-Ċentru tal-Wirt Dinji tat-Tinqix fuq il-Blat ta' Alta u l-Mużew ta' Alta fih wirja ta' oġġetti li nstabu fl-inħawi b'rabta mal-kultura tat-tinqix fuq il-blat, dokumentazzjoni fotografika tat-tinqix, u wirjiet dwar il-kultura tas-Sami, il-fenomenu tal-Aurora Borealis u l-istorja tal-estrazzjoni tal-lavanja fl-inħawi. Il-mużew ingħata l-Premju tal-Mużew Ewropew tas-Sena fl-1993. Immaġnijiet u interpretazzjonijiet Fost l-ispjegazzjonijiet possibbli dwar l-użu tat-tinqix fuq il-blat hemm l-użu f'ritwali xamanistiċi, simboli totemistiċi li jirrappreżentaw l-għaqda tribali jew li kienu jimmarkaw it-territorju ta' tribù, xorta ta' rekord storiku ta' avvenimenti importanti, jew saħansitra għall-pjaċir artistiku. Peress li t-tinqix individwali juri firxa daqstant wiesgħa ta' immaġnijiet differenti u t-tinqix sar matul perjodu tassew twil ta' żmien, tidher bħala xi ħaġa plawżibbli li t-tinqix individwali seta' serva kwalunkwe wieħed mill-iskopijiet imsemmija hawn fuq. It-tinqix l-iktar komuni jista' jinġabar fil-gruppi li ġejjin: annimali, xeni tal-kaċċa u tas-sajd, xeni tal-ħajja ta' kuljum u xeni ta' ritwali, u simboli ġeometriċi. Annimali Firxa wiesgħa ta' annimali ġew imnaqqxa f'Alta; fosthom, l-iżjed predominanti huma r-renni u spiss jintwerew f'merħliet kbar li jew jiġu kkaċċjati jew indukrati. It-tinqix ta' renni wara ċnut jew palizzati jindika li kienet issir kaċċa kooperattiva kbira għal dawn l-annimali. Annimali oħra li jidhru spiss huma l-alċi, diversi speċijiet ta' għasafar u tipi differenti ta' ħut. Barra minn hekk, jintwerew ukoll annimali tqal b'ferħ viżibbli fiż-żaqq tal-omm. Orsijiet L-orsijiet jidher li kellhom rwol speċjali fil-kultura preistorika tat-tinqix fuq il-blat; hemm diversi tinqix ta' orsijiet u spiss ma jidhrux biss bħala annimali kkaċċjati iżda wkoll f'pożizzjonijiet li donnhom jindikaw li l-orsijiet kienu jiġu meqjuma f'xi forma ta' ritwal (tidher bħala xi ħaġa plawżibbli ħafna peress li l-qim tal-orsijiet hija magħrufa f'bosta kulturi antiki tal-Majjistral tar-Russja kif ukoll fil-kultura tas-Sami). Ta' interess speċjali huma t-traċċi ħerġin mill-għerien tal-orsijiet; spiss jidhru mnaqqxa bi traċċi li jwasslu vertikalment mill-immaġnijiet imnaqqxa u jaqsmu t-traċċi orizzontali ta' annimali oħra. Dan wassal biex xi riċerkaturi jispekulaw li l-orsijiet setgħu b'xi mod kienu konnessi mal-qima tal-ħajja wara l-mewt (jew mal-mewt inġenerali) peress li t-traċċi vertikali milli jidher jindikaw il-kapaċità tal-orsijiet li jgħaddu bejn is-saffi differenti tad-dinja. L-immaġnijiet tal-orsijiet donnhom waqfu għall-ħabta tal-1700 Q.K.; li jaf jindika bidla fit-twemmin reliġjuż għall-ħabta ta' dak iż-żmien. Xeni tal-kaċċa u tas-sajd Bosta xeni li juru rappreżentazzjonijiet ta' bnedmin juru kaċċaturi jikkaċċjaw il-priża tagħhom; dawn ix-xeni tradizzjonalment ġew spjegati bħala konnessi ma' ritwali tal-kaċċa, għalkemm ir-riċerkaturi attwali jidher li jiffavurixxu spjegazzjonijiet iktar kumplessi li jqisu l-azzjonijiet tal-kaċċa u tas-sajd bħala simboli ta' tribujiet individwali u l-interrelazzjonijiet ta' tinqix differenti tal-kaċċa u tas-sajd bħala rappreżentazzjonijiet simboliċi ta' relazzjonijiet intertribali eżistenti jew mixtieqa. L-użu tal-lanez u tal-qaws u l-vleġeġ huwa evidenti mill-iktar perjodu bikri, u dan jindika li l-użu ta' dawn l-għodod kien magħruf mill-kultura tat-tinqix fuq il-blat mill-qedem. Bl-istess mod, is-sajjieda jintwerew kważi esklużivament jużaw ix-xolfa, li jindika li xi metodu tal-ħolqien ta' snanar u tal-użu tal-lixka kien magħruf fost il-kultura tat-tinqix fuq il-blat. Ta' interess speċjali huwa t-tinqix tal-bastimenti; filwaqt li d-dgħajjes iż-żgħar tas-sajd jitfaċċaw mill-eqdem tinqix 'il quddiem, it-tinqix li sar wara juri bastimenti dejjem ikbar, uħud minnhom kienu jġorru sa 30 ruħ u kienu jkunu mgħammra b'tiżjin elaborat b'għamliet ta' annimali fuq il-pruwa u fuq il-poppa, li xi kultant qishom dawk li kienu jintużaw fuq il-bastimenti t-twal tal-Vikingi. Dan flimkien mal-fatt li tinqix simili ta' bastimenti kbar instab fir-reġjuni kostali fin-Nofsinhar tan-Norveġja, jidher li jindika li kienu jsiru vjaġġi fuq distanzi twal tul il-kosta miż-żewġ direzzjonijiet. Xeni tal-ħajja ta' kuljum u xeni ta' ritwali Huwa tassew diffiċli li wieħed jiġġudika t-tifsira tax-xeni li juru interazzjonijiet bejn il-bnedmin; xeni li apparentement juru xi żifna, it-tħejjija tal-ikel jew interazzjonijiet sesswali jaf ikunu wkoll rappreżentazzjonijiet tat-twettiq ta' ritwali. Barra minn hekk, anke jekk dan it-tinqix fil-fatt juru episodji mill-ħajja ta' kuljum, xorta waħda jibqa' l-misteru għaliex dawn ix-xeni speċifiċi tnaqqxu fil-blat. Ir-rappreżentazzjonijiet tas-sesswalità jaf kienu marbuta ma' ritwali tal-fertilità, u x-xeni li juru lin-nies isajru u jippreparaw l-ikel jaf kienu jirrappreżentaw l-iżgurar ta' abbundanza tal-ikel. Xi xeni bla dubju juru pożizzjonijiet soċjetali differenti tal-bnedmin imnaqqxa fuq il-blat, u dan jiġi indikat mix-xedd ta' fuq rashom u mill-pożizzjonijiet iktar prominenti tal-bnedmin lebsin dan ix-xedd speċjali meta mqabbel mal-bnedmin l-oħra mnaqqxa fuq il-blat. Spjegazzjoni alternattiva għalihom hi li kienu xi patrijiet jew xamani jew mexxejja ta' xi tribù. Jekk l-interpretazzjoni tal-persuni prominenti bħala mexxejja hija korretta, dawn ix-xeni jaf juru wkoll avvenimenti ta' importanza storika, bħall-ksib tal-poter ta' mexxej, żwiġijiet irjali jew relazzjonijiet diplomatiċi bejn it-tribujiet. Simboli ġeometriċi Fost l-iżjed tinqix misterjuż hemm l-immaġnijiet ta' simboli ġeometriċi, li jinstabu b'mod predominanti fost l-eqdem tinqix tal-inħawi. Uħud minnhom huma oġġetti tondi u ftit minnhom huma mdawra b'qishom pizzi, filwaqt li oħrajn fihom mudelli elaborati b'linji orizzontali u vertikali. Filwaqt li wħud minn dawn l-oġġetti mnaqqxa ġew spjegati bħala għodod jew oġġetti simili (il-mudelli bil-linja, pereżempju, xi kultant ġew spjegati bħala xbieki tas-sajd), il-biċċa l-kbira ta' dawn is-simboli m'għandhomx spjegazzjoni. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Preistorja Norveġja
28931
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tpittir%20fuq%20il-Blat%20tal-Ba%C4%8Bir%20Mediterran%20Iberiku
Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku
It-Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku, magħruf ukoll bħala Arti Preistorika tal-Lvant ta' Spanja, huwa sensiela ta' iktar minn 700 sit ta' tpittir preistoriku fuq il-blat li fl-1998 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-siti jinsabu kollha mxerrdin fil-Lvant ta' Spanja u fihom tpittir fuq il-blat li jmur lura għall-perjodu Paleolitiku Superjuri jew (x'aktarx) għall-perjodu Mesolitiku ta' Żmien il-Ħaġar. L-arti tikkonsisti minn figuri mpittra żgħar ta' bnedmin u ta' annimali, li huma l-iżjed avvanzati u mifruxa li nstabu minn dan il-perjodu, ċertamenti fl-Ewropa, u x'aktarx fid-dinja kollha, minn tal-inqas ix-xogħlijiet bikrin. Din is-sensiela ta' siti hija notevoli għall-għadd ta' postijiet inklużi, l-ikbar konċentrazzjoni ta' arti ta' dan it-tip fl-Ewropa. L-isem jirreferi għall-Baċir Mediterran; madankollu, filwaqt li xi siti jinsabu qrib il-baħar, ħafna minnhom jinsabu 'l ġewwa f'Aragona u f'Kastilja-La Mancha). Perjodu storiku Kien hemm bosta dibattiti dwar id-datazzjoni tat-tpittir fuq il-blat tal-Lvant ta' Spanja, u jekk sarux fil-Mesolitiku, fl-aħħar tal-Paleolitiku jew fin-Neolitiku; huwa ċar li jirrappreżentaw stil differenti ħafna mill-arti ferm iktar famuża tal-perjodu Paleolitiku Superjuri fl-għerien fuq iż-żewġ naħat tal-Pirinej, iżda minkejja dan jaf juru kontinwità magħha. Skont l-UNESCO, l-eqdem arti f'dan is-Sit ta' Wirt Dinji tmur lura għat-8,000 Q.K., u l-iżjed arti reċenti tmur lura għall-ħabta tat-3500 Q.K. Għalhekk, it-tpittir sar f'perjodu ta' bidla kulturali. Jirrifletti l-ħajja tan-nies tal-qedem li kienu jużaw primarjament sistemi ekonomiċi ta' komunitajiet ta' kaċċaturi, "li gradwalment inkorporaw elementi Neolitiċi fil-kultura tagħhom". Tpittir li sar iktar 'il quddiem juri rġiel fuq iż-żwiemel, u xi bhejjem tal-ifrat li jaf kienu ġew iddomestikati. Il-kronoloġija tal-arti fuq il-blat tal-Lvant ta' Spanja titrikkeb ma' dik tal-arti skematika Iberika, u f'xi siti jistgħu jinstabu eżempji taż-żewġ tipi ta' arti. Bl-istess mod, xi siti baqgħu jattiraw il-viżitaturi f'perjodi iktar 'il quddiem, kif jidher mill-kitbiet imnaqqxa bil-lingwa Iberika u bil-Latin, pereżempju fl-Għerien ta' El Cogul; dawn jaf kienu ġew assoċjati mat-tpittir mill-ġdid tal-figuri. It-tpitter donnu kien sar wara li influss tal-popolazzjoni mit-Tramuntana tal-Afrika li tħalltet mal-popolazzjonijiet mill-perjodi iktar bikrin fl-Iberja. Skoperta It-Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku ġie skopert għall-ewwel darba f'Teruel fl-1903. Il-preistoriku Spanjol Juan Cabre kien l-ewwel wieħed li studja din l-arti, u ddefiniha bħala arti Paleolitika reġjonali. Il-valutazzjoni tiegħu bħala arti Paleolitika ġiet sfidata għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-ebda fawna glaċjali ma ġiet impittra. Antonio Beltrán Martínez u oħrajn isostnu li din l-arti tmur lura għall-Epipaleolitiku jew għall-Mesolitiku, u s-sostnu li l-qofol kien intlaħaq fin-Neolitiku. Ripio, li kien jaqbel li t-tpittir kien sar wara l-Paleolitiku, fassal skema kronoloġika ġdida fis-snin 60 tas-seklu 20, u qasam l-arti f'erba' stadji: naturalistika, stilizzata statika, stilizzata dinamika, u fażi finali ta' tranżizzjoni għal skematika. Karatteristiċi It-tpittir fuq il-blat sar fuq żona wiesgħa u f'perjodu ta' diversi eluf ta' snin; huwa ġeneralment aċċettat li juri żvilupp stilistiku u tematiku li jirrifletti evoluzzjoni twila, mill-inqas xi varjetà lokali, u bidliet fl-istil ta' ħajja, għalkemm il-qbil fuq id-dettalji ta' dan l-iżvilupp huwa proċess kontinwu. Milli jidher l-artisti użaw ir-rix, f'teknika ta' tpittir relattivament kumplessa, meta mqabbla mal-arti tal-Paleolitiku Superjuri, u pproduċew figuri relattivament sempliċi. Spiss il-kontorn tal-figuri sar wara ma tpitter il-ġisem tagħhom. Xi figuri ġew imnaqqxa fuq fuq iktar milli ġew impittra. Il-figuri huma relattivament żgħar, bejn għoli ta' madwar tmien pulzieri u pulzier (bejn madwar 20.3 ċentimetru u 2.5 ċentimetri), u b'kulur wieħed jew tnejn. Iż-żebgħa ġeneralment kienet irqiqa ħafna, u ntużaw ħamrija minerali (spiss ħamranija) jew faħam, u t-tpittir ġie ppreservat permezz ta' saff trasparenti rqiq ħafna ta' ġir li fforma fuqhom wara li qattar mal-blat. Xi figuri għandhom iktar minn passata waħda ta' żebgħa, li wassal biex uħud isostnu li ġew impittra mill-ġdid wara perjodi twal, għalkemm dan milli jidher mhuwiex aċċettat b'mod universali. Il-figura umana, li hija rari fl-arti Paleolitika, għandha importanza kbira fl-Arti fuq il-Blat tal-Lvant ta' Spanja. Spiss il-figura umana hija t-tema prinċipali, u meta tidher fl-istess xena mal-annimali, il-figura umana tidher tiġri lejhom. It-tpittir magħruf bħala ż-Żeffiena ta' Cogul huwa eżempju tajjeb ta' tpittir taċ-ċaqliq. L-iżjed xeni komuni ferm huma tal-kaċċa, u hemm xeni ta' battalji u taż-żfin, u possibbilment kompiti agrikoli u l-ġestjoni tal-annimali ddomestikati. F'xi xeni jintwera l-ġbir tal-għasel, u l-iktar waħda famuża minnhom hija dik fil-Cuevas de la Araña. Il-bnedmin huma għerwenin minn qaddhom 'il fuq, iżda n-nisa għandhom dbielet, filwaqt li l-irġiel għandhom dbielet, getti jew qishom qliezet, kif ukoll xi xedd ir-ras u maskri xi kultant, li jaf jindikaw xi kariga jew status b'mod imqabbel minn riċerkatur mal-Indjani tal-Pjanuri tal-Amerka ta' Fuq. Il-figuri xi drabi qishom għandhom element intenzjonat ta' karikatura. Xi xeni ta' gwerra jew battalja jiddistingwu bejn in-naħat f'termini ta' dehra fiżika, ilbies jew armi, minkejja li l-interpretazzjoni ta' dan mhijiex ċerta. Fuq naħa waħda, il-figuri ta' importanza ikbar jaf jiġu indikati b'figuri mpittra b'iktar reqqa u b'"muskoli tal-pexxun esaġerati u koxox imtawlin", jew bi qliezet "imżarrta" fejn l-għaksa; il-"fanterija" ordinarja tintwera bħala sempliċi "figuri stilizzati". Hemm sens iktar żviluppat ta' kompożizzjoni fis-suġġetti fi grupp milli fl-arti Paleolitika, u l-annimali jiġru jintwerew qishom "qed itiru fil-galopp" tagħhom, li hija drawwa fit-tpittir li baqgħet sa wara l-invenzjoni tal-fotografija. Il-figuri umani jintwerew ukoll b'pass wiesa' ħafna, jew qishom "qed itiru fil-ġiri" tagħhom, b'riġlejhom sa 180 grad 'il bogħod minn xulxin. Spiss ix-xeni mpittra huma mumenti drammatiċi; bnedmin u annimali mejtin jew qed imutu jintwerew sikwit, u xi kultant jidhru battalji bejn il-bnedmin, li jinkludu saħansitra sa 44 figura. Jidhru wkoll xeni ta' ġustizzjar uman minn arċiera u f'każ partikolari bit-tgħalliq ukoll; dawn ix-xeni ta' kunflitt milli jidher tpittru f'perjodi iktar 'il quddiem tat-tpittirt, u saru f'żona iktar limitata "madwar l-irdumijiet ta' Gasulla u Valltota" fil-provinċja ta' Castellón. Il-qaws tal-arċiera jingħata prominenza kbira, bħala l-iżjed arma importanti tal-perjodu; xi qwas huma tassew kbar. Sabiex tiġi solvuta l-problema ta' kif tiġi rrappreżentata d-distanza bejn arċier u l-priża distanti tiegħu, xi siti jużaw id-drawwa li juru t-traċċi tal-annimal ikkaċċjat, li hija soluzzjoni sofistikata u effettiva. Xi xeni b'għadd ta' rġiel armati donnhom jirrappreżentaw xi żifniet, u n-nisa jintwerew ukoll qed jiżfnu f'xeni oħra, xi ħaġa li milli jidher kienu jagħmlu b'riġlejhom weqfin u billi jċaqilqu id waħda jew minn qaddhom 'il fuq. Xena taż-żfin famuża fl-Għerien ta' El Cogul turi ħdax-il mara bid-dublett madwar raġel għerwien muri b'pene erett. Bħala rappreżentazzjoni tal-ġisem tal-bniedem hemm tpittir ta' rjus b'ċerti karatteristiċi: b'għamla ta' lanġasa, emisferiċi u koniċi. In-nofs ta' fuq tal-ġisem uman jintwera għerwien. Xi kultant ikunu lebsin xi tip ta' qalziet; xi drabi jidhru l-ġenitali u jkun hemm rappreżentazzjonijiet tal-pene. L-għodod irrappreżentati fl-arti fuq il-blat fil-Lvant ta' Spanja normalment huma vleġeġ, bsaten, qwas, stoċċijiet għall-vleġeġ, basktijiet, u ħbula, x'aktarx li kienu jintużaw bħala lasso biex jaqbdu l-annimali. Dawn l-oġġetti dejjem huma assoċjati mal-figura umana, għajr il-vleġeġ, li ġieli jidhru 'l hemm u 'l hawn qishom tiri li ma laqtux il-priża. Ma hemm l-ebda tpittir ta' pajsaġġ, u tassew ftit juru l-veġetazzjoni. Eċċezzjoni interessanti hija t-tpittir tal-faqqiegħ (possibbilment Psilocybe hispanica) f'Selva Pascuala. Madankollu, l-annimali jiġu rrappreżentati spiss ħafna, speċjalment mammiferi kbar li huma priża adattata għall-kaċċa, jew li ġew iddomestikati (iżda mhux bilfors); għasafar, ħut (anke ħdejn il-kosta) u insetti qajla jintwerew, għajr xi brimba okkażjonali u n-naħal jagħmel l-għasel. Uħud mill-annimali mpittra fuq il-blat huma identifikabbli ma' speċijiet li għadna naraw sa llum il-ġurnata, u l-frekwenza relattiva tal-ispeċijiet ta' annimali li ġew impittra fuq il-blat intużat bħala evidenza għad-datazzjoni. Xi annimali ġew interpretati bħala speċijiet eżotiċi tal-Era Glaċjali li issa huma estinti fl-Ewropa, iżda din l-interpretazzjoni hija kontroversjali. Xi tpittir ta' annimali qisu sar tpittir ġdid fuqhom biex tinbidel l-ispeċi tagħhom, x'aktarx bħala riflessjoni tal-bidliet fil-fawna. L-ispeċijiet prinċipali murija jinkludu: iċ-ċriev; il-mogħoż, l-iżjed annimali mpitter spiss; iċ-ċingjali; il-bhejjem tal-ifrat, li spiss diffiċli jiġu interpretati; il-barrin spiss jiġu kkaċċjati, iżda oħrajn jaf huma ddomestikati. Hemm tpittir ta' barra li x'aktarx li huwa speċi preistorika estinta ta' barri f'Selva Pascuala; il-klieb, rarament impittra, iżda jidhru qed jgħinu f'xena tal-kaċċa f'Barranc de la Palla. L-annimali jidhru waħedhom jew fi gruppi. Karatteristika kurjuża tar-rappreżentazzjoni tal-annimali hi li ġeneralment ġie mpitter il-profil tagħhom iżda mbagħad bil-qrun u b'riġlejhom fuq quddiem. It-tpittir jaf għandu tifsiriet marbuta mar-reliġjon jew mill-inqas mal-"maġija relatata mal-kaċċa", għalkemm huwa possibbli wkoll li jitqiesu purament bħala ċelebrazzjonijiet ta' stil ta' ħajja, iżda li jinkludu xeni ta' ċerimonji reliġjużi. Pożizzjoni Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi t-tpittir fuq il-blat f'żona mifruxa mill-Pirinej sal-provinċja ta' Granada, li tmiss mat-territorju tal-komunitajiet awtonomi tal-Katalonja, ta' Aragona, ta' Kastilja-La Mancha, Murcia, Valencia u l-Andalusija. Ġie ddikjarat bħala Proprjetà ta' Interess Kulturali fl-1985. It-tpittir normalment jinsab f'postijiet imkennija fuq il-blat (protetti b'xi biċċa blat naturali ħierġa 'l barra) u f'għerien mhux fondi fejn id-dawl tax-xemx jista' jidħol faċilment. Ma kien hemm l-ebda preferenza ċara rigward liema parti mill-post imkenni jew l-għar kien jintuża għat-tpittir; ġieli sar mal-ħitan fl-għoli u ġieli f'għoli medju. Is-siti ma kinux jintużaw bħala abitazzjonijiet, u b'hekk ma fihomx fdalijiet organiċi ta' ħuġġiġiet u depożiti tal-iskart li kieku jkunu ta' għajnuna għad-datazzjoni. Bosta siti huma mżejna ferm b'figuri sovraimposti, filwaqt li oħrajn b'postijiet adattati b'ħafna spazju għat-tpittir ma fihom l-ebda figura. Is-siti spiss jinsabu f'irdumijiet f'widien weqfin li relattivament ma tantx kellhom użu għall-bdiewa, iżda x'aktarx kienu ideali għall-kaċċa, fejn l-annimali setgħu jiġu maħsuda, minsuba u kkaċċjati faċilment mill-kaċċaturi. Inġenerali l-istat ta' konservazzjoni tas-siti huwa mwiegħer. Madankollu, saru diversi inizjattivi fuq livell lokali biex is-siti jiġu protetti. Pereżempju, il-muniċipalità ta' Villar del Humo ddeżinjat park kulturali. Sit ta' Wirt Dinji It-Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran fil-Peniżola Iberika ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Komponenti B'kollox dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinkludi 758 post imkenni fil-blat, għar, jew blat fl-irdumijiet li fihom xi rappreżentazzjoni figurattiva jew disinn ġeometriku (inizjalment kienu inklużi 722 komponent). Il-komponenti huma mqassma kif ġej fost 16-il provinċja f'sitt reġjuni: il-Komunità ta' Valencia: 301 post. il-Provinċja ta' Alicante: 130 post. il-Provinċja ta' Castellón: 102 post. il-Provinċja ta' Valencia: 69 post. Aragona: 132 post. il-Provinċja ta' Teruel: 67 post. il-Provinċja ta' Huesca: 47 post. il-Provinċja ta' Zaragoza: 18-il post. Kastilja-La Mancha: 93 post. il-Provinċja ta' Albacete: 79 post. il-Provinċja ta' Cuenca: 12-il post. il-Provinċja ta' Guadalajara: 2 postijiet. ir-Reġjun ta' Murcia: 72 post. l-Andalusija: 69 post. il-Provinċja ta' Jaén: 42 post. il-Provinċja ta' Almería: 25 post. il-Provinċja ta' Granada: 2 postijiet. Il-Parlament tal-Andalusija fl-2006 approva talba ta' inklużjoni tat-tpittir fuq il-blat tal-Provinċji ta' Málaga u Cádiz fil-lista tas-siti indikattivi. il-Katalonja: 60 post. il-Provinċja ta' Tarragona: 39 post. F'Ulldecona hemm l-ikbar sett ta' tpittir fil-Katalonja. Dan ir-raħal żgħir jospita Ċentru ta' Interpretazzjoni aġġornat għat-tpittir fuq il-blat. il-Provinċja ta' Lleida: 16-il post. il-Provinċja ta' Barċellona: 5 postijiet. Komponenti fl-Andalusija Komponenti fil-Provinċja ta' Almería Komponenti fil-Provinċja ta' Granada Komponenti f'Aragona Komponenti fil-Provinċja ta' Huesca Komponenti fil-Provinċja ta' Teruel Komponenti fil-Provinċja ta' Zaragoza Komponenti f'Kastilja-La Mancha Komponenti fil-Provinċja ta' Albacete Komponenti fil-Provinċja ta' Cuenca Komponenti fil-Provinċja ta' Guadalajara Komponenti fil-Katalonja Komponenti fil-Provinċja ta' Barċellona Komponenti fil-Provinċja ta' Lérida Komponenti fil-Provinċja ta' Tarragona Komponenti fil-Komunità ta' Valencia Komponenti fil-Provinċja ta' Alicante Komponenti fil-Provinċja ta' Castellón Komponenti fil-Provinċja ta' Valencia Komponenti fir-Reġjun ta' Murcia Biblijografija Beltrán Martínez, Antonio, Rock Art of the Spanish Levant, 1982, Cambridge University Press, ISBN 0-521-24568-0, 9780521245685. Nash, George, "Assessing rank and warfare strategy in prehistoric hunter-gatherer society: a study of representational warrior figures in rock-art from the Spanish Levant": M. Parker Pearson & I.J.N. Thorpe (eds.), Warfare, violence and slavery in prehistory: proceedings of a Prehistoric Society conference at Sheffield University, 2005, Archaeopress, ISBN 1-84171-816-5, 9781841718163, Online, l-Università ta' Bristol. Sandars, Nancy K., Prehistoric Art in Europe, Penguin (Pelican, issa Yale, History of Art), 1968 (l-ewwel edizzjoni). Washburn, Sherwood Larned, Social Life Of Early Man, 1962, Routledge (stampat mill-ġdid fl-2004), ISBN 0-415-33041-6, 9780415330411. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Preistorja Spanja
28932
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xog%C4%A7ol%20Arkitettoniku%20ta%27%20Le%20Corbusier
Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier
Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jirrappreżenta kontribut straordinarju għall-Moviment Modern. Jikkonsisti minn sensiela ta' 17-il binja f'diversi pajjiżi ddisinjati mill-arkitett Franċiż-Żvizzeru Le Corbusier. Dawn is-siti juru kif l-arkitettura tal-Moviment Modern ġiet applikata biex twieġeb għall-ħtiġijiet tas-soċjetà u juru l-firxa globali ta' stil u ta' arkitett. Sit ta' Wirt Dinji Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju għall-Moviment Modern, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016. Huwa sit kulturali transnazzjonali b'għadd ta' binjiet f'seba' pajjiżi: l-Arġentina, Franza, l-Indja, l-Iżvizzera, il-Belġju, il-Ġermanja u l-Ġappun. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ". Komponenti Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Arkitettura urbana
28933
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pierre%20de%20Coubertin
Pierre de Coubertin
Charles Pierre de Frédy, Baron de Coubertin (imwieled bħala Pierre de Frédy; twieled fl-1 ta' Jannar 1863 – miet fit-2 ta' Settembru 1937) kien edukatur u storiku Franċiż, li waqqaf il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li tiegħu kien it-tieni president. Hu hu magħruf bħala missier il-Logħob Olimpiku modern u kien promotur tal-introduzzjoni tal-isport fl-iskejjel Franċiżi. Imwieled f'familja aristokratika, hu sar akkademiku u studja numru ta' ħwejjeġ differenti, fosthom l-edukazzjoni u l-istorja. Iggradwa bi grad fil-liġi u l-affarijiet pubbliċi mill-Istitut tal-Istudji Poliċi ta' Pariġi (Sciences Po). Kien fis-Sciences Po li ġietlu l-idea li jerġa' jqajjem il-Logħob Olimpiku. Il-midalja Pierre de Coubertin hija unur li tingħata mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għal min juri l-ispirtu sportiv waqt l-Olimpjadi. It-tfulija u żgħożija Pierre de Frédy twieled f'Pariġi fl-1 ta' Jannar 1863 bħala r-raba' wild tal-Baruni Charles Louis de Frédy, Baron de Coubertin u Marie-Marcelle Gigault de Crisenoy. Missieru kien realista u pittur ta' fama li l-pitturi tiegħu kienu jidhru u jingħataw bħala premjijiet fis-salon Pariġin. Il-pitturi tiegħu kienu fuq temi ekkleżjastiċi, speċifikament il-Knisja Kattolika, klassiċiżmu u n-nobbiltà, li għalih kienu fost l-aktar affarijiet importanti f'ħajtu. F'awtobijografija nofsha fittizja ta' Coubertin stess bl-isem ta' Le Roman d'un rallié, hu jiddeskrivi kif ir-relazzjoni ma' ommu u missieru bdiet tmur lura fit-tfulija u l-adoloxxenza tiegħu. Coubertin trabba fi żmien ta' bidla għal Franza: telfa fil-Gwerra Frank-Prussjana, il-Komun ta' Pariġi u t-twaqqif tal-Tielet Repubblika Franċiża. Minkejja dawn l-avvenimenti li kienu l-isfond tat-tfulija tiegħu, l-esperjenzi fl-iskola kienu formattivi wkoll. F'Ottubru tal-1874, il-ġenituri tiegħu kitbuh għal skolja tal-Ġiżwiti ġdida msemmija Externat de la rue de Vienne, li kienet għadha qed tinbena fl-ewwel ħames snin tiegħu hemmhekk. Fl-iskola kien fost l-aqwa tliet studenti tal-klassi, li jissuġġerixxi li minkejja r-ribelljoni li kien juri d-dar, Coubertin adotta sewwa r-regoli stretti tal-edukazzjoni Ġiżwita. Bħala persuna aristokratika, Coubertin kellu numru ta' toroq fejn seta' jimraħ u hu għażel li jsegwi karriera ta' intellettwali, bl-iskop li jistudja u jikteb fuq numru vast ta' suġġetti fosthom l-edukazzjoni, l-istorja, il-letteratura u s-soċjoloġija. Biblijografija Referenzi Ħoloq esterni Il-Kumitat Internazzjonali Pierre de Coubertin (CIPC) Diskors ta' Pierre de Coubertin f'Sorbonne tat-tħabbir tal-bidu mill-ġdid tal-Logħob Olimpiku (awdjo) Twieldu fl-1863 Mietu fl-1937 Storiċi Franċiżi Presidenti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali
28934
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bergpark%20Wilhelmsh%C3%B6he
Bergpark Wilhelmshöhe
Il-Bergpark Wilhelmshöhe huwa park pajsaġġistiku f'Kassel, il-Ġermanja. L-erja tal-park hija 2.4 kilometri kwadri (590 akru), u b'hekk huwa l-ikbar park Ewropew f'għolja, u t-tieni l-ikbar park f'għolja fid-dinja. Il-kostruzzjoni tal-Bergpark, litterlament "park tal-għolja", bdiet fl-1689 taħt il-patroċinju tal-Landgravji ta' Hesse-Kassel u damet madwar 150 sena. Il-park huwa miftuħ għall-pubbliku u fl-2013 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Ġeografija Pożizzjoni Bad Wilhelmshöhe, Stadtteil ta' Kassel fit-Tramuntana ta' Hesse, jinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt taħt l-għoljiet ta' Habichtswald. Huwa magħruf ukoll għall-istazzjon Kassel-Wilhelmshöhe fil-linja ferrovjarja ta' veloċità għolja Hanover–Würzburg. Storja Oriġinarjament il-park kien ġie stabbilit bl-istil Barokk tal-ġonna Taljani u tal-ġonna formali Franċiżi, b'karatteristiċi tal-ilma jnixxu 'l isfel bħala kaskati sal-Palazz ta' Wilhelmshöhe (bil-Ġermaniż: Schloss Wilhelmshöhe), u iktar 'il quddiem ġie rranġat mill-ġdid fi ġnien pajsaġġistiku Ingliż. Fl-1143, il-Kanoniċi Regolari minn Mainz stabbilew il-Monasteru ta' Weißenstein fis-sit fejn illum il-ġurnata hemm il-Palazz ta' Wilhelmshöhe, u dan tneħħa matul ir-Riformazzjoni Protestanta. Il-Landgravju Filippu I ta' Hesse uża l-binjiet li kien għad fadal bħala loġġa tal-kaċċa, fil-biċċa l-kbira rikostruwità mid-dixxendent tiegħu Maurice ta' Hesse-Kassel bejn l-1606 u l-1610. 1696-1806 Il-Bergpark inbena bħala park Barokk taħt il-Landgravju Karlu I ta' Hesse-Kassel. Fl-1701, l-arkitett Taljan Giovanni Francesco Guerniero beda l-kostruzzjoni tal-monument ta' Erkole u l-kaskati ġganteski. Fl-1785, Wilhelm IX, il-Landgravju ta' Hesse, beda estensjoni kbira tal-park, u fis-sena ta' wara, l-arkitett tiegħu Simon Louis du Ry, iddisinja l-palazz Neoklassiku ta' Wilhelmshöhe. Sadanittant, l-ideali pajsaġġistiċi nbidlu mill-Barokk Franċiż għall-ġnien Ingliż. Matul l-estensjoni u l-modifiki li saru, Heinrich Christoph Jussow, apparti li kkontribwixxa bid-disinn tal-palazz, ħoloq kostruzzjonijiet li għadhom jikkaratterizzaw il-park sa llum il-ġurnata: fdalijiet artifiċjali bħal-Löwenburg (il-Kastell tal-Iljun) u l-akkwedott Ruman, kif ukoll estensjonijiet tal-ġnien tal-ilma bħal-lag, il-vaska bil-funtana u t-Teufelsbrücke (il-Pont tax-Xitan) flimkien mal-Höllenteich (il-Vaska tal-Infern). Fl-1793, Karl Steinhöfer żied il-Kaskata ta' Steinhöfer fil-ġnien tal-ilma. 1806-1866 Kassel saret il-belt kapitali tar-Renju l-ġdid ta' Westfalen, stat vassall ta' Franza, immexxi minn ħu Napuljun, Jérôme Bonaparte. Huwa kellu l-qorti rjali fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe (li beda jissejjaħ Napoleonshöhe, il-Palazz ta' Napuljun) sal-1813, wara t-telfa li ġarrab Napuljun u l-istabbiliment mill-ġdid tal-elettorat. Iċ-Ċambellan Ewlieni tar-Re u l-gvernatur ta' Napoleonshöhe kien il-Konti Heinrich von Blumenthal. Fl-1826, William II, Elettur ta' Hesse ordna l-aħħar kostruzzjoni kbira tal-Bergpark Wilhelmshöhe, il-grosser Wasserfall (il-Kaskata l-Kbira). 1866-1918 Peress li żamm mal-Awstrija fil-Gwerra bejn l-Awstrija u l-Prussja għas-supremazija fil-Ġermanja, il-prinċipat ġie anness mir-Renju tal-Prussja fl-1866. L-amministrazjoni Prussjana għaqdet lil Nassau, Frankfurt u Hesse-Kassel fil-provinċja l-ġdida ta' Hesse-Nassau. Kassel ma baqgħetx residenza tal-prinċpijiet iktar u d-dinastija tal-ħallieqa tal-park intemmet. Fl-1870, wara l-Battalja ta' Sedan, l-Imperatur Franċiż Napuljun III ntbagħat bħala priġunier fil-Palazz ta' Schloss Wilhelmshöhe qabel ma ntbagħat f'eżilju fir-Renju Unit. Mill-1899, l-Imperatur Ġermaniż Wilhelm II, li kien mar l-iskola f'Kassel, għażel il-Palazz ta' Wilhelmshöhe bħala r-residenza tas-sajf tiegħu, u b'hekk il-palazz u l-park saru ċentru tal-politika Ewropea għaż-żewġ deċennji ta' wara. Wara l-armistizju li temm l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Oberste Heeresleitung immexxi minn Paul von Hindenburg organizza u wassal għall-irtirar u d-demobilizzazzjoni tat-truppi Ġermaniżi minn Kassel minn Novembru 1918 sa Frar 1919. Sekli 20 u 21 Il-Palazz ta' Wilhelmshöhe ġarrab ħsarat mill-bumbardamenti tal-Alleati fit-Tieni Gwerra Dinjija. Mill-1968 sal-1974, inbena mill-ġdid bħala mużew tal-arti. Jospita kollezzjoni ta' wallpapers, kollezzjoni ta' antikitajiet Griegi-Rumani, u gallerija ta' pitturi tal-Artisti l-Kbar l-Antiki. Il-kollezzjoni tiffoka fuq is-sekli 16 u 17, b'kapulavuri ta' pitturi Ġermaniżi, Taljani, Franċiżi u Spanjoli. Il-mużew għandu wkoll it-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' pitturi ta' Rembrandt fil-Ġermanja. Il-pittura famuża ta' Rembrandt Saskia u r-Raġel tal-Kappell Wiesa ta' Frans Hals huma fost l-iktar magħrufin. Fl-1972, il-Kanċillier tal-Ġermanja tal-Punent Willy Brandt u l-Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża Willi Stoph iltaqgħu fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe għan-negozjati bejn iż-żewġ stati Ġermaniżi. Ma saret l-ebda estensjoni fil-park matul is-seklu 20. Min-naħa l-oħra, fis-seklu 21 saru rinnovazzjonijiet estensivi tal-monument ta' Erkole u tal-kaskati. Deskrizzjoni Il-park jinkludi erja ta' madwar 2.4 kilometri kwadri (0.93 mili kwadri), u jibqa' sejjer sal-għolja ta' Karlsberg bil-monument ta' Erkole fil-quċċata tagħha f'għoli ta' 526.2 metru (1,726 pied). Erkole L-Erkole ta' Kassel hija statwa tar-ram tas-semialla tal-Greċja Antika Erakle jew Erkole. Din hija kopja tal-istatwa tas-seklu 3 ta' Erkole tal-Palazz Farnese f'Ruma, l-Italja, u nħolqot minn Johann Jacob Anthoni, arġentier (tad-deheb) minn Augsburg. Sit ta' Wirt Dinji Il-Bergpark Wilhelmshöhe huwa amministrat mill-Istat ta' Hesse u huwa affiljat man-Network tal-Wirt tal-Ġonna Ewropej mill-2009. Fit-23 ta' Ġunju 2013 ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sessjoni li saret fi Phnom Penh, il-Kambodja. Il-park jagħmel parti mill-Museumslandschaft Hessen Kassel. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Evalwazzjoni L-istoriku tal-arti Georg Dehio (1850-1932), l-ispiratur tad-dixxiplina moderna tal-preservazzjoni storika, iddeskriva l-park bħala "x'aktarx l-iżjed kombinament grandjuż ta' pajsaġġ u ta' arkitettura li l-Barokk qatt azzarda fi kwalunkwe post" ("vielleicht das Grandioseste, was irgendwo der Barock in Verbindung von Architektur und Landschaft gewagt hat"). Biblijografija Giovanni Francesco Guerniero, Delineatio Montis, Kassel, 1706. Paul Heidelbach, Die Geschichte der Wilhelmshöhe. Klinkhardt & Biermann, Leipzig, 1909. Horst Becker und Michael Karkosch, Park Wilhelmshöhe, Parkpflegewerk, Bad Homburg u Regensburg, 2007, ISBN 978-3-7954-1901-1. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, ComputerWorks AG und Michael Karkosch, Kassel-Wilhelmshöhe, Gartendenkmalpflegerische Zielplanung mit VectorWorks Landschaft, Lörrach, 2007. Bernd Modrow und Claudia Gröschel, Fürstliches Vergnügen, 400 Jahre Gartenkultur in Hessen, Verlag Schnell und Steiner, Bad Homburg u Regensburg, 2002, ISBN 3-7954-1487-3. Michael Karkosch, Zeitreise in die Jahrhundertwende, Der Kaiserpark Wilhelmshöhe in Kassel, in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 28f. Dunja Richter, Der Duft der großen weiten Welt, Wilhelminische Pflanzenhausarchitektur in Kassel, in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 30. Michael Karkosch, Zurückgelassen in der Heimat, Erdmann – Lieblingsteckel Seiner Majestät, in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg 2008, p. 35. Siegfried Hoß, Kaiserliche Farbenpracht – neu entfacht!, in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 42. Marianne Bolbach, Geschichte und soziale Bedeutung des Bergparks Wilhelmshöhe, Kassel, 1988. Paul Heidelbach, Die Geschichte der Wilhelmshöhe, Leipzig 1909, Nachdruck, hrsg. v. Dieter Carl, Vellmar, 2005. Alfred Hoffmann und Herrmann Mielke. Kassel – Schlosspark Wilhelmshöhe – Bäume und Sträucher, hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 1994. Jutta Korsmeier, Wasserkünste im Schlosspark Wilhelmshöhe, hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg u Regensburg, 2000, ISBN 3-7954-1287-0. Helmut Sander, Das Herkules-Bauwerk in Kassel-Wilhelmshöhe'', Kassel, 1981. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ġonna Ġermanja
28935
https://mt.wikipedia.org/wiki/Siti%20Arkeolo%C4%A1i%C4%8Bi%20ta%27%20Bat%2C%20Al-Khutm%20u%20Al-Ayn
Siti Arkeoloġiċi ta' Bat, Al-Khutm u Al-Ayn
Is-Siti Arkeoloġiċi ta' Bat, Al-Khutm u Al-Ayn huma grupp ta' nekropoli mit-3000 Q.K. li jinsabu qrib oażi tas-siġar tal-palm fuq in-naħa ta' ġewwa tal-Oman. Dawn it-tliet siti arkeoloġiċi tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988. Preistorja u storja Mill-istudji li saru f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena, intweriet l-eżistenza ta' għadd ta' insedjamenti umani bejn il-Golf tal-Persja u l-Golf tal-Oman. Sit Arkeoloġiku ta' Bat Is-sit arkeoloġiku ta' Bat jinsab fi ħdan oażi tas-siġar tal-palm. Għall-ħabta tat-3000 Q.K., kien hemm kummerċ intensiv tar-ram (estratt lokalment) u tal-ġebel (x'aktarx id-diorit) mas-Sumeri. In-nekropoli tikkonsisti minn 100 qabar u binjiet ċirkolari, kull waħda b'dijametru ta' madwar 20 metru (66 pied). Dawn il-binjiet ma għandhom fetħiet ta' aċċess fuq barra, għaldaqstant apparti l-possibbiltà tal-funzjoni ritwalistika tagħhom, jaf intużaw ukoll bħala mħażen jew silos. Il-funzjoni preċiża għadha mhux magħrufa fiċ-ċert. Fl-1972, l-iskavi mwettqa minn tim Daniż immexxi minn Karen Frifelt urew li l-inħawi ilhom abitati b'mod kontinwu għal 4,000 sena. Dan is-sit arkeoloġiku jinsab qrib it-triq bejn Amlah u Ad Dreez fid-direzzjoni ta' Ibri u apparti l-oqbra fih ukoll diversi torrijiet fl-inħawi magħrufa bħala ta' Qasr A'Rojoom. Hemmhekk wieħed isib struttura b'għamla ta' niċċa fid-deżert li nbniet minn blokok monolitiċi tal-ġebel li tospita 13-il kompartiment żgħir u bir fiċ-ċentru tat-torri. Ħafna mill-oqbra huma biss fdalijiet fi stat ta' borġ ġebel iżda għad hemm uħud mill-oqbra li għadhom f'kundizzjoni tajba u s-saff ta' barra tagħhom huwa magħmul mill-ġebla tal-ġir. L-għamla tonda iżda pjuttost ċatta ta' dawn l-oqbra hija simili ħafna għall-oqbra fil-Park Arkeoloġiku ta' Hili f'Al Ain, Abu Dhabi, li huwa Sit ta' Wirt Dinji ieħor tal-UNESCO fl-Emirati Għarab Magħquda. Sit Arkeoloġiku ta' Al-Khutm Is-sit arkeoloġiku ta' Al-Khutm jikkonsisti mill-fdalijiet ta' forti tal-ġebel u ta' oqbra ċirkolari b'dijametru ta' 20 metru (66 pied). Il-fdalijiet jinsabu madwar żewġ kilometri (1.2 mili) fil-Punent tas-sit arkeoloġiku ta' Bat f'oażi tas-siġar tal-palm biswit il-villaġġ ta' Al Wahrah. L-iskavi f'dan is-sit għadhom għaddejjin u qed jinbena wkoll ċentru għall-viżitaturi. Sit Arkeoloġiku ta' Al-Ayn Is-sit arkeoloġiku ta' Al-Ayn huwa nekropoli żgħir iżda huwa l-iżjed wieħed ippreservat u f'kundizzjoni tajba mit-tliet siti arkeoloġiċi. Jinsab madwar 22 kilometru (14-il mil) fix-Xlokk tas-sit arkeoloġiku ta' Bat u wieħed jaċċessa s-sit tul it-triq sekondarja bejn Amlah u Wadi Al-Ayn li tofroq mill-awtostrada 21. Il-muntanja ta' Jebel Misht tagħmilha ta' sfond għal ringiela ta' 21 qabar b'għamla qisha ta' girna ta' Malta jew taċ-ċelel fil-quċċata ta' Skellig Michael, l-Irlanda. Il-blat ċatt miekul bl-erożjoni quddiem l-oqbra ntuża għall-kostruzzjoni ta' dawn l-istrutturi. Il-pożizzjoni prominenti tagħhom fil-quċċata ta' għolja tirrappreżenta l-importanza li kellhom għas-soċjetà tal-madwar. L-oqbra jmorru lura għat-3000-4000 Q.K. u kull qabar intuża għal perjodu ta' bosta deċennji u għal diversi individwi. Apparti l-funzjoni funebri, l-arkeologi għadhom qed jinvestigaw il-fdalijiet u joħorġu b'teoriji differenti dwar il-possibbiltà ta' funzjonijiet oħra li seta' kellhom iktar 'il quddiem. Fosthom hemm l-użu possibbli bħala markaturi territorjali, x'aktarx bħala punti fissi biex jiġi kkalkulat il-moviment tal-kwiekeb fis-sema meta mqabbel mal-markaturi, iżda anke bħala siti ta' pellegrinaġġ u postijiet ta' rifuġju għall-abitanti ta' insedjamenti fil-qrib. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' struttura ċirkolari b'ħitan għoljin li jagħmluha diffiċli biex wieħed jixxabbat magħhom u jitla' fuqhom jaf ispira wkoll it-torrijiet ċirkolari fis-sit arkeoloġiku ta' Al-Khutm kif ukoll fil-biċċa l-kbira tal-fortijiet madwar Nizwa. Sit ta' Wirt Dinji Is-Siti Arkeoloġiċi ta' Bat, Al-Khutm u Al-Ayn ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Konservazzjoni Is-siti ma ġewx soġġetti għal wisq restawr jew tipi oħra ta' konservazzjoni qabel il-protezzjoni pprovduta mill-UNESCO, għaldaqstant l-unika protezzjoni li kellhom kienet bis-saħħa ta' kemm kienu iżolati. Wieħed mill-iżjed perikli għall-preservazzjoni u għall-konservazzjoni tas-sit ġej min-nies li jgħixu fl-inħawi u li xi kultant jieħdu ġebel mis-siti arkeoloġiċi bħala materjal għall-kostruzzjoni. Żvilupp F'Settembru 2021 tlestiet awtostrada bejn l-Oman u l-Arabja Sawdija, li tgħaddi qrib il-villaġġi fl-inħawi ta' dawn is-siti arkeoloġiċi. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Oman Oqbra
28937
https://mt.wikipedia.org/wiki/Home%20Nations
Home Nations
Il-Home Nations huwa terminu wżat fir-Renju Unit li jirreferi għall-erba' nazzjonijiet kostitwenti li jiffurmaw parti mill-pajjiż bħala entitajiet separati u distinti. F'xi okkażjonijiet tintuża Home Countries minflok Home Nations. Il-Home Nations huma l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales. L-istampa Brittanika tuża' b'mod frekwenti t-terminu Home Nations sabiex tinkludi l-gżira sħiħa tal-Irlanda, speċjalment waqt avvenimenti sportivi fejn din hija rappreżentata waħedha, bħar-rugby, minkejja li r-Repubblika tal-Irlanda ma tagħmilx parti mir-Renju Unit. Ir-Repubblika tal-Irlanda għandha konnessjoni waħdieni mal-isport Brittaniku: l-avvenimenti sportivi Irlandiżi huma mxandra kostantement mill-istazzjonijiet televiżivi Britanniċi u l-istess tagħmel il-midja Irlandiża għall-Premiership Rugby u l-Premier League. Sport It-terminu Home Nations huwa wżat f'avvenimenti sportivi li kull nazzjon Brittaniku huwa preżenti, bħas-Six Nations tar-rugby union jew fil-British Home Championship tal-futbol. Bejn l-1883 u l-1909, is-Six Nations kien isir bejn l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Iskozja u Wales u kien magħruf bħala l-Home Nations Championship. Sussegwentament, Franza u l-Italja daħlu jagħmlu parti fl-1932 u l-2000 rispettivament. Minkejja li fl-1922 l-Irlanda kienet maqsuma fi tnejn (l-Irlanda ta' Fuq u l-Istat Ħieles tal-Irlanda, li fl-1949 saret ir-Repubblika tal-Irlanda) tim wieħed baqa' jieħu sehem. Fil-futbol, il-British Home Championship kienet kompetizzjoni ta' kull sena bejn l-erba' rappreżentanti Britanniċi tal-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda (aktar tard l-Irlanda ta' Fuq). Dan it-turnew sar bejn l-1884 u l-1914, l-1919 u l-1939 u l-1946 u l-1984. Sports oħrajn jużaw id-definizzjoni tal-Home Nations bħall-boksing, il-krikit, il-curling, iċ-ċikliżmu, sport għal nies b'diżabilità, l-iskerma, il-hockey, il-golf, il-qdif, ir-rugby league, l-iskijjar, l-għawm u t-tennis. It-terminu jintuża wkoll biex jindika s-seba' rappreżentanti tal-gżejjer Brittaniċi fil-Logħob tal-Commonwealth – l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja, Wales, l-Isle of Man, Jersey u Gurnsey. Referenzi Renju Unit
28938
https://mt.wikipedia.org/wiki/Estadio%20Pocitos
Estadio Pocitos
Estadio Pocitos kien stadju fid-distrett ta' Pocitos, f'Montevideo, l-Urugwaj. L-istadju kellu użu għall-ħafna għanijiet, però prinċipalment kien jintuża għal-logħbiet tal-futbol bejn l-1921 u l-1933. Dan ġie mwaqqa' aktar tard fis-snin tletin minħabba li l-klabb ta' Peñarol, li kien sidu, beda jilgħab fl-Estadio Centenario u l-belt ta' Montevideo bdiet tiżdied fl-urbanizzazzjoni. Storja L-istadju ġie inawgurat uffiċjalment fis-6 ta' Novembru 1921 f'logħba ta' ħbiberija bejn Peñarol u l-Arġentini ta' River Plate li ntemmet fi dro ta' 1–1. Il-pjan oriġinali kien li l-impjant jiġi inawgurat b'logħba bejn Peñarol u Nacional, imma minħabba r-relazzjonijiet ta' tensjoni bejn iż-żewġ klabbs, logħba oħra ġiet irranġata. Minkejja l-kapaċità mnaqqsa, l-Estadio Pocitos ospita fih żewġ logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tal-1930. Oriġinarjament, il-logħbiet kollha kellhom jintlagħbu fl-Estadio Centenario, però x-xogħlijiet kienu għadhom qed isiru fuq dan tal-aħħar minħabba dewmien kawża ta' maltemp u tlesta bl-eżatt mad-debutt tal-Urugwaj fil-kompetizzjoni fit-18 ta' Lulju. Fit-13 ta' Lulju fetaħ is-siparju għall-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja bejn Franza u l-Messiku. Fid-dsatax-il minuta, il-Franċiż Lucien Laurent skorja l-ewwel gowl fl-istorja tal-kompetizzjoni fir-rebħa ta' 4–1. L-għada, l-istadju ospita l-logħba bejn ir-Rumanija u l-Perù, fejn ir-Rumeni rebħu 3–1. Sal-1933, l-Estadio Pocitos baqa' wżat minn Peñarol għal-logħbiet tal-kampjonat. Iktar tard f'dik is-sena, il-klabb mexa għall-Estadio Centenario. Il-grawnd ġie mwaqqa fl-1940 biex iħalli spazju għal toroq u palazzi ġodda tal-viċinat ta' Montevideo. Bejn l-2002 u l-2006, l-arkitett Urugwajan Héctor Benech ħa l-isfida li jinvestiga u jsib il-post eżatt fejn ġie skorjat l-ewwel gowl tat-Tazza tad-Dinja. Mingħajr rekords uffiċjali, hu sab ritratt mill-ajru tal-1926 fl-arkivji tal-Muniċipalità ta' Montevideo, u b'hekk kien possibbli li jidentifika l-post fil-grawnd fejn seħħ dan l-avveniment storiku. Din l-iskoperta saret pubblika fil-Mużew tal-Futbol Urugwajan f'Ġunju tal-2006. Fil-calle Coronel Alegre, qrib l-intersezzjoni ma' calle Charrúa, ittella' monument li jfakkar dan l-avveniment fil-post fejn kien in-nofs tal-grawnd tal-futbol. Referenzi Stadji tal-futbol
28939
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jos%C3%A9%20Nasazzi
José Nasazzi
José Nasazzi Yarza (twieled fl-24 ta' Marzu 1901 – miet fis-17 ta' Ġunju 1968) kien plejer tal-futbol Urugwajan li kien jilgħab bħala difensur. Hu kien il-kaptan tat-tim nazzjonali li rebaħ l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja. Bijografija Bidu tal-karriera José Nasazzi twieled nhar l-24 ta' Marzu 1901, iben Jacinta Yarza, Urugwajana b'oriġini Baski Spanjoli, u Giuseppe Nasazzi, emigrant Taljan oriġinarjament mil-Lombardija. Ta' seba' snin miet missieru u l-familja mxiet lejn il-viċinanzi ta' Bella Vista. Hemmhekk studja fi skola Sależjana fejn ġie introdott għal-logħba tal-futbol. Wara li telaq mill-iskola, hu sab xogħol fil-Compañía de Materiales de Construcción fejn kien jaħdem fl-irħam. Hu baqa' jipprattika l-futbol fejn ingħaqad ma' Centro Atlético Lito fl-1918, ftit żmien wara li twaqqaf il-klabb. Huma rebħu l-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni (Divisional Extra) fl-1919 u dak tat-Tieni Diviżjoni (Divisional Intermedia) fl-1920. F'Ottubru tal-1920, il-Club Atlético Bella Vista ġie maħluq fil-viċinanzi fejn trabba José Nasazzi u dan tal-aħħar ried jissieħeb magħhom. L-amministrazzjoni ta' CA Lito irrifjutat li tħallih jitlaq u għal din ir-raġuni kellu jagħmel sena ma' klabb f'kampjonat minuri, CA Rolando Moor fil-Liga Nacional, qabel ma kien ħieles li jitlaq mill-klabb. Bella Vista Bħal CA Lito sentejn qabel, CA Bella Vista kienu rebħu d-Divisional Extra fl-1921 u Nasazzi ġie magħhom meta kienu għadhom kif ġew promossi għad-Divisional Intermedia. Hu kien jilgħab b'mod regulari bħala attakkant jew difensur ċentrali. Il-Papales, kif kienu msejħa l-plejers tal-klabb minħabba l-kuluri bojod u sofor tagħhom, rebħu l-kampjonat u ġew promossi għall-Primera División, l-ogħla livell tal-futbol Urugwajan. Nasazzi skorja l-ewwel gowl ta' Bella Vista fl-ogħla diviżjoni fl-1923. Bella Vista spiċċaw it-tielet fil-kampjonat u fl-1924 temmew it-tieni, żewġ punti biss taħt iċ-ċampjins Nacional b'sittax-il rebħa u telfa waħda minn 22 logħba. Il-gvern Urugwajan issospenda l-kompetizzjonijiet domestiċi fl-1925 sabiex jipperswadi r-riżoluzzjoni tal-kunflitt li kien inqala' meta Peñarol kienu ġew esklużi milli jikkompetu, u dawn tal-aħħar kien waqqfu federazzjoni u kampjonat separat. Nacional ħadu l-opportunità ta' dan il-waqfien biex jorganizzaw xi logħob fl-Ewropa għal perjodu ta' ħames xhur. Minħabba li Pedro Petrone kien weġġa' serjament u l-akkwist il-ġdid José Andrade, ukoll minn Bella Vista, ma kienx disponibbli għal xahrejn, Nacional ftehmu ma' Bella Vista għas-self ta' Nasazzi. Magħhom lagħab kemm fid-difiża kif ukoll f'pożizzjonijiet avvanzati u ħalla rendiment ta' disa' gowls fi sbatax-il logħba. Il-kompetizzjonijiet uffiċjali fl-Urugwaj irritornaw fl-1927. Nasazzi, li kien irritorna ma' Bella Vista wara l-esperjenza ma' Nacional, irnexxielu jwassal lit-tim biss sa nofs il-klassifika fl-istaġuni ta' wara, hekk kif il-kampjonat beda jiġi ddominat miż-żewġ klabbs il-kbar tal-Urugwaj ta' Nacional u Peñarol. Rikonoxximent mat-tim nazzjonali Il-kwalitajiet li wera Nasazzi ma' Bella Vista laqqtu l-għajn ta' Leonardo De Lucca, kowċ tat-tim nazzjonali tal-Urugwaj. Hu ġie mgħajjat f'Ottubru tal-1923 fl-okkażjoni tal-Kampjonat Sud-Amerikan li sar fl-Urugwaj stess. Nasazzi ifforma koppja difensiva ma' Fermín Uriarte, plejer ta' CA Lito, u lagħab it-tliet logħbiet tal-Urugwaj li rriżultaw għalih fir-rebħ tal-ewwel titlu internazzjonali. Fi tmiem il-kampjonat, hu ġie innominat bħala l-aqwa plejer. Ir-rebħ tat-titlu wassal biex l-Urugwaj jirrappreżentaw lill-Amerika t'Isfel fil-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-1924 f'Pariġi, l-ewwel kompetizzjoni uffiċjali internazzjonali li qatt laqqgħet timijiet nazzjonali Ewropej u Amerikani. Sabiex jieħu sehem fil-kompetizzjoni, Nasazzi ħalla xogħlu fil-kumpanija tal-irħam. Mal-wasla tagħhom fil-belt Pariġina, La Celeste ħallew impressjoni kbira fejn rebħu l-ħames logħbiet tagħhom u skorja għoxrin gowl u sofrew żewġ gowls biss. Nasazzi lagħab il-logħbiet kollha bħala kaptan b'Pedro Arispe jieħu post Uriarte biswit Nasazzi fil-qalba tad-difiża. Mar-ritorn tagħhom mill-esperjenza Ewropea, f'Ottubru tal-1924, l-Urugwaj ħadu sehem mill-ġdid f'edizzjoni oħra tal-Kampjonat Sud-Amerikan. Nasazzi lagħab it-tliet logħbiet u għal darb'oħra l-Urugwaj irnexxielhom jiddefendu it-titlu mirbuħ fl-edizzjoni preċedenti tas-sena ta' qabel. Minħabba s-sospensjoni fuq il-futbol Urugwajan, it-tim nazzjonali reġa' ħa sehem f'din il-kompetizzjoni fl-edizzjoni tal-1926. Nasazzi, li kien għadu pedina importanti mal-ewwel ħdax u kaptan tat-tim, lagħab l-erba' logħbiet u għen biex jikseb titlu ieħor kontinentali. Għat-turnew tal-1927, Nasazzi naqas milli jagħmel il-vjaġġ lejn il-Perù u postu ħadu minn Adhemar Canavesi. L-Urugwaj tilfu l-kompetizzjoni b'telfa fil-logħba deċiżiva kontra l-Arġentina b'riżultat ta' 3–2, fejn Canavesi kellu jkun l-awtur tal-awtogowl li wassal għal din it-telfa. Wara din id-delużjoni, l-Urugwaj ħadu sehem fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928 li saru ġewwa Amsterdam, fin-Netherlands. Wara rebħa diffiċli kontra l-ospitu tan-Netherlands, fit-tieni logħba kontra l-Ġermanja, l-Urugwaj rebħu bl-iskor ta' 4–1. Madanakollu, lejn tmiem il-logħba, l-attakkant Ġermaniż Richard Hofmann u Nasazzi tlewmu bejniethom u r-referì keċċa lit-tnejn li huma. Minkejja li ma kienx hemm regola għaliha, l-Assoċjazzjoni Urugwajana għażlet li tissospendi lil Nasazzi għal-logħba ta' wara. Canavesi ħa postu u Arispe libes il-faxxa ta' kaptan għas-semifinali kontra l-Italja. L-Urugwaj batew mhux ftit biex rebħu 3–2 u Nasazzi reġa' sab postu mal-ewwel ħdax għall-finali kontra r-rivali tal-Arġentina. Wara li l-ewwel logħba spiċċat fi dro ta' 1–1, kellha tiġi organizzata logħba oħra tliet ijiem wara. L-Urugwaj biddlu nofs it-tim u l-freskezza fil-plejers dehret hekk kif huma rebħu l-logħba deċiżiva 2–1. L-Urugwaj u l-Arġentina reġa' affaċjaw ruħhom fil-Campeonato Sudamericano tal-1929, organizzat din id-darba fl-Arġentina. Mingħajr Nasazzi, l-Urugwaj tilfu l-ewwel logħba kontra l-Paragwaj u r-ritorn tiegħu għal-logħba kontra l-Arġentina ma kienx biżżejjed hekk kif l-Arġentina pattew għad-diżappunt fl-Olimpjadi bir-rebħ ta' dan it-titlu kontinentali. It-telfa ta' 2–0 kontra l-Arġentina kienet l-ewwel telfa ta' Nasazzi f'turnew mat-tim nazzjonali, sitt snin wara d-debutt tiegħu. Fis-sajf ta' wara, l-Urugwaj ospitaw l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-indipendenza. Nasazzi baqa' punt fiss fit tim flimkien ma' ħames plejers li miegħu rebħu l-Olimpjadi għal darbtejn: José Andrade, Pedro Cea, Pedro Petrone, Héctor Scarone u Santos Urdinarán. Is-sieħeb difensiv tiegħu Arispe kien irtira mil-logħba u postu ħadu ż-żgħażugħ Ernesto Mascheroni. Bin-nuqqas ta' bosta timijiet rinomati Ewropej, l-Urugwaj u l-Arġentina reġgħu ħabtuha ma' xulxin fil-finali tal-Estadio Centenario. Il-finali kienet ta' importanza kbira għall-Urugwaj u Nasazzi enfasizza dan il-punt meta lill-iskwadra tenna: "Jekk ma nirbħux illum, aħna mejtin". Fl-ewwel taqsima, il-kaptan wettaq żball fuq tqassima twila ta' Luis Monti li witta t-triq għal Guillermo Stábile biex jiskorja t-tmien gowl personali fil-kompetizzjoni. Quddiem 70,000 spettatur, minkejja li daħlu għall-mistrieħ 2–1 minn taħt, l-Urugwajani għamlu rimonta fit-tieni taqsima biex rebħu 4–2. Għalkemm ma kienx fost il-lista tal-iskorers, Nasazzi ħalla impressjoni bil-mod kif mexxa lil sħabu. B'differenza tal-edizzjonijiet suċċessivi tat-Tazza tad-Dinja, Nasazzi bħala kaptan tat-tim rebbieħ ma kellux l-opportunità li jirċievi t-trofew u minflok dan ingħata lill-president tal-Assoċjazzjoni Urugwajana. Wara t-Tazza tad-Dinja tal-1930, l-Arġentina irrifjutaw li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet uffiċjali oħra mal-Urugwaj u għalhekk il-Kampjonat Sud-Amerikan ġie sospiż. Minbarra hekk, l-Urugwaj irrifjutaw li jidħlu jiddefendu t-titlu fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 li saret fl-Italja bi protesta għan-nuqqas ta' Ewropej li wrew interess fl-edizzjoni preċedenti. Nasazzi ħa sehem fl-aħħar kompetizzjoni internazzjonali, il-Campeonato Sudamericano tal-1935. B'Mascheroni jilgħab l-Italja, il-koppja difensiva tal-Urugwaj kienet magħmula minn Nasazzi u Agenor Muñiz. Nasazzi lagħab it-tliet logħbiet u rebaħ ir-raba' titlu kontinentali. Fl-età ta' 34 sena ġie magħżul għat-tieni darba bħala l-plejer tat-turnew. L-aħħar logħba ta' Nasazzi mat-tim nazzjonali kienet l-erbgħin waħda tiegħu u seħħet f'Settembru tal-1936 kontra l-Arġentina, avversarju li kontrihom lagħab tmintax-il darba. Club Nacional F'April tal-1932, l-Urugwaj adottaw il-professjonaliżmu b'mod uffiċjali. Għaxar klabbs ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-kampjonat il-ġdid li kien mingħajr sistema ta' relegazzjoni. Fl-1933, Nasazzi tħalla ingħaqad ma' Club Nacional, li f'dak iż-żmien kienu l-aktar klabb titolat fil-pajjiż. Fl-ewwel staġun, fl-1933, Nacional u Peñarol temmew l-istaġun bl-istess punti wara 27 logħba. Logħba ta' spareġġ ġiet organizzata f'Mejju tal-1934. Wara sebgħin minuta, Peñarol fetħu l-iskor meta l-ballun ħabat ma' bagalja li kienet barra l-grawnd. Nasazzi lmenta mhux ħażin mar-referì u dan keċċieh flimkien ma' tnejn minn sħabu. Ir-riżultat kien li l-logħba ġiet sospiża b'dan l-avveniment jibqa' mfakkar fl-istorja tal-futbol Urugwajan bħala el gol de la valija. Nasazzi ġie sospiż għal sena mill-Assoċjazzjoni. Il-gowl ġie mħassar xahrejn wara u l-logħba reġgħet intlagħbet fil-25 ta' Awwissu. Din intemmet mingħajr gowls, u wara żewġ finali oħra li saru f'Settembru u Novembru tal-1934, Nacional eventwalment ġew intitolati rebbieħa tal-kampjonat tal-1933, ġimgħat wara r-rebħ tal-kampjonat tal-1934. Is-sospensjoni ta' Nasazzi tneħħiet f'Diċembru tal-1934. Nasazzi lagħab l-aħħar logħba tiegħu ma' Nacional kontra l-klabb ta' qalbu, Bella Vista, fit-2 ta' Mejju 1937 fl-Estadio Centenario. Karatteristiċi tekniċi Nasazzi kien kapaċi jilgħab bħala difensur laterali fuq il-lemin u anke ċentrali. Kien fiżikament b'saħħtu u insormontabbli fl-arja. Sal-lum għadu meqjus bħala fost l-aqwa difensuri li qatt lagħbu l-logħba tal-futbol. Unuri Nacional Primera División: 1933, 1934 Bella Vista Divisional Intermedia: 1922 Urugwaj Tazza tad-Dinja: 1930 Midalja ta-deheb tal-Olimpjadi: 1924, 1928 Campeonato Sudamericano de Football: 1923, 1924, 1926, 1935 Copa Lipton: 1923, 1924, 1927, 1929 Copa Newton: 1929, 1930 Noti Referenzi Ħoloq esterni Twieldu fl-1901 Mietu fl-1968 Futbolers Urugwajani
28940
https://mt.wikipedia.org/wiki/Katidral%20ta%27%20Amiens
Katidral ta' Amiens
Il-Bażilika-Katidral tal-Madonna ta' Amiens (bil-Franċiż: Basilique Cathédrale Notre-Dame d'Amiens), jew sempliċement il-Katidral ta' Amiens, huwa knisja Kattolika Rumana. Il-katidral huwa s-sede tal-Isqof ta' Amiens. Jinsab fuq għolja żgħira fuq ix-xmara Somme f'Amiens, il-belt kapitali amministrattiva tar-reġjun ta' Picardie ta' Franza, madwar 120 kilometru (75 mil) fit-Tramuntana ta' Pariġi. Il-katidral inbena kważi kollu bejn l-1220 u madwar l-1270, perjodu tassew qasir għal katidral Gotiku, u b'hekk għandha unità mhux tas-soltu fl-istil. Il-Katidral ta' Amiens huwa eżempju klassiku tal-istil Gotiku Superjuri tal-arkitettura Gotika. Għandu wkoll xi karatteristiċi tal-istil Rayonnant ta' wara fit-twieqi għoljin imkabbrin tal-kor, li ġew miżjuda f'nofs is-snin 50 tas-seklu 13. Il-bennejja tiegħu ppruvaw jimmassimizzaw id-dimensjonijiet interni sabiex jgħollu il-binja kemm jistgħu u jidħol iktar dawl. B'riżultat ta' dan, il-Katidral ta' Amiens huwa l-ikbar wieħed fi Franza, u fih 200,000 metru kubu, jiġifieri kbir biżżejjed bih ġo fih joqogħdu żewġ katidrali bid-daqs tal-Katidral ta' Notre Dame ta' Pariġi. Il-katidral tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Għalkemm tilef il-biċċa l-kbira tal-ħġieġ ikkulurit oriġinali tiegħu, il-Katidral ta' Amiens huwa rinomat għall-kwalità u għall-kwantità ta' skulturi Gotiċi bikrin tas-seklu 13 fil-faċċata prinċipali tal-Punent u fil-portal tat-transett tan-Nofsinhar, kif ukoll għall-kwantità kbira ta' skulturi polikromatiċi minn perjodi iktar 'il quddiem fuq ġewwa tal-binja. Storja Katidrali bikrin Skont it-tradizzjoni lokali, il-Kristjaneżmu twassal f'Amiens fis-seklu 3 W.K. permezz ta' żewġ martri Kristjani, magħrufa bħala Firmin il-Martri u Firmin il-Kunfessur. San Martin ġie mgħammed f'Amiens fit-334. Il-knisja ġiet maħnuqa mill-invażjonijiet tal-Vandali, u ma reġgħetx irpiljat qabel tmiem is-seklu 5, permezz tal-magħmudija ta' Clovis I fl-498 jew fl-499. L-ewwel Isqof ta' Amiens kien Edibus, li pparteċipa f'Kunsill fil-511. Katidral bikri b'żewġ knejjes iddedikati liż-żewġ Firmini jingħad fid-dokumenti li eżista fis-sit tal-knisja attwali, iżda ma hemm l-ebda evidenza arkeoloġika. Salvius, l-isqof ta' Amiens għall-ħabta tas-600, huwa kkreditat li bena dan il-katidral, iżda l-akkuratezza tal-Ħajja tiegħu hija dubjuża ħafna. In-nar qered iż-żewġ knejjes u l-biċċa l-kbira tar-raħal, u minflok inbena katidral Rumanesk bejn l-1137 u l-1152. Dan il-katidral ospita ż-żwieġ fl-1193 tar-Re Filippu II ta' Franza. Fl-1206 il-Katidral ta' Amiens irċieva relikwa famuża, ras Ġwanni l-Battista, li kienet inxtrat f'Kostantinopli. Din ir-relikwa wasslet biex il-Katidral ta' Amiens isir destinazzjoni ewlenija tal-pellegrinaġġi, u taha sors importanti ta' dħul. Ir-relikwarju nqered matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża iżda replika magħmula fl-1876 minn ġojjellier minn Pariġi, li uża ftit mill-kristalli tal-blat oriġinali, tintwera sa llum il-ġurnata fit-Teżor tal-Katidral. Kostruzzjoni In-nar qered il-katidral Rumanesk fl-1218. Pjanta għal katidral ġdid tfasslet mill-arkitett Robert de Luzarches, u fl-1220 l-Isqof Evrard de Fouilloy poġġa l-ewwel ġebla. Luzarches irrivoluzzjona s-sistema tal-kostruzzjoni Gotika billi uża ġebel b'daqsijiet u b'għamliet standardizzati, minflok ma għamel blokok uniċi għal kull funzjoni differenti. Huwa kien l-arkitett sal-1228, u minfloku laħaq Thomas de Cormont sal-1258. Ibnu, Renaud de Cormont, kompla warajh sal-1288. Il-kostruzzjoni twettqet, kuntrarjament għas-soltu, mill-Punent għal-Lvant, u x-xogħol beda min-navata. De Cormont ta d-dimensjonijiet u l-armonija lill-istruttura permezz tal-kostruzzjoni tal-arkati grandjużi u t-twieqi ta' fuq. In-navata tlestiet fl-1236, u sal-1269, it-twieqi ta' fuq tal-kor tlestew ukoll. Fl-aħħar tas-seklu 13, id-"dirgħajn" tat-transett tlestew, u fil-bidu tas-seklu 14 tlestew il-faċċati u t-torrijiet ta' fuq. Sakemm kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet, żdiedu l-kappelli bejn id-dniefel (tipi speċifiċi ta' riffieda) u fl-angoli tat-transett. Tisħiħ (is-seklu 15) Id-disinn oriġinali tad-dniefel madwar il-kor kien poġġihom wisq fl-għoli biex jikkumpensaw għall-forza tal-ħnejja tas-saqaf li timbottahom 'il barra li tirriżulta f'forzi laterali eċċessivi fuq il-kolonni vertikali. L-istruttura ġiet salvata biss meta l-bennejja għamlu t-tieni ringiela ta' dniefel iktar b'saħħithom ikkollegati mal-ħajt ta' barra. Fl-1497 l-erba' pilastri tas-salib tat-transett, kif ukoll iż-żewġ kolonni tax-xellug tax-chevet bdew jixxaqqu u juru sinjali oħra ta' ċediment. Tim ta' esperti eżamina l-ħsara u għamel xi tiswijiet, iżda x-xquq baqgħu jiffurmaw. Il-problema finalment ġiet solvuta minn Pierre Tarisel, li fl-1498 installa katina tal-ħadid ferrobattut mad-dawra sabiex tirreżisti l-forzi li kienu qed jimbottaw il-kolonni tal-ġebel 'il barra. Il-katina ġiet installata meta kienet ħamra nar u tikwi sabiex taġixxi bħala minċott, li jorbot iktar mal-istruttura u jsaħħaħha malli jibred, u għadu fil-post. Fl-1503 Tarisel għamel l-istess ħaġa biex isaħħaħ partijiet mid-daħla tal-kor. Modifiki (is-sekli 16-18) Fis-seklu 16, il-katidral ġarrab ħsarat min-nirien, mill-maltempati bir-riħ, u mill-isplużjoni ta' fabbrika tal-porvli, iżda mhux ħsarat estensivi. Sarulu diversi modifiki biex jakkomodaw it-tibdil fl-istili; rużun elaborat ġdid bl-istil Gotiku tpoġġa fit-transett tal-Punent. Fis-seklu 18 saru modifiki arkitettoniċi biex ikun hemm konformità mad-digrieti l-ġodda tal-Kunsill ta' Trento. Il-ħajt diviżorju Medjevali antik bejn il-kor u n-navata ġie sostitwit b'grilja diviżorja elaborata tal-ħadid, biex b'hekk il-parroċċani fin-navata setgħu jaraw l-artal. L-artal innifsu ġie mmodifikat billi tneħħew it-tnax-il kandelabru enormi u t-tnax-il sniedaq bir-relikwi tal-qaddisin li mietu martri. Twettqu wkoll xogħlijiet kbar biex jissaħħu d-dniefel. Rivoluzzjoni u s-seklu 19 Il-katidral, bħal katidrali oħra fi Franza, ġarrab ħsara konsiderevoli matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-biċċa l-kbira tal-iskulturi ġew imfarrka bl-imrietel, u l-irjus ta' bosta statwi tkissru. Ħafna mill-għamara, mill-oġġetti u mit-teżori nsterqu; parti mill-katidral intużat bħala maħżen għal materjali li kienu jintużaw f'diversi ċelebrazzjonijiet Rivoluzzjonarji. Il-katidral reġa' beda jintuża għall-funzjoni reliġjuża tiegħu fl-1800, u l-ewwel xogħol ta' restawr beda fl-1802. Mill-bidu tal-1810, l-arkitett Neoklassiku Etienne Hyppolyte Godde tqabbad jagħmel ix-xogħol, u warajh fl-1821 kompla Francois Auguste Cheussey, li kkummissjona tliet skulturi biex jagħmlu statwi ġodda. Wara li l-istampa kkritikat xi difetti fl-iskulturi u fir-restawr, Cheussey irriżenja u ġie sostitwit fl-1849 minn Eugène Viollet-le-Duc. Viollet-le-Duc beda programm iżjed ambizzjuż bil-mira li l-binja terġa' lura kemm jista' jkun għall-ispirtu Medjevali tagħha, inkluż iż-żieda ta' gargoyles skolpiti u karatteristiċi Gotiċi tipiċi oħra. Viollet-le-Duc ħadem kważi b'mod kontinwu fuq il-katidral sal-1874. Protezzjoni u restawr (is-seklu 20) It-twieqi bil-ħġieġ ikkulurit tal-knisja tneħħew biex jiġu protetti matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija, u l-knisja ġarrbet ħsarat żgħar biss. Madankollu, fl-1920, uħud mit-twieqi, li kienu maħżuna fl-istudjo tal-produttur ewlieni tal-ħġieġ, biex jiġu protetti, inqerdu minħabba n-nar. Bejn l-1973 u l-1980, il-flèche jew l-ispira, ġiet irrestawrata għalkollox. Fl-1981, il-katridral ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Ir-restawr tal-faċċata tal-Punent tlesta fl-2001. Fl-1992, l-istoriku tal-arti Stephen Murray inħatar mill-Ministeru Franċiż għall-Kultura fil-kumitat xjentifiku biex jissorvelja r-restawr tal-Katidral ta' Amiens. Murray sar ċittadin onorarju ta' Amiens u ngħata dottorat onorarju fl-Università ta' Picardie ta' Jules Verne, wara x-xogħol li wettaq. Kronoloġija 346 - L-ewwel darba li ssemma isqof, Eulogius, f'Amiens. 1137-52 - Il-kostruzzjoni tal-katidral Rumanesk. 1206 - Il-kranju ta' San Ġwann il-Battista ġie ttrasportat lejn il-katidral minn Kostantinopli. 1218 - Il-katidral Rumanesk inħakem min-nirien u nqered. 1220 - Tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-katidral Gotiku. Għall-ħabta tal-1240 – Tlestija tan-navata. Għall-ħabta tal-1269 - Tlestija probabbli tax-chevet u installazzjoni tat-twieqi għoljin. Għall-ħabta tal-1284-1305 - Inbena s-saqaf ta' fuq ix-chevet, it-transett u n-navata. 1373-1375 - Inbnew il-Kappelli ta' San Ġwann il-Battista u ta' San Ġwann l-Evanġelista, u nbdiet il-kostruzzjoni tal-Beau Pilier. 1498 - Żdiedu l-ktajjen tal-ħadid biex jissaħħaħ it-triforju. 1508-1519 - Tpoġġew f'posthom is-sedji tal-kor. 1528 - L-ispira nqerdet minn sajjetta. 1755 - Il-ħajt diviżorju tal-kor tneħħa u l-kor ġie mmudellat mill-ġdid skont id-digrieti tal-Kunsill ta' Trento. 1766-1768 - Il-kor ġie mżejjen mill-ġdid bl-istil Barokk u bl-istil klassiku Franċiż. 1793-1794 - Wara r-Rivoluzzjoni Franċiża, ħafna mill-għamara nqerdet, u parti mill-katidral intużat biex jinħażen it-tiżjin għall-festi pubbliċi. 1802 - Il-knisja ġiet irrestawrata u reġgħet bdiet tintuża esklużivament bħala Knisja Kattolika. 1805 - Beda r-restawr tal-knisja. 1849-1874 - Eugène Viollet-le-Duc issorvelja r-restawr tal-katidral. 1854 - Il-Kappella ta' San Teodożju ġiet iddedikata fil-preżenza tal-Imperatur Napuljun III. 1914-1918 - Il-ħġieġ ikkulurit tneħħa biex jiġi protett; il-faċċata tal-katidral iġġarrab ħsara żgħira matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. 1920 - Ftit mill-ħġieġ ikkulurit Gotiku li kien maħżun fi studjo biex jiġi protett jinqered bin-nar. 1973-80 - Tlesta r-restawr tal-ispira. 1981 - Il-katidral ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. 2001 - Restawr ġdid tal-faċċata tal-Punent jiżvela traċċi taż-żebgħa oriġinali fuq l-iskulturi. Sit ta' Wirt Dinji Il-Katidral ta' Amiens ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1981. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ". Apparti l-katidral kollu, fl-1999 it-torrijiet tal-Katidral ta' Amiens ġew inklużi wkoll bħala wieħed mill-komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-Kampnari tal-Belġju u ta' Franza. Il-valur universali straordinarju fir-rigward ta' dak is-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Minn barra Faċċata tal-Punent u l-portali Il-faċċata tal-Punent tal-katidral inbniet f'kampanja waħda tal-kostruzzjoni mill-1220 sal-1236, u għalhekk fiha livell mhux tas-soltu ta' unità artistika. Is-sular tar-rużun tlesta għall-ħabta tal-1240. Wara dan, il-kostruzzjoni mexiet iktar bil-mod. Il-partijiet ta' fuq tat-torrijiet ma tlestewx qabel is-seklu 14. Il-faċċata għandha tliet zuntieri fondi b'arkati ppuntati, li jkopru t-tliet portali. Fuq il-portali hemm żewġ galleriji; dik ta' fuq hija l-Gallerija tar-Rejiet, bi 22 statwa b'daqs ta' bniedem tar-Rejiet ta' Franza. Kważi l-istatwi kollha jmorru lura għar-restawr ta' Viollet-le-Duc. Fuq il-gallerija hemm ir-rużun, b'qafas tal-ġebel li jmur lura għas-seklu 16. Fuq ir-rużun hemm il-Gallerija tal-Mużiċisti jew id-Daqqaqa tal-Qniepen, li hija rikostruzzjoni tas-seklu 19 tal-gallerija oriġinali. Il-portal ċentrali huwa ddedikat lill-Aħħar Ġudizzju, il-portal tax-xellug lill-martri San Firmin, u l-portal tal-lemin lill-Madonna. Fuq kull portal hemm frontispizju mimli bl-iskulturi. Il-figura ċentrali tal-frontispizju tal-Aħħar Ġudizzju hija l-figura ta' Kristu, b'idejh mgħollijin, jiġġudika lil dawk ta' taħtu. Fuq in-naħa tal-lemin u tax-xellug tiegħu, il-Madonna u San Ġwann jappellaw għall-ħniena tiegħu. Il-Kristjani t-tajbin, fuq il-lemin tiegħu, jiġu eskortati lejn il-ġenna, filwaqt li l-midinbin, fuq ix-xellug tiegħu, jintefgħu fl-infern. Tindif reċenti tal-iskulturi żvela traċċi ta' marki ħomor taż-żebgħa fuq idejn l-istatwa ta' Kristu, li jirrappreżentaw fejn iddaħħlulu l-imsiemer meta ġie msallab. Fost l-istatwi tal-qaddisin fil-frontispizju hemm il-qaddisin lokali San Victoricus u San Gentian, San Domitius, Santa Ulphia u San Firmin. Kampnari Il-partijiet ta' fuq tat-torrijiet tal-faċċata tal-Punent, fuq ir-rużun, inbnew wara, u kull wieħed għandu għoli differenti. Il-kampnar tan-Nofsinhar fuq il-lemin li jħares lejn il-faċċata huwa iqsar u tlesta l-ewwel wieħed għall-ħabta tal-1366. Il-kampnar tat-Tramuntana tlesta fl-1406, u huwa mżejjen bl-istil Gotiku elaborat. Il-Gallerija tal-Mużiċisti, li tgħaqqad flimkien iż-żewġ kampnari fil-livell tas-saqaf, żdiedet lejn dan iż-żmien, u ġiet restawrata u rikostruwita b'mod sostanzjali fis-seklu 19 minn Viollet-le-Duc. Viollet-le-Duc iddisinja mill-ġdid il-gallerija fuq il-mudell tal-gallerija tal-Katidral ta' Chartres tal-istess perjodu. Beau Pilier Karatteristika mhux tas-soltu tat-torrijiet hija l-Beau Pilier (il-Pilastru s-Sabiħ), riffieda ta' appoġġ li ġiet miżjuda fis-seklu 14 bejn il-kampnar tat-Tramuntana u l-ewwel waħda miż-żewġ kappelli ġodda tat-Tramuntana. Il-pilastru u l-kappelli ġew ikkummissjonati minn Jean de la Grange, l-Isqof ta' Amiens fl-1373-1375, li kien il-konsulent prinċipali tar-Re Karlu VI ta' Franza. Il-pilastru fih disa' statwi li jirrappreżentaw figuri politiċi, reliġjużi u militari ewlenin ta' Franza ta' dak iż-żmien; isfel nett, il-Kardinal de la Grange nnifsu, iċ-Ċambellan tal-Bureau de la Riviere u l-Ammirall Jean de Vienne; fuqhom, ir-Re Karlu nnifsu fiċ-ċentru; ibnu d-Dauphin, ir-re futur Karlu VI ta' Franza, u ibnu ż-żgħir. Fuq dawn l-istatwi hemm l-istatwi ta' San Ġwann il-Battista, tal-Madonna u ta' San Firmin. Flèche Il-flèche jew l-ispira oriġinali tas-seklu 13 tal-katidral, li kienet tinsab fejn it-transett jiltaqa' man-navata, inqerdet b'sajjetta fl-1528, iżda ġiet sostitwita minn spra tal-injam miksi bil-pjanċi taċ-ċomb indurati. Spiss kienet iġġarrab ħsarat minħabba xi maltempata u tissewwa fis-snin ta' wara, iżda għad-differenza tal-ispira tal-Katidral ta' Notre Dame ta' Pariġi, qatt ma ġiet iddisinjat jew mibnija mill-ġdid għalkollox. Għad għandha ħafna mill-materjal oriġinali tas-seklu 16, inkluż il-qafas tal-injam. Mill-art sas-serduq skolpit fil-pinnaklu, l-ispira tilħaq għoli ta' 112.70-il metru (369.8 pied). L-istatwi fuq l-ispira, magħmulin biċ-ċomb, jirrappreżentaw lil Kristu (iħares lejn in-navata); San Pawl, San Firmin (liebes il-mitra tal-isqof); San Ġwann l-Evanġelista; il-Madonna bil-kuruna u bil-Bambin Ġesù f'idejha; San Ġwann il-Battista; San Ġakbu l-Kbir u San Pietru. Dniefel Id-dniefel huma r-riffieda arkitettoniċi li għamluha possibbli li jintlaħaq l-għoli eċċezzjonali tal-ħitan tan-navata u tal-kor. Ir-riffieda bl-arkati joħorġu 'l barra fuq il-livell estern ta' taħt tal-katidral, fejn hemm il-ħajt diviżorju tal-kor u l-kappelli, biex jistabbilizzaw il-ħitan ta' fuq tal-klerestorju. Huma jikkumpensaw għall-imbottatura 'l barra u 'l isfel tas-saqaf bil-volti, u b'hekk il-ħitan bejn ir-riffieda seta' jkun irqiq u fil-biċċa l-kbira mimli bi twieqi kbar. Ir-riffieda iktar 'il quddiem ingħataw iktar stabbiltà permezz ta' pinnakli tqal tal-ġebel fil-quċċata tal-pilastri vertikali tagħhom. Ir-riffieda tan-navata huma iktar antiki, tal-ħabta tal-1230, u kull pilastru għandu żewġ arkati, waħda fuq l-oħra. It-tnejn li huma jagħmlu "qabża" waħda lejn il-ħajt tan-navata; arkata waħda tiltaqa' mal-ħajt eżatt 'il fuq mill-punt tal-ikbar forza 'l barra mill-volta tan-navata; u l-oħra eżatt taħt dak il-punt. Ir-riffieda tal-kor inbnew ftit wara u tlestew għall-ħabta tal-1260 b'disinn differenti. Kull denfil għandu żewġ pilastri vertikali, wieħed itwal mill-ieħor, u l-arkati jaslu mal-ħajt permezz ta' żewġ volti, u jiltaqgħu miegħu fil-punt tal-ikbar forza 'l barra. Dawn ir-riffieda tal-kor għandhom funzjoni addizzjonali; għandhom gandotti fuq l-arkati li minnhom jgħaddi l-ilma tax-xita u jittieħed 'il bogħod kemm jista' jkun mill-istruttura, u joħroġ minn ħalq il-qattara mnaqqxa b'għamla ta' gargoyles. Minn ġewwa Navata In-navata u t-transett kienu l-postijiet fejn il-pubbliku kienu jqimu l-Alla, filwaqt li l-kor kien irriżervat għall-kleru. Fil-Katidral ta' Amiens, in-navata segwiet il-mudell tal-Katidral Gotiku Bikri ta' Chartres u tal-Katidral ta' Soissons. In-navata fiha tliet livelli bħala elevazzjoni: l-arkati l-kbar, it-triforju, u l-klerestorju fuq nett. L-arkati l-kbar, għad-differenza ta' katidrali iktar bikrin, jokkupaw in-nofs kollu tal-għoli tal-ħajt. Il-pilastri tal-arkata, b'għoli ta' 18-il metru, huma magħmula minn kolonni enormi mdawra minn erba' kollonni iżgħar u iktar irqaq, li jibqgħu telgħin mal-ħajt biex jirfdu s-saqaf bil-volti. L-għoli totali tal-ħitan taħt il-volti huwa ta' 42 metru, imqabbael ma' 36 metru fil-Katidral ta' Chartres u fil-Katidral ta' Reims. Dawk tal-Katidral ta' Beauvais biss huma ogħla minnhom, għalkemm il-volti tiegħu ċedew parzjalment fl-1284. Pulptu Il-pulptu Barokk fuq in-naħa tat-Tramuntana tan-navata nbena fl-1773 u huwa magħmul bl-injam indurat u mpitter. Il-pulptu huwa mirfud permezz ta' statwi li jirrappreżentaw il-Fidi, it-Tama u l-Karità, u warajhom qisu drapp indurat tal-ġebel. Il-baldakkin huwa mnaqqax biex jidher qisu sħabiet mirfuda minn anġli tal-ġebel. Fuq is-"sħabiet" hemm anġlu ikbar, jipponta lejn is-smewwiet, u jżomm ktieb bil-kitba Hoc fac et vives (Agħmel dan u tgħix). Transett It-transett minn naħa għall-oħra tal-knisja fiċ-ċentru huwa twil sebgħin metru, u huwa maqsum fi tlieta. Iċ-ċentru tat-transett, fejn jaqsam minn naħa għall-oħra tan-navata, huwa mgħotti b'volta enormi b'għamla ta' stilla, waħda mill-eqdem ta' Franza, mirfuda minn erba' pilastri kbar. L-elevazzjoni fiha tliet livelli bħan-navata; l-arkati, it-triforju u l-klerestorju fuq nett. It-triforju u l-klerestorju huma mdawra għalkollox bil-ħġieġ ikkulurit, u b'hekk iċ-ċentru tal-katidral ikun imdawwal bid-dawl naturali. Ir-rużuni żdiedu wara. Ir-rużun tat-Tramuntana għandu stil Rayonnant, filwaqt li r-rużun tan-Nofsinhar li żdied wara għandu stil Flamboyant. L-ispira fuq il-parti ċentrali tal-volta żdiedet bejn l-1529 u l-1533. Kor Is-sedji tal-kor tal-bidu tas-seklu 16 huma fost l-ikbar teżori tal-katidral. Ir-ringieli ta' fuq kienu jkunu okkupati mill-Kanoni u dawk t'isfel mill-Iskrivana. Ir-rappreżentant tar-Re kien jokkupa l-ewwel post fis-sedji tat-Tramuntana, u d-Djaknu tal-katidral, l-iżjed wieħed b'anzjanità fil-kleru, kien jokkupa l-ewwel post fis-sedji tan-Nofsinhar. Is-sedji huma mżejna b'diversi figuri mnaqqxa, saħansitra iktar minn erbat elef. Il-poġġamani, it-triangoli bil-kurvatura u l-pjattaforma l-baxxa tagħhom huma mżejna wkoll b'mod elaborat u rikk bi xbihat skolpiti ta' annimali reali u mitoloġiċi, figuri mit-Testment l-Antik u mit-Testment il-Ġdid, u xbihat lajċi ta' professjonisti u ħaddiema tas-sengħa tal-belt. 110 mill-120 sedja oriġinali għad għandhom it-tapizzerija u t-tinqix oriġinali tas-seklu 16. Il-ħajt diviżorju tal-kor huwa mżejjen b'mod rikk bi skulturi polikromatiċi u maġenbu hemm diversi kappelli. Waħda mill-iżjed lussużi hija l-Kappella tal-Bejjiegħa tat-Tessuti. L-industrija tat-tessuti kienet l-iżjed komponent dinamiku tal-ekonomija Medjevali, speċjalment fit-Tramuntana ta' Franza, u l-merkanti tad-drappijiet kienu jkunu ħerqana li juru l-ġid li kellhom bi kburija ċivika. Kappella oħra li tispikka hija dik tas-seklu 13 iddedikata lil San Tumas ta' Canterbury, dedika li tikkomplementa l-lista sħiħa ta' martri tal-katidral stess. Fuq ġewwa, il-kappella fiha opri tal-arti u tiżjin minn kull perjodu tal-kostruzzjoni tal-katidral. B'mod partikolari dawn huma pitturi Barokki tas-seklu 17, magħmula minn artisti bħal Frans II Francken u Laurent de La Hyre. Ħajt diviżorju tal-kor (għall-ħabta tas-sekli 15 u 16) Fost l-iżjed teżori tal-arti famużi tal-katidral hemm l-iskulturi polikromatiċi tal-ħajt diviżorju tal-kor, mal-ħitan ta' barra tal-kor. Juru l-ħajja ta' San Firmin (fin-naħa tan-Nofsinhar; magħmula bejn l-1490 u l-1530) u ta' Ġwanni l-Battista (fin-naħa tat-Tramuntana, north side; magħmula fl-1531). It-tnejn kellhom rabta mal-katidral: ir-relikwa ta' ras Ġwanni l-Battista kienet ferm importanti u kienet tinżamm fit-Teżor, u l-martri San Firmin kien meqjus l-ewwel isqof ta' Amiens. Grupp ieħor ta' skulturi polikromatiċi fin-naħa tat-Tramuntana juru b'mod immaġinattiv lil Kristu jkeċċi lill-merkanti mit-Tempju. L-oqbra ta' diversi isqfijiet u figuri reliġjużi oħra tal-katidral, imżejna b'mod abbundanti wkoll, jinstabu fil-partijiet t'isfel tal-ħajt diviżorju tal-kor, taħt ix-xeni skolpiti. Artal F'nofs is-seklu 18, iċ-ċentru tal-katidral ġie ddisinjat kollu mill-ġdid bl-istiI Rokokò, f'konformità mal-bidliet ordnati fit-tagħlim tal-Knisja skont id-digriet tal-Kunsill ta' Trento u l-bidliet fil-gosti arkitettoniċi. L-art saret mill-ġdid b'irħam ikkulurit, flimkien ma' artal maġġur ġdid. Fl-1768, wara l-artal, inbena xenarju monumentali Barokk tal-injam indurat u skolpit magħruf bħala l-"Gloire", li jirrappreżenta l-ġenna mimlija kerubini u anġli. Labirint Fiċ-ċentru tal-art tan-navata hemm labirint, li kienet karatteristika komuni tal-katidrali Gotiċi Bikrin u Aħħarin; dawn il-labirinti jinstabu wkoll fil-Katidrali ta' Sens, Chartres, Arras u Reims. Il-labirint kien simbolu tal-ostakli u tal-mogħdijiet imserpin fil-vjaġġ lejn is-salvazzjoni, iżda kien juri wkoll li bid-determinazzjoni l-vjaġġ kien possibbli. F'ċerti btajjel reliġjużi, il-pellegrini kienu jsegwu l-labirint għarkopptejhom. Il-labirint tal-Katidral ta' Amiens huwa twil 240 metru u oriġinarjament ġie stabbilit fl-1288 mill-arkitett Rene de Cormont. Il-labirint attwali huwa replika eżatta li saret fis-seklu 19. Chevet u l-kappelli tal-Lvant In-naħa tal-Lvant jew ix-chevet tal-katidral inġenerali tippreserva d-disinn Medjevali oriġinali bil-kor, l-ispazju rriżervat għall-kleru. Hija mdawra b'ħajt diviżorju tal-injam imnaqqax b'mod mirqum u fiha seba' kappelli fl-apsida semiċirkolari. Hemm korsija li tippermetti lill-viżitaturi jżuru l-kappelli ta' wara l-kor. Il-ħajt semiċirkolari fin-naħa tal-Lvant immarka stadju ġdid fl-iżvilupp tal-arkitettura Gotika. Il-ħitan ta' fuq tal-klerestorju, eżatt taħt il-volti, u l-ħitan tat-triforju ta' taħthom, imtlew kompletament bil-ħġieġ. Il-ħnejjiet tat-triforju u l-arkati ġew imżejna bi ħnejjiet oħra ppuntati, li jenfasizzaw l-istruttura vertikali, u li jħallu ħafna dawl naturali jidħol minn direzzjonijiet u għoli differenti, skont il-ħin tal-jum. Id-dawl kien jiffiltra wkoll mis-sulari ta' fuq. Madwar in-naħa tal-Lvant semiċirkolari hemm seba' kappelli. Il-Kappella tal-Madonna, fit-tarf nett tal-katidral, kienet irriżervata għall-qaddejja tal-Kanoni li kienu jgħixu fil-kjostri tal-katidral. L-ewwel kappella fuq in-naħa tan-Nofsinhar tax-chevet hija ddedikata lil Sant'Eloi, u issa sservi bħala d-daħla tat-Teżor tal-katidral. It-tiżjin primarju tagħha hija sensiela ta' tmien pitturi tas-Sibilli tas-seklu 16. Tliet kappelli tan-naħa tal-Lvant ġew mgħammra mill-ġdid għalkollox minn Viollet-le-Duc fis-seklu 19 biex jerġa' jkollhom dak li kien maħsub bħala l-aspett Medjevali preċedenti tagħhom; dawn huma l-Kappella ta' San Teodożju fit-Tramuntana, il-Kappella tal-Madonna tal-Bejjiegħa tat-Tessuti fin-nofs, u l-Kappella ta' San Ġakbu jew tal-Qalb Imqaddsa fin-Nofsinhar. Viollet-le-Duc iddisinja l-għamara kollha kif ukoll it-tiżjin tagħhom, inkluż l-artal tal-bronż indurat fil-Kappella tal-Qalb Imqaddsa. Kappelli laterali u tat-transett Minbarra l-kappella fin-naħa tal-Lvant, hemm kappelli żgħar ukoll li jokkupaw iż-żewġ naħat tan-navata u l-angoli tat-transett. It-tiżjin oriġinali ta' dawn il-kappelli ġie sostitwit fis-seklu 18 bit-tiżjin attwali. Kull kappella hija ddedikata lil qaddis partikolari, u hija mżejna b'pitturi kbar sat-twieqi, b'artali, u bi statwi tal-ġebel u tal-injam, kollha tas-seklu 18. Il-kappella huma magħluqa permezz ta' grilji ornamentali tal-ħadid ferrobattut. Fit-transett tat-Tramuntana, il-Kappella ta' San Pietru tokkupa r-rokna tal-Grigal. Din inħolqot bħala rispons għall-epidemija tal-pesta li nfirxet f'Amiens fl-1667-1668, iżda ma tlestiex qabel l-1709 minn Gilles Oppenord, wieħed mill-pijunieri tal-istil Rokokò. Fuq in-naħa tal-Lvant tat-transett tat-Tramuntana hemm il-Kappella ta' San Bastjan, magħrufa wkoll bħala l-Kappella tal-Pilastru l-Aħdar. Fuq nett tagħha hemm skultura magħmula minn Nicolas Blasset ta' San Bastjan imdawwar bl-allegoriji tal-Ġustizzja, il-Paċi u San Rokku, li tlestiet fl-1627. Fl-1832, fil-kappella żdiedet skultura ta' San Alwiġi magħmula minn Louis Duthoit. Mal-ħajt tal-Punent tat-transett tat-Tramuntana hemm erba' xeni b'riljiev għoli li juru lil Kristu jkeċċi lill-merkanti mit-Tempju, u dawn ġew magħmula fl-1523 minn Jean Wytz. Xogħol bikri ieħor fit-transett huwa r-retablu tal-artal tal-Kappella tal-Madonna tal-Pilastru l-Aħmar, magħmul minn skulturi u pitturi madwar pilastru prinċipali. Dan tlesta fl-1627 minn Nicolas Blasset. Il-pittura tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna (1627) ġiet magħmula minn François Franken, filwaqt li l-iskulturi ta' San Bastjan, il-Madonna, David u Salamun, u Ġuditta u Santa Genevieve ġew magħmula minn Blasset. It-transett tan-Nofsinhar fih il-Kappella ta' San Pietru u San Pawl, fir-rokna tax-Xlokk, bl-istatwi taż-żewġ qaddisin magħmula minn Jean-Baptiste Michel Dupuis fl-1749. Il-kappella fiha wkoll artal b'pittura tal-Adorazzjoni tal-Maġi mill-bidu tas-seklu 18. Mal-ħajt tal-Punent tat-transett tan-Nofsinhar hemm grupp ta' riljievi polikromatiċi li juru l-wegħda ta' Ġwanni l-Battista, li ġew magħmula fl-1511. Difniet u mfakar notevoli Eliżabetta, il-Kontessa ta' Vermandois, il-mara ta' Filippu I, il-Konti tal-Fjandri. Charles de Hémard de Denonville, isqof u kardinal Kattoliku. Antoine de Créqui Canaples (qalbu biss), isqof u kardinal Kattoliku. Imfakar Id-daħla tan-Nofsinhar tal-katidral fiha ħdax-il lapida bħala mfakar għall-mejtin tal-Ewwel Gwerra Dinjija, l-iktar dawk li ġġieldu fil-Battalja tas-Somme (1916). Fost in-nazzjonijiet imfakkra hemm l-Imperu Brittaniku u d-dominji tiegħu (illum il-ġurnata l-pajjiżi tar-Repubblika tal-Irlanda, il-Kanada, l-Awstralja u New Zealand). Fost l-individwi notevoli mfakkra hemm il-Ġeneral Franċiż tal-Ewwel Gwerra Dinjija Marie-Eugène Debeney, l-uffiċjal tal-Armata Brittanika Raymond Asquith, u l-Ġeneral Franċiż tat-Tieni Gwerra Dinjija Philippe Leclerc de Hauteclocque. Biblijografija Brisac, Catherine (1994). Le Vitrail (in French). Paris: La Martinière. ISBN 2-73-242117-0. Duvanel, Maurice (1998). La Cathédrale Notre-Dame d'Amiens (bil-Franċiż). Éditions Poire-Choquet. ISBN 2-9502147-5-4. Lours, Mathieu (2018). Dictionnaire des Cathédrales (bil-Franċiż). Editions Jean-Paul Gisserot. ISBN 978-27558-0765-3. Mignon, Olivier (2015). Architecture des Cathédrales Gothiques (bil-Franċiż). Éditions Ouest-France. ISBN 978-2-7373-6535-5. Plagnieux, Philippe (2003). Cathérale Notre Dame d'Amiens (bil-Franċiż). Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-27577-0404-2. Sachy, Jean-Baptiste Maurice de (1770). Histoire des évesques d'Amiens (bil-Franċiż). Abbeville: Veuve de Vérité Libraire. Watkin, David (1986). A History of Western Architecture. Barrie and Jenkins. ISBN 0-7126-1279-3. Iktar qari Dusevel, Hyacinthe (1839). Notice historique et descriptive sur l'église cathédrale d'Amiens (Second ed.). Amiens: Caron, Vitet. Murray, Stephen (1996). Notre Dame, Cathedral of Amiens: The Power of Change in Gothic. Cambridge: Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-49735-0. Murray, Stephen (2021). Notre-Dame of Amiens: Life of the Gothic Cathedral. New York: Columbia University Press. ISBN 9780231195768. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Katidrali fi Franza Franza
28941
https://mt.wikipedia.org/wiki/Park%20Arkeolo%C4%A1iku%20ta%27%20Hili
Park Arkeoloġiku ta' Hili
Il-Park Arkeoloġiku ta' Hili (bl-Għarbi: حَدِيْقَة آثَار ٱلْهِيْلِي, b'ittri Rumani: Ḥadīqat Āthar Al-Hīlī) huwa l-post fejn instabu fdalijiet ta' Żmien il-Bronż ta' Al Ain, f'Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Is-sit huwa wieħed mill-komponenti tas-Siti Kulturali ta' Al Ain, l-unika Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Emirati Għarab Magħquda. Deskrizzjoni u storja Fi ħdan il-Park Arkeoloġiku ta' Hili hemm l-ikbar sit ta' Żmien il-Bronż fl-Emirati Għarab Magħquda, li jmur lura għat-3000 Q.K. Fost il-fdalijiet hemm ukoll dawk ta' insedjamenti, oqbra u falaj li jmorru lura għal Żmien il-Ħadid. Parti mis-sit arkeoloġiku jibqa' ħiereġ barra mill-park f'żona protetta. L-artefatti li nstabu mis-sit arkeoloġiku jintwerew fil-Mużew Nazzjonali ta' Al Ain fiċ-ċentru tal-belt. Il-Qabar il-Kbir ta' Hili huwa torri-qabar rikostruwit b'dijametru ta' 12-il metru (39 pied) u fuq id-daħla ċkejkna tiegħu hemm it-tinqix imbuzzat ta' żewġ għażżiela u żewġ bnedmin. Dan il-qabar flimkien mal-pedamenti ta' oqbra oħra iżgħar simili jagħmlu parti mill-kultura ta' Umm al-Nar. F'Mejju 2019, id-Dipartiment ta' Abu Dhabi għall-Kultura u t-Turiżmu rrapporta li fis-sezzjoni ta' Hili II fi ħdan il-Park Arkeoloġiku ta' Hili nstabu marki tas-swaba' ta' madwar 3,000 sena ilu. Milli jidher kien il-marki tas-swaba' tal-artiġjani li bnew xi ħajt fis-sit arkeoloġiku. Sit ta' Wirt Dinji Is-Siti Kulturali ta' Al Ain (Hafit, Hili, Bidaa Bint Saud u l-Inħawi tal-Oażi) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Preistorja Emirati Għarab Magħquda Oqbra
28942
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fuji
Fuji
Fuji (bil-Ġappuniż: 富士山, Fujisan, Japanese: [ɸɯꜜ(d)ʑisaɴ] (listen)), jew Fugaku, hija hija l-ogħla muntanja u vulkan fil-gżira ta' Honshū, il-Ġappun, u tlaħħaq 3,776.24 metru (12,389.2 pied). Hija wkoll it-tieni l-ogħla vulkan fuq gżira fl-Asja (wara Kerinci fil-gżira ta' Sumatra, l-Indoneżja), u s-seba' l-ogħla quċċata ta' gżira fid-Dinja. Fuji hija stratovulkan rieqed li żbroffa l-aħħar mill-1707 sal-1708. Il-muntanja tinsab madwar 100 kilometru (62 mil) fil-Lbiċ tal-belt kapitali Tokjo u tidher minn hemm meta jkun bnazzi. Il-kon eċċezzjonalment simetriku ta' Fuji, li jkun miksi bil-borra għal madwar ħames xhur fis-sena, spiss jintuża bħala ikona kulturali tal-Ġappun u sikwit jintuża fl-arti u fil-fotografija, u jżuruh bosta viżitaturi u xabbaturi. Fuji hija waħda minn "Tliet Muntanji Sagri" (bil-Ġappuniż: 三霊山, Sanreizan) tal-Ġappun flimkien mal-muntanji Tate u Haku. Titqies bħala Post Speċjali ta' Sbuħija Xenika u hija wieħed mis-Siti Storiċi tal-Ġappun. Fit-22 ta' Ġunju 2013, Fuji żdiedet bħala sit kulturali fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Skont l-UNESCO, Fuji "ispirat lill-artisti u lill-poeti u kienet destinazzjoni tal-pellegrinaġġi għal sekli sħaħ". L-UNESCO tirrikonoxxi 25 komponent ta' dan il-wirt dinji li jinkludu l-muntanja u s-santwarju tax-Xintoiżmu, Fujisan Hongū Sengen Taisha. Etimoloġija Il-pittogrammi kanji għal Fuji, 富 u 士, ifissru "ġid" jew "abbundanti" u "raġel imlaħħaq" rispettivament. Madankollu, l-oriġini ta' din l-ortografija u tal-isem Fuji għadha mhix ċerta. Test tas-seklu 9, Ġrajja ta' Wieħed li Jaqta' l-Bambù, jirrakkonta li l-isem ġej minn "immortali" (不死, fushi, fuji) kif ukoll mill-pittogramma ta' "suldati" (士, shi, ji) "abbundanti" (富, fu) telgħin ix-xaqlibiet tal-muntanja. Etimoloġija folkloristika bikrija ssostni li l-isem Fuji oriġina minn 不二 (mhux + tnejn), jiġifieri "mingħajr ekwivalenti". Oħra ssostni li oriġina minn 不尽 (ma + tgħejjiex), jiġifieri "bla tmiem". Hirata Atsutane, studjuż klassiku Ġappuniż fil-perjodu Edo, kien jispekula li l-isem ġej minn tifsira ta' kelma, "muntanja wieqfa qisha sbula (穂, ho) ta' pjanta tar-ross". Il-missjunarju Brittaniku John Batchelor (1854-1944) argumenta li l-isem ġej mill-kelma Ainu għal "nar" (fuchi) tad-divinità tan-nar Kamui Fuchi, li hija teorija li ġiet irrifjutata mil-lingwist Ġappuniż Kyōsuke Kindaichi abbażi tal-iżvilupp fonetiku (tibdil fil-ħsejjes). Jingħad ukoll li huchi tfisser "mara anzjana" u ape tfisser "nare", għaldaqstant ape huchi kamuy tirreferi għad-divinità tan-nar. Ir-riċerka fit-toponimi (l-ismijiet tal-postijiet) li jinkludu fuji bħala parti minnhom tissuġġerixxi wkoll li l-oriġini tal-kelma fuji ġejja mil-lingwa Yamato iktar milli mil-lingwa Ainu. It-toponimista Ġappuniż Kanji Kagami argumenta li l-isem għandu l-istess għerq bħal wisterja (bil-Ġappuniż: 藤, fuji, tip ta' pjanta) u qawsalla (bil-Ġappuniż: 虹, niji, iżda b'interpretazzjoni alternattiva, fuji), u ġie mis-"sura tax-xaqliba twila" tagħha. Il-lingwist modern Alexander Vovin jipproponi ipoteżi alternattiva bbażata fuq l-interpretazzjoni tal-Ġappuniż Antik */puⁿzi/: il-kelma jaf ġiet missellfda mill-Ġappuniż Antik tal-Lvant */pu nusi/ 火主 li tfisser "sinjur tan-nar". Varjazzjonijiet Xi sorsi jirreferu għall-muntanja Fuji bħala "Fuji-san", "Fujiyama" jew, b'mod ridondanti, "Muntanja Fujiyama". Il-kelliema tal-Ġappuniż jirreferu għall-muntanja bħala "Fuji-san". Hawnhekk "san" mhuwiex is-suffiss tar-rispett li jintuża mal-ismijiet tan-nies, bħal pereżempju Watanabe-san, iżda l-interpretazzjoni Ċiniża-Ġappuniża tal-pittogramma yama (山, "muntanja") li tintuża fil-kliem kompost fiċ-Ċiniż u fil-Ġappuniż. B'ittri Rumani tan-Nihon-shiki u tal-Kunrei-shiki, l-isem jiġi ttrażlitterat bħala Huzi. Ismijiet Ġappuniżi oħra li saru antikwati jew poetiċi jinkludu Fuji-no-Yama (ふじの山, "il-muntanja ta' Fuji"), Fuji-no-Takane (ふじの高嶺, "il-Quċċata l-Għolja ta' Fuji"), Fuyō-hō (芙蓉峰, "il-Quċċata tal-Lotus"), u Fugaku (富岳/富嶽), maħluqa bil-kombinament tal-ewwel karattru ta' 富士, Fuji, u 岳, "muntanja". Storja Fuji hija kon vulkaniku attraenti u suġġett frekwenti fl-arti Ġappuniża speċjalment wara l-1600, meta Edo (issa Tokjo) saret il-belt kapitali u n-nies kienu jaraw il-muntanja huma u jivvjaġġaw tul it-triq ta' Tōkaidō. Skont l-istoriku H. Byron Earhart, "fil-Medju Evu eventwalment ġiet meqjusa mill-Ġappuniżi bħala l-muntanja "numru wieħed" tad-dinja magħrufa tat-tliet pajjiżi tal-Indja, iċ-Ċina u l-Ġappun". Il-muntanja tissemma tul iż-żmien fil-letteratura Ġappuniża u hija s-suġġett ta' bosta poeżiji. Il-quċċata ilha meqjusa bħala sagra mill-qedem u għaldaqstant kienet ipprojbita għan-nisa. Iżda fl-4 ta' Mejju 1872 il-gvern Ġappuniż ħareġ l-Editt 98 tal-Gran Kunsill tal-Istat li ddikjara li "Kwalunkwe prattika ta' esklużjoni tan-nisa minn artijiet tas-santwarji u tat-tempji għandha tiġi abolita minnufih, u n-nisa li jkunu jridu jitilgħu fuq il-muntanja għall-qima, eċċ. għandhom jitħallew". Madankollu, Tatsu Takayama (magħrufa wkoll bħala Takayama Tatsu), mara Ġappuniża, saret l-ewwel mara ddokumentata li telgħet sal-quċċata ta' Fuji fil-ħarifa tal-1832. Is-samuraj tal-qedem kienu jużaw il-bażi tal-muntanja bħala żona remota għat-taħriġ tagħhom, qrib ir-raħal attwali ta' Gotemba. Ix-shōgun Minamoto no Yoritomo kien jorganizza kompetizzjonijiet yabusame bil-qaws u l-vleġeġ fl-inħawi fil-bidu tal-perjodu ta' Kamakura. L-ewwel barrani li tela' sal-quċċata ta' Fuji kien Sir Rutherford Alcock f'Settembru 1860, li tela' fi tmien sigħat u niżel fi tliet sigħat. Ir-rakkont qasir ta' Alcock fThe Capital of the Tycoon kien l-ewwel deskrizzjoni mifruxa b'mod wiesa' tal-muntanja fil-Punent. Is-sinjura Fanny Parkes, il-mara tal-ambaxxatur Brittaniku Sir Harry Parkes, kienet l-ewwel mara mhux Ġappuniża li telgħet sal-quċċata ta' Fuji fl-1867. Il-fotografu Felix Beato tela' sentejn wara. Fil-5 ta' Marzu 1966, it-titjira BOAC 911 fuq Boeing 707 kellha xi ħsarat fl-ajru u kkraxxjat ħdejn il-ħames stazzjon ta' Gotemba, ftit wara t-tluq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Tokjo. Il-113-il passiġġier u l-11-il membru tal-ekwipaġġ kollha mietu fid-diżastru, li ntqal li seħħ minħabba t-turbolenza estrema fl-ajru kkawżata mill-irjieħ 'l isfel tal-muntanja. Hemm mafkar tal-ħabta ftit 'l isfel mill-ħames stazzjon il-ġdid ta' Gotemba. Illum il-ġurnata, Fuji hija destinazzjoni internazzjonali għat-turisti u għax-xabbaturi tal-muntanji. Fil-bidu tas-seklu 20, il-lekċers taċ-Chautauqua tal-edukatur populista Frederick Starr dwar id-diversi drabi li tela' sal-quċċata ta' Fuji— fl-1913, fl-1919 u fl-1923 — kienu magħrufa sew fl-Amerka. Qawl magħruf Ġappuniż jissuġġerixxi li xi ħadd għaref jitla' sal-quċċata ta' Fuji darba f'ħajtu, iżda xi ħadd iblah biss jitla' darbtejn. Il-muntanja hija simbolu popolari fil-kultura Ġappuniża u ntużat f'diversi films, ispirat il-logo ta' Infiniti, u saħansitra ntużat fl-ippakkjar tal-mediċini.Heckmann JG, Ganslandt O; Ganslandt (April 2004). "Images in clinical medicine. The Mount Fuji sign". The New England Journal of Medicine. 350 (18): 1881. F'Settembru 2004, l-istazzjon meteoroloġiku bil-persunal fil-quċċata tal-muntanja ngħalaq wara 72 sena ta' ħidma. L-osservaturi kienu jimmonitoraw it-temp bir-radar sabiex ibassru meta kien se jkun hemm xi tifuni jew maltempati kbar bix-xita. L-istazzjon, li kien l-ogħla wieħed fil-Ġappun f'għoli ta' 3,780 metru (12,402 pied) ġie sostitwit b'sistema meteoroloġika awtomatizzata għalkollox. Sit ta' Wirt Dinji Fit-22 ta' Ġunju 2013 Fuji tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit kulturali. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Ġeografija Fuji hija karatteristika li tispikka ħafna fil-ġeografija tal-Ġappun. Il-muntanja hija għolja 3,776.24 metru (12,389 pied) u tinsab qrib il-kosta Paċifika taċ-ċentru ta' Honshu, ftit lejn il-Lbiċ ta' Tokjo. Tinsab fil-konfini bejn il-Prefettura ta' Shizuoka u dik ta' Yamanashi. Madwarha hemm erba' bliet żgħar: Gotemba fil-Lvant, Fujiyoshida fit-Tramuntana, Fujinomiya fil-Lbiċ, u l-belt ta' Fuji fin-Nofsinhar. Il-muntanja hija mdawra b'ħames lagi: il-Lag Kawaguchi, il-Lag Yamanaka, il-Lag Sai, il-Lag Motosu u l-Lag Shōji. Dawn l-erba' lagi, flimkien mal-Lag Ashi fil-qrib, jipprovdu veduti xeniċi tal-muntanja. Il-vulkan huwa parti mill-Park Nazzjonali ta' Fuji-Hakone-Izu. Wieħed jista' jarah mill-bogħod minn Yokohama, Tokjo, u xi kultant saħansitra minn Chiba, Saitama, Tochigi, Ibaraki u l-Lag Hamana meta t-temp ikun bnazzi. Ittieħdu ritratti tal-vulkan mill-ispazju matul missjuni bix-shuttle. Klima Il-quċċata ta' Fuji għandha klima tat-tundra (skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: ET). It-temperatura tkun baxxa ħafna f'altitudni għolja, u l-kon ikun miksi bil-borra għal diversi xhur fis-sena. L-iżjed temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata kienet −38.0 °C (−36.4 °F) fi Frar 1981, u l-ogħla temperatura rreġistrata kienet 17.8 °C (64.0 °F) f'Awwissu 1942. Ġeoloġija Fuji tinsab f'trunċiera fejn jiltaqgħu flimkien tliet plakek ġeoloġiċi: il-Plakka Amurjana, il-Plakka ta' Okhotsk u l-Plakka tal-Baħar tal-Filippini. Dawn it-tliet plakek jiffurmaw il-parti tal-Punent tal-Ġappun, il-parti tal-Lvant tal-Ġappun, u l-Peniżola ta' Izu rispettivament. Il-Plakka Paċifika qed tisfronda bil-mod il-mod taħt dawn il-plakek, u dan jirriżulta f'attività vulkanika. Fuji tinsab ukoll ħdejn tliet arki ta' ġżejjer: l-Ark tal-Lbiċ tal-Ġappun, l-Ark tal-Grigal tal-Ġappun, u l-Ark ta' Izu-Bonin-Mariana. Il-krater prinċipali ta' Fuji għandu dijametru ta' 780 metru (2,560 pied) u huwa fond 240 metru (790 pied). Il-qiegħ tal-krater għandu dijametru ta' 100-130 metru (330-430 pied). L-angoli tax-xaqlibiet mill-krater sa distanza ta' 1.5–2 kilometri (0.93–1.24 mil) huma ta' 31°-35°, li huwa l-angolu l-iktar wieqaf li fuqu jistrieħ iż-żrar niexef. Lil hinn minn din id-distanza, l-angoli tax-xaqlibiet huma ta' madwar 27°, li huma kkawżati minn żieda fil-blat ignew. L-angoli tax-xaqlibiet ta' nofs il-ġnub tal-vulkan jonqsu minn 23° għal inqas minn 10° lejn il-bażi. Ix-xjenzati identifikaw erba' fażijiet distinti ta' attività vulkanika fil-formazzjoni ta' Fuji. L-ewwel fażi, imsejħa Sen-komitake, hija magħmula mill-qalba tal-andesit li ġiet skoperta reċentement fil-fond tal-muntanja. Wara l-fażi Sen-komitake kien hemm il-fażi Komitake Fuji, fejn ifforma saff tal-bażalt diversi mijiet ta' eluf ta' snin ilu. Madwar 100,000 sena ilu, Fuji l-Antika ġiet iffurmata fuq il-quċċata ta' Komitake Fuji. Fuji l-Ġdida, li hija l-muntanja kif nafuha llum il-ġurnata, x'aktarx li ffurmat fuq il-quċċata ta' Fuji l-Antika madwar 10,000 sena ilu. Il-vulkan ta' qabel il-fażi Komitake Fuji beda jiżbroffa fil-Plejstoċen Nofsani f'żona xi seba' kilometri (4.3 mili) fit-Tramuntana ta' Fuji. Wara pawża relattivament qasira, l-iżbroffar reġa' beda u fforma l-vulkan Komitake fl-istess post. Dan l-iżbroffar intemm 100,000 sena ilu. Il-vulkan Ashitake kien attiv minn 400,000 sa 100,000 sena ilu, u jinsab 20 kilometru (12-il mil) fix-Xlokk ta' Fuji. Il-vulkan Fuji beda jiżbroffa 100,000 sena ilu, u Ko-Fuji (Fuji l-Antika) iffurmat 100,000 sa 17,000 sena ilu, iżda issa tinsab kważi mirduma għalkollox. Ċediment kbir tal-art max-xaqliba tal-Lbiċ seħħ madwar 18,000 sena ilu. Żbroffar ta' Shin-Fuji (Fuji l-Ġdida) fil-forma ta' lava, lapilli u rmied vulkaniku seħħ bejn 17,000 u 8,000 sena ilu, bejn 7,000 u 3,500 sena ilu, u bejn 4,000 u 2,000 sena ilu. L-iżbroffar laterali fix-xaqlibiet, l-iktar fil-forma ta' koni parassitiċi tal-irmied waqfu fl-1707. L-ikbar kon, Omuro-Yama, huwa wieħed minn iktar minn 100 kon allinjati NW-SE u NE-SW mal-quċċata. Barra minn hekk, il-vulkan Fuji għandu iktar minn 70 mina tal-lava u forom estensivi ta' fdalijiet tas-siġar fil-lava. Fil-widien Yoshida-Osawa u Osawa-Kuzure seħħew żewġ ċedimenti kbar tal-art. Minn Diċembru 2002, il-vulkan ġie kklassifikat bħala attiv b'riskju baxx ta' żbroffar. L-aħħar żbroffar irreġistrat kien l-iżbroffar ta' Hōei li beda fis-16 ta' Diċembru 1707 u ntemm fl-1 ta' Jannar 1708. L-iżbroffar ifforma krater ġdid u t-tieni quċċata msejħa Hōei (għall-epoka Hōei), nofs triq 'l isfel mix-xaqliba tax-Xlokk ta' Fuji. Meta seħħ l-iżbroffar, l-irmied vulkaniku niżel qisu xita f'Izu, f'Kai, f'Sagami u f'Musashi. Minn dak iż-żmien 'l hawn, ma kien hemm l-ebda sinjal ta' żbroffar. Madankollu, fil-15 ta' Marzu 2011 filgħaxija, kien hemm terremot qawwi ta' 6.2 mhux wisq fil-fond u ftit kilometri 'l bogħod min-naħa tan-Nofsinhar ta' Fuji. Iżda skont is-Servizz Meteoroloġiku Ġappuniż ma kien hemm l-ebda sinjal ta' żbroffar. Żbroffar irreġistrat Madwar 11,000 sena ilu, ammont kbir ta' lava beda jiżbroffa min-naħa tal-Punent tal-quċċata ta' Fuji l-Antika. Din il-lava ffurmat lil Fuji l-Ġdida li hija l-formazzjoni aħħarija ta' Fuji. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-qċaċet ta' Fuji l-Antika u ta' Fuji l-Ġdida jinsabu ħdejn xulxin. Madwar 2500-2800 sena ilu, il-parti ta' fuq ta' Fuji l-Antika kkawżat ċediment tal-art fuq skala kbira minħabba l-erożjoni, u fl-aħħar mill-aħħar baqgħet biss il-quċċata ta' Shin-Fuji. Hemm għaxar żbroffi magħrufa li ġew iddokumentati u rreġistrati b'mod affidabbli. Periklu attwali ta' żbroffar Wara t-terremot ta' Tōhoku fl-2011, kien hemm spekulazzjoni fil-mezzi tax-xandir li t-theżżiż seta' jwassal għal attività vulkanika fil-vulkan Fuji. F'Settembru 2012, mudelli matematiċi maħluqa mill-Istitut tar-Riċerka Nazzjonali għax-Xjenza tad-Dinja u l-Prevenzjoni tad-Diżastri (NRIESDP) issuġġerew li l-pressjoni fil-kompartiment tal-magma ta' Fuji setgħet tkun 1.6 megapascal ogħla minn qabel l-aħħar żbroffar fl-1707. Dan ġie interpretat minn xi mezzi tax-xandir li xi żbroffar fil-vulkan Fuji seta' jseħħ b'mod imminenti. Madankollu, peress li ma hemm l-ebda metodu magħruf ta' kejl dirett tal-pressjoni ta' kompartiment tal-magma ta' vulkan, il-kalkoli indiretti mwettqa mill-NRIESDP huma spekulattivi u mhux verifikabbli. Indikaturi oħra li jissuġġerixxu żieda fil-periklu ta' żbroffar, bħal fumaroli (xquq vulkaniċi li minnhom joħorġu gassijiet jaħarqu tal-kubrit) attivi u xi xquq skopruti reċentement, huma okkorenzi tipiċi f'dan it-tip ta' vulkan. Foresta ta' Aokigahara Il-foresta fil-bażi tal-Majjistral tal-muntanja jisimha Aokigahara. Ġrajjiet u leġġendi folkloristiċi jirrakkontaw li hemm fatati, xjaten, Yūrei u Yōkai fil-foresta, u fis-seklu 19, il-Foresta ta' Aokigahara kienet wieħed mill-bosta postijiet fejn il-familja foqra kienu jabbandunaw lit-tfal u lill-anzjani li ma setgħux jieħdu ħsieb iktar. Il-Foresta ta' Aokigahara hija t-tielet l-iktar post popolari fejn jitwettqu suwiċidji fid-dinja wara l-Pont ta' Golden Gate f'San Francisco, l-Istati Uniti, u l-Pont tax-Xmara f'Nanjing, iċ-Ċina. Mis-snin 50 tas-seklu 20, iktar minn 500 ruħ mietu fil-foresta, l-iktar b'suwiċidju. Xi 30 suwiċidju jiġu magħduda kull sena, b'saħansitra kważi 80 wieħed fl-2002. Iż-żieda reċenti fl-għadd ta' suwiċidji ħeġġeġ lill-uffiċjali pubbliċi jwaħħlu tabelli biex jippruvaw jikkonvinċu lill-individwi li jkunu qed jaħsbuha biex iwettqu suwiċidju biex jerġgħu jaħsbuha, u xi kultant dawn il-messaġġi fuq it-tabelli kienu effettivi. L-għadd ta' suwiċidji fl-imgħoddi donnu attira lin-nies fl-aħħar deċennji. Ħafna min-nies li jżuru l-foresta jimmarkaw ir-rotot tagħhom billi jħallu biċċiet tat-tejp ikkuluriti tal-plastik tul ir-rotor, u dan ikkawża tħassib fost l-uffiċjali tal-prefetturi fir-rigward tal-ekosistema tal-foresta. Trasport L-eqreb ajruport b'servizz internazzjonali skedat huwa l-ajruport Shizuoka ta' Fuji li nfetaħ f'Ġunju 2009. Jinsab madwar 80 kilometru (50 mil) mill-vulkan Fuji. L-ajruporti internazzjonali maġġuri li jaqdu lill-belt ta' Tokjo, l-Ajruport Internazzjonali ta' Tokjo (l-Ajruport ta' Haneda) f'Tokyo u l-Ajruport Internazzjonali ta' Narita f'Chiba jinsabu madwar tliet sigħat u kwart 'il bogħod minn Fuji. Avventura Rotot tax-xabbaturi Fl-2009 madwar 300,000 ruħ telgħu sal-quċċata ta' Fuji. L-iżjed perjodu popolari li fih ix-xabbaturi jitilgħu sal-quċċata ta' Fuji huwa minn Lulju sa Awwissu, meta r-rifuġji u faċilitajiet oħra jkunu qed joperaw u t-temp ikun l-iktar sħun. Il-karozzi tal-linja li jwasslu sal-bidu tar-rotot li tipikament jintużaw mix-xabbaturi jibdew joperaw mill-1 ta' Lulju. Wara għadd ta' mwiet ta' xabbaturi ta' profil għoli u temp tassew kiesaħ li normalment ikun qed jaħkem lil Fuji f'dak iż-żmien, il-perjodu minn Ottubru sa Mejju mhuwiex suġġerit. Il-biċċa l-kbira tal-Ġappuniżi jitilgħu l-muntanja billejl biex jilħqu jaslu sal-quċċata jew fil-qrib meta meta titla' x-xemx. Id-dawl ta' filgħodu jissejjaħ 御来光 goraikō, jiġifieri l-"wasla tad-dawl". Hemm erba' rotot ewlenin li jwasslu sal-quċċata ta' Fuji, u kull waħda għandha stazzjonijiet bin-numri tul ir-rotta. Skont l-arloġġ mit-Tramuntana huma r-rotot Kawaguchiko, Subashiri, Gotemba u Fujinomiya. Ix-xabbaturi normalment jibdew fil-ħames stazzjon ta' kull rotta, peress li wieħed jista' jasal għalihom bil-karozza jew bil-karozza tal-linja. Il-quċċata hija l-għaxar stazzjon ta' kull rotta. L-istazzjonijiet fir-rotot differenti jinsabu f'elevazzjonijiet differenti; l-ogħla ħames stazzjon jinsab f'Fujinomiya, segwit minn dak ta' Yoshida, ta' Subashiri u ta' Gotemba. Hemm erba' rotot addizzjonali mill-bażi tal-muntanja li huma r-rotot Shojiko, Yoshida, Suyama u Murayama. Minkejja li għandha t-tieni l-ogħla ħames stazzjon, ir-rotta ta' Yoshida hija l-iżjed rotta popolari minħabba li għandha parkeġġ kbir għall-karozzi u bosta rifuġji kbar tal-muntanja fejn ix-xabbaturi jistgħu jistrieħu jew jissoġġornaw. Matul l-istaġun tas-sajf, il-biċċa l-kbir tal-kowċis turistiċi għat-tlugħ sal-quċċata ta' Fuji jaslu hemmhekk. It-tieni l-iktar popolari hija r-rotta ta' Fujinomiya, li għandha l-ogħla ħames stazzjon, segwita minn dawk ta' Subashiri u ta' Gotemba. It-tlugħ mill-ħames stazzjon il-ġdid ta' din ir-rotta normalment idum bejn ħames u seba' sigħat, filwaqt li l-inżul idum bejn tlieta u erba' sigħat. Minkejja li l-biċċa l-kbira tax-xabbaturi ma jitilgħux mir-rotot ta' Subashiri u ta' Gotemba, ħafna jinżlu minnhom minħabba li għandhom mogħdijiet fl-irmied. Mis-seba' stazzjon sa ħdejn il-ħames stazzjon, wieħed jista' jiġri 'l isfel minn dawn il-mogħdijiet fl-irmied f'madwar 30 minuta. Maġenb dawn ir-rotot, hemm ukoll rotot għat-tratturi. Dawn jintużaw għat-trasport tal-ikel u ta' materjali oħra lejn ir-rifuġji tal-muntanja. Peress li t-tratturi normalment jokkupaw il-biċċa l-kbira tal-wisa' ta' dawn il-mogħdijiet u jċaqilqu blat kbir mill-ġnub tal-mogħdijiet, dawn il-mogħdijiet għat-tratturi huma pprojbiti għax-xabbaturi. Minkejja dan, mhijiex l-ewwel darba li jkun hemm ċiklisti li jinżlu minnhom mill-quċċata bir-roti tal-muntanji u b'hekk ikunu ta' periklu għalihom u għal ħaddieħor. Fl-erba' rotot mill-bażi tal-muntanja hemm ukoll siti storiċi. Ir-rotta ta' Murayama hija l-eqdem rotta ta' Fuji u r-rotta ta' Yoshida għandha bosta santwarji antiki, djar tat-te u rifuġji. Dawn ir-rotot kulma jmur qed isiru popolari u qed jiġu rrestawrati, iżda ma tantx hija komuni li xabbatur jibda tiela' l-muntanja mill-bażi tagħha. Barra minn hekk, tul ir-rotta ta' Yoshida ntlemħu xi orsijiet ukoll. Normalment ir-rifuġji fil-ħames stazzjon u iktar 'il fuq ikunu operattivi matul l-istaġun tax-xabbaturi bil-persunal preżenti, iżda r-rifuġji taħt il-ħames stazzjon normalment ma jkollhomx personal fihom. L-għadd ta' rifuġji miftuħa tul ir-rotot huma proporzjonali mal-għadd ta' xabbaturi — ir-rotta ta' Yoshida l-iktar li għandha filwaqt li dik ta' Gotemba l-inqas li għandha. Ir-rifuġji tul ir-rotta ta' Gotemba normalment jiftħu iktar tard u jagħlqu iktar kmieni minn dawk tar-rotta ta' Yoshida. Barra minn hekk, minħabba li Fuji hija wkoll park nazzjonali, huwa illegali li wieħed jikkampja 'l fuq mill-ħames stazzjon. Hemm tmien qċaċet differenti madwar il-krater. L-ogħla punt fil-Ġappun, Ken-ga-mine, huwa l-post fejn kien hemm is-Sistema tar-Radar ta' Fuji (li ġiet sostitwita b'sistema awtomatizzata fl-2004). Ix-xabbaturi jistgħu jżuru kull waħda minn dawn il-qċaċet. Paragliding Il-punt ta' tluq ewlieni għal min jipprattika l-paragliding huwa qrib il-ħames stazzjon u l-parkeġġ tar-rotta ta' Gotemba, bejn il-qċaċet ta' Subashiri u ta' Hōei-zan fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-muntanja, apparti diversi postijiet oħra, dejjem skont id-direzzjoni tar-riħ. Diversi skejjel tal-paragliding jużaw ix-xaqliba wiesgħa tar-ramel/tal-ħaxix bejn il-parkeġġi tar-rotot ta' Gotemba u ta' Subashiri bħala għolja tat-taħriġ. Kultura Mitoloġija Xintoista Fil-mitoloġija Xintoista, Kuninotokotachi (国之常立神?, Kuninotokotachi-no-Kami, fil-Kojiki)(国常立尊?, Kuninotokotachi-no-Mikoto, fin-Nihon Shoki) huwa wieħed miż-żewġ allat imwielda minn "xi ħaġa bħall-qasab li nibet mill-ħamrija" meta d-dinja kienet kaotika. Skont in-Nihon Shoki, Konohanasakuya-hime, il-mara ta' Ninigi, hija l-alla femminili ta' Fuji, u s-santwarju ta' Fujisan Hongū Sengen Taisha huwa ddedikat lilha. Fil-qedem, il-muntanja kienet tiġi meqjuma mill-bogħod. Is-santwarju ta' Asama ġie stabbilit fl-għoljiet fil-bażi tal-muntanja biex inaffar l-iżbroffar. Fil-perjodu Heian (794-1185), l-attività vulkanika naqset u Fuji ntużat bħala bażi għax-Shugendō, reliġjon sinkretika li tikkombina l-qima tal-muntanja u l-Buddiżmu. Il-prattikanti tagħha bdew jixxabtu max-xaqlibiet tal-muntanja u sal-bidu tas-seklu 12, Matsudai Shonin kien stabbilixxa tempju fil-quċċata. Il-Fuji-kō kien twemmin tal-perjodu Edo ċċentrat fuq il-muntanja u ġie stabbilit mill-axxetiku Hasegawa Kakugyō (1541-1646). Fil-qalba ta' dan it-twemmin kien hemm il-qima tal-muntanja bħala divinità femminili, u l-membri tat-twemmin kienu jiġu mħeġġa jixxabtu sal-quċċata. B'hekk kien jemmnu li kienu jitwieldu mill-ġdid, jiġu "ppurifikati u... kapaċi jsibu l-kuntentizza". It-twemmin batta fil-perjodu Meiji u għalkemm għadu jippersisti sa llum il-ġurnata, ħafna drabi żvinta f'setet Xintoisti. Buddiżmu Dawk li jemmnu fil-Buddiżmu Hokkeko tas-setta ta' Nichiren Shoshu jsostnu b'mod devot li l-mandala ta' Dai Gohonzon tagħti protezzjoni sovranaturali mid-divinitajiet Buddisti kontra l-possibbiltà tal-iżbroffar vulkaniku ta' Fuji permezz tar-ritwal ta' filgħodu ta' Ushitora Gongyo. Kultura popolari Bħala simbolu nazzjonali tal-pajjiż, il-muntanja ntużat f'diversi forom ta' arti bħal pitturi, blokok tal-injam (bħal Sitta u Tletin Veduta ta Fuji u 100 Veduta ta' Fuji ta' Hokusai tas-snin 30 tas-seklu 19), poeżiji, mużika, teatru, films, manga, anime, xogħol bil-fuħħar u saħansitra sottokultura Kawaii. Qabel l-iżbroffar splussiv tal-vulkan fl-1980, il-muntanja St. Helens xi darba kienet magħrufa bħala l-Fuji tal-Amerka, minħabba li kienet tixbah lil Fuji. Il-muntanja Taranaki / Egmont f'New Zealand jingħad li wkoll tixbah lil Fuji, u għal din ir-raġuni ntużat bħala alternattiva għal Fuji fil-films u fit-televiżjoni. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Muntanji Vulkani Ġappun
28943
https://mt.wikipedia.org/wiki/Amerigo%20Vespucci%20%28vapur%20g%C4%A7oli%29
Amerigo Vespucci (vapur għoli)
L-Amerigo Vespucci huwa vapur għoli tat-tbaħħir tal-Flotta Navali Militari Taljana (bit-Taljan: Marina Militare) li ngħata isem u kunjom l-esploratur Amerigo Vespucci. Huwa replika tax-xini li salpa lejn l-Amerka fl-imgħoddi. Il-port ospitanti ewlieni tiegħu huwa dak ta' La Spezia, l-Italja, u jintuża għat-taħriġ tal-flotta navali militari. Il-motto tal-vapur (li saħansitra huwa miktub fuqu) huwa: Non chi comincia ma quel che persevera (Mhux min jibda jgħodd, iżda min jibqa' jirsisti). Storja Fl-1925, ir-Regia Marina ordnat żewġ vapuri tat-tbaħħir għat-taħriġ skont disinn tal-Ġeneral Logutenent Francesco Rotundi tal-Korp tal-Inġinerija tal-Flotta Navali Taljana, ispirat mill-istil tal-vapuri l-kbar b'74 kanun tal-aħħar tas-seklu 18 (bħall-vapur Naplitan Monarca). L-ewwel vapur, imsejjaħ Cristoforo Colombo, beda jopera fl-1928 u ntuża mill-Flotta Navali Taljana sal-1943. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dan il-vapur ingħata lill-Unjoni Sovjetika bħala kumpens għall-gwerra u ftit wara ma baqax ibaħħar iktar. It-tieni vapur kien l-Amerigo Vespucci, li nbena fl-1930 fit-Tarzna Navali (li qabel kienet Irjali) ta' Castellammare di Stabia (Napli). Il-vapur ġie varat fit-22 ta' Frar 1931 u beda jopera f'Lulju ta' dik is-sena. Il-bastiment għandu buq tal-azzar bi tliet arbli u bil-qlugħ imħaddmin kompletament bil-ħbula. Il-buq tiegħu huwa twil 82.4 metru (270 pied), u t-tul kumplessiv tal-bastiment huwa ta' 101 metru (331 pied) bil-pupress inkluż, filwaqt li l-wisa' kumplessiva tiegħu hija ta' 15.5-il metru (51 pied). Għandu pixka ta' madwar seba' metri (23 pied) u spostament (il-piż totali inkluż il-merkanzija) meta jkun mgħobbi kompletament ta' 4,146 tunnellata. Permezz tal-propulsjoni awżiljari bid-diżil u bl-elettriku, l-Amerigo Vespucci jista' jlaħħaq veloċità ta' 10 knots (19-il kilometru fis-siegħa) b'medda ta' 5,450 mil nawtiku b'medja ta' 6.5 knots. It-tliet arbli tal-azzar huma għoljin 50, 54 u 43 metru rispettivament, u jġorru qlugħ b'erja totali ta' 2,824 m2 (30,400 pied kwadru). L-Amerigo Vespucci għandu 26 qala' – qlugħ kwadri, qlugħ triangolari għaż-żieda tal-veloċità, u qlugħ triangolari għaż-żieda tal-erja: il-qlugħ kollha huma tal-kanvas. Meta l-bastiment ikun qed ibaħħar f'kundizzjonijiet ta' baħar u ta' riħ qawwi jista' jilħaq veloċità ta' 12-il (22 kilometru fis-siegħa). Il-bastiment fih xi 30 kilometru ta' ħbula. Il-ħbula kollha tal-qlugħ huma ħbila tradizzjonali tal-qanneb; iċ-ċimi tal-irmiġġ biss huma sintetiċi biex il-bastiment ikun konformi mar-regolamenti tal-portijiet. Il-buq huwa miżbugħ iswed b'żewġ strixxi bojod, li jibqgħu sejrin saż-żewġ gverti ewlenin tal-kanuni tal-bastiment li fuqhom huwa bbażat id-disinn, għalkemm l-Amerigo Vespucci jġorr żewġ kanuni tas-salut ta' sitt libbri kull wieħed biss fuq muntaturi li jduru fuq il-gverta, quddiem l-arblu prinċipali. It-tavluni tal-gverta huma tal-injam tat-tikk u jridu jinbidlu kull tliet snin. Il-pruwa u l-poppa huma mżejna b'tiżjin mirqum u l-bastiment għandu pulena ta' daqs ta' bniedem ta' Amerigo Vespucci. Il-gallerija tal-poppa hija aċċessibbli biss mill-kabina tal-kaptan. L-ekwipaġġ standard tal-Amerigo Vespucci jinkludi 16-il uffiċjal, 70 uffiċjal mhux ikkummissjonati u 190 baħri. Fis-sajf, meta jitilgħu abbord il-kadetti tal-Akkademja Navali (bit-Taljan: Accademia Navale), l-ekwipaġġ jitla' għal xi 450 ruħ. Fl-1964, il-vapur ġie armat b'żewġ magni 4-stroke u bi tmien ċilindri tat-tip FIAT B 308 ESS li jaħdmu bid-diżil, li ssostitwew il-magni oriġinali 2-stroke b'sitt ċilindri tat-tip FIAT Q 426. Dawn il-magni kienu jiġġeneraw qawwa elettrika għal magna waħda bi propulsjoni elettrika li kienet tipproduċi sa madwar 1,471 kW (1,973 hp). Wara xi xogħlijiet ta' mmodernizzar bejn l-2013 u l-2016, il-vapur ġie armat b'żewġ magni 4-stroke bi 12-il ċilindru tat-tip MTU, ta' 1,32 MW kull waħda, li jaħdmu bid-diżil, b'żewġ magni 4-stroke bi tmien ċilindri tat-tip MTU, ta' 760 kW kull waħda, li jaħdmu bid-diżil, b'magna elettrika waħda tat-tip NIDEC (Ansaldo Sistemi Industriali). Waqt l-istess xogħlijiet, il-vapur ġie armat b'radar ġdid tat-tip GEM Elettronica AN/SPS-753(V)5 u b'antenna satellitari ġdida tat-tip ORBIT AL-7103. Meta jkollu l-kadetti abbord, il-vapur normalment jiġi kkwartjat mill-istazzjon tat-tmun manwali fil-poppa, li jitħaddem permezz ta' erba' roti tal-ikkwartjar bi tnejn min-nies ma' kull rota. Fi żminijiet oħra jintuża t-tagħmir tal-ikkwartjar assistit b'mod idrawliku fuq il-briġġ. Għajr għall-winċ tal-ankra, il-winċijiet abbord mhumiex motorizzati. Il-briġġ huwa mgħammar bi strumenti elettroniċi moderni u sofistikati tan-navigazzjoni. Ħlief fit-Tieni Gwerra Dinjija, l-Amerigo Vespucci kien attiv b'mod kontinwu. Il-biċċa l-kbira tat-tbaħħir ta' taħriġ tiegħu jsir fl-ibħra Ewropej, iżda baħħar ukoll lejn l-Amerka ta' Fuq u l-Amerka t'Isfel, kif ukoll fl-Oċean Paċifiku. Fl-2002, il-bastiment wettaq vjaġġ madwar id-dinja. Fl-1960, l-Amerigo Vespucci ġarr it-torċa Olimpika minn Piraeus sa Siracusa għal-Logħob Olimpiku tas-sajf li sar f'Ruma. Waqt li kien qed ibaħħar fil-Baħar Mediterran fl-1962, it-trasportatur tal-inġenji tal-ajru tal-Istati Uniti USS Independence teptep id-dawl lejn l-Amerigo Vespucci u staqsa: "Min inti?" Il-vapur għoli armat bil-qlugħ kollha wieġeb: "Il-vapur tat-taħriġ Amerigo Vespucci tal-Flotta Navali Taljana". Il-USS Independence rrisponda: "Inti l-isbaħ vapur fid-dinja". L-Amerigo Vespucci spiss jieħu sehem f'parati tat-tbaħħir u fi tlielaq tal-vapuri għoljin, fejn għandha rivalità amikevoli mal-Gorch Fock. Meta tkun sorġuta fil-port, normalment jiġu offruti żjarat pubbliċi fuq il-bastiment. Il-bastiment dar dawra mad-dinja fl-2003. Mill-2013, l-Amerigo Vespucci sar jiddependi direttament fuq il-Kmandant Kap tal-Flotta Navali. Mill-2013 sal-2016, il-bastiment sarulu bosta xogħlijiet ta' mmodernizzar. Fis-7 ta' Lulju 2018, l-Amerigo Vespucci wasal fil-port ta' Almeria, Spanja għat-tielet darba. L-ewwel darba li żar dak il-port kien fl-1932 u t-tieni darba kien fl-1989. Il-bastiment salpa mill-port fl-10 ta' Lulju 2018. Imbagħad baħħar lejn Ponta Delgada fil-Gżejjer Ażores, il-Portugall, u qasam l-Oċean Atlantiku sat-Tramuntana tal-Ewropa. Mill-25 sat-28 ta' Awwissu 2022, l-Amerigo Vespucci rmiġġa fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta, Malta. Il-bastiment salpa għall-vjaġġ ta' taħriġ minn Livorno fit-2 ta' Lulju 2022 u segwa rotta fil-Mediterran u l-Atlantiku, irmiġġa f'Palermo, l-Italja, f'Tuneż, it-Tuneżija, fl-Alġier, l-Alġerija, f'Liżbona, il-Portugall, f'Casablanca, il-Marokk, f'Cadiz, Spanja, u fi Trapani, l-Italja. Mill-Belt Valletta, il-bastiment irritorna l-Italja, fejn il-kadetti kkonkludew il-vjaġġ ta' taħriġ tagħhom. Dan il-bastiment ilu ambaxxatur tal-UNICEF minn Settembru 2007, u ngħata wkoll il-bandiera tad-Deċennju tax-Xjenza tal-Oċeani tan-Nazzjonijiet Uniti mill-UNESCO. Speċifikazzjonijiet tekniċi Dawn huma xi speċifikazzjonijiet tekniċi tal-Amerigo Vespucci: Impjant tal-Bini tal-Vapuri: Cantiere Nautico Tagliapietra, Venezja, l-Italja; Spostament: sitt tunnellati; Tul: 10 metri (32 pied u 10 pulzieri); Wisa': 2.6 metri (tmien piedi u sitt pulzieri); Propulsjoni: 2 magni FPT S30 ta' 170 hp (130 kW) kull waħda; Veloċità: 16-il knots (30 kilometru fis-siegħa); Medda: 180 mil nawtiku (330 km; 210 mil). Referenzi Bastimenti
28944
https://mt.wikipedia.org/wiki/Amerigo%20Vespucci
Amerigo Vespucci
Amerigo Vespucci (pronunzja bit-Taljan: [ameˈriːɡo veˈsputtʃi]; twieled fid-9 ta' Marzu 1451 – miet fit-22 ta' Frar 1512) kien merkant, esploratur u navigatur Taljan mir-Repubblika ta' Firenze, u li minn ismu oriġina isem l-"Amerka" ta' Fuq u t'Isfel). Bejn l-1497 u l-1504, Vespucci pparteċipa f'minn tal-inqas żewġ vjaġġi tal-Epoka tal-Iskoperti, l-ewwel f'isem Spanja (1499-1500) u mbagħad f'isem il-Portugall (1501-1502). Fl-1503 u fl-1505 ġew ippubblikati żewġ kotba żgħar f'ismu, li fihom deskrizzjonijiet imħawra ta' dawn l-esplorazzjonijiet u ta' vjaġġi allegati oħra. Iż-żewġ pubblikazzjonijiet kienu estremament popolari u moqrija b'mod wiesa' fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa. Għalkemm l-istoriċi għadhom jiddubitaw min tassew kien l-awtur ta' dawn ir-rakkonti u kemm huma veritieri, dak iż-żmien kienu strumentali biex irawmu l-kuxjenza dwar l-iskoperti l-ġodda u biex saħħew ir-reputazzjoni ta' Vespucci bħala esploratur u navigatur. Vespucci saħaq li kien fehem, diġà fl-1501 waqt l-ispedizzjoni Portugiża, li l-Brażil kien jagħmel parti minn kontinent ġdid għall-Ewropej, li hu sejjaħ id-"Dinja l-Ġdida". Dan ispira lill-kartografu Martin Waldseemüller jirrikonoxxi l-kisbiet ta' Vespucci fl-1507 billi uża l-forma Latinizzata ta' isem l-"Amerka" għall-ewwel darba fuq mappa tad-Dinja l-Ġdida. Kartografi oħra għamlu bħalu u sal-1532 l-isem "Amerka" (ta' Fuq u t'Isfel) beda jintuża b'mod permanenti għall-kontinenti li kienu għadhom kemm ġew skoperti. Mhuwiex magħruf jekk Vespucci qatt kienx jaf b'dawn l-unuri. Fl-1505, huwa sar ċittadin ta' Kastilja permezz ta' digriet irjali u fl-1508 inħatar għall-kariga l-ġdida ta' piloto mayor (navigatur ewlieni) għall-Casa de Contratación (Kamra tal-Kummerċ) ta' Spanja f'Sivilja, kariga li baqa' jokkupa sa mewtu fl-1512. Bijografija Vespucci twieled fid-9 ta' Marzu 1451 f'Firenze, belt-stat sinjura fl-Italja u ċ-ċentru tal-arti u tat-tagħlim Rinaxximentali. Familja u edukazzjoni Amerigo Vespucci kien it-tielet iben ta' Nastagio Vespucci, nutar minn Firenze tax-Xirka ta' dawk li jsarrfu l-flus, u ta' Lisa di Giovanni Mini. Il-familja kienet tirresjedi fid-Distrett ta' Santa Lucia d'Ognissanti flimkien ma' familji oħra tan-nisel ta' Vespucci. Ġenerazzjonijiet iktar bikrin ta' Vespucci kienu ffinanzjaw il-kappella tal-familja fil-Knisja tal-Qaddisin Kollha, u l-Isptar ta' San Giovanni di Dio fil-qrib kien ġie stabbilit minn Simone di Piero Vespucci fl-1380. Il-familja immedjata ta' Vespucci ma tantx kienet tassew sinjura iżda kellha konnessjonijiet politiċi tajbin. In-nannu ta' Amerigo, li wkoll kien jismu Amerigo Vespucci, kien il-kanċillier tal-gvern ta' Firenze, magħruf bħala s-Signoria, għal total ta' 36 sena; filwaqt li Nastagio kien ħadem ukoll fis-Signoria u f'uffiċċji oħra tax-xirkiet. L-iktar ħaġa importanti kienet li l-familja Vespucci kellha relazzjonijiet tajbin ma' Lorenzo de' Medici, il-mexxej setgħan de facto ta' Firenze. Iż-żewġ aħwa l-kbar ta' Amerigo, Antonio u Girolamo, intbagħtu l-Università ta' Pisa għall-edukazzjoni tagħhom; Antonio kompla mal-linja ta' missieru u sar nutar, filwaqt li Girolamo daħal mal-Knisja u ngħaqad mal-Kavallieri ta' San Ġwann f'Rodi, il-Greċja. Il-karriera ta' Amerigo kienet inqas ċerta; minflok għamel bħal ħutu u mar l-universitài, huwa baqa' Firenze u ġie mgħallem minn zijuh, Giorgio Antonio Vespucci, patri Dumnikan fil-Monasteru ta' San Mark. B'xorti tajba għal Amerigo, zijuh kien wieħed mill-iżjed studjużi umanisti rinomati f'Firenze dak iż-żmien u pprovdielu edukazzjoni wiesgħa fil-letteratura, il-filosofija, ir-retorika u l-Latin. Huwa ġie introdott ukoll għall-ġeografija u għall-astronomija, li kienu suġġetti li kellhom rwol essenzjali fil-karriera tiegħu. Il-kitbiet li Amerigo ħejja iktar 'il quddiem juru li kien midħla tax-xogħol tal-kożmografi Griegi klassiċi, Tolomew u Strabo, u tax-xogħol iktar reċenti tal-astronomu minn Firenze Paolo dal Pozzo Toscanelli. Karriera bikrija Fl-1478, Guido Antonio Vespucci mexxa missjoni diplomatika ta' Firenze f'Pariġi, Franza, u stieden lil kuġinuh iż-żgħir, Amerigo Vespucci, jingħaqad miegħu. Ir-rwol ta' Amerigo mhux ċar, iżda x'aktarx kien assistent jew segretarju privat. Matul il-missjoni wettqu xogħol f'Bologna, f'Milan u f'Lyon. L-objettiv tagħhom f'Pariġi kien li jiksbu l-appoġġ Franċiż għall-gwerra ta' Firenze kontra Napli. Lwiġi XI ma ħax impenji u l-missjoni diplomatika reġgħet lura f'Firenze fl-1481 mingħajr wisq suċċess minkejja l-isforzi tagħhom. Wara li reġa' lura minn Pariġi, Amerigo ħadem għal xi żmien ma' missieru u kompla l-istudji tiegħu fix-xjenza. Fl-1482, meta missieru miet, Amerigo mar jaħdem għal Lorenzo di Pierfrancesco de' Medici, il-kap ta' fergħa żagħżugħa tal-familja Medici. Minkejja li Amerigo kellu tnax-il sena iktar, kienu studjaw flimkien taħt it-tutela ta' Giorgio Antonio Vespucci. Amerigo għamilha l-ewwel ta' maniġer tal-familja u mbagħad gradwalment ingħata iktar responsabbiltajiet, u beda jieħu ħsieb in-negozju għall-familja kemm fil-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż. Sadanittant, huwa baqa' interessat fil-ġeografija, u darba minnhom saħansitra xtara mappa għalja magħmula mill-kartografu ewlieni Gabriel de Vallseca. Sivilja Fl-1488, Lorenzo di Pierfrancesco xaba' mill-aġent tan-negozju tiegħu f'Sivilja, Tomasso Capponi. Għalhekk bagħat lil Vespucci biex jinvestiga s-sitwazzjoni u jagħti valutazzjoni ta' sostitut issuġġerit, il-merkant minn Firenze Gianotto Berardi. Is-sejbiet ta' Vespucci ntilfu iżda Capponi reġa' lura Firenze għall-ħabta ta' dak iż-żmien u Berardi ħa l-kariga tiegħu f'Sivilja. Minbarra l-ġestjoni tal-kummerċ tal-familja Medici f'Sivilja, Berardi kellu n-negozju tiegħu fl-iskjavitù tal-Afrikani u tax-xama' u tax-xemgħat għall-vapuri. Sal-1492 Vespucci stabbilixxa ruħu b'mod permanenti f'Sivilja. Il-motivazzjonijiet tiegħu għaliex telaq minn Firenze mhumiex ċari; hu baqa' jkollu xi negozju f'isem il-familja Medici iżda kulma jmur beda jinvolvi ruħu fl-attivitajiet l-oħra ta' Berardi, b'mod partikolari l-appoġġ tiegħu għall-vjaġġi ta' Kristofru Kolombu. Barardi investa nofs miljun maravedis fl-ewwel vjaġġ ta' Kolombu, u rebaħ kuntratt potenzjalment li jqalla' ħafna flus biex iwassal il-provvisti lit-tieni flotta kbira ta' Kolombu. Madankollu, il-qligħ ma tantx kien kif mistenni. Fl-1495, Berardi ffirma kuntratt mal-monarkija biex jibgħat 12-il vapur tal-provvisti lejn Hispaniola iżda laħaq miet ħesrem f'Diċembru mingħajr ma ssodisfa t-termini tal-kuntratt. Vespucci kien l-eżekutur tat-testment ta' Berardi, u ġabar id-dejn u ħallas l-obbligazzjonijiet pendenti għall-azjenda. Wara l-eżekuzzjoni spiċċa kellu jħallas 140,000 maravedis. Huwa kompla jwassal il-provvisti lill-vapuri li kellhom isalpaw lejn l-Indji tal-Punent, iżda l-opportunitajiet tiegħu bdew jonqsu; l-ispedizzjonijiet ta' Kolombu ma kinux qed iwasslu l-qligħ mistenni, u l-patrun tiegħu, Lorenzo di Pierfrancesco Medici, beda juża aġenti oħra minn Firenze biex jieħdu ħsieb in-negozju tiegħu f'Sivilja. Xi żmien wara li stabbilixxa ruħu f'Sivilja, Vespucci żżewweġ mara Spanjola, Maria Cerezo. Ma tantx nafu wisq fuqha; it-testment ta' Vespucci jirreferi għaliha bħala bint il-mexxej militari magħruf Gonzalo Fernández de Córdoba. L-istoriku Fernández-Armesto jispekula li jaf kienet wild illeġittimu ta' Gonzalo u konnessjoni utli ħafna għal Vespucci. Hija kienet parteċipant attiv fin-negozju tiegħu u kellha l-prokura għal meta Vespucci ma kienx preżenti. Vjaġġi u vjaġġi allegati L-evidenza tal-vjaġġi ta' esplorazzjoni ta' Vespucci tikkonsisti kważi għalkollox minn għadd ta' ittri miktuba minnu jew attribwiti lilu. L-istoriċi ma laħqux qbil dwar jekk kienx hu l-awtur tal-ittri, kif ukoll dwar kemm kienu preċiżi u veritieri dawn id-dokumenti. B'hekk, l-opinjonijiet rigward l-għadd ta' vjaġġi li saru, ir-rotot tagħhom, u rwoli u l-kisbiet ta' Vespucci jvarjaw ħafna. Mill-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 15, Vespucci pparteċipa f'żewġ vjaġġi lejn id-Dinja l-Ġdida li huma ddokumentati sew storikament. Tnejn oħra ġew allegati iżda l-evidenza tagħhom hija iktar problematika. Tradizzjonalment, il-vjaġġi ta' Vespucci issir referenza għalihom bħala "l-ewwel" sa "ir-raba'", anke mill-istoriċi li ma jaqblux li wieħed jew iktar mill-vjaġġ qatt seħħx. Vjaġġ allegat tal-1497-1498 Ittra indirizzata lill-uffiċjal minn Firenze Piero Soderini, datata fl-1504 u ppubblikata s-sena ta' wara, tgħid li hija rakkont ta' Vespucci dwar vjaġġ lejn id-Dinja l-Ġdida, bit-tluq minn Spanja fl-10 ta' Mejju 1497, u bir-ritorn fil-15 ta' Ottubru 1498. Dan x'aktarx li huwa l-iżjed vjaġġ kontroversjali mill-vjaġġi ta' Vespucci, peress li din l-ittra hija l-unika waħda magħrufa dwar dan il-vjaġġ, u bosta storiċi jiddubitaw li seħħ kif deskritt. Uħud jiddubitaw li Vespucci kien l-awtur filwaqt li oħrajn isostnu li mhijiex ittra preċiża u jsostnu li ġiet iffalsifikata. Oħrajn jindikaw l-inkonsistenzi fin-narrazzjoni tal-vjaġġ, partikolarment ir-rotta allegata, minn ħdejn il-Honduras lejn il-Majjistral għal 870 lega (madwar 5,130 km jew 3,190 mil) — rotta li kieku kienet tgħaddihom mill-Messiku sal-Oċean Paċifiku. Ċerti storiċi iktar bikrin, inkluż il-kontemporanju Bartolomé de las Casas, issuspetta li Vespucci inkorpora osservazzjonijiet minn vjaġġ li sar wara f'rakkont fittizju dwar dan il-vjaġġ allegat, sabiex jikseb il-primazija fuq Kolombu u jippożizzjona lilu nnifsu bħala l-ewwel esploratur Ewropew li sab l-art kontinentali. Oħrajn, inkluż l-istudjuż Alberto Magnaghi, issuġġerew li l-ittra lil Solderini ma nkitbitx minn Vespucci, iżda minn xi awtur mhux magħruf li kellu aċċess għall-ittri privati tan-navigatur lil Lorenzo de' Medici dwar l-ispedizzjonijiet tiegħu tal-1499 u tal-1501 lejn l-Amerki, li ma jsemmux vjaġġ fl-1497. L-ittra lil Soderini hija waħda minn tnejn attribwiti lil Vespucci li ġew editjati u ċċirkolati b'mod mifrux matul ħajtu. Vjaġġ tal-1499-1500 Fl-1499, Vespucci ngħaqad ma' spedizzjoni liċenzjata minn Spanja u mmexxija minn Alonso de Ojeda bħala kmandant tal-flotta u minn Juan de la Cosa bħala navigatur ewlieni. L-intenzjoni tagħhom kienet li jesploraw il-kost ta' massa ġdida ta' art li sab Kolombu fit-tielet vjaġġ tiegħu u b'mod partikolari li jinvestigaw sors rikk ta' ġawhar li kien irrapporta Kolombu. Vespucci u l-appoġġaturi tiegħu ffinanzjaw tnejn mill-erba' vapuri fil-flotta żgħira. Ir-rwol tiegħu fil-vjaġġ mhuwiex ċar. Meta kiteb iktar 'il quddiem dwar l-esperjenza tiegħu, Vespucci ta l-impressjoni li kellu rwol ta' tmexxija, iżda dan ma tantx huwa probabbli, minħabba li ma kellux esperjenza. Minflok, jaf għamilha ta' rappreżentant kummerċjali f'isem l-investituri tal-flotta. Snin wara, Ojeda semma li "Morigo Vespuche" kien wieħed mill-piloti tiegħu fl-ispedizzjoni.Il-bastimenti telqu minn Spanja fit-18 ta' Mejju 1499 u l-ewwel waqfu fil-Gżejjer Kanarji qabel ma waslu l-Amerka t'Isfel xi mkien fejn illum hemm is-Suriname jew il-Guyana Franċiża. Minn hemm il-flotta nqasmet: Ojeda baqa' sejjer lejn il-Majjistral fejn illum hemm il-Venezwela b'żewġ vapuri, filwaqt li l-par l-ieħor ta' vapuri salpaw lejn in-Nofsinhar b'Vespucci abbord. L-unika rakkont tal-vjaġġ lejn in-Nofsinhar sar minn Vespucci nnifsu. Huwa assuma li kienu mal-kosta tal-Asja u billi salpaw lejn in-Nofsinhar, skont il-ġeografu Grieg Tolomew, suppost kellhom iduru mal-"Kap ta' Cattigara" mhux identifikat u jaslu fl-Oċean Indjan. Għaddew minn ħdejn żewġ xmajjar enormi (l-Amazon u l-Para) li kienu qed inixxu l-ilma ħelu xi 25 mil (40 km) mill-baħar. Huma baqgħu sejrin lejn in-Nofsinhar għal 40 lega (madwar 240 kilometru jew 150 mil) oħra qabel ma ltaqgħu ma' kurrent avvers qawwi ħafna li ma setgħux isibu tarfu. B'hekk kienu obbligati jduru u l-vapuri salpaw lejn it-Tramuntana lura minn fejn ġew. Minn hemm Vespucci kompla tiela' l-kosta tal-Amerka t'Isfel sal-Gof ta' Paria u tul ix-xatt tal-Venezwela. F'xi punt jaf reġgħu ltaqgħu u ngħaqdu ma' Ojeda iżda l-evidenza mhix ċara. Fl-aħħar tas-sajf iddeċidew li jsalpaw lejn it-Tramuntana fid-direzzjoni tal-kolonja Spanjola ta' Hispaniola fl-Indji tal-Punent biex isewwu l-vapuri tagħhom u jerġgħu jimluhom bil-provvisti qabel ma jmorru lura d-dar. Wara Hispaniola għamlu attakki fil-qosor għall-iskjavi fil-Bahamas, u qabdu 232 nattiv, u mbagħad reġgħu lura lejn Spanja. Vjaġġ tal-1501-1502 Fl-1501, Manwel I tal-Portugall ikkummissjona spedizzjoni biex tiġi investigata massa ta' art 'il bogħod lejn il-Punent fl-Oċean Atlantiku li ltaqa' magħha b'kumbinazzjoni Pedro Álvares Cabral fil-vjaġġ tiegħu madwar l-Afrika lejn l-Indja. Dik l-art eventwalment kienet il-Brażil. Ir-re ried ikun jaf x'kienet tfisser din l-iskoperta l-ġdida u jiddetermina fejn kienet fir-rigward tal-linja stabbilita mit-Trattat ta' Tordesillas. Kwalunkwe art fil-Lvant tal-linja setgħet tittieħed mill-Portugall. Ir-reputazzjoni ta' Vespucci bħala esploratur u navigatur preżunt diġà kienet waslet il-Portugall, u ġie mqabbad mir-re biex ikun il-pilota taħt il-kmand ta' Gonçalo Coelho.Il-flotta ta' tliet vapuri ta' Coelho telqet minn Liżbona f'Mejju 1501. Qabel ma qasmu l-Atlantiku waqfu għall-provvisti f'Cabo Verde, fejn iltaqgħu ma' Cabral fi triqtu lura d-dar mill-vjaġġ tiegħu lejn l-Indja. Din kienet l-istess spedizzjoni li kienet sabet il-Brażil fil-vjaġġ tas-sena ta' qabel. Coelho telaq minn Cabo Verde f'Ġunju, u minn hemm 'il quddiem ir-rakkont ta' Vespucci huwa l-unika wieħed li għad fadal dwar l-esplorazzjonijiet tagħhom. Fis-17 ta' Awwissu 1501, l-ispedizzjoni waslet il-Brażil f'latitudni ta' madwar 6° fin-Nofsinhar. Fl-iżbark inzertat grupp ostili ta' nattivi li qatlu u kielu wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ. Iktar lejn in-Nofsinhar tul il-kosta sabu nattivi inqas ostili u setgħu jwettqu xi forma żgħira ta' kummerċ. F'23° fin-Nofsinhar sabu bajja li semmewha Rio de Janeiro għaliex kien l-1 ta' Jannar 1502. Fit-13 ta' Frar 1502, huma telqu mill-kosta biex jerġgħu lura d-dar. Skont l-istimi ta' Vespucci il-latitudni tagħhom kienet 32° fin-Nofsinhar iżda l-esperti issa jistmaw li kienu eqreb il-25° fin-Nofsinhar. Il-vjaġġ tagħhom lejn id-dar mhuwiex ċar peress li Vespucci rreġistra għadd ta' osservazzjonijiet astronomiċi konfużi u d-distanzi li vvjaġġaw. Vjaġġ allegat tal-1503-1504 Fl-1503, Vespucci jaf ipparteċipa fit-tieni spedizzjoni għall-monarkija Portugiża, u mill-ġdid esplora l-kosta tal-Lvant tal-Brażil. Hemm evidenza li sar vjaġġ immexxi minn Coelho għall-ħabta ta' dan iż-żmien iżda ma hemm l-ebda konferma indipendenti li Vespucci ipparteċipa. L-unika sors ta' dan l-aħħar vjaġġ hi l-ittra lil Soderini; iżda bosta studjużi moderni jiddubitaw kemm Vespucci kien l-awtur ta' dik l-ittra u mhuwiex ċert jekk Vespucci għamilx dan il-vjaġġ. Hemm diffikultajiet ukoll bid-dati u d-dettalji rrapportati fir-rakkont ta' dan il-vjaġġ. Ritorn lejn Sivilja Sal-bidu tal-1505, Vespucci kien lura f'Sivilja. Ir-reputazzjoni tiegħu bħala esploratur u navigatur baqgħet tikber u s-servizz reċenti tiegħu fil-Portugall donnu li ma naffarx lir-Re Ferdinandu. Minflok ir-re kien x'aktarx interessat li jitgħallem dwar il-possibbiltà ta' passaġġ fil-Punent lejn l-Indja. Fi Frar ġie msejjaħ mir-re biex jikkonsultah fuq kwistjonijiet ta' navigazzjoni. Fix-xhur ta' wara ngħata pagamenti mill-monarkija għas-servizzi tiegħu u f'April ġie ddikjarat ċittadin ta' Kastilja u León permezz ta' proklamazzjoni rjali. Mill-1505 sa mewtu fl-1512, Vespucci baqa' jagħti servizz lill-monarkija Spanjola. Huwa baqa' jaħdem fl-għoti tal-provvisti lill-vapuri li kienu se jsalpaw lejn l-Indji. Ġie mqabbad ukoll biex jidderieġi vapur bħala parti minn flotta li kellha ssalpa lejn il-"gżejjer tal-ħwawar" iżda l-vjaġġ ippjanat qatt ma seħħ. F'Marzu 1508 ġie nnominat pilota ewlieni tal-Casa de Contratación jew il-Kamra tal-Kummerċ li kienet topera bħala kamra ċentrali tal-kummerċ għall-pussessi ekstra-Ewropej ta' Spanja. Huwa kien jitħallas salarju annwali ta' 50,000 maravedis u 25,000 żejda għall-ispejjeż. Fir-rwol il-ġdid tiegħu, Vespucci kien responsabbli biex jiżgura li l-piloti tal-vapuri kien imħarrġa biżżejjed u liċenzjati qabel ma jbaħħru lejn id-Dinja l-Ġdida. Huwa kellu wkoll jikkompila "mudell ta' mappa" abbażi tal-input mill-piloti li kellhom l-obbligu li jikkondividu dak li tgħallmu wara kull vjaġġ. Vespucci kiteb it-testment tiegħu f'April 1511. Huwa ħalla l-biċċa l-kbira tal-patrimonju mudest tiegħu, inkluż ħames skjavi domestiċi, lil martu. Il-ħwejjeġ, il-kotba u t-tagħmir tan-navigazzjoni tiegħu tħallew lin-neputi Giovanni Vespucci. Huwa talab li jindifen skont it-tradizzjoni Franġiskana fil-qabar tal-familja ta' martu. Vespucci miet fit-22 ta' Frar 1512. Wara li miet, il-mara ta' Vespucci ngħatat pensjoni annwali ta' 10,000 maravedis li kellhom jitnaqqsu mis-salarju tal-pilota ewlieni li kien is-suċċessur ta' Vespucci. In-neputi tiegħu Giovanni tqabbad jaħdem fil-Casa de Contratación fejn qatta' s-snin ta' wara jispijja f'isem l-istat ta' Firenze. Biblijografija Arciniegas, Germán (1955). Amerigo and the New World: The Life and Times of Amerigo Vespucci. Traduzzjoni ta' de Onís, Harriet. New York: Alfred A. Knopf. ISBN 0374902801. Beazley, Charles Raymond (1911). "Vespucci, Amerigo" . Encyclopædia Britannica. Vol. 27 (11th ed.). pp. 1053–1054. Brinkbaumer, Klaus; Hoges, Clemens (2004). The Voyage of the Vizcaina. Traduzzjoni ta' Streck, Annette. Harcourt. pp. 105–109. ISBN 978-0151011865. Diffie, Bailey W.; Winius, George D. (1977). Foundations of the Portuguese Empire 1415–1580. University of Minnesota Press. pp. 456–462. Edwards, Charles Lester; Vespucci, Amerigo (2009). Amerigo Vespucci. Viartis. ISBN 978-1906421021. Fernández-Armesto, Felipe (2007). Amerigo: The Man Who Gave His Name to America. New York: Random House. Formisano, Luciano (1992). Letters from a New World: Amerigo Vespucci's Discovery of America. New York: Marsilio. ISBN 0941419622. Lester, Toby (2009). The Fourth Part of the World. New York: Free Press. ISBN 978-1416535317. Magnaghi, Alberto (1924). Amerigo Vespucci: Studio critico, con speciale riguardo ad una nuova valutazione delle fonti e con documenti inediti tratti dal Codice Vaglienti. Ruma: Treves. Markham, Clements R. (1894). The Letters of Amerigo Vespucci, and Other Documents Illustrative of His Career. London: Hakluyt Society. ISBN 978-1108012867. Morison, Samuel Eliot (1974). The European Discovery of America: The Southern Voyages, 1492–1616. New York: Oxford University Press. pp. 276–312. Ober, Frederick A. (1907). Amerigo Vespucci. New York & London: Harper & Brothers. ISBN 978-1503010727. Pohl, Frederick J. (1944). Amerigo Vespucci: Pilot Major. New York: Columbia University Press. Ray, Kurt (2004). Amerigo Vespucci: Italian Explorer of the Americas. New York: The Rosen Publishing Group. ISBN 0823936155. Schulz, Norbert; Vespucci, Amerigo (2007). Amerigo Vespucci, Mundus Novus (mit Zweittexten). MMO-Verlag. ISBN 978-3981114423. Thomas, Hugh (2003). Rivers of Gold. New York: Random House. pp. 269–276. ISBN 0375502041. Vespucci, Amerigo (1504). Mundus Novus: Letter to Lorenzo Pietro Di Medici. Traduzzjoni ta' George Tyler. Princeton: Princeton University Press (ippubblikata fl-1916). Vigneras, Louis-André (1976). The Discovery of South America and the Andalusian Voyages. Chicago: University of Chicago Press. ISBN 978-0226856094. Referenzi Navigaturi Nies Taljani Twieldu fl-1451 Mietu fl-1512 Esploraturi
28950
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vasco%20da%20Gama
Vasco da Gama
Vasco da Gama, l-Ewwel Konti ta' Vidigueira (pronunzja bil-Portugiż Ewropew: [ˈvaʃku ðɐ ˈɣɐ̃mɐ]; twieled fl-1469 – miet fl-24 ta' Diċembru 1524), kien esploratur Portugiż u l-ewwel Ewropew li wasal sal-Indja bil-baħar. L-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indja mill-Kap tat-Tama t-Tajba (bl-Ingliż: Cape of Good Hope) fl-1497-1499 kien l-ewwel wieħed li kkollega l-Ewropa u l-Asja permezz ta' rotta oċeanika, u li kkollega l-Oċean Atlantiku u l-Oċean Indjan, għaldaqstant kkollega l-Punent mal-Orjent. Inġenerali dan jitqies bħala stadju importanti fl-istorja dinjija, peress li mmarka l-bidu ta' fażi ta' multikulturaliżmu globali permezz tat-trasport marittimu. L-iskoperta ta' Da Gama tar-rotta bil-baħar lejn l-Indja wittiet it-triq għal era ta' imperjaliżmu globali u ppermettiet lill-Portugiżi jistabbilixxu imperu kolonjali li dam fit-tul tul ir-rotta mill-Afrika sal-Asja. Il-vjolenza u t-teħid tal-ostaġġi użata minn da Gama u dawk ta' warajh taw reputazzjoni brutali lill-Portugiżi fost ir-renji indiġeni tal-Indja u stabbilew mudell għall-kolonjaliżmu tal-Punent fl-Epoka tal-Esplorazzjoni. L-ivvjaġġar tul ir-rotta oċeanika ppermettiet lill-Portugiżi jevitaw li jbaħħru mill-Mediterran li kien miżgħud taqbid u mill-Peniżola tal-Arabja li kienet tant perikoluża dak iż-żmien. Is-somma tad-distanzi koperti fil-vjaġġi 'l hemm u 'l hawn wasslet biex din l-ispedizzjoni kienet l-itwal vjaġġ oċeaniku li qatt kien sar sa dak iż-żmien. Wara deċennji sħaħ fejn il-baħrin ippruvaw jaslu sal-Indji, b'tant eluf ta' ħajjiet u għexieren ta' bastimenti mitlufa minħabba l-għarqiet u l-attakki, da Gama żbarka f'Kozhikode fl-20 ta' Mejju 1498. L-aċċess bla oppożizzjoni għar-rotot tal-ħwawar Indjani ta spinta lill-ekonomija tal-Imperu Portugiż, li qabel kien ibbażat tul il-parti tat-Tramuntna u l-parti kostali tal-Punent tal-Afrika. Għall-ewwel, il-ħwawar prinċipali li nkisbu mix-Xlokk tal-Asja kienu l-bżar u l-kannella, iżda f'qasir żmien ġew inklużi prodotti oħra, li kollha kienu ġodda għall-Ewropa. Il-Portugall żamm monopolju kummerċjali ta' dawn il-prodotti bażiċi għal diversi deċennji. Għadda saħansitra seklu sħiħ qabel qawwiet Ewropej oħra, l-ewwel ir-Repubblika Olandiża u l-Ingilterra, u mbagħad Franza u d-Danimarka, ma rnexxielhom jisfidaw il-monopolju kummerċjali u s-supremazija navali tal-Portugall fir-Rotta tal-Kap tal-Lvant. Da Gama mexxa tnejn mill-Armadas tal-Indja Portugiża, l-ewwel u r-raba'. Din tal-aħħar kienet l-ikbar waħda u salpat għall-Indja erba' snin wara li rritorna mill-ewwel vjaġġ. Fl-1524, bħala kumpens għall-kontributi tiegħu, da Gama nħatar bħala Gvernatur tal-Indja, bit-titlu ta' Viċirè, u sar nobbli bħala l-Ewwel Konti ta' Vidigueira fl-1519. Huwa baqa' rinomat bħala figura ewlenija fl-istorja tal-esplorazzjoni, u ngħata ġieħ madwar id-dinja kollha permezz ta' mfakar tal-esplorazzjonijiet u tal-kisbiet tiegħu. Il-poeżija epika nazzjonali Portugiża Os Lusíadas inkitbet minn Luís de Camões biex tagħtih ġieħ. F'Marzu 2016, eluf ta' artefatti u fdalijiet nawtiċi ġew irkuprati mill-vapur mgħerreq Esmeralda, wieħed mill-armadas ta' da Gama, li nstab lil hinn mill-kosta tal-Oman. Ħajja bikrija Vasco da Gama twieled fl-1469 fir-raħal ta' Sines, wieħed mill-ftit portijiet marittimi tul il-kosta tal-Alentejo fil-Lbiċ tal-Portugall, x'aktarx f'dar qrib il-Knisja ta' Nossa Senhora das Salas. Missier Vasco da Gama kien Estêvão da Gama, li fis-snin 60 tas-seklu 15 kien kavallier tal-familja ta' Infante Ferdinand, id-Duka ta' Viseu. Huwa tela' fil-ġerarkija tal-Ordni Militari ta' Santiago. Estêvão da Gama nħatar alcaide-mór (gvernatur ċivili) ta' Sines fis-snin 60 tas-seklu 15, kariga li baqa' jokkupa sal-1478; imbagħad wara kompla bħala kollettur tat-taxxi u detentur tal-commendas tal-Ordni fir-reġjun. Estêvão da Gama żżewweġ lil Isabel Sodré, bint João Sodré (magħruf ukoll bħala João de Resende), minn familja b'konnessjonijiet tajbin ta' oriġini Ingliża. Missierha u l-aħwa tagħha, Vicente Sodré u Brás Sodré, kellhom konnessjonijiet mal-familja ta' Infante Diogo, id-Duka ta' Viseu, u kienu figuri prominenti fl-Ordni Militari ta' Kristu. Vasco da Gama kien it-tielet mill-ħames subien ta' Estêvão da Gama u Isabel Sodré – f'ordni (probabbli) skont l-etajiet: Paulo da Gama, João Sodré, Vasco da Gama, Pedro da Gama u Aires da Gama. Vasco kellu wkoll oħtu waħda magħrufa, Teresa da Gama, li żżewġet lil Lopo Mendes de Vasconcelos. Ma tantx nafu wisq dwar il-ħajja bikrija ta' da Gama. L-istoriku Portugiż Teixeira de Aragão jissuġġeriuxxi li studja fir-raħal iktar 'il ġewwa ta' Évora, fejn x'aktarx li tgħallem il-matematika u n-navigazzjoni. Intqal ukoll li studja taħt Abraham Zacuto, astrologu u astronomu, iżda l-bijografu ta' da Gama Subrahmanyam isostni li dan it-tagħrif huwa dubjuż. Għall-ħabta tal-1480, da Gama segwa lil missieru (iktar milli l-familja Sodrés) u ssieħeb fl-Ordni ta' Santiago. Il-kap tal-Ordni ta' Santiago kien il-Prinċep Ġwanni, li tela' fuq it-tron fl-1481 bħala r-Re Ġwanni II tal-Portugall. Ġwanni II kellu għall-qalbu l-Ordni, u l-prospetti ta' Vasco da Gama u ta' missieru żdiedu ferm. Fl-1492, Ġwanni II bagħat lil Vasco da Gama fuq missjoni lejn il-port ta' Setúbal u sal-Algarve biex jissekwestra xi vapuri Franċiżi bħala ritaljazzjoni għall-ksur taż-żamma ta' paċi kontra t-trasport marittimu Portugiż – kompitu li da Gama wettaq malajr u b'mod effettiv. Esplorazzjoni qabel da Gama Mill-bidu tas-seklu 15, l-ispedizzjonijiet Portugiżi organizzati mill-Prinċep Enriku n-Navigatur kienu qed isalpaw lejn in-Nofsinhar tal-kosta Afrikana, primarjament sabiex ifittxu għar-rikkezzi tal-Punent tal-Afrika (b'mod partikolari d-deheb u l-iskjavi). Kienu kabbru ferm l-għarfien marittimu Portugiż, iżda ma tant kellhom wisq qligħ għall-isforzi tagħhom. Wara l-mewt ta' Enriku fl-1460, il-monarkija Portugiża ma tantx uriet interess li tkompli b'dan l-isforz, u fl-1469, illiċenzjat dan l-isforz Afrikan ittraskurat lil konsorzju privat ta' merkanti ta' Liżbona mmexxi minn Fernão Gomes. Fi żmien ftit snin, il-kaptana ta' Gomes wessgħu l-għarfien Portugiż lil hinn mill-Golf tal-Guinea, u għamlu kummerċ bit-trab tad-deheb, bil-bżar melegueta, bl-avorju u bl-iskjavi sub-Saħarjani. Meta l-ftehim li kellu Gomes wasal biex jiġġedded fl-1474, il-Prinċep Ġwanni (iktar 'il quddiem ir-Re Ġwanni II), staqsa lil missieru Afonso V tal-Portugall biex ma jġeddidx il-ftehim u jkompli jieħu ħsieb kollox hu. Malli sar re fl-1481, Ġwanni II tal-Portugall beda jwettaq bosta riformi twal. Sabiex jeħles mid-dipendenza tal-monarkija fuq in-nobbiltà fewdali, Ġwanni II kellu bżonn isaħħaħ it-teżor irjali; u kkunsidra l-kummerċ irjali bħala l-muftieħ biex jikseb dak l-għan. Fir-renju ta' Ġwanni II, il-kummerċ tad-deheb u tal-iskjavi fil-Punent tal-Afrika tkabbar ferm. Huwa kien ħerqan li jbill subgħajh fil-qligħ kbir tal-kummerċ tal-ħwawar bejn l-Ewropa u l-Asja, li kien isir l-iktar fuq l-art. Dak iż-żmien, dan il-kummerċ kien prattikament monopolju tar-Repubblika ta' Venezja, li kienet topera rotot fuq l-art mill-portijiet tal-Lvant u Eġizzjani, mill-Baħar l-Aħmar sas-swieq tal-ħwawar tal-Indja. Ġwanni II stabbilixxa objettiv ġdid għall-kaptana tiegħu: li jsibu rotta bil-baħar sal-Asja billi jbaħħru madwar il-kontinent Afrikan. Sakemm Vasco da Gama għalaq xi 20 sena, il-pjanijiet tar-re kienu bdew jitwettqu. Fl-1487, Ġwanni II qabbad żewġ spjuni, Pero da Covilhã u Afonso de Paiva, fir-rotot fuq l-art mill-Eġittu sal-Lvant tal-Afrikao u sal-Indja, biex jgħarrxu għad-dettalji tas-swieq tal-ħwawar u tar-rotot kummerċjali. L-iżvolta ġiet ftit wara, meta l-kaptan ta' Ġwanni II Bartolomeu Dias reġa' lura mill-vjaġġ madwar il-Kap tat-Tama t-Tajba fl-1488, wara li esplora saħansitra sax-Xmara tal-Ħut (Rio do Infante) fejn illum il-ġurnata hemm l-Afrika t'Isfel u wara li vverifika li l-kosta mhux magħrufa kienet tibqa' sejra lejn il-Grigal. Kien meħtieġ esploratur li seta' juri r-rabta bejn is-sejbiet ta' Dias u dawk ta' da Covilhã u de Paiva, u jikkollega dawn is-segmenti separati f'rotta kummerċjali li potenzjalment tqalla' ħafna flus san-naħa l-oħra tal-Oċean Indjan. L-ewwel vjaġġ Fit-8 ta' Lulju 1497, Vasco da Gama mexxa flotta ta' erba' vapuri b'ekwipaġġ ta' 170 ruħ minn Liżbona. Id-distanza tal-vjaġġ madwar l-Afrika sal-Indja u lura kienet itwal mit-tul tal-ekwatur. In-navigaturi kienu jinkludu l-iżjed li kellhom esperjenza fil-Portugall, Pero de Alenquer, Pedro Escobar, João de Coimbra, u Afonso Gonçalves. Mhuwiex magħruf fiċ-ċert kemm kien hemm nies fl-ekwipaġġ ta' kull vapur iżda bejn wieħed u ieħor ġew lura 55 ruħ, u ntilfu żewġ vapuri. Tnejn mill-bastimenti kienu karrakki, li nbnew apposta għall-vjaġġ; l-oħrajn kienu karavella u bastiment tal-provvisti. L-erba' bastimenti kienu: São Gabriel, taħt il-kmand ta' Vasco da Gama; karrakka ta' 178 tunnellata, b'tul ta' 27 metru, b'wisa' ta' 8.5 metri, b'pixka ta' 2.3 metri, u b'qlugħ ta' 372 m2 São Rafael, taħt il-kmand ta' ħuh Paulo da Gama; ta' daqs simili għas-São Gabriel Berrio (laqam, uffiċjalment is-São Miguel), karavella ħarira iżgħar mill-ewwel żewġ bastimenti, taħt il-kmand ta' Nicolau Coelho Bastiment tal-provvisti b'isem mhux magħruf, taħt il-kmand ta' Gonçalo Nunes, li ġie mgħerreq fil-Bajja ta' Mossel (São Brás) fl-Afrika t'Isfel. Vjaġġ sal-Kap tal-Lvant L-ispedizzjoni salpat minn Liżbona fit-8 ta' Lulju 1497. Segwiet ir-rotta tal-esploraturi pijunieri bikrin tul il-kosta tal-Afrika minn Tenerife u Cabo Verde. Wara li laħaq il-kosta li llum il-ġurnata tagħmel parti minn Sierra Leone, da Gama baqa' sejjer lejn in-Nofsinhar fl-oċean miftuħ, qasam l-ekwatur u baqa' sejjer lejn in-Nofsinhar tal-Atlantiku skopert minn Bartolomeu Dias fl-1487. Din ir-rotta kienet suċċess u fl-4 ta' Novembru 1497, l-ispedizzjoni żbarkat fil-kosta Afrikana. Għal iktar minn tliet xhur il-bastimenti kien baħħru għal iżjed minn 10,000 kilometru (6,000 mil) fl-oċean miftuħ, bil-bosta l-itwal vjaġġ 'il bogħod mill-art li kien qatt sar sa dak iż-żmien. Sas-16 ta' Diċembru, il-flotta kienet għaddiet mix-Xmara l-Kbira tal-Ħut (il-Kap tal-Lvant, l-Afrika t'Isfel) – fejn kien xeħet l-ankra Dias – u baħħret f'ilmijiet li qabel ma kinux magħrufa mill-Ewropej. Peress li kien wasal il-Milied, da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu semmew il-kosta Natal, li bil-Portugiż għandha l-konnotazzjoni tat-"twelid ta' Kristu". Mozambique Vasco da Gama dam mit-2 sad-29 ta' Marzu 1498 qrib il-gżira ta' Mozambique. It-territorju kkontrollat mill-Għarab tul il-kosta tal-Lvant tal-Afrika kien parti integrali min-network kummerċjali fl-Oċean Indjan. Peress li kien qed jibża' li l-popolazzjoni lokali tkun ostili għall-Kristjani, da Gama għamilha ta' Musulman u kiseb udjenza quddiem is-Sultan tal-Mozambique. Bil-merkanzija miżera li kellu x'joffri, l-esploratur ma rnexxilux jipprovdi rigal adattat għas-sultan. F'qasir żmien il-popolin lokali saru suspettużi rigward da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu. Imġiegħel minn folla ostili jaħrab mill-Mozambique, da Gama telaq mill-port, u rritalja billi spara l-kanuni tiegħu lejn il-kosta. Mombasa Qrib il-kosta fejn illum il-ġurnata hemm il-Kenja, l-ispedizzjoni bdiet tipprattika l-piraterija, u serqet xi bastimenti merkantili Għarab li ġeneralment kienu bastimenti kummerċjali mhux armati u mingħajr kanuni kbar. Il-Portugiżi saru l-ewwel Ewropej li żaru l-port ta' Mombasa mis-7 sat-13 ta' April 1498, iżda ntlaqgħu b'ostilità u wara ftit telqu. Malindi Vasco da Gama baqa' sejjer lejn it-Tramuntana, u fl-14 ta' April 1498 wasal fil-port iktar amikevoli ta' Malindi, fejn il-mexxejja tal-post kienu f'kunflitt mal-mexxejja ta' Mombasa. Hemmhekk l-ispedizzjoni nnutat għall-ewwel darba l-evidenza ta' merkanti Indjani. Da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu rreklutaw is-servizzi ta' pilota li uża l-għarfien tiegħu dwar l-irjieħ tal-monsoons biex jiggwida l-ispedizzjoni għall-kumplament tar-rotta sa Kozhikode, li tinsab tul kosta tal-Lbiċ tal-Indja. Is-sorsi ma jaqblux dwar l-identità tal-pilota, u jiddeskrivuh Kristjan, Musulman u minn Gujarat. Ġrajja tradizzjonali partikolari tiddeskrivi l-pilota bħala n-navigatur Għarbi famuż Ibn Majid, iżda rakkonti kontemporanji oħra jsostnu li Majid kien xi mkien ieħor, u ma setax ikun f'dawk l-inħawi dak iż-żmien. L-ebda wieħed mill-istoriċi Portugiżi ta' dak iż-żmien ma jsemmi lil Ibn Majid. Vasco da Gama telaq minn Malindi u salpa lejn l-Indja fl-24 ta' April 1498. Kozhikode Il-flotta waslet f'Kappadu ħdejn Kozhikode (bl-Ingliż: Calicut), fil-Kosta ta' Malabar (illum il-ġurnata l-istat ta' Kerala fl-Indja), fl-20 ta' Mejju 1498. Ir-Re ta' Kozhikode, is-Samudiri (iż-Żamorin), li dak iż-żmien kien qed joqgħod fit-tieni belt kapitali tiegħu f'Ponnani, reġa' lura lejn Kozhikode malli waslitlu l-aħbar li waslet flotta barranija. In-navigatur intlaqa' bl-ospitalità tradizzjonali, inkluż purċissjoni grandjuża ta' mill-inqas 3,000 Nair armat, iżda intervista maż-Żamorin ma waslet għall-ebda riżultat konkret. Meta l-awtoritajiet lokali staqsew lill-flotta ta' da Gama, "X'ġabkom hawn?", huma wieġbu li kienu ġew biex "ifittxu lill-Kristjani u l-ħwawar". Ir-rigali li da Gama bagħat liż-Żamorin bħala doni minn Dom Manuel – erba' mantelli ta' drapp aħmar dagħmi, sitt kpiepel, erba' friegħi tal-qroll, tnax-il almasares, kaxxa b'seba' reċipjenti tar-ram isfar, senduq zokkor, żewġ btieti biż-żejt u ġarra għasel – kienu trivjali, u ma rnexxilhomx jimpressjonaw. Filwaqt li l-uffiċjali ta' Żamorin kienu qed jistagħġbu għaliex ma kienx hemm deheb jew fidda, il-merkanti Musulmani li kienu jqisu lil da Gama bħala r-rivali tagħhom issuġġerew li kien biss pirata ordinarju u mhux ambaxxatur irjali. It-talba ta' Vasco da Gama għal permess biex iħalli lil xi ħadd warajh inkarigat mill-merkanzija iżda li ma setax ibigħ ma ġietx aċċettata mir-Re, li insista li da Gama kellu jħallas id-dazju – preferibbilment bid-deheb – bħal kwalunkwe merkant ieħor, u b'hekk ir-relazzjoni bejniethom marret għall-agħar. Irritat minn dan l-aġir, da Gama ħa miegħu xi Nair u 16-il sajjied (mukkuva) bil-forza. Ritorn Vasco da Gama telaq minn Kozhikode fid-29 ta' Awwissu 1498. Ħerqan li jbaħħar lura d-dar, huwa injora l-għarfien lokali dwar l-irjieħ tal-monsoons li kienu qed jonfħu tul il-kosta. Il-flotta inizjalment baħħret lejn it-Tramuntana tul il-kosta Indjana, u mbagħad xeħtet l-ankri fil-gżira ta' Anjediva għal xi żmien. Finalment reħewlha lejn l-Oċean Indjan u qasmu fit-3 ta' Ottubru 1498. Madankollu, minħabba li l-monsoon tax-xitwa, kien vjaġġ tal-waħx. Fil-vjaġġ inizjali, meta baħħret bl-irjieħ tal-monsoon tas-sajf, il-flotta ta' da Gama qasmet l-Oċean Indjan fi 23 jum biss; iżda fil-vjaġġ tar-ritorn peress li kienet qed tbaħħar kontra r-riħ, il-vjaġġ dam 132 jum. Da Gama reġa' lemaħ l-art fit-2 ta' Jannar 1499, hu u jbaħħar qrib il-belt kostal ta' Mogadishu fis-Somalja, li dak iż-żmien kienet taħt l-influwenza tal-Imperu ta' Ajuran fil-Qarn tal-Afrika. Il-flotta ma waqfitx hemmhekk, iżda meta għaddew qrib Mogadishu, il-persuna anonima li kienet tikteb id-djarju tal-ispedizzjoni kitbet li kienet belt kbira bi djar ta' erba' jew ħames sulari u b'palazzi kbar fiċ-ċentru, kif ukoll bosta moskej b'minareti ċilindriċi. Il-flotta ta' da Gama finalment waslet f'Malindi fis-7 ta' Jannar 1499 f'qagħda terribbli – madwar nofs l-ekwipaġġ kien miet matul il-vjaġġ, u ħafna mill-bqija kienu morda bl-iskorbut. Minħabba li ma kellux biżżejjed membri tal-ekwipaġġ għal tliet bastimenti, da Gama ordna li s-São Rafael jiġi mgħerreq 'il barra mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika, u l-ekwipaġġ tqassam bejn iż-żewġ bastimenti li kien għad fadal, is-São Gabriel u l-Berrio. Minn hemm 'il quddiem, it-tbaħħir mexa iktar ħarir. Sal-bidu ta' Marzu waslu fil-Bajja ta' Mossel, qasmu l-Kap tat-Tama t-Tajba fid-direzzjoni opposta fl-20 ta' Marzu, u waslu fil-kosta tal-Punent tal-Afrika sal-25 ta' April. Ir-rakkont tad-djarju tal-ispedizzjoni jieqaf hawn ħesrem. Mir-rikostruzzjoni minn sorsi oħra, milli jidher komplew lejn Cabo Verde, fejn il-Berrio ta' Nicolau Coelho ssepara mis-São Gabriel ta' Vasco da Gama u baħħar waħdu. Il-Berrio wasal f'Liżbona fl-10 ta' Lulju 1499 u Nicolau Coelho ta l-aħbar personalment lir-Re Manwel I u lill-qorti rjali, imbagħad mar Sintra. Sadanittant, lura f'Cabo Verde, ħu Vasco da Gama, Paulo da Gama, kien marad sew. Da Gama ddeċieda li jibqa' miegħu fil-gżira ta' Santiago u ta s-São Gabriel lil João de Sá biex jieħu l-bastiment lura l-Portugall. Is-São Gabriel taħt Sá wasal f'Liżbona lejn l-aħħar ta' Lulju u jew il-bidu ta' Awwissu. Da Gama u ħuh il-marid eventwalment twasslu lura l-Portugall fuq karavella ta' Guinea, iżda Paulo da Gama miet matul il-vjaġġ. Da Gama żbarka fil-Gżejjer Ażores biex jidfen lil ħuh fil-Monasteru ta' San Franġisk f'Angra do Heroismo, u baqa' ftit iktar hemm biex iderri l-luttu. Eventwalment twassal minn karavella tal-Ażores lejn Liżbona fid-29 ta' Awwissu 1499 (skont Barros), jew fil-bidu ta' Settembru (fit-8 jew fit-18 tax-xahar skont sorsi oħra). Minkejja l-burdata ta' sogħba, da Gama ngħata merħba ta' eroj u ngħata bosta unuri, inkluż purċissjoni trijonfali u festivitajiet pubbliċi. Ir-Re Manwel kiteb żewġ ittri fejn iddeskriva l-ewwel vjaġġ ta' da Gama, f'Lulju u f'Awwissu 1499, ftit wara r-ritorn tal-bastimenti. Girolamo Sernigi wkoll kiteb tliet ittri fejn iddeskriva l-ewwel vjaġġ ta' da Gama ftit wara r-ritorn tal-ispedizzjoni. L-ispedizzjoni kienet swiet ħafna – intilfu żewġ vapuri u iktar minn nofs l-ekwipaġġ. Ma rnexxilhiex twettaq ukoll il-missjoni prinċipali tagħha li tiżgura trattat kummerċjali ma' Kozhikode. Minkejja dan, il-kwantitajiet żgħar ta' ħwawar u ta' merkanzija oħra li nġabu lura fuq iż-żewġ bastimenti wrew il-potenzjal ta' qligħ kbir għall-kummerċ futur. Vasco da Gama ġustament ġie ċċelebrat talli fetaħ rotta diretta bil-baħar lejn l-Asja. Ir-rotta tiegħu ġiet segwita kull sena minn hemm 'il quddiem mill-Armadas tal-Indja Portugiża. Il-kummerċ tal-ħwawar kien assi ewlieni għat-teżor irjali Portugiż, u ftit wara kien hemm konsegwenzi oħra. Pereżempju, il-vjaġġ ta' da Gama kien għamilha ċara li l-kosta tal-Lvant tal-Afrika, il-Contra Costa, kienet essenzjali għall-interessi Portugiżi; il-portijiet tagħha pprovdew ilma tax-xorb, provvisti, injam, u tarzniet għat-tiswijiet tal-bastimenti, u servew ukoll bħala postijiet imkennija fejn il-bastimenti kienu jsorġu u jistennew il-maltemp jgħaddi. Riżultat sinifikanti kienet il-kolonjalizzazzjoni ta' Mozambique mill-monarkija Portugiża. Premjijiet F'Diċembru 1499, ir-Re Manwel I tal-Portugall ippremja lil Vasco da Gama bir-raħal fewdali ereditarju ta' Sines (ir-raħal li missieru Estêvão fl-imgħoddi kellu bħala commenda). Dan spiċċa kien premju kkumplikat, għaliex Sines kien għadu proprjetà tal-Ordni ta' Santiago. Il-mexxej tal-Ordni, Jorge de Lencastre, x'aktarx li approva l-premju – wara kollox, da Gama kien kavallier tal-Ordni ta' Santiago, wieħed minnhom, u qrib ħafna ta' Lencastre stess. Iżda l-fatt li Sines ingħata mir-re pprovoka lil Lencastre li rrifjuta bħala prinċipju, sabiex ma jħeġġiġx lir-re jagħmel premjijiet oħra simili li kienu proprjetà tal-Ordni. Da Gama qatta' s-snin ta' wara jipprova jkollu lil Sines taħt il-pussess tiegħu, sforz li ġelldu minn ma' Lencastre u eventwalment wassal biex da Gama jabbanduna l-Ordni ta' Santiago li tant kienet għall-qalbu, u jsir membru tar-rivali, l-Ordni ta' Kristu fl-1507. Sadanittant, da Gama ikkuntenta b'pensjoni rjali ereditarja sostanzjali ta' 300,000 reis. Huwa ngħata t-titlu nobbli perpetwu ta' Dom (sinjur) għalih, għal ħutu u għad-dixxendenti tagħhom. Fit-30 ta' Jannar 1502, da Gama ngħata t-titlu ta' Almirante dos mares de Arabia, Persia, India e de todo o Oriente ("Ammirall tal-Ibħra tal-Arabja, il-Persja, l-Indja u l-Orjent Kollu") – titlu elaborat li oriġina mit-titlu elaborat ta' Kastilja li kellu Kristofru Kolombu (evidentement, Manwel x'aktarx li ħaseb li ladarba Kastilja kellha "Ammirall tal-Ibħra Oċeaniċi", mela allura l-Portugall missu kellu wieħed ukoll). Ittra rjali oħra, datata Ottubru 1501, tat lil da Gama d-dritt personali li jintervjeni u jeżerċita rwol determinanti fi kwalunkwe flotta futura li kellha l-ħsieb li ssalpa lejn l-Indja. Għall-ħabta tal-1501, Vasco da Gama żżewweġ lil Catarina de Ataíde, bint Álvaro de Ataíde, l-alcaide-mór ta' Alvor (Algarve), u nobbli prominenti permezz tar-relazzjoni mal-familja setgħana Almeida (Catarina kienet primakuġina ta' Dom Francisco de Almeida). It-tieni vjaġġ L-ispedizzjoni ta' wara, it-Tieni Armada tal-Indja, varata fl-1500 taħt il-kmand ta' Pedro Álvares Cabral kellha l-missjoni li tfassal trattat maż-Żamorin ta' Kozhikode u li tistabbilixxi fabbrika Portugiża fil-belt. Madankollu, Pedro Cabral daħal f'kunflitt max-xirkiet lokali tal-merkanti Għarab, bir-riżultat li l-fabbrika Portugiża ġiet attakkata f'rewwixta u mietu sa 70 Portugiż. Cabral ta t-tort tal-inċident liż-Żamorin u bbumbardja l-belt. B'hekk faqqgħet gwerra bejn il-Portugall u Kozhikode. Vasco da Gama invoka l-ittra rjali tiegħu u ħa f'idejh il-kmand tar-Raba' Armada tal-Indja, li kienet skedata li ssalpa fl-1502, bl-għan espliċitu ta' tpattija kontra ż-Żamorin biex jiġi obbligat iċedi għat-termini Portugiżi. Il-flotta armata sa snienha ta' ħmistax-il vapur u 800 ruħ telqet minn Liżbona fit-12 ta' Frar 1502. F'April ġiet segwita minn flotta oħra ta' ħames bastimenti mmexxija minn kuġinuh, Estêvão da Gama (iben Aires da Gama), li laħqet magħhom fl-Oċean Indjan. Ir-Raba' Armada kienet tassew armada tal-familja da Gama. Tnejn miz-zijiet tiegħu ta' naħa t'ommu, Vicente Sodré u Brás Sodré, ġew iddeżinjati minn qabel biex jikkmandaw flotta navali tal-għassa fl-Oċean Indjan, filwaqt li l-aħwa tar-rispett Álvaro de Ataíde (ħu l-mara ta' Vasco da Gama) u Lopo Mendes de Vasconcelos (miżżewweġ lil Teresa da Gama, oħt Vasco da Gama) kienu kaptana ta' bastimenti fil-flotta prinċipali. Fil-vjaġġ tat-tluq, il-flotta ta' da Gama għamlet kuntatt mal-port kummerċjali tad-deheb ta' Sofala fil-Lvant tal-Afrika u wasslet biex is-Sultanat ta' Kilwa jkun tribut biss u ħadet somma sostanzjali ta' deheb. Inċident tal-vapur bil-pellegrini Malli waslet l-Indja f'Ottubru 1502, il-flotta ta' da Gama interċettat lil Mirim, vapur bil-pellegrini Musulmani f'Madayi li kien qed jivvjaġġa minn Kozhikode sal-Mekka. Skont id-deskrizzjoni fid-dettall tax-xhud Thomé Lopes u tal-kittieb tal-kronaka Gaspar Correia, da Gama seraq il-vapur b'iżjed minn 400 pellegrin abbord, inkluż 50 mara, sakkar il-passiġġieri, lis-sid u lil ambaxxatur mill-Eġittu u ħaraqhom ħajjin. Huma offrew il-ġid tagħhom bħala "rahan tal-iskjavi Kristjani kollha fir-Renju ta' Fez u ferm iktar" iżda xorta waħda nqatlu. Da Gama nemmes fejn kienu msakkrin il-pellegrini u ra lin-nisa jġibu d-deheb u l-ġojjelli tagħhom, bit-trabi f'idejhom biex jitkarrbu għall-ħniena. Il-ħajjiet ta' għoxrin tifel u tifla ġew salvati bl-obbligu ta' konverżjoni għall-Kristjaneżmu. Kozhikode Wara l-waqfa f'Cannanore, Gama mexxa l-flotta tiegħu lejn Kozhikode, u talab għal kumpens għat-trattament ta' Cabral. Peress li kien jaf x'kien ġara rigward id-destin tal-vapur bil-pellegrini, iż-Żamorin adotta attitudni konċiljatorja fil-konfront tal-Portugiżi u esprima r-rieda tiegħu li jiffirma trattat ġdid, iżda da Gama staqsa lir-re Induista biex ikeċċi lill-Musulmani kollha minn Kozhikode qabel il-bidu tan-negozjati, li ma ntlaqgħetx. Madankollu, fl-istess żmien iż-Żamorin bagħat messaġġ lill-vassall ribelluż tiegħu, ir-Raja ta' Cochin biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni u l-ubbidjenza biex jilqa' għat-theddida Portugiża; u l-mexxej ta' Cochin bagħat dan il-messaġġ lil da Gama, li saħħaħ l-opinjoni tiegħu li l-Indjani kienu qed jippruvaw jaħdmuh. Wara li talab għat-tkeċċija tal-Musulmanai minn Kozhikode liż-Żamorin Induista, dan tal-aħħar bagħat il-patri għoli Talappana Namboothiri (l-istess persuna li kienet wasslet lil da Gama sar-residenza taż-Żamorin fl-ewwel vjaġġ tiegħu f'Kozhikode f'Mejju 1498) għat-taħditiet. Da Gama sejjaħlu spjun, ordna li x-xofftejn u l-widnejn tal-patri jinqatgħulu, jitwaħħlulu par widnejn ta' kelb ma' rasu, u jintbagħat 'l hemm. Il-flotta Portugiża mbagħad ibbumbardjat il-belt mhux iffortifikata għal kważi jumejn sħaħ mill-baħar, u kkawżaw ħsarat estensivi. Huwa qabad ukoll diversi bastimenti tar-ross u qata' l-idejn, il-widnejn u l-imniħrijiet tal-ekwipaġġ tagħhom, u bagħtuhom b'nota liż-Żamorin, fejn da Gama ddikjara li kien lesta li jkollu relazzjonijiet ta' ħbiberija jekk iż-Żamorin iħallas għall-oġġetti li seraq mill-feitoria kif ukoll għall-porvli u għall-balal tal-kanuni. Battalja navali It-trattament vjolenti ta' da Gama malajr wassal biex il-kummerċ tul il-Kosta ta' Malabar tal-Indja, li fuqu kienet tiddependi Kozhikode, jistaġna. Iż-Żamorin bagħat flotta qawwija ta' bastimenti militari biex jisfida l-armada ta' da Gama, iżda da Gama rnexxielu jirbħilha f'battalja navali quddiem il-port ta' Kozhikode. Cochin Da Gama għabba l-bastimenti bil-ħwawar f'Cochin u f'Cannanore, li kienu renji żgħar fil-qrib li kienu fi gwerra maż--Żamorin. L-alleanzi magħhom kienu ġew żgurati minn flotot Portugiżi preċedenti. Ir-Raba' Armada telqet mill-Indja fil-bidu tal-1503. Da Gama ħalla warajh għadd żgħir ta' karavelli taħt il-kmand ta' zijuh, Vicente Sodré, biex joqogħdu għassa mal-kosta Indjana, sabiex ikomplu jfixklu l-kummerċ ta' Kozhikode, u jipproteġu l-fabbriki Portugiżi f'Cochin u f'Cannanore mit-tpattijiet inevitabbli taż-Żamorin. Vasco da Gama reġa' lura l-Portugall f'Settembru 1503, u effettivament falla fil-missjoni tiegħu li jwassal biex iż-Żamorin ibaxxi rasu u jċedi. Dan il-falliment, u l-falliment sussegwenti ta' zijuh Vicente Sodré li jipproteġi l-fabbrika Portugiża f'Cochin, x'aktarx li wasslet biex da Gama ma jingħatax iktar premjijiet. Meta r-Re Portugiż Manwel I tal-Portugall iddeċieda li jaħtar l-ewwel gvernatur u Viċirè tal-Indja Portugiża fl-1505, da Gama ġie injorat apposta, u l-kariga ngħatat lil Francisco de Almeida. Intervall Fiż-żewġ deċennji ta' wara, Vasco da Gama għex ħajja kwieta, 'il bogħod mill-qorti rjali u mwarrab mill-kwistjonijiet marbuta mal-Indja. It-tentattivi tiegħu li jerġa' jintogħġob minn Manwel I (inkluż li jsir membru tal-Ordni ta' Kristu fl-1507), ma tantx taw frott. Almeida, Afonso de Albuquerque u, iktar 'il quddiem, Albergaria u Sequeira, ġew ippreferuti mir-re għall-Indja. Wara li Ferdinand Magellan abbanduna l-monarkija ta' Kastilja fl-1518, Vasco da Gama hedded li jagħmel l-istess ħaġa, u b'hekk ir-re ħa passi biex iżommu l-Portugall u jevita t-tħammir il-wiċċ li l-"Ammirall tal-Indji" tiegħu stess imur Spanja. Fl-1519, wara snin sħaħ jinjora l-petizzjonijiet tiegħu, ir-Re Manwel I finalment ħaffef biex jagħti titlu fewdali lil Vasco da Gama, u ħatru bħala l-Ewwel Konti ta' Vidigueira, titlu maħluq permezz ta' digriet irjali f'Évora fid-29 ta' Diċembru, wara ftehim ikkumplikat ma' Dom Jaime, id-Duka ta' Braganza, li ċedilu l-irħula ta' Vidigueira u ta' Vila dos Frades bi ħlas. Id-digriet iggarantixxa lil Vasco da Gama u lill-werrieta tiegħu d-dħul u l-privileġġi kollha relatati, u b'hekk da Gama ġie stabbilit bħala l-Ewwel Konti Portugiż li ma twilidx f'familja rjali. It-tielet vjaġġ u l-mewt Wara l-mewt tar-Re Manwel I fl-aħħar tal-1521, ibnu u s-suċċessur, ir-Re Ġwanni III tal-Portugall ħa ħsieb jirrieżamina l-gvern Portugiż 'il barra mill-art kontinentali tal-pajjiż. Wara li ta dahru lill-klikka l-antika ta' Albuquerque (li dak iż-żmien kienet irrappreżentata minn Diogo Lopes de Sequeira), Ġwanni III ried jibda mill-ġdid. Vasco da Gama reġa' tfaċċa fuq ix-xena politika bħala konsulent importanti tar-re għall-ħatriet u għall-istrateġija l-ġodda tiegħu. Huwa kien tal-fehma li t-theddida Spanjola l-ġdida għall-Gżejjer Maluku kienet prijorità, iżda Vasco da Gama kien kontra l-ossessjoni bl-Arabja li kienet xi ħaġa fissa tul il-perjodu Manwelin, li baqgħet it-tħassib dominanti ta' Duarte de Menezes, il-gvernatur ta' dak iż-żmien tal-Indja Portugiża. Menezes kien ukoll inkompetenti u korrott, u għalhekk soġġett għal bosta ilmenti. B'hekk, Ġwanni III ddeċieda li jaħtar lil Vasco da Gama stess biex minflok Menezes, fiduċjuż li l-maġija ta' ismu u tal-memorja ta' għemilu x'aktarx li jimpressjonaw l-awtorità tiegħu fl-Indja Portugiża, u b'hekk jieħu ħsieb il-ġestjoni tat-tranżizzjoni għal gvern u strateġija ġodda. Permezz tal-ittra tal-ħatra tiegħu ta' Frar 1524, Ġwanni III ta lil Vasco da Gama t-titlu privileġġat ta' "Viċirè", u b'hekk sar it-tieni gvernatur Portugiż biss li kellu dak it-titlu (l-ewwel wieħed kien Francisco de Almeida fl-1505). It-tieni iben tiegħu, Estêvão da Gama nħatar simultanjament bħala Capitão-mor do Mar da Índia ("Kaptan-Maġġur tal-Baħar Indjan", kmandant tal-flotta navali tal-għassa fl-Oċean Indjan), minflok ħu Duarte, Luís de Menezes. Bħala kundizzjoni finali, da Gama kiseb mingħand Ġwanni III tal-Portugall l-impenn li jaħtarlu lill-ulied subien kollha tiegħu suċċessivament bħala kaptana Portugiżi ta' Malacca. Meta salpa f'April 1524, bi flotta ta' erbatax-il vapur, Vasco da Gama ħa bħala l-bastiment ewlieni tiegħu l-karrakka kbira famuża Santa Catarina do Monte Sinai fl-aħħar vjaġġ tagħha sal-Indja, flimkien ma' tnejn mill-ulied subien tiegħu, Estêvão u Paulo. Wara vjaġġ ta' tħabit (erba' jew ħamsa mill-vapuri ntilfu tul ir-rotta), huwa wasal l-Indja f'Settembru. Vasco da Gama minnufih invoka l-poteri għoljin tiegħu ta' viċireġġent biex jimponi ordni ġdid fl-Indja Portugiża, u ssostitwixxa l-uffiċjali antiki kollha bil-ħatriet tiegħu. Madankollu, da Gama laqqat il-malarja ftit wara l-wasla tiegħu, u miet fil-belt ta' Cochin jum qabel il-Milied fl-1524, tliet xhur wara l-wasla tiegħu. Skont l-istruzzjonijiet irjali, minflok da Gama laħaq gvernatur tal-Indja wieħed mill-kaptana li kienu ġew miegħu, Henrique de Menezes (l-ebda relazzjoni ma' Duarte). Ulied Da Gama Estêvão u Paulo tilfu l-karigi tagħhom minnufih u ngħaqdu mal-flotta tar-ritorn fil-bidu tal-1525 (flimkien ma' Duarte de Menezes u Luís de Menezes). Ġisem Vasco da Gama għall-ewwel kien indifen fil-Knisja ta' San Franġisk fil-Forti ta' Kochi, fil-belt ta' Kochi, iżda l-katavru tiegħu ġie rritornat lejn il-Portugall fl-1539. Il-katavru ta' Vasco da Gama ndifen f'Vidigueira f'tebut imżejjen bid-deheb u bil-ġojjelli. Il-Monasteru tal-Ġlormini f'Belém, li mbagħad sar in-nekropoli tad-dinastija rjali Portugiża ta' Aviz, inbena fil-bidu tal-1500 ħdejn il-punt tat-tluq tal-ewwel vjaġġ ta' Vasco da Gama, u l-kostruzzjoni tiegħu ġie ffinanzjat minn taxxa fuq il-profitti tal-Armadas tal-Indja Portugiża ta' kull sena. Fl-1880, il-fdalijiet ta' da Gama u dawk tal-poeta Luís de Camões (li ċċelebra l-ewwel vjaġġ ta' da Gama fil-poeżija epika tiegħu tal-1572) ġew ittrasferiti f'oqbra mnaqqxin ġodda fin-navata tal-knisja tal-monasteru, ftit metri biss 'il bogħod mill-oqbra tar-rejiet Manwel I u Ġwanni III, li da Gama kien qeda. Żwieġ u dixxendenti Vasco da Gama u martu Catarina de Ataíde kellhom sitt subien u bint waħda: Dom Francisco da Gama, li wiret it-titli ta' missieru bħala t-Tieni Konti ta' Vidigueira u t-Tieni "Ammirall tal-Ibħra tal-Indja, tal-Arabja u tal-Persja". Huwa baqa' l-Portugall. Dom Estevão da Gama, wara l-mandat qasir tiegħu tal-1524 bħala kaptan tal-għassa Indjana, inħatar għal mandat ta' tliet snin bħala kaptan ta' Malacca, mill-1534 sal-1539 (inkluż l-aħħar sentejn tal-mandat ta' ħuh iż-żgħir Paulo). Sussegwentement inħatar bħala l-11-il gvernatur tal-Indja mill-1540 sal-1542. Dom Paulo da Gama (li kellu l-istess isem bħal zijuh), il-kaptan ta' Malacca mill-1533 sal-1534, inqatel f'azzjoni navali 'l barra minn Malacca. Dom Cristovão da Gama, il-kaptan ta' Malacca mill-1538 sal-1540; ġie nnominat bħala suċċessur f'Malacca, iżda ġie ġustizzjat minn Ahmad ibn Ibrahim matul il-gwerra bejn l-Etjopja u Adal fl-1542. Dom Pedro da Silva da Gama, li nħatar bħala kaptan ta' Malacca mill-1548 sal-1552. Dom Álvaro de Ataíde da Gama, li nħatar bħala kaptan tal-flotta ta' Malacca fis-snin 40 tas-seklu 16, u kaptan ta' Malacca stess mill-1552 sal-1554. Dona Isabel de Ataíde da Gama, l-unika bint, iżżewġet lil Dom Ignacio de Noronha, iben l-Ewwel Konti ta' Linhares. In-nisel maskili tiegħu ġie estint fl-1735, meta s-Seba' Konti ta' Vidigueira, Dom Vasco Baltasar José Luís Gama miet, u kellu bint waħda biss minn martu Dona Maria José da Gama, li wirtet il-patrimonju ta' Vidigueira. Għalhekk, it-titlu nobbli baqa' jintuża min-nisel femminili tiegħu. Intergenerazzjonijiet Dom Vasco da Gama, it-Tielet Konti ta' Vidigueira, persunal militari u tan-nobbiltà, iben Francisco (it-Tieni Konti) u n-neputi ta' Vasco da Gama. Dom Francisco da Gama, ir-Raba' Konti ta' Vidigueira, il-Viċirè (1597-1600) u l-gvernatur (1622-1628) tal-Indja, iben Vasco (it-Tielet Konti) u l-proneputi ta' Vasco da Gama. Legat Vasco da Gama huwa wieħed mill-iżjed esploraturi famużi u ċċelebrati mill-Epoka tal-Iskoperti. Bħal kull min ġie wara Enriku n-Navigatur, huwa kien responsabbli għas-suċċess tal-Portugall bħala qawwa ta' kolonizzazzjoni bikrija. Apparti l-fatt tal-ewwel vjaġġ innifsu, kienet it-taħlita astuta ta' politika u ta' gwerra tiegħu fin-naħa l-oħra tad-dinja li wasslu biex il-Portugall ikollu pożizzjoni prominenti fil-kummerċ tal-Oċean Indjan. Wara l-ewwel vjaġġ ta' da Gama, il-monarkija Portugiża rrealizzat li l-iżgurar ta' postijiet tal-għassa tul il-kosta tal-Lvant tal-Afrika kien vitali għaż-żamma tar-rotot kummerċjali nazzjonali sal-Lvant Mbiegħed. Madankollu, il-fama tiegħu tinkludi wkoll inċidenti u attitudnijiet bħala dawk tal-inċident famuż tal-vapur bil-pellegrini Musulmani. Il-poeżija epika nazzjonali Portugiża, Lusíadas, ta' Luís Vaz de Camões, tittratta fid-dettall il-vjaġġi ta' Vasco da Gama. Il-opra grandjuża tal-1865 L'Africaine: Opéra en Cinq Actes, komposta minn Giacomo Meyerbeer minn librett ta' Eugène Scribe, b'mod prominenti tinkludi l-karattru ta' Vasco da Gama. Madankollu, l-avvenimenti ta' ġo fiha huma fittizji. It-titlu li għażel Meyerbeer għall-opra kien Vasco da Gama. Produzzjoni tal-1989 tal-opra fis-San Francisco Opera kienet tinkludi lit-tenur famuż Plácido Domingo fir-rwol ta' da Gama. Il-kompożitur tas-seklu 19 Louis-Albert Bourgault-Ducoudray ikkompona opra fl-1872 ibbażata fuq il-ħajja u l-kisbiet fuq il-baħar ta' da Gama. Il-belt portwali ta' Vasco da Gama f'Goa issemmiet għalih, l-istess bħall-krater Vasco da Gama fuq il-Qamar. Hemm tliet klabbs tal-futbol fil-Brażil, inkluż Club de Regatas Vasco da Gama u Vasco Sports Club f'Goa li ssemmew għalih. Hemm knisja f'Kochi, Kerala msejħa l-Knisja ta' Vasco da Gama, u residenza privata fil-gżira ta' Saint Helena. Is-subborg ta' Vasco f'Cape Town issemma għalih ukoll. Xi postijiet fil-Parque das Nações ta' Liżbona ssemmew għall-esploratur, fosthom il-Pont ta' Vasco da Gama, it-Torri ta' Vasco da Gama u l-istabbiliment kummerċjali taċ-Centro Comercial Vasco da Gama. L-Oceanário fil-Parque das Nações għandu mascot ta' bugħaddas imsejjaħ "Vasco" għall-esploratur. Vasco da Gama kien l-uniku esploratur fil-ġabra finali ta' Os Grandes Portugueses. Minkejja li l-lista finali kienet tinkludi nies oħra tal-Epoka tal-Iskoperti, l-ebda wieħed minnhom għajr da Gama ma kien esploratur jew navigatur. Il-Flotta Navali Portugiża għandha klassi ta' frejgati msemmija għalih. B'kollox hemm tliet frejgati Vasco da Gama ta' dik il-klassi, u l-ewwel waħda għandha ismu wkoll. Il-gvern Portugiż stabbilixxa żewġ monumenti tan-navigazzjoni, is-Salib ta' Dias u s-Salib da Gama, biex ifakkar lil da Gama u lil Bartolomeu Dias li kienu l-ewwel esploraturi Ewropej moderni li waslu sal-Kap tat-Tama t-Tajba. Meta jiġu allinjati, dawn is-slaleb jindikaw is-Sikka ta' Whittle, blata perikoluża għall-bastimenti eżatt taħt wiċċ l-ilma f'False Bay. Il-mużiċista tal-Afrika t'Isfel Hugh Masekela rreġistra kanzunetta antikolonjali msejħa "Colonial Man" (Raġel Kolonjali), li tinkludi fil-lirika "Vasco da Gama ma kienx ħabib tiegħi", u kanzunetta oħra msejħa "Vasco da Gama (Il-Baħri)". Iż-żewġ kanzunetti ġew inklużi fl-album tal-1976 tiegħu msejjaħ Colonial Man. Vasco da Gama jidher bħala antagonista fil-film Indjan Urumi. Il-film tar-reġista Santosh Sivan juri l-atroċitajiet u l-progress tal-istabbiliment tal-Imperu Portugiż li għamel da Gama fl-Indja. F'Marzu 2016, arkeologi li kienu qed jaħdmu lil hinn mill-kosta tal-Oman identifikaw bastiment mgħerreq li x'aktarx kien dak tal-Esmeralda mill-flotta tal-1502-1503 ta' da Gama. Il-bastiment mgħerreq inizjalment ġie skopert fl-1998. Iktar 'il quddiem saru skavi bejn l-2013 u l-2015 permezz ta' sħubija bejn il-Ministeru għall-Wirt u l-Kultura tal-Oman u Blue Water Recoveries Ltd., kumpanija tal-irkupru tal-bastimenti mgħerrqa. Il-bastiment ġie identifikat permezz ta' artefatti bħal munita Portugiża zzekkata għall-kummerċ mal-Indja (waħda minn żewġ muniti biss ta' dan it-tip li qatt eżistew) u balal tal-ġebel tal-kanuni mnaqqxin x'aktarx bl-inizjali ta' Vincente Sodré, iz-ziju tan-naħa ta' omm da Gama u l-kmandant tal-Esmeralda". Biblijografija Ames, Glenn J. (2004). Vasco da Gama: Renaissance Crusader. Longman. ISBN 978-0-321-09282-3. Ames, Glenn J. (2007). The Globe Encompassed: The Age of European Discovery, 1500–1700. Prentice Hall. ISBN 978-0-13-193388-0. Castanhoso, M. de (1898) Dos feitos de D. Christovam da Gama em Ethiopia Lisbon: Imprensa nacional. online Corrêa, Gaspar (2001). The Three Voyages of Vasco da Gama, and His Viceroyalty. Adamant Media Corporation. ISBN 978-1-4021-9543-3. Facsimile reprint of an 1869 edition by the Hakluyt Society, London. Diffie, Bailey W.; Winius, George D. (1977). Foundations of the Portuguese Empire 1415-1580. University of Minnesota Press. Disney, Anthony; Booth, Emily (2000). The Indian Ocean in World History. New Delhi and New York: Oxford University Press. Fernández-Armesto, Felipe (2001). Civilizations. Basingstoke and Oxford: Macmillan. ISBN 978-0-7432-0248-0. Fernández-Armesto, Felipe (2006). Pathfinders: A Global History of Exploration. W.W. Norton. pp. 177–181. ISBN 978-0-393-06259-5. Jayne, Kingsley Garland (1910). Vasco Da Gama and His Successors 1460 to 1580. London: Meuthen & Co. Ltd. ISBN 978-0-548-00895-9. Panikkar, K.M. (1959). Asia and Western Dominance: A Survey of the Vasco da Gama Epoch of Asian History, 1498–1945 (new ed.). London: Allen & Unwin. ASIN B000Q5T6X6. Parry, J. H. (1981). Age of Reconnaissance. University of California Press. Ravenstein, E. G.; ed. and trans. (1898). A Journal of the First Voyage of Vasco da Gama, 1497–1499. Londra: Hakluyt Society. (maħruġ mill-ġdid minn Cambridge University Press, 2010. ISBN 978-1-108-01296-6) Russell-Wood, A.J.R. (1993). A World on the Move: The Portuguese in Africa, Asia, and America, 1415–1808. Macmillan. ISBN 978-0-312-09427-0. Scammell, G. V. (1981). The World Encompassed. University of California Press. ISBN 9780520044227. Subrahmanyam, Sanjay (1997). The Career and Legend of Vasco da Gama. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-47072-8. Teixeira de Aragão, A.C. (1887) Vasco da Gama e a Vidigueira: um estudo historico. Liżbona: Sociedade de Geografia de Lisboa online Towle, George Makepeace (c. 1878). Vasco da Gama, his voyages and adventures. Boston: Lothrop, Lee & Shepard. Iktar qari Vasco da Gama (Ernst Georg Ravenstein, Gaspar Corrêa, Alvaro Velho) [2011] Viartis ISBN 978-1-906421-04-5 Vasco da Gama: Renaissance Crusader (Glen J.Ames) [2004] Longman ISBN 0-321-09282-1 The Career and Legend of Vasco da Gama (Sanjay Subrahmanyam) [1997] Cambridge University Press ISBN 978-0-521-47072-8 Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Gama, Vasco da" . Encyclopædia Britannica. Vol. 11 (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 433–434. Referenzi Esploraturi Navigaturi Nies Portugiżi Twieldu fl-1469 Mietu fl-1524
28953
https://mt.wikipedia.org/wiki/Siti%20tad-Dolmens%20ta%27%20Gochang%2C%20Hwasun%20u%20Ganghwa
Siti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u Ganghwa
Is-Siti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u Ganghwa jinkludu mijiet ta' dolmens tal-ġebel li kienu jintużaw bħala markaturi tal-oqbra u għal skopijiet ta' ritwali matul l-ewwel millenju Q.K. meta l-kultura megalitika kienet prominenti fil-Korea t'Isfel u fil-Peniżola Koreana inġenerali. Is-siti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-Peniżola Koreana fiha iżjed minn 35,000 dolmen, li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 40 % tat-total dinji. Fis-siti tad-dolmens ta' Gochang, Hwasun u Ganghwa biss hemm iktar minn 1,000 dolmen. Il-ħaġar megalitiku huma imprezzabbli għaliex jimmarkaw l-oqbra tal-elit fit-tmexxija. Minn dawn id-dolmens ġew skavati bċejjeċ tal-fuħħar, ġojjellerija, għodod tal-ġebel u artefatti funebri oħra. Il-kultura tan-nies ta' dak iż-żmien toħroġ fid-dieher mill-evidenza tad-dolmens. Barra minn hekk, mill-ħaġar jista' jinftiehem kif kienet tinkiseb, tiġi ttrasportat u tintuża l-ġebla fil-kostruzzjoni tad-dolmens. Id-dolmens fil-Korea ġew datati li jmorru lura għas-seklu 7 Q.K. f'postijiet bħas-sit ta' Gochang u l-prattika ntemmet għall-ħabta tas-seklu 3 Q.K. Il-kultura tad-dolmens hija kkollegata mal-kulturi taż-żminijiet Neolitiċi u tal-Bronż tal-Korea. L-iskavi fis-siti ma bdewx qabel l-1965. Minn dak iż-żmien 'l hawn, ġew sponsorjati diversi skavi u l-gvern Korean ta bidu għal programm estensiv ta' tfassil ta' inventarju u ta' preservazzjoni. Teoriji dwar l-origini Jeżistu tliet teoriji prinċipali rigward l-oriġini tad-dolmens Koreani: 1) it-tagħrif dwar id-dolmens u dwar il-kostruzzjoni tagħhom ġie trażmess tul ir-rotot tal-baħar mix-Xlokk tal-Asja; 2) it-tagħrif dwar id-dolmens u dwar il-kostruzzjoni tagħhom ġie trażmess mill-popli Neolitiċi li kienu jgħixu fit-Tramuntana tal-Peniżola Koreana; u 3) id-dolmens fil-Korea oriġinaw minn ċivilizzazzjonijiet Neolitiċi fil-Peniżola Koreana. Teorija tat-trażmissjoni mix-Xlokk tal-Asja Skont din it-teorija, it-tagħrif dwar id-dolmens u dwar il-kostruzzjoni tagħhom infirex mix-Xlokk tal-Asja flimkien mal-kultura tar-ross. Bosta dolmens fil-Peniżola Koreana huma mifruxa tul il-kosta tal-Punent tal-Korea, speċjalment fin-Nofsinhar tal-peniżola, u din id-distribuzzjoni jaf hija konsistenti mat-trażmissjoni permezz ta' migrazzjoni mix-Xlokk tal-Asja. Teorija tal-firxa mill-Grigal tal-Asja Skont din it-teorija l-popli Neolitiċi mit-territorju li llum il-ġurnata huwa l-Manċurja u n-Nofsinhar tas-Siberja wasslu t-tagħrif dwar id-dolmens u dwar il-kostruzzjoni tagħhom permezz tal-migrazzjoni lejn il-Peniżola Koreana, jew inkella ttrażmettew dak it-tagħrif lil popli Neolitiċi oħra li diġà kienu jgħixu fil-Korea. Din it-teorija sserraħ fuq xi osservazzjonijiet oħra: ix-xebħ fl-għamla bejn id-dolmens fil-Korea u dawk fejn illum il-ġurnata hemm il-Manċurja u n-Nofsinhar tas-Siberja fi Żmien il-Bronż; u x-xebħ fl-artefatti funebri ta' Żmien il-Bronż (pereżempju tal-kultura ta' Liaoning) bejn dawk li nstabu fil-Korea u dawk li nstabu fejn illum il-ġurnata hemm il-Manċurja; u r-rabta sfiqa bejna id-dolmens fil-Manċurja u fin-Nofsinhar tas-Siberja u l-kultura ta' Żmien il-Bronż f'dawk ir-reġjuni. Madankollu, id-distribuzzjoni tad-dolmens fil-Manċurja u fin-Nofsinhar tas-Siberja hija ferm inqas ikkonċentrata minn dik tal-Korea, u dan l-aspett idgħajjef din it-teorija. Teorija tal-oriġini Koreana Din it-teorija hija bbażata fuq il-fatt li: id-dolmens Koreani jirrappreżentaw l-ikbar konċentrazzjoni ta' dolmens fid-dinja, u l-Korea biss fiha xi 40 % tad-dolmens kollha fid-dinja; id-dolmens Koreani għandhom morfoloġija differenti u distinta minn dawk f'inħawi oħra fid-dinja; u l-kultura megalitika fil-Peniżola Koreana u fil-qrib jidher li nfirxet b'mod estensiv, u xi dolmens jirrappreżentaw formazzjonijiet astronimiċi datati lura għat-3000 Q.K., għal raġunijiet li attwalment mhumiex magħrufa. Skont din it-teorija huwa probabbli ħafna li l-kultura/i taż-żminijiet Neolitiċi u tal-Bronż tal-Peniżola Koreana u fil-qrib żviluppaw kultura unika tad-dolmens. B'mod partikolari, il-preżenza ta' żewġ stili distinti ta' dolmens (tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar; id-distribuzzjoni tagħhom bejn wieħed u ieħor tikkorrispondi mat-tnixxija tax-xmara Bukhan) tissuġġerixxi li l-pożizzjoni ġeografika tal-Korea jaf ipprovdiet aċċess faċli għall-popli Neolitiċi/ta' Żmien il-Bronż tal-Korea għall-kulturi tad-dolmens minn diversi reġjuni, u b'hekk dan influwenza l-iżvilupp ta' kultura unika tad-dolmens. Deskrizzjoni Id-dolmens ġeneralment huma kklassifikati f'żewġ tipi fil-Lvant tal-Asja: it-tip b'għamla ta' mejda jew tat-Tramuntana u t-tip tan-Nofsinhar. Fl-ewwel każ, erba' ħaġriet kienu jiġu ppożizzjonati biex jiffurmaw il-ħitan ta' kaxxa u fuqhom kienet titqiegħed ħaġra fuqhom qishom riffieda. Fit-tieni każ, kien ikun hemm qabar taħt l-art u fuqu ħaġriet mad-dawra li kienu jirfdu ħaġra kbira orizzontali li ssaqqaf il-qabar. Sit tad-Dolmens ta' Gochang Dan is-sit tad-dolmens fih l-ikbar grupp u l-iżjed wieħed varjat. Id-dolmens huma magħrufa bħala d-dolmens ta' Jungnim-ri u huma ċċentrati fil-villaġġ ta' Maesan, fil-Kontea ta' Gochang, fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Jeolla. Id-dolmens inbnew mil-Lvant għall-Punent fil-bażi ta' sensiela ta' għoljiet f'altitudni ta' bejn 15-il metru (49 pied) sa 50 metru (164 pied). Ġeneralment, il-ħaġriet orizzontali tad-dolmens għandhom tul ta' madwar metru (3.2 piedi) sa 5.8 metri (19-il pied) u jistgħu jiżnu sa 225 tunnellata. 442 dolmen ġew iddokumentati u kklassifikati abbażi tad-daqs tal-ħaġra orizzontali. Huwa maħsub li dan il-grupp inbena għall-ħabta tas-seklu 7 Q.K. Is-Sit tad-Dolmens ta' Gochang ġie elenkat bħala s-Sit Storiku Nru 391 tal-Korea t'Isfel. Sit tad-Dolmens ta' Hwasun Is-Sit tad-Dolmens ta' Hwasun jinsab fil-widien madwar ix-xmara Jiseokgang, li tikkollega lil Hyosan-ri, Dogok-myeon u lil Dasin-ri. Chunyang-myeon. Huwa stmat li madwar Hyosan-ri, Dogok-myeon hemm 135 dolmen minn total ta' 980 struttura tal-ġebel. Dawn id-dolmens huma inqas ippreservati tajjeb mill-grupp ta' Jungnim-ri. Huwa stmat li d-dolmens ta' Hyosan-ri ġew esposti f'minn tal-inqas 250 post, inkluż dawk miġjuba mill-barriera għall-kostruzzjoni tad-dolmens. Skont stħarriġ huwa stmat li 124 struttura mit-3,309 struttura tal-ġebel fis-sit huma dolmens. Is-Sit tad-Dolmens ta' Hwasun huwa magħruf partikolarment għax hemm konċentrazzjoni ta' 596 dolmen f'żona żgħira u hemm l-ikbar dolmen fil-Korea f'Daesin-ri, Chunyang-myeon. Id-dolmen hija twila 7.3 metri, wiesgħa 5.0 metri, ħoxna 4.0 metri, u tiżen 280 tunnellata. L-ikbar dolmen f'Hyosan-ri, Dogok-myeon hija twila 5.3 metri, wiesgħa 3.6 metri, u ħoxna 3.0 metri, u huwa stmat li tiżen iktar minn 100 tunnellata. Is-Sit tad-Dolmens ta' Hwasun huwa elenkat bħala s-Sit Storiku Nru 410 fil-Korea t'Isfel. Sit tad-Dolmens ta' Ganghwa Is-Sit tad-Dolmens ta' Ganghwa jinsab fuq il-gżira ta' Ganghwa, il-Kontea ta' Ganghwa, Incheon. Id-dolmens jinsabu fuq xaqlibiet ta' muntanji u b'hekk għandhom elevazzjoni ogħla mid-dolmens l-oħra fis-siti l-oħra. Huwa maħsub li dawn id-dolmens huma l-iżjed bikrin għaliex il-grupp ta' dolmens f'Bugeun-ri (부근리, f'Hajeom-myeon) u f'Gocheon-ri (고천리, f'Naega-myeon) jixbah ħafna l-kostruzzjoni tad-dolmens bikrin. Madankollu, dan ma ntweriex b'mod konklużiv. Il-gżira ta' Ganghwa hija post mimli muntanji u korpi tal-ilma. Ġew iffurmati gruppi bikrin ta' tmexxija li huwa maħsub li bnew id-dolmens. B'kollox hemm madwar 150 dolmen. Il-mappa tad-distribuzzjoni tad-dolmens turi li d-dolmens kellhom rabta sfiqa mas-sajd fi Żmien il-Bronż, għalkemm illum il-ġurnata huma sseparati mill-baħar. Dolmen notevoli fil-gżira ta' Ganghwa hija tat-tip tat-Tramuntana b'għamla ta' mejda, fejn huwa maħsub li kienu jsiru xi riti tal-antenati tal-kultura tad-dolmens. Din id-dolmen għandha l-ikbar ħaġra fil-Korea t'Isfel, b'daqs ta' 2.6 × 7.1 × 5.5 metri, għalkemm hija mirfuda biss żewġ ħaġriet. F'daqqa, il-ħaġriet riffieda u l-ħaġra orizzontali jiżnu bejn 150 u 225 tunnellata. Is-Sit tad-Dolmens ta' Ganghwa ġie elenkat bħala s-Sit Storiku Nru 137 tal-Korea t'Isfel bħala wieħed mit-tipi ta' oqbra rappreżentattivi ta' Żmien il-Bronż. Intużat ħaġra kbira twila 710 cm, għolja 260 cm, u wiesgħa 550 cm, u l-għamla tal-ħaġra hija qisha ta' mejda jew tat-tip tat-Tramuntana, li kienet sors tajjeb għar-riċerka dwar l-istorja tal-qedem jew il-preistorja. Sit ta' Wirt Dinji Is-Siti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u Ganghwa ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-24 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji li saret f'Cairns, l-Awstralja, bejn id-29 ta' Novembru u t-2 ta' Diċembru 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Dolmens Koreani oħra Id-dolmens fil-Korea t'Isfel huma kkonċentrati l-iktar fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Jeolla. Bħala reġjuni, hemm 338 dolmen f'Gangwon-do, 502 f'Gyeonggi-do, 189 f'Chungcheongbuk-do, 1,597 f'Jeollabuk-do, 10,068 f'Jeollanam-do, 2,800 f'Gyeongsangbuk-do, u 140 f'Jeju-do. Dan l-aħħar ġew skoperti bosta siti f'Chuncheon, Gangwon-do, u b'hekk żdiedu 101 dolmen mal-lista diġà twila ta' dolmens fil-Korea. F'Sansuri, Yulchon-myeon, Yeosu, Jeollanam-do, hemm dolmen li x'aktarx li hija l-ikbar waħda fid-dinja. Huwa maħsub li f'Seoul u fiż-żona metropolitana tagħha fl-imgħoddi kien hemm għadd kbir ta' dolmens, u dan kieku jkun konsistenti mal-konċentrazzjoni ogħla ta' dolmens fil-Punent tal-Korea. Madankollu, fil-proċess ta' żvilupp urban rapidu, huwa maħsub li bosta dolmens intilfu għal dejjem. Kienu jeżistu dolmens f'Jeongneung-dong, Gaepo-dong, fil-muntanja Daemo, Umyun-dong, Yangjae-dong, Wonji-dong, u f'Gocheok-dong. Fosthom, fl-1984 ġew skoperti d-dolmens f'Won Ji-dong flimkien ma' artefatti relatati, iżda huwa maħsub li l-biċċa l-kbira tagħhom inqerdu minħabba nuqqas ta' protezzjoni mill-gvern (pereżempju faċilitajiet protettivi, tabelli u deżinjazzjonijiet bħala proprjetajiet kulturali). Rwoli tad-dolmens Għalkemm kien hemm bosta kontroversji dwar il-funzjoni tad-dolmens fil-Peniżola Koreana, fl-1967 ġie kkonfermat li l-istruttura tal-ġebel kienet issir bi skop funebri, meta nstab l-iskeletru sħiħ ta' bniedem fis-sit tad-dolmens ta' Hwangseok-ri f'Jecheon, fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Chungcheong. Madankollu, uħud isostnu li l-funzjoni tad-dolmens ma kinitx ta' oqbra. Minkejja li ma kienx hemm oġġezzjoni uffiċjali għall-fatt li d-dolmens kienu jiffunzjonaw bħala oqbra, uħud xorta waħda jsostnu li d-dolmens kellhom il-funzjoni ta' markatur funebri apparti l-qabar proprja taħt l-art. Min-naħa l-oħra hemm min isostni li kellhom funzjoni ta' artal iktar milli ta' qabar speċjalment it-tip ta' dolmen b'għamla ta' mejda, li jingħad li nbnew iktar fl-għoli sabiex in-nies ta' dak iż-żmien setgħu jarawhom faċilment. Barra minn hekk, hemm min isostni li d-dolmens jaf intużaw ukoll bħala pedestall. Fil-każ ta' gruppi ta' dolmens, xi kultant xi dolmen tkun ferm ikbar mill-bqija jew tkun orjentata f'direzzjoni oħra meta mqabbla mad-dolmens l-oħra. Huwa maħsub li dawn id-dolmens inbnew hekk apposta b'funzjoni sempliċi li jiżvelaw l-awtorità u l-prestiġju ta' grupp ta' nies tal-kultura tal-kostruzzjoni tad-dolmens. Skeletru u status Eżempji ta' għadam ta' bniedem ġew skavati mis-sit tad-dolmens ta' Hwangseok-ri f'Jecheon, il-provinċja tat-Tramuntana ta' Chungcheong, f'Chuncheon fil-provinċja ta' Gangwon, f'Jincheon-dong f'Daegu, u f'Daepyeong-ri f'Jinyang, il-provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang. L-iskoperta ta' għadam ta' bniedem tipprovdi tagħrif dwar id-drawwiet funebri fiż-żmien il-kultura tal-kostruzzjoni tad-dolmens, u tipprovdi wkoll tagħrif dwar il-ħsieb u l-aspetti reliġjużi ta' dak iż-żmien. B'mod notevoli, l-iskeletru li nstab fis-sit tad-dolmens ta' Hwangseok-ri huwa kważi intatt, b'tul ta' madwar 176 ċentimetru, u b'għamla tal-kranju li tvarja minn dik tal-Koreani moderni, iżda għad irid jiġi kkonfermat hijiex għamla komuni jew differenza individwali. Kulma jmur, iktar studjużi qed jaħsbu li l-persuna midfuna taħt id-dolmen kienet xi mexxej setgħan, pereżempju xi kap ta' tribù. Minkejja dan, hemm oħrajn li ressqu ipoteżi differenti, bħal pereżempju li l-qabar kien ta' persuna li tat kontribut siewi f'xi gwerra, jew li kien ta' familja sħiħa ta' persuna importanti. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Preistorja Korea t'Isfel
28954
https://mt.wikipedia.org/wiki/Manuel%20Anatol
Manuel Anatol
Manuel Anatol Aristegi (twieled fit-8 ta' Mejju 1903 – miet fis-17 ta' Mejju 1990) kien plejer tal-futbol naturalizzat Franċiż. Karriera Anatol twieled f'Irun, villaġġ fil-Pajjiż Bask ta' Spanja. Hu lagħab ma' tliet klabbs fil-pajjiż, Real Unión, Athletic Bilbao u Real Madrid. Fl-1929, Anatol ingħaqad ma' Racing Paris fi Franza fejn magħhom libes il-faxxa ta' kaptan għall-finali tal-Coupe de France fit-tieni staġuni mal-klabb, għalkemm Racing tilfu 3–1 kontra Sète. Fl-1929, Anatol ġie naturalizzat bħala ċittadin Franċiż u għamel id-debutt mat-tim nazzjonali fl-24 ta' Marzu 1929 fir-rebħa ta' 2–0 kontra l-Portugall. Hu lagħab total ta' ħmistax-il logħba u skorja gowl wieħed fid-dro ta' 3–3 kontra l-Iżvizzera nhar it-23 ta' Marzu 1930. Hu naqas milli jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1930 minħabba li ngħatax permess mix-xogħol u rritorna lura erba' snin wara fit-Tazza tad-Dinja tal-1934. Referenzi Ħoloq esterni Manuel Anatol fuq is-sit tal-federazzjoni Franċiża Twieldu fl-1903 Mietu fl-1990 Futbolers Franċiżi
28955
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bajja%20ta%27%20Ha%20Long
Bajja ta' Ha Long
Il-Bajja ta' Ha Long jew il-Bajja ta' Halong (bil-Vjetnamiż: Vịnh Hạ Long) hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u destinazzjoni turistika popolari fil-provinċja ta' Quảng Ninh, il-Vjetnam. L-isem "Ha Long" ifisser "dragun nieżel". Amministrattivament, il-bajja tagħmel parti mal-belt ta' Ha Long, f'Cẩm Phả, u hija parti mid-distrett ta' Vân Đồn. Il-bajja fiha eluf ta' formazzjonijiet karstiċi u gżejriet tal-ġebla tal-ġir b'diversi għamliet u daqsijiet. Il-Bajja ta' Ha Long hija ċ-ċentru ta' żona ikbar li tinkludi l-Bajja ta' Bai Tu Long fil-Grigal u l-Gżira ta' Cát Bà fil-Lbiċ. Dawn iż-żoni ikbar għandhom l-istess karatteristiċi ġeoloġiċi, ġeografiċi, ġeomorfoloġiċi, klimatiċi u kulturali. Il-Bajja ta' Ha Long għandha erja ta' madwar 1,553 km2 (600 mil kwadru), u tinkludi 1,960-2,000 gżejra, il-maġġoranza tagħhom tal-ġebla tal-ġir. Iż-żona tal-qalba tal-bajja għandha erja ta' 334 km2 (129 mil kwadru) b'densità għolja ta' 775 gżejra. Il-ġebla tal-ġir f'din il-bajja għaddiet minn 500 miljun sena ta' formazzjoni f'kundizzjonijiet u f'ambjenti differenti. L-evoluzzjoni karstika f'din il-bajja damet 20 miljun sena taħt l-impatt tal-klima tropikali spiss bix-xita. Il-ġeodiversità tal-ambjent fl-inħawi ħoloq il-bijodiversità, inkluż bijosistema tropikali li dejjem tħaddar fuq l-art, bijosistema oċeanika u bijosistema kostali. Il-Bajja ta' Ha Long tospita 14-il speċi ta' flora endemika u 60 speċi ta' fawna endemika. Stħarriġiet tar-riċerka storika wrew il-preżenza ta' bnedmin preistoriċi f'dawn l-inħawi diġà minn għexieren ta' eluf ta' snin ilu. Il-kulturi suċċessivi tal-qedem huma l-kultura ta' Soi Nhu (madwar 18,000-7000 Q.K.), il-kultura ta' Cai Beo (7000-5000 Q.K. u l-kultura ta' Ha Long (5,000-3,500 Q.K.). Il-Bajja ta' Ha Long timmarka wkoll avvenimenti importanti fl-istorja tal-Vjetnam u nstabu bosta artefatti fil-muntanja Bai Tho, fl-Għar ta' Dau Go, u f'Bai Chay. 500 sena ilu, Nguyễn Trãi faħħar is-sbuħija tal-Bajja ta' Ha Long fil-proża tiegħu Lộ nhập Vân Đồn, fejn sejħilha "għaġeb tal-blat fis-sema". Fl-1962, il-Ministeru għall-Kultura, l-Isport u t-Turiżmu tat-Tramuntana tal-Vjetnam elenka l-Bajja ta' Ha Long fost it-Teżori u l-Pajsaġġi Nazzjonali. Fl-1994, iż-żona tal-qalba tal-Bajja ta' Ha Long tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Etimoloġija L-isem Ha Long (chữ Hán: 下龍) ifisser "dragun nieżel". Qabel is-seklu 19, l-isem "Bajja ta' Ha Long" ma kienx ġie rreġistrat fil-kotba antiki tal-pajjiż. Minflok kienet tissejjaħ An Bang, Lục Thủy, Vân Đồn, eċċ. Fl-aħħar tas-seklu 19, l-isem "Bajja ta' Ha Long" tfaċċa fuq il-Mappa Marittima ta' Franza. Il-gazzetta bil-Franċiż Hai Phong irrapportat li "Dragun jidher fil-Bajja ta' Ha Long". Skont leġġenda lokali, meta l-Vjetnam qabad jiżviluppa bħala pajjiż, il-Vjetnamiżi kellhom jiġġieldu kontra l-invażuri. Sabiex jgħinu lill-Vjetnamiżi jiddefendu lil pajjiżhom, l-allat bagħtu familja ta' draguni bħala protetturi. Din il-familja ta' draguni bdiet tobżoq il-ġojjelli u l-ġada. Dawn inbidlu fi gżejjer u fi gżejriet tul il-bajja, li flimkien iffurmaw ħajt kbir kontra l-invażuri. Permezz tal-maġija, f'daqqa waħda tfaċċaw bosta muntanji tal-blat fil-baħar, quddiem il-bastimenti tal-invażuri; bil-ħasda l-bastimenti baqgħu deħlin ġol-blat u ġo xulxin. Wara li l-battalja ntrebħet, id-draguni riedu jaraw il-kumplament tad-Dinja fil-paċi, u ddeċidew li jitilqu mill-bajja. Il-post fejn niżlet id-dragun omm issejjaħ Ha Long, il-post fejn ulied id-dragun qagħdu qrib ommhom issejjaħ il-Gżira ta' Bái Tử Long (Bái: joqogħdu qrib, Tử: ulied, Long: dragun), u l-post fejn ulied id-dragun ċaqilqu denbhom b'vjolenza ssejjaħ il-Gżira ta' Bạch Long Vĩ (Bạch: l-abjad tar-ragħwa meta ulied id-dragun ċaqilqu denbhom, Long: dragun, Vĩ: denb), illum il-ġurnata magħrufa bħala l-peniżola ta' Tra Co, f'Móng Cái. Ħarsa ġenerali Il-bajja tikkonsisti minn densità ta' xi 1,600 gżira monolitika tal-ġebla tal-ġir, kull waħda miksija b'veġetazzjoni folta tal-ġungla, ħerġin b'mod spettakolari minn wiċċ l-oċean. Bosta gżejjer huma vojta minn ġewwa u għandhom diversi għerien enormi. L-Għar ta' Hang Dau Go (l-Għar tal-Puntali tal-Injam) huwa l-ikbar għar fl-inħawi ta' Ha Long. Xi turisti Franċiżi żaru l-għar fl-aħħar tas-seklu 19 u sejħulu Grotte des Merveilles (Grotta tal-Għeġubijiet). It-tliet kompartimenti kbar tiegħu fihom għadd kbir ta' stalaktiti u stalagmiti (kif ukoll graffiti Franċiżi tas-seklu 19). Hemm żewġ gżejjer kbar, Tuần Châu u Cát Bà, li fuqhom jgħixu abitanti permanenti u li għandhom faċilitajiet għat-turisti bħal lukandi u bajjiet. Hemm diversi bajjiet sbieħ fuq gżejjer oħra iżgħar. Komunità ta' madwar 1,600 ruħ tgħix litteralment fuq il-Bajja ta' Ha Long f'erba' villaġġi tas-sajjieda fuq wiċċ l-ilma: Cua Van, Ba Hang, Cong Tau u Vong Vieng fid-distrett ta' Hung Thang li jagħmel mal-belt ta' Ha Long. Is-sajjieda u l-familji tagħhom jgħixu fuq wiċċ l-ilma u jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis-sajd u mill-akkwakultura. Huma jistadu fl-ilmijiet baxxi għal 200 speċi ta' ħut u 450 tip differenti ta' molluski. Ħafna mill-gżejjer kisbu isimhom minħabba interpretazzjoni tal-għamliet mhux tas-soltu tagħhom. Fosthom hemm il-Gżejra ta' Voi (iljunfant), il-Gżejra ta' Ga Choi (serduk jiġġieled), il-Gżejra ta' Khi (xadina), u l-Gżejra ta' Mai Nha (saqaf). 989 mill-gżejjer ingħataw isem. Hemm diversi għasafar u annimali li jgħixu fuq uħud mill-gżejjer bħal bantams, gazzelli, xadini u gremxul. Kważi l-gżejjer kollha qishom torrijiet individwali f'pajsaġġ klassiku tal-fenglin b'għoli ta' 50-100 metru (160-330 pied) u b'proporzjon ta' għoli/wisa' sa madwar sitta. Karatteristika speċifika oħra tal-Bajja ta' Ha Long hija l-abbundanza ta' lagi fi ħdan il-gżejjer tal-ġebla tal-ġir. Pereżempju l-gżira ta' Dau Be għandha sitt lagi interni. Dawn il-lagi kollha tal-gżejjer jokkupaw dolini mgħerrqa fi ħdan formazzjonijiet karstiċi tat-tip fengcong. Pożizzjoni Il-Bajja ta' Ha Long tinsab fil-Grigal tal-Vjetnam, bejn E106°55' u E107°37' u bejn N20°43' u N21°09'. Il-bajja testendi mir-raħal ta' Quang Yen sa wara l-belt ta' Ha Long, il-belt ta' Cẩm Phả u d-distrett ta' Vân Đồn. Il-bajja hija kkonfinata fin-Nofsinhar u fix-Xlokk mill-Bajja ta' Lan Ha, fit-Tramuntana mill-belt ta' Ha Long, u fil-Punenet mill-Bajja ta' Bai Tu Long. Il-bajja għandha kosta twila 120 kilometru (75 mil) u għandha daqs ta' madwar 1,553 km2 (600 mil kwadru) b'xi 2,000 gżejra. L-erja ddeżinjata bħala sit naturali u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tinkorpora erja ta' 434 km2 (168 mil kwadru) b'775 gżejra, b'żona tal-qalba delimitata minn 69 punt: il-gżira ta' Dau Go fil-Punent, il-lag ta' Ba Ham fin-Nofsinhar u l-gżira ta' Cong Tay fil-Lvant. Iż-żona protetta tibda minn ħdejn il-pompa tal-petrol ta' Cái Dăm u tibqa' sejra sad-distrett ta' Quang Hanh, il-belt ta' Cẩm Phả u ż-żona tal-madwar. Klima Il-klima tal-bajja hija tropikali, bix-xita, tipika tal-gżejjer tal-baħar fir-reġjun, b'żewġ staġuni: sajf sħun u bl-indewwa, u xitwa niexfa u kiesħa. It-temperatura medja tkun 15–25 °C (59–77 °F), u kull sena tinżel jinżlu bejn 2 metri u 2.2 metri (6.6 piedi u 7.2 piedi) ta' xita. Il-Bajja ta' Ha Long għandha sistema tipika ta' marea ta' binhar (b'amplitudni tal-marea li tvarja bejn 3.5–4 metri jew 11–13-il pied). Is-salinità hija bejn 31 u 34.5 MT fl-istaġun tan-nixfa u iktar baxxa fl-istaġun tax-xita. Popolazzjoni Mill-1,969 gżira fil-Bajja ta' Ha Long, bejn wieħed u ieħor xi 40 minn huma abitati. Dawn il-gżejjer ivarjaw minn għexieren għal eluf ta' ettari bħala daqs, l-iktar fil-Lvant u fix-Xlokk tal-Bajja ta' Ha Long. F'dawn l-aħħar deċennji, eluf ta' nies bdew jgħixu fuq il-gżejjer u bnew komunitajiet ġodda bħall-Gżira ta' Sa Tô (il-belt ta' Ha Long) u l-Gżira ta' Thắng Lợi (id-distrett ta' Vân Đồn). Il-popolazzjoni tal-Bajja ta' Ha Long tammonta għal madwar 1,540 ruħ, l-iktar fil-villaġġi tas-sajjieda ta' Cửa Vạn, ta' Ba Hang u ta' Cặp Dè (id-distrett ta' Hùng Thắng, il-belt ta' Ha Long). Ir-residenti tal-bajja jgħixu l-iktar fuq dgħajjes u fuq ċattri li jżommu fuq wiċċ l-ilma permezz ta' tajers u ġarer tal-plastik u li jiffaċilitaw is-sajd, it-trobbija u t-tnissil ta' speċijiet akkwatiċi u tal-baħar. Il-ħut tal-akkwakultura jeħtieġ jingħalef ġurnata iva u ġurnata le sa tliet snin, meta eventwalment jinbigħ lir-ristoranti lokali tal-ħut u tal-frott tal-baħar għal prezz sa 300,000 dong Vjetnamiż kull kilogramma. Illum il-ġurnata l-ħajja tal-abitanti tal-Bajja ta' Ha Long tjiebet ferm bis-saħħa ta' negozji ġodda marbuta mal-ivvjaġġar. Ir-residenti tal-villaġġi fuq wiċċ l-ilma madwar il-Bajja ta' Ha Long bdew jikru xi kmamar, jagħmlu dawriet turistiċi bid-dgħajsa, u jippreparaw frott il-baħar frisk għat-turisti. Għalkemm dan l-istil ta' ħajja huwa iżolat u iebes, ir-residenti tal-villaġġi fuq wiċċ l-ilma jitqiesu għonja meta mqabbla ma' residenti oħra fil-Bajja ta' Ha Long. Attwalment, il-gvern provinċjali ta' Quảng Ninh għandu politika ta' rilokazzjoni tal-unitajiet domestiċi li jgħixu fil-bajja biex imorru jgħixu fuq l-art, sabiex jistabbilizzaw il-ħajja tagħhom u fl-istess ħin il-pajsaġġ jiġi protett. Iktar minn 300 unità domestika li kienu jgħixu fil-villaġġi tas-sajjieda fil-Bajja ta' Ha Long ġew rilokati mal-kosta fiż-Żona tar-Rilokazzjoni ta' Khe Cá, issa magħrufa bħala ż-Żona 8 (id-distrett ta' Hà Phong, il-belt ta' Ha Long) minn Mejju 2014. Dan il-proġett tkompla u l-provinċja żammet biss għadd ta' villaġġi tas-sajjieda bħala attrazzjoni għaż-żjarat turistiċi. Storja Kultura ta' Soi Nhu (16,000-5000 Q.K.) F'Ha Long u f'Bai Tu Long hemm siti arkeoloġiċi bħal Me Cung u Thien Long. Hemmhekk instabu fdalijiet ta' munzelli ta' qxur tal-baħar (Cyclophorus u Melania), xi molluski tal-ilma ħelu u xi għodod rudimentali. L-istil ta' ħajja prinċipali tal-abitanti ta' Soi Nhu kien jinkludi s-sajd tal-ħut u tal-qxur tal-baħar, il-ġbir tal-frott u t-tħaffir għall-basal u għat-tuberi. L-ambjent tal-għajxien tagħhom kien żona kostali għad-differenza ta' kulturi Vjetnamiżi oħra, pereżempju dawk li nstabu fdalijiet tagħhom f'Hoa Binh u f'Bac Son. Kultura ta' Cai Beo (5000-3000 Q.K.) F'Ha Long u fl-gżira ta' Cat Ba, l-abitanti kienu żviluppaw sal-livell ta' sfruttament tal-baħar għall-għajxien. Il-kultura ta' Cai Beo kienet kultura ta' tranżizzjoni bejn il-kultura ta' Soi Nhu u l-kultura ta' Ha Long. Kultura ta' Ha Long (2500-1500 Q.K.) Bejn l-2500 Q.K. u l-1500 Q.K., il-kultura ta' Cai Beo evolviet fil-kultura ta' Ha Long, li hija l-kultura li ħalliet l-ikbar ammont ta' evidenza warajha. B'kollox instabu saħansitra 50 artefatt kulturali ta' din il-kultura. Perjodu Klassiku L-istorja turina li fil-Bajja ta' Ha Long seħħew diversi battalji navali lokali kontra l-ġirien kostali tal-Vjetnam. Fi tliet okkażjonijiet, fil-labirint ta' kanali fix-xmara Bạch Đằng qrib il-gżejjer, l-armata Vjetnamiża waqqfet liċ-Ċiniżi milli jiżbarkaw. Fl-1288, Ġeneral Vjetnamiż waqqaf it-tbaħħir ta' vapuri Mongoli tul ix-xmara Bach Dang billi fil-marea għolja poġġew puntali tal-injam bi truf tal-azzar ġejjin għall-ponta, u meta għaddiet, il-flotta Mongola ta' Kublai Khan għerqet. Perjodu Modern Il-Bajja ta' Ha Long kien is-sit fejn ġiet olzata għall-ewwel darba l-bandiera nazzjonali l-ġdida tal-Gvern Ċentrali Provviżorju tal-Vjetnam fil-5 ta' Ġunju 1948 matul l-iffirmar tal-Ftehimiet tal-Bajja ta' Ha Long (bil-Franċiż: Accords de la baie d’Along) mill-Kummissarju Għoli Emile Bollaert u mill-President Nguyễn Văn Xuân. Matul il-Gwerra tal-Vjetnam, ħafna mill-kanali bejn il-gżejjer intefgħulhom bosta mini tal-ilma mill-Flotta Navali tal-Istati Uniti, u għad hemm uħud minnhom li għadhom theddida għat-trasport marittimu sa llum il-ġurnata. Ġeoloġija u ġeomorfoloġija Il-Bajja ta' Ha Long u l-inħawi tal-madwar jikkonsistu minn parti mit-territorju kompożitur Ċiniż-Vjetnamiż bi storja ta' żvilupp Prekambrijani sa llum il-ġurnata. Matul l-epoka Fanerożojka, is-sedimenti terriġeni, vulkanoġeniċi u tal-karbonat tas-siliċju b'abbundanza ta' graptoliti, brakkjopodi, ħut, qroll, foraminiferani, radjolarji, bivalvi u flora, isseparaw minn xulxin permezz ta' 10 distakk stratigrafiku, iżda l-konfini bejn l-epoki Devonjani u Karboniferi ġiet meqjusa bħala kontinwa. Il-ġeomorfoloġija karstika tal-ġebla tal-ġir tal-bajja żviluppat mill-epoka Mijoċena, speċjalment l-għoljiet b'għamla ta' kon (fengcong), jew it-torrijiet karstiċi għoljin tal-ġebla tal-ġir (fenglin) b'bosta fdalijiet ta' għerien freatiċi antiki, għerien karstiċi antiki mal-baħar u għerien taħt il-baħar li jiffurmaw formazzjonijiet karstiċi tal-ġebla tal-ġir uniċi fid-dinja. Il-ġeoloġija Kwaternarja ġiet żviluppata permezz ta' ħames ċikli fl-ambjenti marittimini u kontinentali. Il-Bajja ta' Ha Long attwali, fil-fatt, tfaċċat wara t-trasgressjoni massima tal-epoka Oloċena Nofsanija, li ħalliet warajha żona ta' xaqlibiet laterali fl-irdumijiet tal-ġebla tal-ġir b'bosta qxur tal-gajdri. Ir-riżorsi ġeoloġiċi huma abbundanti: antraċit, linjite, shale taż-żejt, żejt grezz, fosfati, ġebla tal-ġir u addittivi tas-siment, kaolin, ramel tas-siliċe, dolomit, kwarzit ta' oriġini eżoġena, antimonju, u merkurju ta' oriġini idrotermika. Barra minn hekk, hemm ukoll korpi tal-ilma fis-superfiċe, tal-ilma tal-pjan u tal-ilma minerali termali max-xatt tal-Bajja ta' Ha Long u ta' Bái Tử Long, kif ukoll riżorsi ambjentali oħra. F'termini ta' ġeoloġija tal-baħar, din iż-żona hija rreġistrata bħala ambjent kostali speċjalment bis-sedimenti, u b'hekk il-proċess ta' tnawwir kimiku tal-karbonat tal-kalċju jseħħ b'mod rapidu u joħloq xquq u għerien marittimi b'għamliet wesgħin u strambi. Is-sediment tas-superfiċe li jinsabu fil-qiegħ ivarjaw minn tajn tafli għal ramel, madankollu, it-tajn bis-sediment u t-tajn tafli huma dominanti fid-distribuzzjoni tul il-bajja. B'mod partikolari, il-materjali bil-karbonat oriġinaw minn organiżmi li jirrappreżentaw bejn 60 u 65 % tal-kontenut tas-sedimenti. Is-sedimenti tas-superfiċe tal-iskolli tal-qroll huma l-iktar ramel u ċagħaq, li minnhom il-materjali tal-karbonat jokkupaw iktar minn 90 %. Is-sedimenti taż-żona intermareali jvarjaw minn tajn tafli, għal ramel u żrar, skont xi jkunu l-ambjenti distinti bis-sedimenti, bħal pereżempju l-artijiet bil-mangrovji, l-artijiet ċatti tal-marea, il-bajjiet, eċċ. Fil-bajjiet iż-żgħar tassew sbieħ, is-sedimenti tar-ramel jaf ikunu ddominati mill-kwarz jew mill-materjali tal-karbonati. Is-saffi tas-sedimenti taż-żona intermareali, is-sedimenti fil-qiegħ tal-baħar fis-superfiċe ċatta li tikkonserva x-xmajjar antiki, is-sistemi ta' għerien u s-sedimenti tagħhom, it-traċċi tal-azzjoni antika tal-baħar li ffurmat xquq u għerien marittimi, bajjiet, terrazzi marittimi u artijiet bil-mangrovji distinti, huma evidenza importanti tal-avvenimenti u tal-proċessi ġeoloġiċi li seħħew fl-epoka Kwaternarja. Storja tat-tettonika Il-Bajja ta' Ha Long esperjenzat minn tal-inqas 500 miljun sena ta' diversi stati ġeoloġiċi ta' oroġenija, trasgressjoni marittima u regressjoni marittima. Matul il-perjodi Ordoviċjani u Silurjani (500-410 miljun sena ilu), il-Bajja ta' Ha Long kienet baħar fond. Matul il-perjodi Karboniferi u Permjani (340-250 miljun sena ilu), il-Bajja ta' Ha Long sar baħar baxx. Iċ-ċaqliq 'il fuq dominanti neotettoniku u tettoniku reċenti influwenza ferm it-topografija ta' din iż-żona, u l-pajsaġġ attwali ta' gżejjer marittimi ġie ffurmat madwar 7,000 jew 8,000 sena ilu mill-invażjoni tal-baħar matul it-trasgressjoni tal-epoka Oloċena li kienet bdiet madwar 17,000-18,000 sena ilu. B'mod partikolari mill-epoka Oloċena, minn madwar 11,000 sena ilu, iż-żona ta' Cat Ba u ta' Ha Long fiha ħafna evidenza arkeoloġika li tikkollega l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-baħar mal-iżvilupp ta' kulturi antiki bħall-kulturi ta' Soi Nhu u ta' Ha Long. Ġeomorfoloġija karstika Minħabba kombinament simultanju ta' fatturi ideali bħal saffi tal-ġebla tal-ġir ħoxnin, mhux skuri, griżi u b'saħħithom, li ffurmaw bil-materjali b'granuli fini; klima sħuna u bl-indewwa u proċess tettoniku bil-mod inġenerali; il-Bajja ta' Ha Long kellha evoluzzjoni karstika sħiħa għal 20 miljun sena. Hemm bosta tipi ta' topografija karstika fil-bajja, bħall-għelieqi karstiċi. Il-Bajja ta' Ha Long huwa pajsaġġ karstiku matur li żviluppa fi klima sħuna, bix-xita u tropikali. Is-sekwenzi ta' stadji fl-evoluzzjoni ta' pajsaġġ karstiku fuq perjodu ta' 20 miljun sena jirrikjedi kombinament ta' diversi elementi distinti, inkluż il-ħxuna kbira tal-ġebla tal-ġir, klima sħuna bix-xita, u olzar tettoniku kumplessiv li twettaq bil-mod. Il-proċess ta' formazzjoni karstika huwa maqsum f'ħames stadji, u t-tieni stadju huwa l-formazzjoni tal-gżejjer marittimi tal-ġebla tal-ġir. Dan jiġi segwit mill-iżvilupp karstiku tal-fengcong, li joħroġ fid-dieher fil-gruppi ta' għoljiet ta' Bo Hon u ta' Dau Be. Dawn il-koni b'xaqlibiet laterali għandhom għoli medju ta' 100 metru u l-ogħla kon jaqbeż il-200 metru. Il-formazzjonijiet karstiċi fenglin huma kkaratterizzati minn torrijiet separati weqfin. Il-mijiet ta' gżejjer tal-blat li jiffurmaw il-pajsaġġ tal-Bajja ta' Ha Long huma t-torrijiet individwali ta' pajsaġġ klassiku fenglin fejn il-pjanuri bejniethom niżlu taħt il-livell tal-baħar. Il-biċċa l-kbira tat-torrijiet ilaħħqu għoli ta' bejn 50 u 100 metru, b'proporzjon ta' għoli/wisa' ta' madwar 6. Id-dolini karstiċi ġew mgħerrqa mill-baħar, u saru l-abbundanza ta' lagi fi ħdan il-gżejjer tal-ġebla tal-ġir. Pereżempju, il-gżira ta' Dau Be fil-bokka tal-Bajja ta' Ha Long għandha sitt lagi interni, inkluż il-lagi ta' Ba Ham li jinsabu fi ħdan il-formazzjonijiet karstiċi fengcong. Il-Bajja ta' Ha Long fiha eżempji pajsaġġistiċi tal-fengcong, tal-fenglin u tal-pjanura karstika. Dawn mhumiex stadji evoluzzjonarji separati iżda r-riżultat ta' proċessi naturali mhux uniformi fit-tnawwir ta' massa kbira tal-ġebla tal-ġir. L-erożjoni marittima ħolqot xquq li f'xi postijiet twessgħu u saru għerien. Ix-xquq marittimi huma karatteristika tal-kosta tal-ġebla tal-ġir, iżda fil-Bajja ta' Ha Long, ħolqot il-pajsaġġ matur. Fi ħdan il-Bajja ta' Ha Long, l-għerien aċċessibbli prinċipali huma l-passaġġi l-antiki li għadhom jeżistu minn meta l-formazzjonijiet karstiċi kienu qed jevolvu mid-diversi stadji ta' fengcong u ta' fenglin. Fil-gżejjer tal-ġebla tal-ġir jistgħu jiġu rikonoxxuti tliet tipi prinċipali ta' għerien (Waltham, T. 1998): fdalijiet ta' għerien freatiċi; għerien karstiċi antiki mal-baħar; għerien marittimi fi xquq taħt il-baħar. L-ewwel grupp jikkonsisti minn għerien freatiċi antiki li jinkludu: Sung Sot, Tam Cung, Lau Dai, Thien Cung, Dau Go, Hoang Long u Thien Long. Illum il-ġurnata, dawn l-għerien jinsabu f'diversi livelli għoljin. L-Għar ta' Sung Sot jinsab fuq il-gżira ta' Bo Hon. Mid-daħla tal-kompartimenti maqtugħa tagħha li issa jinsabu fuq irdum, hemm passaġġ għoli u wiesa' iktar minn 10 metri li jinżel lejn in-Nofsinhar. L-Għar ta' Tam Cung huwa għar freatiku kbir li fforma minn xaqq li twessa' fil-ġebla tal-ġir u li nqasam fi tliet kompartimenti. L-Għar ta' Lau Dai huwa għar b'għadd ta' passaġġi estiżi fuq fetħa ta' 300 metru fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Con Ngua. L-Għerien ta' Thien Cung u ta' Dau Go huma fdalijiet tal-istess sistema ta' għerien antiki. It-tnejn li huma għadhom jeżistu fil-parti tat-Tramuntana tal-gżira ta' Dau Go f'madwar 20 sa 50 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-Għar ta' Thien Cung għandu kompartiment kbir wieħed li huwa itwal minn 100 metru u bblukkat fit-truf tiegħu, kważi maqsum mill-ġdid f'kompartimenti iżgħar permezz ta' ħajt enormi ta' stalaktiti u ta' stalagmiti. L-Għar ta' Dau Go huwa mina kbir waħda li tinżel tul sett ta' xquq. It-tieni grupp ta' għerien huwa dak tal-għerien karstiċi antiki mal-baħar li jinkludu: Trinh Lu, Bo Nau, Tien Ong u Trong. L-għerien karstiċi antiki mal-baħar huma karatteristika komuni tal-pajsaġġi karstiċi li jkunu laħqu stadju ta' qtugħ laterali mifrux fil-livell tal-bażi. Jistgħu jkunu estiżi lura f'għerien b'labirint ta' kompartimenti bin-nixxigħat li jnixxu minn sistemi ta' għerien ikbar fi ħdan il-ġebla tal-ġir. Huma distinti mill-elementi prinċipali tal-passaġġi tagħhom li jkunu kważi orizzontali u spiss ikunu qishom terrazzi ta' sedimenti akkumulati fil-livelli l-antiki tal-bażi. L-Għar ta' Trinh Nu, li huwa wieħed mill-ikbar għerien karstiċi antiki mal-baħar fil-Bajja ta' Ha Long, b'saqaf għoli madwar 12-il metru 'l fuq mil-livell tal-baħar u twil xi 80 metru, ġie żviluppat f'diversi stadji. L-Għar ta' Bo Nau huwa għar orizzontali li fih depożiti ta' stalaktiti antiki, f'pożizzjoni trasversali mal-pjan. It-tielet grupp huwa dak tal-għerien marittimi fi xquq taħt il-baħar li huma karatteristika karstika speċjali tal-Bajja ta' Ha Long. Il-proċess tal-azzjoni tal-ilma baħar fuq il-ġebla tal-ġir u tal-erożjoni bl-azzjoni tal-mewġ joħloq xquq fil-bażi tal-irdumijiet. F'kundizzjonijiet vantaġġużi, it-tnawwir tal-ġebla tal-ġir ikompli jwessa' kostantement ix-xquq fl-irdumijiet u jiġu estiżi f'għerien. Ħafna minn dawn fil-livell tal-baħar jestendu ġol-għoljiet tal-ġebla tal-ġir f'dolini mgħerrqa li issa ffurmaw lagi tal-marea. Karatteristika li tiddistingwi l-għerien marittimi fi xquq taħt il-baħar hi li jkollhom soqfa orizzontali tassew lixxi ġol-ġebla tal-ġir. F'xi għerien marittimi fi xquq taħt il-baħar ma ffurmawx fil-livell tal-baħar attwalil, iżda f'livelli tal-baħar antiki relatati ma' bidliet fil-livell tal-baħar fit-trasgressjoni tal-epoka Oloċena u fil-livelli tal-baħar tal-epoka Plejstoċena. Uħud minnhom ippreservaw l-iżvilupp ta' għerien karstiċi antiki mal-baħar fl-ambjent kontinentali jew ippreservaw il-fdalijiet ta' għerien freatiċi antiki. Waħda mill-iżjed karatteristiċi mhux tas-soltu tal-Bajja ta' Ha Long tinsab fil-grupp ta' lagi moħbija ta' Bo Ham u fil-mina li tikkollegahom mal-għerien marittimi fi xquq taħt il-baħar fil-gżira ta' Dau Be. Mill-irdumijiet fil-perimetru tal-gżira hemm għar wiesa' 10 metri fil-livell tal-ilma u li jserrep b'tali mod li huwa kważi fid-dlam għalkollox, iżda jestendi madwar 150 metru sa lag intern. L-Għar ta' Luon jinsab fil-gżira ta' Bo Hon u jestendi għal 50 metru iżda f'lag ikkonfinat tal-marea. Għandu stalaktita enormi ta' żewġ metri maqtugħa fil-livell modern tal-marea li għaddiet minn bosta stadji biex ġiet iffurmata. Il-pajsaġġ karstiku tal-Bajja ta' Ha Long għandu importanza internazzjonali u fundamentali għax-xjenza tal-ġeomorfoloġija. It-torri karstiku fenglin, li huwa t-tip preżenti fil-biċċa l-kbira tal-Bajja ta' Ha Long, hu l-iżjed forma estrema ta' żvilupp pajsaġġistiku tal-ġebla tal-ġir. Jekk dawn il-pajsaġġi karstiċi jitqabblu b'mod wiesa' f'termini tal-għoli, tal-angolu u tal-għadd ta' torrijiet karstiċi tagħhom, il-Bajja ta' Ha Long x'aktarx li tiġi biss wara Yangshou, iċ-Ċina. Madankollu, il-Bajja ta' Ha Long ġiet invaża wkoll mill-baħar u għaldaqstant, għall-inqas parzjalment, il-ġeomorfoloġija tal-gżejjer tal-ġebla tal-ġir tagħha, huma l-konsegwenza tal-erożjoni tal-baħar. L-invażjoni tal-baħar tiddistingwi l-Bajja ta' Ha Long u tagħmilha unika fid-dinja. Hemm inħawi oħra ta' torrijiet karstiċi taħt l-ilma li ġew invażi mill-baħar, iżda l-ebda post mhu daqshekk estensiv daqs il-Bajja ta' Ha Long. Kronoloġija tal-evoluzzjoni ġeoloġika Uħud mill-iżjed avvenimenti ġeoloġiċi notevoli fl-istorja tal-Bajja ta' Ha Long seħħew fl-aħħar 1,000 sena, inkluż l-avvanz tal-baħar, l-olzar tal-inħawi tal-bajja, l-erożjoni qawwija li ffurmat bajja b'ilmijiet daqstant mielħa u ta' lewn ikħal permezz tal-qroll u l-ġebla tal-ġir. Dan il-proċess ta' erożjoni bl-ilma baħar ħaffar fil-fond tal-ġebla u kkontribwixxa għas-sbuħija tal-post. Illum il-ġurnata, il-Bajja ta' Ha Long hija r-riżultat ta' dan il-proċess twil ta' evoluzzjoni ġeoloġika li ġiet influwenzata minn bosta fatturi. Minħabba dawn il-fatturi kollha, it-turisti li jżuru l-Bajja ta' Ha Long mhux biss jistgħu jitpaxxew u jgawdu wieħed mill-għeġubijiet naturali tad-dinja, iżda anke "mużew" ġeoloġiku prezzjuż li ġie ppreservat b'mod naturali fil-beraħ għal dawn l-aħħar 300 miljun sena. Ekoloġija Il-Bajja ta' Ha Long tospita żewġ ekosistemi: ekosistema tropikali, bl-indewwa, b'siġar dejjem iħaddru u b'foresti tropikali; u ekosistema marittima u kostali. Il-bajja tospita seba' speċijiet endemiċi: Livistona halongensis, Impatiens halongensis, Chirita halongensis, Chirita hiepii, Chirita modesta, Paraboea halongensis u Alpinia calcicola. Jista' jinstab ukoll plankton bijoluminixxenti. Il-bosta gżejjer fil-bajja jospitaw ħafna speċijiet oħra, inkluż iżda mhux limitat għalihom): 477 magnoliales, 12-il pteris, 20 speċi ta' flora tal-bwar salmastri; kif ukoll 4 anfibji, 10 rettili, 40 għasfur, u 4 mammiferi. Speċijiet akkwatiċi komuni li jinstabu fil-bajja jinkludu: is-siċċ (mực); il-gajdri (hào); cyclinae (ngán); il-gambli (penaeidea (tôm he), panulirus (tôm hùm), parapenaeopsis (tôm sắt), eċċ.); sipunculoideas (sá sùng); nerita (ốc đĩa); charonia tritonis (ốc tù và); u cà sáy. Ħsara ambjentali B'żieda kulma jmur fil-kummerċ turistiku, il-mangrovji u l-ħaxix tal-baħar tneħħew u minflokhom inbnew mollijiet u qaliet imkennija għad-dgħajjes tat-turisti. Is-sajd għad-divertiment, spiss qrib l-iskolli tal-qroll, qed jhedded bosta speċijiet mhedda ta' ħut. Il-gvern u n-negozji lokali jafu bil-problemi u ttieħdu bosta miżuri sabiex jittaffa l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent tal-bajja favur tkabbir ekonomiku sostenibbli, bħall-introduzzjoni ta' ġiti turistiċi li jħarsu l-ambjent u l-introduzzjoni ta' kontroll strett fuq l-iskart fl-istabbilimenti turistiċi. Premjijiet u deżinjazzjonijiet Fl-1962, il-Ministeru għall-Kultura, l-Isport u t-Turiżmu tal-Vjetnam iddeżinja l-Bajja ta' Ha Long bħala "Monument Pajsaġġistiku Nazzjonali Rinomat". Il-Bajja ta' Ha Long tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994. F'Ottubru 2011, il-Fond Dinji għall-Monumenti inkluda l-bajja fil-World Monuments Watch tal-2012, u kkwota l-pressjoni tat-turiżmu u l-iżvilupp assoċjat bħala theddidiet għas-sit li jridu jiġu indirizzati. L-għan tal-Watch-listing hu li jiġu promossi strateġiji ta' żvilupp responsabbli ta' protezzjoni tal-wirt għal futur sostenibbli. Fl-2012, in-New 7 Wonders Foundation uffiċjalment elenkat il-Bajja ta' Ha Long bħala wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Naturali l-Ġodda tad-dinja. Il-Bajja ta' Ha Long hija membru wkoll tal-Klabb tal-Isbaħ Bajjiet tad-Dinja. Sit ta' Wirt Dinji Il-Bajja ta' Ha Long ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994. Iż-żona tal-qalba u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġew immodifikati kemxejn fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti". Letteratura F'kitbiet dwar il-Bajja ta' Ha Long, il-kittieba Vjetnamiżi li ġejjin qalu: Nguyễn Trãi: "Dan il-post tal-għaġeb huwa art tiela' 'l fuq f'nofs is-smewwiet". Xuân Diệu: "Hawnhekk hemm l-opri mhux kompluti tal-ħlejqiet... Hawnhekk hemm il-ħaġriet li l-Ġgant kien jilgħab bihom u jarmihom". Nguyên Ngọc: "...biex tifforma dan il-post tal-għaġeb, in-natura tuża biss: ġebel u ilma... Hemm żewġ materjali biss li ntgħażlu fost bosta materjali, għall-kitba, għat-tpinġija, għall-iskultura, għall-ħolqien ta' kollox... Huwa possibbli ħafna li din hija l-immaġni tad-dinja tal-futur". Ho Chi Minh: "Dan huwa post tal-għaġeb li wieħed ma jistax jispjegah lill-oħrajn". Pham Văn Đồng: "Dan xenarju wieħed jew bosta xenarji? Huwa xenarji dinji jew ta' dinja oħra?". Nguyễn Tuân: "Il-muntanji biss jaċċettaw li jkollhom iż-żmien, iżda l-baħar u l-mewġ ta' Ha Long huma żgħażagħ għal dejjem". Huy Cận: "Il-lejl jieħu n-nifs, l-istilel imewwġu l-ilma ta' Ha Long". Chế Lan Viên: "Id-draguni ta' Ha Long u ta' Bái Tử Long kienu moħbija, il-ġebel biss baqa' jidher. F'iljieli bid-dawl tal-qamar, il-ġebel jimmedita bħalma jagħmel il-bniedem..." Lord Trịnh Cương: "Il-muntanji jleqqu bid-dell tal-ilma, l-ilma jirrifletti s-sema kullimkien". Ġrajjiet antiki L-abitanti tal-Bajja ta' Ha Long fasslu bosta ġrajjiet li jispjegaw l-ismijiet mogħtija lid-diversi gżejriet u għerien fil-bajja. L-Għar ta' Dau Go (litteralment: l-għar "tal-puntali tal-injam"): dawn il-puntali tal-injam fl-għar huma l-fdalijiet ta' puntali tal-injam ġejjin għall-ponta li nbnew taħt wiċċ l-ilma skont l-ordni tal-kmandant Trần Hưng Đạo sabiex jgħerrqu l-vapuri tal-invażuri Mongoli fis-seklu 13. L-Għar ta' Kim Quy (litteralment: l-għar tal-"Fekruna tad-Deheb"): jingħad li l-Fekruna tal-baħar tad-Deheb għamet lejn il-Baħar tal-Lvant (issa magħruf internazzjonalment bħala l-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina) wara li rritornat ix-xabla sagra li kienet għenet lir-Re Lê Thái Tổ fil-battalja kontra l-invażuri Ming miċ-Ċina. Imbagħad, bl-approvazzjoni tar-Re tal-Baħar, il-Fekruna tad-Deheb kompliet tiġġieled kontra l-mostri f'din iż-żona marittima. Il-fekruna għejjiet u mietet fl-għar. B'hekk l-għar issemma għall-Fekruna tad-Deheb. Il-Gżejra ta' Con Coc (litteralment: il-Gżejra taż-Żrinġ): hija gżejra b'għamla ta' żrinġ. Skont ġrajjiet antiki, f'sena ta' nixfa kbira, kien hemm żrinġ li dderieġa lill-annimali kollha lejn il-Ġenna u pprotesta kontra alla. Huma pprotestaw favur ix-xita. Bis-saħħa ta' hekk, alla kellu jaċċetta liż-żrinġ bħala zijuh. Minn dak iż-żmien 'l hawn, kull meta ż-żrinġiet jagħmlu ħoss bi snienhom, alla jrid iwassal ix-xita. L-Għerien ta' Hang Trong u ta' Hang Trinh Nu (litteralment: l-Għar Maskili u l-Għar Verġni jew Femminili): hemm ġrajja li tirrakkonta li mara sabiħa kienet saret tħobb sajjied li kellu jbaħħar mhux wisq wara li tgħarrsu. Sid tal-art ra din it-tfajla sabiħa u qabadha, iżda minħabba r-reżistenza tagħha, is-sid tal-art eżilja lit-tfajla fuq gżira remota. Wara li tħalliet tmut bil-ġuħ, it-tfajla mietet u nbidlet fi statwa f'post li n-nies sejħu Hang Trinh Nu (Għar Verġni/Femminili). L-għarus tagħha ġera lejn il-gżira fejn kien hemm l-għar u meta nduma x'kien ġara, huwa nbidel f'għar ieħor fil-qrib imsejjaħ Hang Trong (Għar Maskili). L-Għar ta' Thien Cung (litteralment: Għar tal-Ġenna): dan l-għar huwa wieħed mill-postijiet assoċjati mar-re dragun l-antik. Jingħad li l-Għar ta' Thien Cung kien il-post fejn seħħ it-tieġ ta' sebat ijiem tar-re dragun. Sabiex jifirħu lill-koppja, bosta draguni kif ukoll iljunfanti attendew biex jiżfnu u jtiru. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Vjetnam Ġeoloġija
28957
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kastell%20ta%27%20Himeji
Kastell ta' Himeji
Il-Kastell ta' Himeji (bil-Ġappuniż: 姫路城, Himeji-jō) huwa kumpless ta' kastell Ġappuniż fuq il-quċċata ta' għolja fil-belt ta' Himeji li tinsab fil-Prefettura ta' Hyōgo, il-Ġappun. Il-kastell jitqies bħala l-ifjen eżempju eżistenti tal-arkitettura prototipika ta' kastell Ġappuniż, u jinkludi network ta' 83 kamra b'sistemi avvanzati ta' difiża mill-perjodu fewdali. Il-kastell spiss huwa magħruf ukoll bħala Hakuro-jō jew Shirasagi-jō ("Kastell tal-Agrett Abjad" jew "Kastell tar-Russett Abjad") minħabba l-kulur abjad jgħajjat tiegħu minn barra u li suppost jixbah lil għasfur qed itir. Il-Kastell ta' Himeji jmur lura għall-1333 meta Akamatsu Norimura bena forti fil-quċċata tal-għolja ta' Himeyama. Il-forti twaqqa' u reġa' nbena bħala l-Kastell ta' Himeyama fl-1346 u mbagħad ġie mmudellat mill-ġdid fil-Kastell ta' Himeji żewġ sekli wara. Il-Kastell ta' Himeji mbagħad ġie mmudellat mill-ġdid b'mod sinifikanti fl-1581 minn Toyotomi Hideyoshi, li żied fortizza ta' tliet sulari. Fl-1600, Tokugawa Ieyasu ta l-kastell lil Ikeda Terumasa bħala premju għall-għajnuna tiegħu fil-Battalja ta' Sekigahara, u Ikeda bena l-kastell mill-ġdid kompletament mill-1601 sal-1609, u kabbru f'kumpless ta' kastell kbir. Diversi binjiet żdiedu iktar 'il quddiem fil-kumpless tal-kastell minn Honda Tadamasa mill-1617 sal-1618. Għal kważi 700 sena, il-Kastell ta' Himeji baqa' intatt, anke matul il-bumbardament ta' Himeji fit-Tieni Gwerra Dinjija, u d-diżastri naturali bħat-terremot il-kbir ta' Hanshin tal-1995. Il-Kastell ta' Himeji huwa l-ikbar kastell fil-Ġappun u l-iktar wieħed li jżuruh nies. Fl-1993 tniżżel bħala wieħed mill-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-pajjiż. Iż-żona fi ħdan il-ħandaq tan-nofs tal-kumpless tal-kastell ġiet iddeżinjata bħala Sit Storiku Speċjali u ħames strutturi tal-kastell ġew iddeżinjati wkoll bħala Teżori Nazzjonali. Flimkien mal-Kastell ta' Matsumoto u mal-Kastell ta' Kumamoto, il-Kastell ta' Himeji jitqies bħala wieħed mill-iprem kastelli tal-Ġappun. Sabiex jiġu ppreservati l-binjiet tiegħu, il-kastell sarlu ħafna restawr għal diversi snin u reġa' nfetaħ għall-pubbliku fis-27 ta' Marzu 2015. Fix-xogħlijiet ta' restawr tneħħew ukoll deċennji ta' ħmieġ u ta' tniġġis mill-faċċata, u b'hekk reġa' ħareġ il-kulur abjad jgħajjat oriġinali. Storja Il-kostruzzjoni tal-Kastell ta' Himeji tmur lura għall-1333, meta nbena forti fuq il-quċċata tal-għolja ta' Himeyama minn Akamatsu Norimura, il-mexxej tal-provinċja antika ta' Harima. Fl-1346, ibnu Sadanori waqqa' dan il-forti u bena il-Kastell ta' Himeyama minfloku. Fl-1545, il-klan ta' Kuroda ġie stazzjonat hemmhekk skont l-ordni tal-klan ta' Kodera, u l-mexxej fewdali Kuroda Shigetaka mmudella l-kastell mill-ġdid fil-Kastell ta' Himeji, u x-xogħol tlesta fl-1561. Fl-1580, Kuroda Yoshitaka ppreżenta l-kastell lil Toyotomi Hideyoshi, u fl-1581 Hideyoshi mmudella l-kastell mil-ġdid b'mod sinifikanti, u bena fortizza ta' tliet sulari b'erja ta' madwar 55 m2 (590 pied kwadru). Wara l-Battalja ta' Sekigahara fl-1600, Tokugawa Ieyasu ta l-Kastell ta' Himeji lil ibnu tar-rispett, Ikeda Terumasa, bħala premju għall-għajnuna tiegħu fil-battalja. Ikeda waqqa' l-fortizza ta' tliet sulari li kienet inbniet minn Hideyoshi, u bena l-kastell kompletament mill-ġdid u kabbru mill-1601 sal-1609, żied tliet ħniedaq u ttrasformah fil-kumpless tal-kastell kif inhu llum il-ġurnata. Huwa maħsub li x-xogħol kollu involut għal dan it-tkabbir ammonta għal 2.5 miljun jum ta' xogħol meta maqsuma bejn il-forza tax-xogħol involuta. Ikeda miet fl-1613, u għadda l-kastell lil ibnu, li miet ukoll tliet snin wara. Fl-1617, Honda Tadamasa u l-familja tiegħu wirtu l-kastell, u Honda żied diversi binjiet fil-kumpless tal-kastell, inkluż torri speċjali għal bintu tar-rispett, il-Prinċipessa Sen (bil-Ġappuniż: 千姫, Senhime) imsejjaħ keshō yagura (Torri tat-Tbiddil tal-Ħwejjeġ). Fil-perjodu ta' Meiji (1868-1912), bosta kastelli Ġappuniżi nqerdu. Il-Kastell ta' Himeji ġie abbandunat fl-1871 u xi kurituri u daħliet tal-kastell inqerdu biex ikun hemm spazju għall-barrakki tal-armata Ġappuniża. Inizjalment, il-kumpless tal-kastell kollu kellu jitwaqqa' skont il-politika tal-gvern, iżda bis-saħħa tal-isforzi ta' Nakamura Shigeto, kurunell tal-armata, dan qatt ma seħħ. Fejn hemm l-ewwel daħla tal-kumpless tal-kastell, id-Daħla ta' Hishi (bil-Ġappuniż: 菱の門, Hishinomon), hemm monument tal-ġebel li jagħti ġieħ lil Nakamura. Minkejja li l-Kastell ta' Himeji ma twaqqax, il-kastelli Ġappuniżi kienu saru antikwati u l-preservazzjoni tagħhom kienet tiswa ħafna flus. Meta s-sistema fewdali tal-han ġiet abolita fl-1871, il-Kastell ta' Himeji tqiegħed għall-irkant. Il-kastell inxtara minn resident ta' Himeji għal 23 yen Ġappuniż (madwar 200,000 yen jew 2,258 dollaru Amerikan illum il-ġurnata). Ix-xerrej ried iwaqqa' l-kumpless tal-kastell u jiżviluppa l-art, iżda ġie stmat li l-ispejjeż involuti biex il-kastell jitwaqqa' kienu kbar wisq, u mill-ġdid reġa' ma twaqqax. Il-belt ta' Himeji ġiet ibbumbardjata bil-kbir fl-1945, fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, u għalkemm il-biċċa l-kbira tal-inħawi tal-madwar inqerdet għalkollox, il-kastell baqa' intatt. Bomba żgħira waħda twaqqgħet fis-sular ta' fuq tal-kastell iżda ma ħaditx. Sabiex il-kumpless tal-kastell jiġi ppreservat, mill-bidu tal-1956 sar xogħol ta' restawr sostanzjali, bl-ekwivalenti ta' 250,000 jum ta' xogħol maqsuma bejn il-forza tax-xogħol u kost totali ta' 550 miljun yen. F'Jannar 1995, il-belt ta' Himeji ġarrbet ħsarat sostanzjali minħabba t-terremot il-kbir ta' Hanshin, iżda l-Kastell ta' Himeji ħelisha ħafif mingħajr ħsarat, u wera reżistenza notevoli għat-terremoti. Saħansitra l-flixkun tas-sake mqiegħed fuq l-artal tas-sular ta' fuq nett tal-fortizza baqa' f'postu. Sit ta' Wirt Dinji Fil-11 ta' Diċembru 1993, il-Kastell ta' Himeji ġie ddeżinjat bħala wieħed mill-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Ġappun. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Ħames strutturi tal-kastell ġew iddeżinjati wkoll bħala Teżori Nazzjonali: il-fortizza prinċipali (bil-Ġappuniż: 大天守, daitenshu), il-fortizza ż-żgħira tal-Majjistral (bil-Ġappuniż: 乾小天守, inui kotenshu), il-fortizza ż-żgħira tal-Punent (bil-Ġappuniż: 西小天守, nishi kotenshu), il-fortizza ż-żgħira tal-Lvant (bil-Ġappuniż: 東小天守, higashi kotenshu), u l-kurituri I, Ro, Ha, u Ni u l-kċina (bil-Ġappuniż: イ, ロ, ハ, ニの渡櫓附台所1棟, i, ro, ha, ni no watariyagura tsuketari daidokoro 1 to). Iż-żona fi ħdan il-ħandaq tan-nofs tal-kumpless tal-kastell ġiet iddeżinjata bħala Sit Storiku Speċjali. Flimkien mal-Kastell ta' Matsumoto u mal-Kastell ta' Kumamoto, il-Kastell ta' Himeji jitqies bħala wieħed mill-iprem tliet kastelli tal-Ġappun. Huwa l-iktar kastell fil-Ġappun li jżuruh nies. Mill-bidu ta' April 2010, il-Kastell ta' Himeji sarlu xogħol estensiv ta' restawr biex il-binjiet tal-kastell jiġu ppreservati, u l-kastell reġa' nfetaħ għall-pubbliku fis-27 ta' Marzu 2015. Disinn Il-Kastell ta' Himeji Castle huwa l-ikbar kastell fil-Ġappun. Huwa eżempju eċċellenti tal-arkitettura prototipika ta' kastell Ġappuniż, u fih bosta karatteristiċi difensivi u arkitettoniċi assoċjati mal-kastelli Ġappuniżi. Il-ħitan b'kurvatura tal-Kastell ta' Himeji xi kultant jingħad li qishom imrewħiet ġganteski (bil-Ġappuniż: 扇子, sensu), iżda l-materjali prinċipali li ntużaw fl-istrutturi huma l-ġebel u l-injam. L-istemmi tal-familji fewdali (bil-Ġappuniż: 家紋, kamon) jidhru fl-arkitettura kollha tal-binjiet, u jirrappreżentaw id-diversi familji li għexu fil-kastell matul l-istorja tiegħu. L-istil speċifiku tal-kastell jissejjaħ hirayama (bil-Ġappuniż: 平山城; fil-quċċata ċatta ta' għolja). Żewġ kastelli li nbnew matul l-istess żmien u li kellhom ħafna mill-istess karatteristiċi arkitettoniċi tiegħu huma l-Kastell ta' Matsuyama u l-Kastell ta' Tsuyama. Il-kumpless tal-Kastell ta' Himeji jinsab fiċ-ċentru tal-belt ta' Himeji, Hyōgo, fil-quċċata ta' għolja msejħa Himeyama, li hija 45.6 metru (150 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-kumpless tal-kastell jinkludi network ta' 83 binja, fosthom imħażen, daħliet, kurituri u turretti (bil-Ġappuniż: 櫓, yagura). Minn dawn it-83 binja, 74 ġew iddeżinjati bħala Assi Kulturali Importanti: 11-il kuritur, 16-il turretta, 15-il daħla u 32 ħajt. L-ogħla ħitan fil-kumpless tal-kastell huma għoljin 26 metru (85 pied). Flimkien mal-kumpless tal-kastell hemm il-Kōko-en (bil-Ġappuniż: 好古園), ġnien Ġappuniż li nħoloq fl-1992 biex ifakkar il-100 anniversarju tal-belt ta' Himeji. Mil-Lvant għall-Punent, il-kumpless tal-Kastell ta' Himeji għandu tul ta' bejn 950 u 1,600 metru (3,120 sa 5,250 pied), u mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, għandu tul ta' bejn 900 u 1,700 metru (3,000 sa 5,600 pied). Il-kumpless tal-kastell għandu ċirkonferenza ta' 4,200 metru (2.6 mil). Ikopri erja ta' 233 ettaru (2,330,000 m2 jew 576 akru), u għaldaqstant bejn wieħed u ieħor huwa 50 darba ikbar mit-Tokyo Dome (stabbiliment tal-baseball) jew 60 darba ikbar mill-Istadium ta' Koshien. Il-fortizza prinċipali (bil-Ġappuniż: 大天守, daitenshu) fiċ-ċentru tal-kumpless hija għolja 46.4 metru (152 pied), u tinsab 92 metru (302 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Flimkien mal-fortizza prinċipali, tliet fortizzi sussidjarji iżgħar (bil-Ġappuniż: 小天守, kotenshu) jiffurmaw raggruppament ta' torrijiet. Minn barra, il-fortizza tidher li għandha ħames sulari, peress li t-tieni u t-tielet sulari minn fuq jidhru qishom sular wieħed; madankollu, effettivament il-fortizza għandha sitt sulari u sular taħt l-art. Is-sular taħt l-art tal-fortizza prinċipali għandu erja ta' 385 m2 (4,140 pied kwadru), u minn ġewwa fih faċilitajiet speċjali li ma jeżistux f'kastelli oħra, inkluż kmamar tal-ħasil, kamra għat-tnixxif u kuritur tal-kċina. Il-fortizza prinċipali għandha żewġ pilastri, wieħed fil-Lvant u l-ieħor fil-Punent. Il-pilastru tal-Lvant, li għandu dijametru fil-bażi ta' 97 cm (38 pulzier), oriġinarjament kien siġra sħiħa tal-abit, iżda minn dak iż-żmien ġie sostitwit. Il-bażi tal-pilastru tal-Punent huwa 85 b'95 cm (33 b'37 pulzier), u huwa magħmul miċ-ċipress Ġappuniż. Matul ir-restawr ta' Shōwa (1956-1964), siġra taċ-ċipress Ġappuniż twila 26.4 metru (87 pied) tniżżlet mill-muntanji Kiso minflok il-pilastru l-antik. F'dan il-proċess is-siġra nkisret, u għalhekk ġabu siġra oħra mill-muntanja Kasagata, u ż-żewġ siġriet ġew magħqudin flimkien fit-tielet sular. L-ewwel sular tal-fortizza prinċipali għandu erja ta' 554 m2 (5,960 pied kwadru) u spiss jissejjaħ il-"kamra tal-elf ħasira" minħabba li għandha iktar minn 330 ħasira tat-tip Tatami. Il-ħitan tal-ewwel sular għandhom xtillieri tal-armi (bil-Ġappuniż: 武具掛け, bugukake) għall-ixkubetti u għal-lanez, u fl-imgħoddi kien hemm żmien fejn fil-kastell kien hemm saħansitra 280 xkubetta u 90 lanza. It-tieni sular għandu erja ta' madwar 550 m2 (5,900 pied kwadru). It-tielet sular għandu erja ta' 440 m2 (4,700 pied kwadru), filwaqt li r-raba' sular għandu erja ta' 240 m2 (2,600 pied kwadru). Kemm it-tielet kif ukoll ir-raba' sular għandhom pjattaformi ħdejn it-twieqi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar imsejħa "pjattaformi tat-twaddib tal-ġebel" (bil-Ġappuniż: 石打棚, ishiuchidana), li minnhom id-difensuri kienu joqogħdu għassa jew iwaddbu l-oġġetti lejn l-għadu. Barra minn hekk għandhom kmamar żgħar imsejħa "moħbiet tal-ġellieda" (bil-Ġappuniż: 武者隠し, mushakakushi), fejn id-difensuri setgħu jistaħbew u jaħsdu lill-attakkanti li kien jirnexxilhom jidħlu fil-fortizza u joqtluhom. Is-sular ta' fuq nett, is-sitt sular, għandu erja ta' 115 m2 (1,240 pied kwadru) biss. It-twieqi tas-sitt sular issa għandhom vireg tal-ħadid, iżda fil-perjodu fewdali wieħed seta' jgawdi l-veduta panoramika mit-twieqi mingħajr il-vireġ tal-ħadid. Sistemi ta' difiża Il-Kastell ta' Himeji fih sistemi avvanzati ta' difiża mill-perjodu fewdali. Mal-kastell kollu hemm tipi differenti ta' lamberżuni (bil-Ġappuniż: 狭間, sama) b'għamliet differenti: ċirkolari, triangolari, kwadri u rettangolari. Dawn kienu maħsuba biex id-difensuri armati b'tanegashima jew l-arċiera setgħu jisparaw fuq l-għadu mingħajr ma jesponu lilhom infushom. Bejn wieħed u ieħor hemm 1,000 lamberżuna mal-binjiet tal-kastell. F'diversi punti fil-ħitan tal-kastell tpoġġew qishom twieqi angolari msejħa "twieqi tat-twaqqigħ tal-ġebel" (bil-Ġappuniż: 石落窓, ishi-otoshi-mado), u permezz tagħhom id-difensuri tal-kastell setgħu jwaqqgħu ġebel kbir jew żejt jagħli fuq ras l-attakkanti li jkun għaddejjin taħthom. Barra minn hekk, fil-kostruzzjoni tal-kastell intuża ġibs abjad biex ikun reżistenti għan-nar. Il-kumpless tal-kastell kien jinkludi tliet ħniedaq, iżda wieħed minnhom — il-ħandaq ta' barra — issa huwa mirdum taħt l-art. Xi partijiet mill-ħandaq ċentrali u l-ħandaq ta' ġewwa kollu għadhom jeżistu. Il-ħniedaq għandhom wisa' medja ta' 20 metru (66 pied), wisa' massima ta' 34.5 metru (113-il pied), u fond ta' madwar 2.7 metri (8.9 piedi). Il-Ħandaq tat-Tliet Pajjiżi (bil-Ġappuniż: 三国堀, sangoku-bori) fih għadira ta' 2,500 m2 (27,000 pied kwadru) u għadu jeżisti fi ħdan il-kastell; wieħed mill-iskopijiet ta' dan il-ħandaq kien li jaħżen l-ilma biex jintuża f'każ ta' xi nirien. Il-kumpless tal-kastell, b'mod partikolari l-hekk imsejjaħ Kwartier tal-Qadd (bil-Ġappuniż: 腰曲輪, koshikuruwa), fih għadd ta' mħażen li kienu jintużaw għall-ħżin tar-ross, tal-melħ u tal-ilma f'każ ta' assedju. Binja magħrufa bħala t-Turretta tal-Melħ (bil-Ġappuniż: 塩櫓, shioyagura) kienet tintuża b'mod speċifiku għall-ħżin tal-melħ, u huwa stmat li kien ikun hemm fiha sa 3,000 xkora tal-melħ meta l-kumpless tal-kastell kien għadu jintuża. Il-kumpless tal-kastell kien fih ukoll 33 bir fi ħdan il-ħandaq ta' ġewwa, 13 minnhom għadhom jeżistu; l-iktar bir fond huwa fond 30 metru (98 pied). Wieħed mill-iżjed elementi difensivi importanti tal-kastell huwa l-labirint ta' mogħdijiet li jwasslu sal-fortizza prinċipali tal-kastell iżda li jekk ma tkunx midħla tagħhom igerfxuk. Id-daħliet, il-barrikati u l-ħitan ta' barra tal-kumpless huma organizzati b'tali mod li tgerfex il-forza tal-għadu, u tobbligah idur u jagħqad f'għamla ta' spirali fi triqtu lejn il-fortizza prinċipali. Il-kumpless tal-kastell oriġinarjament kien fih 84 daħla, u t-tismija ta' 15 minnhom kienet skont is-sillabarju Ġappuniż iroha (I, Ro, Ha, Ni, Ho, He, To, eċċ.). Attwalment, hemm 21 daħla intatta fil-kumpless tal-kastell, u t-tismija ta' 13 minnhom hija skont is-sillabarju Ġappuniż. F'ħafna każijiet, il-mogħdijiet tal-kastell saħansitra jduru fuqhom infushom, apposta biex igerfxu lil min ma jkunx jaf triqtu sew (jiġifieri l-għadu). Pereżempju, id-distanza dritta mid-Daħla ta' Hishi (bil-Ġappuniż: 菱の門, hishinomon) sal-fortizza prinċipali (bil-Ġappuniż: 大天守, daitenshu) hija 130 metru (430 pied) biss, iżda l-mogħdija nnifisha hija ferm itwal, saħansitra 325 metru (1,066 pied). Il-passaġġi huma dojoq u weqfin ukoll biex iktar jirrestrinġu d-dħul. Din is-sistema kienet tippermetti lid-difensuri jaraw l-għadu biex ikunu jistgħu jisparawlu mill-fortizza sakemm ikun għaddej mit-triq twila mid-daħla, iżda l-Kastell ta' Himeji qatt ma ġie attakkat b'dan il-mod, għaldaqstant is-sistema qatt ma ġiet ittestjata. Madankollu, anke llum il-ġurnata fejn ir-rotta hija mmarkata bit-tabelli, bosta viżitaturi xorta waħda xi kultant jitgerfxu huma u jżuru l-kumpless tal-kastell. Impatt kulturali Il-Kastell ta' Himeji huwa magħruf ukoll bħala Hakuro-jō jew Shirasagi-jō (il-"Kastell tal-Agrett Abjad" jew il-"Kastell tar-Russett Abjad") minħabba l-kulur abjad jgħajjat tiegħu minn barra u peress li suppost jixbah lil għasfur qed itir. Il-kastell deher b'mod estensiv f'bosta films barranin u Ġappuniżi, inkluż il-film ta' James Bond "You Only Live Twice" (1967), u l-films Kagemusha (1980) u Ran (1985) ta' Akira Kurosawa. Fil-minisensiela televiżiva Shōgun (1980), il-kastell intuża taparsi kien il-Kastell ta' Osaka tal-perjodu fewdali. Fil-logħob elettroniku Civilization Revolution u Civilization V, il-Kastell ta' Himeji jista' jinbena bħala wieħed mill-għeġubijiet tad-dinja. Huwa wkoll wieħed mill-binjiet grandjużi f'Forge of Empires. Folklor u leġġendi Il-Kastell ta' Himeji huwa assoċjat ma' għadd ta' leġġendi lokali. Il-kaidan (jew ġrajja Ġappuniża tal-fatati) magħrufa sew ta' Banchō Sarayashiki (bil-Ġappuniż: 番町皿屋敷, "Il-Villa f'Banchō") hija ambjentata f'Edo (Tokjo), iżda varjant imsejjaħ Banshū Sarayashiki (bil-Ġappuniż: 播州皿屋敷, "Il-Villa fil-Provinċja ta' Harima") huwa ambjentat fil-Kastell ta' Himeji. Hemm għajdut mhux aċċettati minn kulħadd li l-kastell huwa l-post bona fide fejn hija ambjentata l-leġġenda kollha, u l-Bir allegat ta' Okiku għadu jeżisti fil-kastell sa llum il-ġurnata. Skont il-leġġenda, Okiku ġiet akkużata għalxejn li tilfet xi platti li kienu teżori ta' valur tal-familja tal-villa, u b'hekk inqatlet u ntefgħet fil-bir. Il-fatat tagħha baqa' jidher fil-bir billejl, u tinstema' tgħodd il-platti b'ton kiebi. Jingħad ukoll li l-Kastell ta' Himeji huwa abitat mill-yōkai Osakabehime, li tgħix fit-torri tal-kastell u tevita l-bnedmin li tant tobgħod. F'xi leġġendi din tieħu l-forma ta' anzjana (jew ta' mara li għandha xi tletin sena) liebsa kimono ċerimonjali bi tnax-il saff. Tista' taqra l-imħuħ tan-nies u tikkontrolla lill-yōkai ta' annimali inferjuri msejħa kenzokushin. Il-leġġenda tal-"Ġebla tal-Armla l-Anzjana" (bil-Ġappuniż: 姥が石, Ubagaishi) hija ġrajja folkloristika oħra assoċjata mal-kastell. Skont il-leġġenda, Toyotomi Hideyoshi spiċċa bla ġebel matul il-kostruzzjoni tal-fortizza oriġinali ta' tliet sulari, u mara anzjana semgħet dwar il-problema li kellu. Hija tatu l-mola manwali tagħha minkejja li kellha bżonnha għas-sengħa tagħha. Jingħad li n-nies li semgħu l-ġrajja ġew ispirati minnha u offrew ukoll xi ġebel lil Hideyoshi sabiex ikun jista' jtemm il-kostruzzjoni tal-kastell. Sa llum il-ġurnata, il-ġebla li suppost kienet il-mola manwali tal-anzjana għadha tidher u hija miksija b'xibka tal-ħadid fin-nofs ta' wieħed mill-ħitan tal-ġebel tal-kumpless tal-kastell. Hemm ġrajja folkloristika assoċjata wkoll ma' Sakurai Genbei, li kien il-mastrudaxxa ewlieni ta' Ikeda Terumasa fil-kostruzzjoni tal-fortizza. Skont il-leġġenda, Sakurai ma kienx sodisfatt bil-kostruzzjoni tiegħu, għaliex ħass li l-fortizza kienet immejla daqsxejn lejn ix-Xlokk. Eventwalment, tant baqa' rrabjat li tela' sal-quċċata tal-fortizza u qabeż għal isfel, fejn instab mejjet bi skarpell f'ħalqu. Statistika dwar il-viżitaturi Fl-14 ta' April 2009, l-għadd totali ta' viżitaturi minn żmien ir-restawr tal-era ta' Showa qabeż l-40 miljun ruħ. 1964 – 1,738,000 (tlesta x-xogħol ta' restawr tal-era ta' Showa) 1989 – 1,197,000 1990 – 811,000 1991 – 871,000 1992 – 885,000 1993 – 1,019,000 1994 – 983,000 1995 – 695,000 1996 – 861,000 1997 – 716,000 1998 – 792,000 1999 – 713,000 2000 – 662,000 2001 – 708,000 2002 – 729,000 2003 – 814,000 2004 – 771,000 2005 – 778,000 2006 – 899,000 2007 – 1,023,000 2008 – 1,195,000 2009 – 1,561,000 2010 – 458,000 (beda x-xogħol ta' restawr) 2011 – 611,000 2012 – 711,000 2013 – 881,000 2014 – 919,000 2015 – 2,860,000 (f'Marzu tlesta x-xogħol ta' restawr) Tagħrif addizzjonali Teżori nazzjonali u kastelli ġemellati Fost il-kastelli Ġappuniżi li huma wkoll teżori nazzjonali, apparti l-Kastell ta' Himeji, hemm il-Kastell ta' Matsumoto, il-Kastell ta' Inuyama, il-Kastell ta' Matsue u l-Kastell ta' Hikone. Il-kastelli ġemellati mal-Kastell ta' Himeji huma x-Château de Chantilly fi Franza u l-Kastell ta' Conwy f'Wales, ir-Renju Unit. Il-kastelli li għandhom l-istess stil hirayama fil-quċċata ta' għolja huma l-Kastell ta' Matsuyama li nbena fl-1603 u l-Kastell ta' Tsuyama. Kastell ta' Matsumoto Il-Kastell ta' Matsumoto (bil-Ġappuniż: 松本城 Matsumoto-jō) huwa wieħed mill-eqdem kastelli tal-Ġappun u jinsab fil-belt ta' Matsumoto, fil-Prefettura ta' Nagano. Il-kostruzzjoni tad-donjon prinċipali (bil-Ġappuniż: 天守閣 tenshukaku) saret mill-familja Ishikawa bejn l-1593 u l-1594, meta l-familja kellha l-kompitu li tieħu ħsieb il-kastell. Id-donjon tal-Kastell ta' Matsumoto hija wieħed mill-eqdem Tenshu b'ħames sulari eżistenti fil-Ġappun. Kastell ta' Inuyama Il-Kastell ta' Inuyama (bil-Ġappuniż: 犬山城 Inuyama-jō) jinsab fil-kosta tan-Nofsinhar tax-xmara Kiso fil-belt ta' Inuyama, fil-Prefettura ta' Aichi. Fl-1537, iz-ziju ta' Oda Nobunaga, Oda Nobuyasu saħħaħ il-kastell. Il-Kastell ta' Inuyama jingħad li huwa wieħed mill-eqdem kastelli tal-Ġappun u huwa wieħed mill-kastelli li rnexxielu jżomm l-istruttura oriġinali tiegħu. Kastell ta' Hikone Il-Kastell ta' Hikone (bil-Ġappuniż: 彦根城 Hikone-jō) jinsab fil-kosta tal-Lvant tal-Lag ta' Biwa, fil-Prefettura ta' Shiga. Il-kastell tlesta fl-1622 minn Ii Naokatsu wara 20 sena ta' kostruzzjoni. Château de Chantilly Ix-Château de Chantilly huwa ġemellat mal-Kastell ta' Himeji, u spiss jingħad li huwa l-isbaħ kastell fi Franza. Jinsab 40 kilometru fit-Tramuntana ta' Pariġi. Il-kastell huwa rappreżentazzjoni tal-istil arkitettoniku meraviljuż tar-Rinaxximent. Il-ġemellaġġ bejn iż-żewġ kastelli beda fl-1989. Kastell ta' Conwy Il-Kastell ta' Conwy huwa ġemellat mal-Kastell ta' Himeji. Il-ġemellaġġ bejn iż-żewġ kastelli beda fl-2019. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Kastelli Ġappun
28958
https://mt.wikipedia.org/wiki/Fran%C3%A7ois%20Girardon
François Girardon
François Girardon (twieled fl-10 ta' Marzu 1628 – miet fl-1 ta' Settembru 1715) kien skultur Franċiż tal-istil ta' Lwiġi XIV jew il-Barokk Franċiż, li kien magħruf l-iktar għall-istatwi u l-busti ta' Lwiġi XIV u għall-iskulturi tiegħu fil-ġonna tal-Palazz ta' Versailles. Bijografija François Girardon twieled f'Troyes, Franza. Missieru kien ħaddiem f'fonderija. Għall-ewwel tħarreġ bħala intaljatur u inċiżur tal-injam. It-talent tiegħu ġibed l-attenzjoni tal-Kanċillier ta' Lwiġi XIV, Pierre Séguier, patrun akkanit tal-arti, li rranġalu biex jaħdem fl-istudjo ta' François Anguier, u iktar 'il quddiem, mill-1648 sal-1650 biex jgħix u jwettaq apprendistat f'Ruma, l-Italja. Hemmhekk huwa ra l-iskultura Barokka u ltaqa' ma' Bernini, iżda rrifjuta li jaħdem b'dak l-istil u minflok xaqleb iktar lejn il-klassiċiżmu u l-mudelli tal-iskultura ta' Ruma tal-qedem. Fl-1650 huwa rritorna lejn Franza u sar membru tal-grupp ta' artisti mmexxija minn Charles Le Brun, il-pittur uffiċjali tar-Re, u li kien jinkludi lid-disinjatur tal-ġonna André Le Nôtre, li ġew ikkummissjonati biex iżejnu l-park irjali l-ġdid tal-Palazz ta' Versailles. Il-kontribut prinċipali tiegħu kien il-grupp ta' skulturi u statwi li jirrappreżentaw lil Apollo moqdi min-ninfej (1666-1675), li jissimbolizzaw lir-re stess, f'grotta qrib il-palazz. Il-figura ta' Apollo ġiet ispirata mill-Apollo Belvedere tal-Vatikan, u kienet tinkludi żewġ gruppi ta' figuri; il-grupp ta' Apollo mdawwar min-ninfej, u t-tieni grupp, qrib il-grotta, fejn Iż-Żwiemel tax-Xemx qed jitwasslu sal-istalla rjali tagħhom. Huwa ħoloq funtana oħra għal Versailles, il-Vaska ta''' Saturnu jew Ix-Xitwa (1672-1677), magħmula miċ-ċomb indurat bi stil iktar Barokk, u ffullata bil-figuri. It-tielet xogħol maġġuri tiegħu fil-Palazz ta' Versailles kien Il-Ħtif ta' Proserpina''. Dan il-grupp ta' statwi kien jinsab lil hinn miċ-ċentru tal-ġnien, u ġie ddisinjat biex jitgawda minn puntdivista uniku. Is-sens ta' ċaqliq u figuri mgħawġin jagħtihom dehra Barokka, iżda dawn jiġu bbilanċjati miċ-ċarezza klassika u simetrija tal-kompożizzjoni. Girardon tela' 'l fuq b'mod kostanti fil-ġerarkija artistika uffiċjali. Huwa sar membru tal-Akkademja Rjali tal-Pittura u tal-Iskultura fl-1657 u fl-1674 sar professur u assistent tar-Rettur. Fl-1690, meta miet Le Brun, huwa sar spettur ġenerali tax-xogħlijiet tal-iskultura, u ħa ħsieb il-kummissjonijiet kollha tal-iskulturi rjali. Fl-1695, huwa sar Kanċillier tal-Akkademja Rjali. Fl-1675 huwa rċieva kummissjoni importanti oħra, din id-darba għall-qabar tal-Kardinal Richelieu, li jinsab fil-Kappella tas-Sorbonne. Il-qabar tlesta fl-1694. Il-figura tal-Kardinal tidher bilqiegħda fuq il-qabel iżda ħaj, wieqaf u jħares lejn l-artal. Il-qabar oriġinarjament tqiegħed fil-kor tal-knisja, iżda minn dak iż-żmien tressaq f'kappella separata. Huwa akkumpanjat mill-figuri ta' żewġ nisa mnikktin li jirrappreżentaw ir-reliġjon u x-xjenza. Il-qabar tlesta fl-1694, u kellu influwenza konsiderevoli fuq id-disinn tal-iskulturi funebri ta' warajh. Il-qabar kważi nqered minn attakk matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, iżda ġie protett mill-arkeologu Alexandre Lenoir, li ndarab b'bajjunetta biex jiddefendih. Huwa ordna li jiġi mċaqlaq f'post sikur fl-ewwel mużew tal-monumenti Franċiżi. Fl-1699, Girardon lesta xogħol importanti ieħor, statwa ekwestri tal-bronż ta' Lwiġi XIV, li tpoġġiet fiċ-ċentru tal-pjazza magħrufa bħala Place Louis le Grand (li issa saret Place Vendôme). Din l-istatwa ġiet imdewba matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża u llum il-ġurnata baqgħet magħrufa biss bis-saħħa ta' mudell żgħir tal-bronż magħmul minn Girardon innifsu, li jinsab fil-Louvre. Huwa miet f'Pariġi fl-1715. Xogħol notevoli ieħor ta' Girandon li għadu jista' jitgawda huwa l-qabar ta' Louvois fil-Knisja ta' Saint Eustache f'Pariġi; il-qabar ta' Bignon, il-librar tar-re, magħmul fl-1656, fil-Knisja ta' Saint Nicolas du Chardonnet; u l-iskulturi dekorattivi fil-Gallerija ta' Apollo u fil-Kamra tas-Sodda tar-Re fil-Louvre. Il-mużew muniċipali ta' raħal twelidu Troyes għandu bosta mix-xogħlijiet tiegħu, bħal busti tal-irħam ta' Lwiġi XIV u ta' Marija Tereża. Il-Muniċipju għandu medaljun ta' Lwiġi XIV, filwaqt li l-Knisjka ta' Saint Remy għandha kurċifiss tal-bronż magħmul minnu. Xogħlijiet Referenzi Skulturi Franċiżi Twieldu fl-1628 Mietu fl-1715
28960
https://mt.wikipedia.org/wiki/Tim%20nazzjonali%20tal-futbol%20tal-Jugo%C5%BClavja
Tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja irrapreżenta lill-Jugożlavja fil-futbol internazzjonali bejn l-1920 u l-1992, inkluż bejn l-1920 u l-1929 meta l-isem uffiċjali tal-pajjiż kien ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni. Minkejja qatt ma rebħu titlu uffiċjali, il-Jugożlavja kisbet riżultati pożittivi, fosthom darbtejn it-tieni fil-Kampjonati Ewropej, darbtejn ir-raba' fit-Tazza tad-Dinja u darba finalista fit-turnew Olimpiku. Fl-aħħar sena li kienet attiva, fl-1992, minkejja li kienet kisbet kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' dik is-sena, il-Jugożlavja ġiet eskluża wara deċiżjoni meħuda mill-FIFA u l-UEFA minħabba s-sanzjonijiet attwali imposti mill-Ġnus Magħquda. It-tim nazzjonali tas-Serbja ħa post il-Jugożlavja fil-FIFA u l-UEFA, u huwa kkunsidrat bħala s-suċċessur tal-Jugożlavja (u s-Serbja u Montenegro) miż-żewġ organizzazzjonijiet. Storja Il-Jugożlavja lagħbet l-ewwel logħba fit-28 ta' Awwissu 1920 fil-Belġju, f'telfa ta' 7–0 kontra ċ-Ċekoslovakkja. Ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bit-tim ikun l-iżgħar fost il-parteċipanti kollha b'età medja ta' 22 sena. Fil-fażi tal-gruppi huma għelbu lill-Brażil u 'l-Bolivja sabiex iffissaw il-konfront fis-semifinali kontra l-Urugwaj. Madanakollu, l-Urugwaj urew is-saħħa tagħhom u ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 6–1 u eventwalment rebħu l-kompetizzjoni. Il-FIFA poġġiet lill-Jugożlavja fir-raba' post minkejja li ma kienx hemm logħba ta' spareġġ għat-tielet post kontra l-Istati Uniti minħabba li l-Amerikani kellhom differenza ta' gowls aħjar. Fl-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, fl-1960, il-Jugożlavja eliminat fis-semifinali lil Franza bi skor ta' 5–4. Fil-finali kontra l-Unjoni Sovjetika, il-Jugożlavja marret fil-vantaġġ b'gowl ta' Milan Galić qabel tmiem l-ewwel taqsima, però s-Sovjetiċi sabu żewġ gowls mingħand Slava Metreveli u Viktor Ponedelnik biex kisbu dan it-trofew. Fl-istess sena, it-tim nazzjonali ħa sehem fl-Olimpjadi ta' Ruma. Wara d-diżappunt fit-tliet edizzjonijiet preċedenti, fejn kienu dejjem spiċċaw finalisti telliefa, din id-darba huma kisbu l-midalja ta-deheb b'rebħa ta' 3–1 fuq id-Danimarka. Fil-Kampjonati Ewropej tal-1968, il-Jugożlavja reġgħet waslet qrib li tikseb it-trijonf mixtieq. Wara l-eliminazzjoni tal-Ġermanja tal-Punent u Franza, fis-semifinali l-Jugożlavi għelbu lill-Ingilterra 1–0, b'gowl deċiżiv ta' Dragan Džajić. Fil-finali tat-8 ta' Ġunju huma affrontaw lill-Italja, mingħajr il-preżenza ta' Ivica Osim li kien it-tmun tat-tim, minħabba li kien weġġa' fis-semifinali. Džajić poġġa fil-vantaġġ lill-Jugożlavi, imma t-Taljani ġabu l-gowl tad-dro minn Angelo Domenghini. Wara li l-ħin barrani żamm l-iskor indaqs, logħba oħra kellha tintlagħab. Din id-darba t-Taljani kienu aktar deċiżivi u żewġ gowls minn Gigi Riva u Pietro Anastasi taw l-ewwel titlu Ewropew lill-Italja. Wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja tal-1974 kontra l-Ġermanja tal-Punent, il-Jugożlavja ospitat il-fażi finali tal-Euro 1976 u kisbet ir-raba' post. Fis-semifinali kontra l-Ġermaniżi wara dro ta' 2–2 fil-ħin normali, huma sofrew żewġ gowls fl-aħħar minuti minn Dieter Müller biex tilfu 4–2. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, in-Netherlands rebħu l-logħba 3–2. Is-snin tmenin u disgħin kienu snin diffiċli għall-Jugożlavja. Bejn l-1978 u l-1992 ħadu sehem biss f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u waħda tal-Kampjonati Ewropej, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fit-Tazza tad-Dinja tal-1990. Wara telfa fl-ewwel logħba kontra l-Ġermanja tal-Punent, huma ġabu żewġ rebħiet kontra l-Kolombja u l-Emirati Għarab Magħquda u spiċċaw fit-tieni post. Fir-rawnd tal-aħħar sittax eliminaw fil-ħin barrani lil Spanja b'doppjetta ta' Dragan Stojković. Fil-kwarti tal-finali ltaqgħu mal-Arġentina. Il-Jugożlavja soffriet it-tkeċċija ta' Refik Šabanadžović wara nofs siegħa logħob, però rnexxielha żżomm sal-għoti tal-penalties fejn is-Sud-Amerikani ħarġu rebbieħa 3–2. Minkejja li kienet ikkwalifikat għall-Kampjonati Ewropej tal-1992, fir-rebbiegħa qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, il-Jugożlavja ġiet eskluża mill-kompetizzjonijiet kollha internazzjonali organizzati mill-FIFA u l-UEFA kawża tal-gwerra li faqqgħet wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tar-repubbliki tas-Slovenja, il-Kroazja, il-Maċedonja u l-Bożnija u Ħerżegovina. Post il-Jugożlavja fil-Kampjonatii Ewropej ħaditu d-Danimarka li rnexxielha tirbaħ it-titlu. L-aħħar logħba taħt il-bandiera Jugożlava saret fil-25 ta' Marzu 1992 kontra n-Netherlands f'telfa ta' 2–0. Suċċessuri Bħala riżultat tal-qasma tal-Jugożlavja fl-1992, twieldu t-timijiet suċċessivi: (1996–preżent) (2016–preżent) (1992–preżent) (1994–preżent) (2007–preżent) (1992–preżent) (1992–preżent) Rekord kompetittiv Tazza tad-Dinja Kampjonati Ewropej Noti Referenzi Ħoloq esterni Lista ta' logħbiet internazzjonali tal-Jugożlavja fuq RSSSF Jugożlavja Jugożlavja Futbol fil-Jugożlavja
28961
https://mt.wikipedia.org/wiki/L-Ewwel%20Mara%20jew%20Ra%C4%A1el%20ta%27%20Malta
L-Ewwel Mara jew Raġel ta' Malta
L-Ewwel Mara ta' Malta jew l-Ewwel Raġel ta' Malta huwa t-titlu li jingħata lill-konjuga/u tal-President ta' Malta tul il-mandat tiegħu/tagħha. Attwalment l-Ewwel Mara ta' Malta hija Miriam Vella minn April 2019. Il-President u l-Ewwel Mara/Raġel jirresjedu fil-Palazz ta' Sant'Anton. Lista tal-Ewwel Mara jew Raġel ta' Malta fl-istorja Din il-lista tinkludi l-persuni kollha li kieu l-Ewwel Mara/Raġel ta' Malta. Referenzi
28962
https://mt.wikipedia.org/wiki/Edgar%20Preca
Edgar Preca
Edgar Preca huwa r-raġel tad-disa' President tar-Repubblika ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, u b'hekk kien l-Ewwel Raġel ta' Malta, l-ewwel raġel li qatt kellu dak it-titlu f'Malta. Ħajja bikrija u karriera Preca ħadem mal-Air Malta għal 34 sena sa ma rtira mix-xogħol fl-2012 biex jgħin lil martu fil-kampanja tagħha għal President. Ħajja personali Preca ltaqa' ma' Marie Louise Coleiro Preca fl-2002 wara li kienu ltaqgħu, bis-saħħa ta' ħabib li kellhom inkomuni, fil-kafetterija tal-General Workers' Union fil-Belt Valletta. Għalkemm ingħata n-numru tat-telefon tagħha, Preca iktar 'il quddiem stqarr li kien mistħi wisq biex iċempillha u baqgħu qatt ma kellmu lil xulxin iktar qabel erba' snin wara fl-2006, meta inzertaw lil xulxin fl-istess kafetterija. Imbagħad bdew joħorġu flimkien u 18-il xahar wara żżewġu. Bħala l-Ewwel Raġel ta' Malta Preca sar l-Ewwel Raġel ta' Malta f'April 2014 meta martu ħadet il-kariga ta' President ta' Malta. Minkejja li Marie Louise Coleiro Preca hija t-tieni mara li kellha dik il-kariga, Edgar Preca kien l-ewwel konjugu ta' President mara għaldaqstant kien l-ewwel persuna li ngħata dak it-titlu. Agatha Barbara, li kienet l-ewwel President mara mill-1982 sal-1987, qatt ma żżewġet. Malli sar l-Ewwel Raġel ta' Malta, Preca sar ukoll il-President tal-Malta Community Chest Fund, li hija istituzzjoni tal-karità mhux governattiva li għandha l-għan li tgħin lill-istituzzjonijiet u lill-individwi filantropiċi. Huwa żar ukoll pajjiżi oħra f'isem il-gvern Malti, inkluż żjara ta' tlett ijiem lejn l-Alġerija f'Jannar 2016. Unuri L-Italja: Gran Kurċifiss tal-Kavallieri tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (fl-10 ta' Jannar 2018) Il-Portugall: Gran Kurċifiss tal-Ordni tal-Mertu (fil-15 ta' Mejju 2018) L-Ordni Militari Sovran ta' Malta: Gran Kurċifiss pro Merito Melitensi tal-Ordni pro Merito Melitensi (fl-2015). Ara wkoll President ta' Malta L-Ewwel Mara jew l-Ewwel Raġel ta' Malta Referenzi
28963
https://mt.wikipedia.org/wiki/Margaret%20Abela
Margaret Abela
Margaret Abela (twieldet fl-14 ta' Marzu 1949) hija l-mara tat-tmien President tar-Repubblika ta' Malta, George Abela, u b'hekk kienet l-Ewwel Mara ta' Malta matul il-mandat tiegħu. Edukazzjoni Hija bdiet l-edukazzjoni preprimarja tagħha mas-sorijiet Franġiskani tal-Kappella tal-Pilar fil-Belt Valletta, temmet l-edukazzjoni primarja tagħha fl-Iskola Primarja ta' Sant'Iermu u l-edukazzjoni sekondarja tagħha fl-Iskola Sekondarja u Teknika ta' Marija Assunta fil-Ħamrun. Ħajja bikrija Wara li lestiet l-istudji tagħha, hija ħadmet full-time fid-dipartiment tal-amministrazzjoni tal-Università l-Antika ta' Malta fil-Belt Valletta, u iktar 'il quddiem f'Tal-Qroqq, l-Imsida. Wara li żżewġet, hija wettqet xogħol amministrattiv mad-ditta tad-dritt Abela Advocates tar-raġel tagħha u sussegwentement anke tat-tifel tagħhom Robert Abela. Ħajja personali Hija żżewġet lil George Abela fit-23 ta' Mejju 1976 u kellhom żewġt itfal, Robert u Maria. Robert Abela ħa l-ġurament u sar l-14 il-Prim Ministru ta' Malta fit-13 ta' Jannar 2020. Interessi u kontributi soċjali Għal bosta snin hija kienet involuta soċjalment fil-komunità tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien, fejn kienet tagħti lezzjonijiet tal-katekiżmu lit-tfal li kienu qed iħejju għall-Praċett. Unuri L-Estonja: Riċevitur tal-Ewwel Klassi tal-Ordni tas-Salib ta' Terra Mariana (fil-31 ta' Mejju 2012, serje 989 - nru 98). Ara wkoll President ta' Malta L-Ewwel Mara jew l-Ewwel Raġel ta' Malta Referenzi Twieldu fl-1949
28964
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mary%20Fenech%20Adami
Mary Fenech Adami
Mary Sciberras Fenech Adami jew Marija Sciberras Fenech Adami (twieldet fit-13 ta' Ottubru 1933 – mietet fit-8 ta' Lulju 2011) kienet il-mara tas-seba' President tar-Repubblika ta' Malta, Edward Fenech Adami. Hija kienet l-Ewwel Mara ta' Malta matul il-mandat tiegħu mill-2004 sal-2009. Ħajja personali Mary Sciberras Fenech Adami żżewġet fis-27 ta' Ġunju 1965 u flimkien kellhom ħamest itfal: John, Beppe, Michael, Maria u Luigi. Hija mietet fit-8 ta' Lulju 2011 tal-età ta' 77 sena. Unuri Il-Portugall: Gran Kurċifiss tal-Ordni tal-Prinċep Enriku tal-Portugall (fil-11 ta' Diċembru 2008). Ara wkoll President ta' Malta L-Ewwel Mara jew l-Ewwel Raġel ta' Malta Referenzi Twieldu fl-1933 Mietu fl-2011 Nies Maltin Nisa
28965
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C5%BBoni%20Stori%C4%8Bi%20ta%27%20Gyeongju
Żoni Storiċi ta' Gyeongju
Iż-Żoni Storiċi ta' Gyeongju fil-Korea t'Isfel tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Iż-żoni storiċi protetti jinkludu l-fdalijiet ta' tempji u ta' palazzi, pagodi u statwi fil-beraħ, u artefatti kulturali oħra ta' żmien ir-Renju tas-Silla. Iż-żoni storiċi xi kultant jissejħu l-ikbar mużewijiet fil-beraħ fid-dinja. Sit ta' Wirt Dinji Iż-Żoni Storiċi ta' Gyeongju ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Komponenti Grupp ta' siti tal-Għolja Namsan Il-grupp ta' siti tal-Għolja Namsan jinsab fl-inħawi madwar l-Għolja Namsan, għolja ta' 262 metru (860 pied) li kienet titqies bħala sagra mill-poplu Silla. Hawnhekk instabu artefatti Buddisti kif ukoll artefatti Xamanisti li saħansitra huma ta' qabel il-perjodu meta ddaħħal il-Buddiżmu fil-Korea. Fost l-artefatti Buddisti hemm il-fdalijiet ta' 122 tempju, 53 statwa tal-ġebel, 64 pagoda tal-ġebel, u sittax-il lanterna tal-ġebel. Siti notevoli oħra jinkludu l-Fortizza tal-Għolja Namsan (li nbniet fil-591 W.K.), is-sit tal-Paviljun ta' Poseokjeong (famuż għall-mogħdija tal-ilma tiegħu b'għamla ta' widnejn tal-baħar), u l-Għadira ta' Seochulji. L-Għolja Namsan hija famuża għad-diversi xbihat Buddisti mnaqqxin fil-blat li juru wkoll il-progress u l-maturazzjoni tal-iskultura tas-Silla matul il-perjodu tal-unifikazzjoni tas-silla. L-iżjed eżempju famuż ta' dawn ix-xbihat jew riljievi hija l-Blata tal-Buddha. Dan il-bassoriljiev jinsab fil-Wied ta' Tapgol u jikkonsisti minn tliet ħitan imżejna bix-xbihat tal-Buddha u tad-dixxipli tiegħu. Fi ħdan dan il-grupp ta' siti nstabu wkoll tumbati funebri tat-tajn u tar-radam tar-rejiet tas-Silla li jmorru lura għas-seklu 2 sas-seklu 10. Grupp ta' siti ta' Wolseong L-attrazzjonijiet prinċipali ta' dan il-grupp ta' siti taż-Żoni Storiċi ta' Gyeongju huma l-fdalijiet ta' Banwolseong (il-Palazz/Fortizza tan-Nofs Qamar), il-foresta ta' Gyerim, il-fdalijiet u r-rikostruzzjonijiet tal-paviljuni fl-Għadira ta' Anapji li hija għadira artifiċjali, il-fdalijiet tal-Palazz ta' Imhaejeon, u l-Osservatorju tant famuż ta' Cheomseongdae. Grupp ta' siti tal-park tat-tumbati funebri tat-tajn u tar-radam Dan il-grupp ta' siti jikkonsisti minn tliet gruppi ta' oqbra rjali. Il-biċċa l-kbira tal-oqbra huma tumbati tat-tajn u tar-radam ġejjin għat-tond. Madankollu, hemm ukoll uħud li għandhom għamla ta' nofs qamar. Mill-iskavi tal-oqbra ġew żvelati twiebet tal-injam mirduma biż-żrar u oġġetti funebri rikki tad-deheb, tal-ħġieġ, ta' ċeramika ta' kwalità. Eżempju famuż ta' qabar irjali f'dan il-park huwa l-Qabar taż-Żiemel tal-Ġenna, li kien fih pittura ta' żiemel bil-ġwienaħ impittra fuq biċċa qoxra tal-betula li kienet tintuża ma' sarġ. Grupp ta' siti ta' Hwangnyongsa Dan il-grupp ta' fdalijiet storiċi huwa ċċentrat madwar il-fdalijiet tat-Tempju ta' Hwangnyongsa u tat-Tempju ta' Bunhwangsa. Skont l-iskavi tal-ħaġar tal-pedamenti, it-Tempju ta' Hwangnyongsa kien l-ikbar tempju li qatt inbena fil-Korea u kien ikopri erja ta' 72,500 m2. It-Tempju ta' Bunhwagsa għadu jeżisti iżda huwa biss frazzjon tad-daqs tiegħu fl-imgħoddi meta kien wieħed mill-iżjed tempji Buddisti importanti. Fdal popolari f'dan il-grupp ta' siti hija l-pagoda tal-ġebel magħmula minn ġebel b'dehra ta' brikks. Huwa maħsub li oriġinarjament il-pagoda kellha bejn seba' u disa' sulari iżda llum il-ġurnata fadal biss tliet sulari minnhom. Grupp ta' siti ta' Sanseong Dan il-grupp ta' siti jinkludi l-fdalijiet tal-Fortizza ta' Myeonghwal (Myeonghwal Sanseong) li tinsab fuq l-Għolja Myeonghwal fejn il-Lag ta' Bomun, madwar sitt kilometri fil-Lvant taċ-ċentru tal-belt ta' Gyeongju. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Tempji Korea t'Isfel
28966
https://mt.wikipedia.org/wiki/Causses%20u%20C%C3%A9vennes
Causses u Cévennes
Il-Causses u s-Cévennes huwa pajsaġġ kulturali agropastorali Mediterran li huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinsab fil-parti tan-Nofsinhar taċ-ċentru ta' Franza u li għadu iktar minn tliet millenji ta' storja agropastorali. Is-sit jinsab fil-Massif Central u r-reġjun huwa muntanjuż b'bosta widien dojoq. B'hekk il-kundizzjonijiet tal-madwar ma tantx huma adattati biex jospitaw il-bliet, iżda huma adattati sew għall-pastoraliżmu. B'hekk, il-pajsaġġ tal-Causses u s-Cévennes evolva maż-żmien sabiex jirrifletti t-tipi kollha ta' sistemi agropastorali tal-Mediterran, inkluż ir-ragħa fil-foresti, it-transumanza (ir-ragħa minn post għall-ieħor) u l-pastoraliżmu sedentarju (ir-ragħa fl-istess post). Fil-fatt, Mont Lozère huwa wieħed mill-aħħar postijiet fejn għadha tiġi pprattikata t-transumanza fis-sajf b'mod tradizzjonali. Storja Il-Causses, li huma grupp ta' promontorji tal-ġebla tal-ġir, u s-Cévennes, li huma reġjun kulturali u muntanjuż fil-Massif Central, jinkludu diversi evidenzi tal-evoluzzjoni tal-pastoraliżmu matul l-aħħar 3,000 sena. Matul Żmien il-Bronż, ġew ikklirjati sezzjonijiet kbar ta' żoni forestali biex ikun hemm spazju għar-ragħa tan-nagħaġ u tal-bhejjem tal-ifrat. Bejn is-sekli 12 u 14 l-ordnijiet monastiċi ħadu l-kontroll ta' din iż-żona, u introduċew sistemi mtejba tat-tisqija u tat-toroq fl-inħawi. L-istabbiliment ta' dawn l-ordnijiet reliġjużi u l-iżvilupp ta' bliet fil-qrib fil-pjanuri tal-madwar matul il-Medju Evu saħħaħ mill-ġdid is-sistemi agropastorali, u dawn għadhom preżenti hemmhekk sa llum il-ġurnata. Bejn is-sekli 16 u 18, is-Cévennes saru rinomati għall-qastan, għan-nagħaġ u għall-produzzjoni tal-ħarir tagħhom, u dan wassal għal żieda kbira fil-popolazzjoni u għall-kostruzzjoni ta' bosta binjiet agrikoli kbar. Madankollu, minħabba t-tifqigħ tal-mard fost id-dud tal-ħarir flimkien mal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, bdiet mewġa ta' emigrazzjoni mir-reġjun lejn il-bliet il-kbar. Deskrizzjoni Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkorpora bosta mill-istrutturi vitali għall-pastoraliżmu kontinwu fl-inħawi. Is-sistemi tat-tisqija, żviluppati u kkontrollati mill-abbaziji Benedittini fil-Medju Evu bikri, jiddevjaw l-ilmijiet li jnixxu mill-muntanji ogħla f'sistema ta' mogħdijiet tal-ilma u kanali taħt l-art li mbagħad jisqu r-raba' mtarraġ ta' kull razzett jew struttura agrikola. Dan il-metodu ta' tisqija għadu jintuża sa llum il-ġurnata. Barra minn hekk, l-avvanzi agrikoli li għamlu l-Kavallieri Templari fl-inħawi matul il-Medju Evu għadhom operattivi wkoll, fosthom iċ-ċisterni fuq is-soqfa, l-għadajjar u l-fosos tal-qamħ. Is-sistema tat-toroq żviluppata fis-seklu 12 għat-trasport tan-nagħaġ u tal-bhejjem tal-ifrat lejn is-suq għadha tintuża wkoll mill-bdiewa u mir-rgħajja. B'kollox hemm 300 kilometru ta' toroq Medjevali ta' dan it-tip fi ħdan is-sit. Fil-pajsaġġ relattivament fil-beraħ tal-Causses, il-binjiet baxxi tal-ġebel jintużaw għaż-żamma tan-nagħaġ matul ix-xitwa, u jissejħu jasses, filwaqt li hemm ukoll bosta strutturi agrikoli kbar tal-ġebla tal-ġir. B'kuntrast ma' dan, l-istrutturi fis-Cévennes normalment huma magħmula mix-shale jew mill-granit, b'soqfa tal-ħuxlief. Is-siġar tal-qastan u l-binjiet għat-tkabbir tad-dud tal-ħarir li jmorru lura għas-sekli 16 sa 18 huma protetti wkoll fi ħdan is-sit. Sit ta' Wirt Dinji Il-Causses u s-Cévennes, pajsaġġ kulturali agropastorali Mediterran, oriġinarjament żdied bħala sit indikattiv ta' Franza fl-2002 u ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011 fil-35 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji f'Pariġi, Franza, wara li ħames snin qabel, fit-30 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji f'Vilnius, il-Litwanja, l-ICOMOS irrakkomanda li din id-deċiżjoni tiġi ddifferita. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Agrikoltura Franza
28967
https://mt.wikipedia.org/wiki/Edward%20de%20Bono
Edward de Bono
Edward Charles Francis Publius de Bono (twieled fid-19 ta' Mejju 1933 – miet fid-9 ta' Ġunju 2021) kien tabib, psikologu, kittieb, inventur u filosfu Malti. Huwa vvinta t-terminu ħsieb laterali, kiteb il-ktieb Six Thinking Hats, u kien minn ta' quddiem fit-tagħlim tal-ħsieb bħala suġġett fl-iskejjel. Ħajja u karriera Edward Charles Francis Publius de Bono twieled f'Malta fid-19 ta' Mejju 1933. Ingħata l-edukazzjoni tiegħu l-ewwel fil-Kulleġġ ta' St. Edward's f'Malta, u mbagħad kompla fl-Università ta' Malta sakemm kiseb lawrija fil-mediċina. Imbagħad, huwa kompla fl-Università ta' Oxford, ir-Renju Unit permezz ta' borża ta' studju ta' Rodi (bl-Ingliż: Rhodes Scholarship) fl-1953, fejn kiseb Masters fil-psikoloġija u l-fiżjoloġija. Huwa rrappreżenta lil Oxford fil-polo u għamel żewġ rekords bil-kenura. Imbagħad kompla jistudja fit-Trinity College ta' Cambridge fejn kiseb dottorat fil-mediċina. Huwa ngħata Dottorat onorarju fid-Disinn (DDes) mill-Istitut Rjali tat-Teknoloġija ta' Melbourne u LLD onorarju mill-Università ta' Dundee. De Bono kellu karigi fil-fakultajiet tal-universitajiet ta' Oxford, Cambridge (fejn għen biex tiġi stabbilita skola medika fl-università), Londra u Harvard. Huwa kien professur fl-Università ta' Malta, fl-Università ta' Pretoria, l-Afrika t'Isfel, fl-Università tal-Ingilterra Ċentrali (issa msejħa l-Università tal-Belt ta' Birmingham) u fl-Università tal-Belt ta' Dublin, l-Irlanda. De Bono kellu wkoll ir-rwol ta' Professur tal-Ħsieb ta' Da Vinci fl-Università tat-Teknoloġija Avvanzata f'Tempe, Arizona, l-Istati Uniti. Huwa kien wieħed mis-27 Ambaxxaturi għas-Sena Ewropea tal-Kreatività u l-Innovazzjoni fl-2009. Bħala dak li vvinta t-terminu "ħsieb laterali", de Bono kiteb 85 ktieb li ġew tradotti f'46 lingwa. Huwa għallem il-metodi tal-ħsieb tiegħu lill-aġenziji tal-gvern, lill-klijent korporattivi, lill-organzizzazzjonijiet u lill-individwi, b'mod privat jew pubbliku f'sessjonijiet ta' gruppi. Huwa ppromwova ċ-Ċentru Dinji għall-Ħsieb Ġdid (2004-2011), ibbażat f'Malta, li kien japplika l-Għodod tal-Ħsieb għad-disinn ta' soluzzjonijiet u ta' politiki fuq il-livell ġeopolitiku. Fl-1976, de Bono ħa sehem f'dibattitu fuq ir-radju għall-BBC mal-filosfu Brittaniku A.J. Ayer, rigward is-suġġett tad-demokrazija effettiva. Mill-Erbgħa, it-8 ta' Settembru 1982, il-BBC xandru sensiela ta' 10 programmi ta' kull ġimgħa bit-titlu de Bono's Thinking Course (il-Kors tal-Ħsieb ta' de Bono). Matul il-programmi, Edward de Bono spjega kif il-ħiliet tal-ħsieb setgħu jittejbu bl-attenzjoni u bil-prattika. Is-sensiela ġiet ripetuta s-sena ta' wara u ġie ppubblikat ktieb bl-istess titlu bħala akkumpanjament tas-sensiela. F'Mejju 1994, huwa ta lekċer ta' nofs siegħa msejħa Opinions (Opinjonijiet) li xxandret fuq it-televiżjoni fuq il-Kanal 4 u sussegwentement ġiet ippubblikata f'The Independent bit-titlu Thinking Hats On. Fl-1995, huwa ħoloq il-film dokumentarju futuristiku, 2040: Possibilities by Edward de Bono, dwar lekċer lil udjenza ta' nies maħruġa minn friża krijoġenika għas-soċjetà kontemporanja fl-2040. Fl-2005 huwa ġie nnominat (u wasal sax-shortlist) għall-Premju Nobel għax-Xjenza Ekonomika. L-iskejjel minn iktar minn 20 pajjiż inkludew l-għodod tal-ħsieb ta' de Bono fil-kurrikulu tagħhom, u huwa ta konsulenza u lekċers fil-livell ta' bordijiet f'bosta mill-korporazzjonijiet ewlenin fid-dinja. Konvint li t-triq 'il quddiem għall-umanità hija lingwaġġ aħjarC, huwa ppubblika The Edward de Bono Code Book fis-sena 2000. F'dan il-ktieb huwa ppropona għadd ta' kelmiet ġodda bbażati fuq numri, fejn kull kombinament ta' numri jirrappreżenta idea jew sitwazzjoni utli li attwalment ma għandhiex rappreżentazzjoni b'kelma waħda. Pereżempju, il-kodiċi 6/2 ta' de Bono jfisser "Agħtini l-puntdivista tiegħi u jien nagħtik il-puntdivista tiegħek". Tali kodiċi jista' jintuża f'sitwazzjonijiet fejn wieħed mill-interlokuturi jew it-tnejn li huma f'tilwima mhux qed jagħmel/jagħmlu biżżejjed sforz biex jifhem/jifhmu l-perspettiva tal-ieħor/ta' xulxin. L-asterojde 2541 Edebono skoperta minn Luboš Kohoutek issemmiet għalih. Ħajja personali Fl-1971 de Bono żżewweġ lil Josephine Hall-White u flimkien kellhom żewġ subien, Caspar u Charlie. Iktar 'il quddiem iddivorzjaw. Ideat oħra De Bono ivvinta l-logħba L, li introduċa fil-ktieb tiegħu The Five-Day Course in Thinking. Fis-sena 2000, de Bono ta konsulenza lil kumitat tal-Uffiċċju Barrani tar-Renju Unit li parzjalment il-kunflitt bejn l-pajjiżi Għarab u Iżrael jaf huwa dovut għal livelli baxxi ta' żingu fin-nies li jieklu ħobż mingħajr ħmira (eż. ħobż ċatt bħal pita). De Bono sostna li l-livelli baxxi ta' żingu jwasslu għal żieda fil-livell ta' aggressjoni. Huwa ssuġġerixxa li jiġu ttrasportati vażetti ta' Marmite biex jikkumpensaw għal-livelli baxxi ta' żingu. Edward de Bono sostna li l-kumpaniji setgħu jiġbru l-flus bħalma jagħmlu l-gvernijiet jagħmlu issa – billi jistampawhom. Huwa ressaq l-idea ta' valuta privata bħala jedd fuq prodotti jew servizzi pprovduti mill-emittent tal-valuta. B'hekk l-IBM kieku toħroġ "dollari tal-IBM" – teorikament li jissarfu għal tagħmir tal-IBM, iżda prattikament li jissarfu wkoll għal vawċers oħra jew flus kontanti. Sabiex skema bħal din taħdem, l-IBM kien ikollha titgħallem iġġestixxi l-provvista tal-flus sabiex tiżgura li — b'wisq vawċers jissarfu għal ftit wisq prodotti — l-inflazzjoni ma teqridx il-valur tal-kreazzjonijiet tal-kumpanija. Iżda l-kumpaniji jridu jkunu kapaċi jġestixxu dik il-kwistjoni mill-inqas bil-ħeffa tal-gvernijiet, b'mod partikolari għaliex huma ma għandhomx votanti lil min iwieġbu. Kritika It-tliet kitbiet ta' kritika ppubblikati tax-xogħol ta' de Bono jenfasizzaw in-nuqqas ta' evidenza li tappoġġa l-proposti tiegħu. F'Handbook of Creativity, Robert J. Sternberg jikteb:Fil-fehma tagħna, jagħmel ħsara lill-istudju xjentifiku tal-kreattività b'mod indaqs, il-mod kif fil-qasam, fil-ħsieb popolari, qishom ħadu r-riedni f'idejhom dawk li jsegwu l-hekk imsejjaħ approċċ pragmatiku. Dawk li jsegwu dan l-approċċ f'moħħhom primarjament kellhom l-iżvilupp tal-kreattività, u t-tieni li jifhmuha, iżda kważi qatt ma ħadu ħsieb jittestjaw il-validità tal-ideat tagħhom dwarha. [...] X'aktarx li l-iżjed wieħed favur dan l-approċċ huwa Edward De Bono, li x-xogħol tiegħu dwar il-ħsieb laterali u aspetti oħra tal-kreattività kellu milli jidher suċċess kummerċjali konsiderevoli. (traduzzjoni mhux uffiċjali)Frameworks For Thinking hija evalwazzjoni ta' 42 qafas tal-ħsieb popolari mwettqa minn tim ta' riċerkaturi. Rigward Edward de Bono huma jiktbu:[huwa] iktar interessat fl-utilità tal-iżvilupp tal-ideat iktar milli l-wiri bil-provi tal-affidabbiltà jew tal-effikaċja tal-approċċ tiegħu. Ma tantx hemm evidenza tar-riċerka li turi li t-titjib ġeneralizzat fil-prestazzjoni tal-ħsieb jista' jiġi attribwit lil taħriġ fl-użu tas-CoRT (Cognitive Research Trust) jew tal-għodod tat-Thinking Hats. Evalwazzjoni bikrija tas-CoRT irrapportat dwar benefiċċji sinifikanti għall-istudenti bi Bżonnijiet Edukattivi Speċjali... Madankollu, fi studju iktar reċenti ma' tfal aboriġini Awstraljani (Ritchie u Edwards, 1996), ma tantx instabet evidenza ta' ġeneralizzazzjoni għajr fil-qasam tal-ħsieb kreattiv. (traduzzjoni mhux uffiċjali)F'taqsira tax-xogħol tal-1985 ta' de Bono f'Conflicts: A Better Way to Resolve Them, M. Afzalur Rahim, professur distint tal-immaniġġjar fl-Università tal-Punent ta' Kentucky b'enfasi partikolari fuq l-immaniġġjar tal-kunflitti fl-organizzazzjonijiet, jispjega li, fir-rigward tal-qasam ta' riċerka ta' Rahim stess, "l-approċċ ta' de Bono favur l-eliminazzjoni totali tal-kunflitt mhijiex differenti mill-approċċi tal-klassiċisti. Dan l-approċċ rigward l-indirizzar tal-kunflitt jistona għalkollox mal-ħsieb modern u għaldaqstant huwa insodisfaċenti". (traduzzjoni mhux uffiċjali) Xogħlijiet ippubblikati Lista parzjali ta' kotba ta' de Bono tinkludi: The Use of Lateral Thinking (1967) ISBN 978-0-14-013788-0, fejn ġie introdott it-terminu "ħsieb laterali" New Think (1967, 1968) ISBN 978-0-380-01426-2 The Five-Day Course in Thinking (1968), fejn ġiet introdotta l-logħba L The Mechanism of Mind (1969), Intl Center for Creative Thinking 1992, stampat mill-ġdid: ISBN 978-0-14-013787-3 Lateral Thinking: Creativity Step by Step, (1970), Harper & Row 1973 paperback: ISBN 978-0-06-090325-1 The Dog-Exercising Machine (1970) Technology Today (1971) Practical Thinking (1971) Lateral Thinking for Management (1971) Po: A Device for Successful Thinking (1972), ISBN 978-0-671-21338-1,fejn ġiet introdott it-terminu "Po" Children Solve Problems (1972) ISBN 978-0-14-080323-5, ISBN 978-0-06-011024-6 (1974, stampat mill-ġdid) Po: Beyond Yes and No (1973), ISBN 978-0-14-021715-5 Eureka!: An Illustrated History of Inventions from the Wheel to the Computer (1974) Teaching Thinking (1976) The Greatest Thinkers: The Thirty Minds That Shaped Our Civilization (1976), ISBN 978-0-399-11762-6 Wordpower: An Illustrated Dictionary of Vital Words (1977) The Happiness Purpose (1977) Opportunities: A handbook for business opportunity search (1978) Future Positive (1979) Atlas of Management Thinking (1981) De Bono's Thinking Course (1982) Learn-To-Think: Coursebook and Instructors Manual ma' Michael Hewitt-Gleeson de Saint-Arnaud (1982), ISBN 978-0-88496-199-4 Tactics: The Art and Science of Success (1985) Conflicts: A Better Way to Resolve them (1985) Masterthinker's Handbook (1985) Six Thinking Hats (1985) ISBN 978-0-316-17831-0 I Am Right, You Are Wrong: From This to the New Renaissance: From Rock Logic to Water Logic (1968) ISBN 978-0-670-84231-5 Six Action Shoes (1991) Handbook for the Positive Revolution (1991) ISBN 978-0-14-012679-2 Serious Creativity: Using the Power of Lateral Thinking to Create New Ideas (1992) ISBN 978-0-00-255143-4 – a summation of many of De Bono's ideas on creativity Sur/Petition (1992) ISBN 978-0-88730-543-6 Water Logic: The Alternative to I am Right You are Wrong (1993) ISBN 978-1-56312-037-4 Parallel thinking: from Socratic thinking to de Bono thinking (1994) ISBN 978-0-670-85126-3 Teach Yourself How to Think (1995) Textbook of Wisdom (1996) ISBN 978-0-670-87011-0 How to Be More Interesting (1998) Simplicity (1999) New Thinking for the New Millennium (1999) Why I Want To Be King of Australia (1999) The De Bono Code Book (2000) ISBN 978-0-14-028777-6 How to Have A Beautiful Mind (2004) Six Value Medals (2005) ISBN 978-0-09-189459-7 H+ (Plus): A New Religion (2006) ISBN 978-0-09-191047-1 How to Have Creative Ideas (2007) ISBN 978-0-09-191048-8 Free or Unfree? : Are Americans Really Free? (2007) ISBN 978-1-59777-544-1 Intelligence, Information, Thinking (2007) ISBN 978-1-84-218133-1 Six Frames For Thinking About Information (2008) ISBN 978-1-40-702316-8 The Love of Two Cockroaches (2009) ISBN 978-9-99-326159-9 Think! Before It's Too Late (2009) ISBN 978-0-09-192409-6 Lateral Thinking – An Introduction (2014) ISBN 978-0-09-195502-1 Bonting – Thinking to Create Value (2016) ISBN 978-9-99-575019-0 De Bono kiteb ukoll bosta artikli ppubblikati f'ġurnali b'rieżami tal-pari jew f'ġurnali oħra, inkluż The Lancet u Clinical Science. Iktar qari Piers Dudgeon: Breaking Out of the Box: The Biography of Edward de Bono. Londra: Headline, 2001. ISBN 978-0-7472-7142-0. Referenzi Twieldu fl-1933 Mietu fl-2021 Kittieba Maltin Filosfi
28971
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lev%20Semenovi%C4%8D%20Pontrjagin
Lev Semenovič Pontrjagin
Lev Semenovich Pontryagin (bir-Russu: Лев Семёнович Понтрягин, spellut ukoll Pontriagin jew Pontrjagin; twieled fit-3 ta' Settembru 1908 – miet fit-3 ta' Mejju 1988) kien matematiku Sovjetiku. Huwa twieled f'Moska u tilef id-dawl ta' għajnejh għalkollox minħabba operazzjoni kirurġika f'għajnejh li ma rnexxietx wara splużjoni ta' fuklar meta kellu 14-il sena. Minkejja li kien għama, xorta waħda rnexxielu jsir wieħed mill-ikbar matematiċi tas-seklu 20, parzjalment bl-għajnuna ta' ommu Tatyana Andreevna li kienet taqralu kotba u dokumenti tal-matematika (b'mod notevoli dawk ta' Heinz Hopf, J. H. C. Whitehead, u Hassler Whitney). Huwa għamel skoperti ewlenin f'għadd ta' oqsma tal-matematika, fosthom il-kontroll ottimali, it-topoloġija alġebrajka u t-topoloġija differenzjali. Xogħol Pontryagin ħadem fuq it-teorija tad-duwalità għall-omoloġija meta kien għadu student. Huwa stabbilixxa l-pedamenti għat-teorija astratta tat-trasformazzjoni ta' Fourier, li issa tissejjaħ id-duwalità ta' Pontryagin. Flimkien ma' René Thom, jitqies bħala wieħed mill-kofundaturi tat-teorija tal-kobordiżmu kif ukoll wieħed mill-koskoprituri tal-idea ċentrali ta' din it-teorija, li stabbiliet li l-kobordiżmu u l-omotopija stabbli huma ekwivalenti. Dan wassal għall-introduzzjoni għall-ħabta tal-1940 ta' ċerti klassijiet karatteristiċi, issa msejħa klassijiet ta' Pontryagin, iddisinjati biex jisparixxu fuq manifold li jkun konfini. Fl-1942 huwa introduċa l-operazzjonijiet tal-koomoloġija li issa jissejħu kwadri ta' Pontryagin. Barra minn hekk, fit-teorija tal-operaturi hemm ċirkostanzi speċifiċi ta' spazji ta' Krein imsejħa spazji ta' Pontryagin. Iktar 'il quddiem fil-karriera tiegħu huwa ħadem fuq it-teorija tal-kontroll ottimali. Il-prinċipju massimu tiegħu huwa fundamentali għat-teorija moderna tal-ottimizzazzjoni. Huwa introduċa wkoll l-idea ta' prinċipju ta' bang-bang, sabiex jiddeskrivi sitwazzjonijiet fejn il-kontroll applikat f'kull mument ikun l-"ikkwartjar" pożittiv massimu jew inkella l-"ikkwartjar" negattiv massimu. Pontryagin awtorizza diversi monografi influwenti kif ukoll kotba akkademiċi popolari dwar il-matematika. Fost l-istudenti ta' Pontryagin insibu lil Dmitri Anosov, Vladimir Boltyansky, Revaz Gamkrelidze, Evgeni Mishchenko, Mikhail Postnikov, Vladimir Rokhlin u Mikhail Zelikin. Kontroversja u allegazzjonijiet ta' anti-Semitiżmu Pontryagin ġie akkużat ta' anti-Semitiżmu f'diversi okkażjonijiet. Pereżempju, huwa attakka lil Nathan Jacobson li skontu kien "xjenzat medjokri" li jirrappreżenta l-"moviment tal-Ġudaiżmu", meta t-tnejn kienu Viċi Presidenti tal-Unjoni Matematika Internazzjonali. Huwa rrifjuta l-akkużi ta' anti-Semitiżmu f'artiklu ppubblikat f'Science fl-1979. Meta matematiku Lhudi Sovjetiku prominenti, Grigory Margulis, intgħażel mill-Unjoni Matematika Internazzjonali biex jingħata l-Medalja tal-Qasam fl-1978, Pontryagin, li kien membru tal-Kumitat Eżekuttiv dak iż-żmien, oġġezzjona b'mod sod. Għalkemm l-Unjoni Matematika Internazzjonali żammet mad-deċiżjoni tagħha li tagħti l-medalja lil Margulis, Margulis ġie mċaħħad viża Sovjetika ta' ħruġ mill-awtoritajiet Sovjetiċi u ma setax jattendi l-premjazzjoni. Pontryagin ipparteċipa wkoll f'xi kampanji politiċi famużi fl-Unjoni Sovjetika, b'mod partikolari rigward il-kwistjoni ta' Luzin. Pubblikazzjonijiet Pontrjagin, L. (1939), Topological Groups, Princeton Mathematical Series, vol. 2, Princeton: Princeton University Press, MR 0000265 (traduzzjoni ta' Emma Lehmer). 1952 - Foundations of Combinatorial Topology (traduzzjoni mill-edizzjoni Russa oriġinali tal-1947), 2015, Dover, stampat mill-ġdid. 1962 - Ordinary Differential Equations (traduzzjoni mir-Russu ta' Leonas Kacinskas u Walter B. Counts). Pontryagin, L. S. (15 ta' Mejju 2014). Ordinary Differential Equations: Adiwes International Series in Mathematics. ISBN 9781483156491. 1962 - flimkien ma' Vladimir Boltyansky, Revaz Gamkrelidze u Evgenii Mishchenko: The Mathematical Theory of Optimal Processes. Referenzi Matematiċi Russi Twieldu fl-1908 Mietu fl-1988
28973
https://mt.wikipedia.org/wiki/Carl%20David%20Anderson
Carl David Anderson
Carl David Anderson (twieled fit-3 ta' Settembru 1905 – miet fil-11 ta' Jannar 1991) kien fiżiku Amerikan. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron fl-1932, kisba li għaliha ngħata l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1936, u tal-muon fl-1936. Bijografija Anderson twieled fil-Belt ta' New York f'familja ta' immigranti Żvediżi. Huwa studja l-fiżika u l-inġinerija f'Caltech (B.S., 1927; Ph.D., 1930). Taħt is-superviżjoni ta' Robert A. Millikan, huwa beda l-investigazzjonijiet dwar ir-raġġi kożmiċi matul kors fejn osserva traċċi mhux mistennija ta' partiċelli fir-ritratti tiegħu f'kompartiment tas-sħab (verżjonijiet moderni issa jissejħu Anderson) li huwa interpreta korrettament li nħolqu minn partiċella bl-istess massa ta' elettron, iżda b'karga elettrika opposta. Din l-iskoperta, imħabbraf fl-1932 u iktar 'il quddiem ikkonfermata minn oħrajn, ivvalidat it-tbassir teoriku ta' Paul Dirac tal-eżistenza tal-pożitron. Anderson l-ewwel individwa l-partiċelli fir-raġġi kożmiċi. Imbagħad ipproduċa provi iktar konklużivi billi spara raġġi gamma prodotti min-nuklid radjoattiv naturali ThC'' (208Tl) f'materjali oħra, u dan irriżulta fil-ħolquen ta' pari ta' pożitroni-elettroni. Għal dan ix-xogħol, Anderson ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika tal-1936 flimkien ma' Victor Hess. Ħamsin sena wara, Anderson irrikonoxxa li l-iskoperta tiegħu ġiet ispirata mix-xogħol ta' sieħbu tal-klassi f'Caltech Chung-Yao Chao. Anderson ifforma l-bażi tal-iżvilupp ta' ħafna mix-xogħol tiegħu mir-riċerka ta' sieħbu iżda ma ġiex ikkreditat dak iż-żmien. Fl-1936 ukoll, Anderson u l-ewwel student universitarju tiegħu, Seth Neddermeyer, skoprew il-muon (jew il-"mu-meson", kif kienet magħrufa għal bosta snin), partiċella subatomika 207 darbiet iktar massiva mill-elettron, iżda bl-istess karga elettrika negattiva u b'dawrien daqs nofs l-elettron, mill-ġdid fir-raġġi kożmiċi. Anderson u Neddermeyer għall-ewwel kienu jemmnu li kienu osservaw pjon, partiċella li Hideki Yukawa kien iddeskriva fit-teorija tiegħu tal-interazzjoni qawwija. Meta kien ċar li dak li kien osserva Anderson ma kienx pjon, il-fiżiku I. I. Rabi, mistagħġeb kif l-iskoperta mhux mistennija setgħet toqgħod fi kwalunkwe skema loġika tal-fiżika tal-partiċelli, staqsa "Issa din min ordnaha?" (xi kultant jingħad li kien qed jiekol ma' xi kollegi f'ristorant Ċiniż meta qal hekk). Il-muon kien l-ewwel partiċella subatomika minn lista twila. L-iskoperta tagħha inizjalment stagħġbet lit-teoriċi li ma setgħux isibu tarf kif se toqgħod loġikament f'xi skema kunċettwali. Willis Lamb, fil-lekċer tal-Premju Nobel tal-1955, iċċajta li kien sema' li "min kien isib partiċella elementari ġdida normalment kien jiġi ppremjat bil-Premju Nobel, iżda tali skoperta issa jmissha tiġi kkastigata b'multa ta' 10,000 dollaru". Anderson qatta' l-karriera akkademika u tar-riċerka tiegħu kollha f'Caltech. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wettaq riċerka dwar ir-rokits hemmhekk. Huwa ġie elett Membru tal-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi fl-1950. Huwa ngħata l-Premju Golden Plate tal-Akkademja Amerikana tal-Kisbiet fl-1975. Huwa miet fil-11 ta' Jannar 1991, u ndifen f'Forest Lawn, iċ-Ċimiterju tal-Għoljiet ta' Hollywood f'Los Angeles, California. Il-mara tiegħu Lorraine mietet fl-1984. Għażla ta' pubblikazzjonijiet Anderson, C. D. (1933). "The Positive Electron". Physical Review. 43 (6): 491–494. Anderson, C. D. (1932). "The Apparent Existence of Easily Deflectable Positives". Anderson, C. D. (technical advisor) (1957). The Strange Case of the Cosmic Rays. The Bell Laboratory Science Series. Referenzi Fiżiċi Twieldu fl-1905 Mietu fl-1991
28975
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alb%C3%A9ric%20Magnard
Albéric Magnard
Lucien Denis Gabriel Albéric Magnard (pronunzja bil-Franċiż: ​[lysjɛ̃ dəni ɡabʁijɛl albeʁik maɲaʁ]; twieled fid-9 ta' Ġunju 1865 – miet fit-3 ta' Settembru 1914) kien kompożitur Franċiż, xi kultant magħruf bħala "Bruckner Franċiż", għalkemm hemm differenzi sinifikanti bejn iż-żewġ kompożiturit. Magnard sar eroj nazzjonali fl-1914 meta rrifjuta li jċedi l-proprjetà tiegħu lill-invażuri Ġermaniżi u miet biex jiddifendiha. Bijografija Magnard twieled f'Pariġi, u kien iben Francis Magnard, awtur u editur famuż ta' Le Figaro. Albéric seta' għażel li jgħix ħajja komda bbażata fuq il-ġid tal-familja, iżda kien jobgħod jiġi msejjaħ "fils du Figaro" u ddeċieda li jibni karriera fil-mużika, ibbażata biss fuq it-talent tiegħu u mingħajr l-ebda għajnuna minn konnessjonijiet tal-familja. Wara s-servizz militari, iggradwa fid-dritt, u beda jattendi l-Konservatorju ta' Pariġi, fejn studja l-kontrapont ma' Théodore Dubois u mar għall-klassijiet ta' Jules Massenet. Hemmhekk iltaqa' ma' Vincent d'Indy, u miegħu studja l-fugue u l-orkestra għal erba' snin. Dan wasslu biex jikkomponi l-ewwel żewġ Sinfoniji taħt d'Indy. Magnard iddedika s-Sinfonija Nru 1 lil d'Indy; u ż-żewġ irġiel dejjem irrispettaw lil xulxin, minkejja d-differenzi politiċi tagħhom (Magnard kien pro-Dreyfus). Francis Magnard għamel li seta' biex jappoġġa l-karriera ta' Albéric filwaqt li rrispetta x-xewqa ta' ibnu li jirnexxi waħdu. Dan kienu jinkludi r-riklamar f'Le Figaro. Bil-mewt ta' missieru fl-1894, is-sogħba ta' Albéric Magnard ġiet ikkumplikata mill-gratitudni u l-urtar simultanji fil-konfront ta' missieru. Fl-1896, Magnard iżżewweġ lil Julie Creton, sar għalliem tal-kontropont fl-iSchola Cantorum (li kienet għadha kemm ġiet stabbilita minn d'Indy) u kkompona s-Sinfonija Nru 3 tiegħu bil-B-ċatta minuri. Mewt Fl-1914, fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, Magnard bagħat lil martu u liż-żewġ bniet tiegħu lejn moħba sikura u hu baqa' għassa tal-proprjetà tiegħu ta' "Manoir de Fontaines" f'Baron, Oise. Meta s-suldati Ġermaniżi daħlu fil-proprjetà tiegħu, Magnard spara lejhom, u qatel suldat. Is-suldati Ġermaniżi sparaw lura u mbagħad taw in-nar lid-dar. Huwa maħsub li Magnard miet fin-nirien, għalkemm il-katavru tiegħu ma setax jiġi identifikat fil-fdalijiet ta' daru. In-nirien qerdu x-xogħlijiet mużikali kollha li Magnard kien għadu ma ppubblikax, inkluż ix-xogħol mużikali għall-orkestra tal-opra bikrija tiegħu Yolande, ta' Guercoeur (ix-xogħol għall-pjanu kien ġie ppubblikat, u x-xogħol għall-orkestra tat-tieni att baqa' jeżisti), u ċiklu iktar reċenti ta' kanzunetti. Guy Ropartz, li kien iddirieġa kunċert tat-tielet att ta' Guercoeur f'Nancy fi Frar 1908, sussegwentement wettaq rikostruzzjoni mill-memorja tal-orkestrar tal-atti li kienu ntilfu fin-nirien, u l-Opéra ta' Pariġi tat premiere dinji tax-xogħol wara mewt il-kompożitur fl-1931. Mużika L-influwenzi mużikali primarji ta' Magnard kienu l-kompożituri Franċiżi kontemporanji, b'mod partikolar César Franck. Għalkemm alloka l-biċċa l-kbira tal-isforzi ta' kompożizzjoni għall-opri, u llum il-ġurnata x'aktarx li huwa magħruf l-iktar għall-erba' sinfoniji tiegħu, ċerti passaġġi juru influwenza iktar Ġermanika, u jagħtu ħjiel tal-mużika ta' Gustav Mahler. L-użu tiegħu tal-fugue u l-inkorporazzjoni korali, flimkien mal-grandjożità tal-espressjoni fix-xogħlijiet maturi tiegħu tal-orkestra, wasslu biex jissejjaħ "Bruckner Franċiż". Għalkemm Bruckner uża l-forom ċikliċi ferm qabel d'Indy sejjaħ il-kunċett b'isem César Franck, l-użu tal-forma ċiklika ta' Magnard hija iktar simili għal ta' Franck milli ta' Bruckner. Fl-opri tiegħu, Magnard uża t-teknika tal-leitmotiv ta' Richard Wagner. Ix-xogħol mużikali kollu ta' Magnard jammonta għal total ta' 22 opus. Flimkien mas-sinfoniji u l-opri, hemm għadd ta' xogħlijiet tal-kamra li jinkludu kwartett uniku tal-korda, kwintett għall-pjanu u għall-istrumenti tan-nifs, trio għall-pjanu, sonata għall-vjolin (bil-G, l-opus 13), u sonata għall-vjolinċell (bl-A, l-opus 20). Xi xogħlijiet oħra ġew ippubblikati wara mewtu, inkluż il-Quatre poèmes en musique, erba' kanzunetti għall-baritoni u għall-pjanu. Għażla ta' xogħlijiet Trois Pièces pour piano, Op. 1 Suite dans le style ancien, Op. 2, għall-orkestra Six Poèmes, Op. 3, għall-kant u għall-pjanu: 1. "À elle"; 2. "Invocation"; 3. "Le Rhin allemand"; 4. "Nocturne"; 5. "Ad fontem"; 6. "Au poète" Sinfonija Nru 1 biċ-Ċ minuri, Op. 4 (1890) Yolande, Op. 5, opra (1888-1891) Sinfonija Nru 2 bl-E, Op. 6 (1893) Promenades, Op. 7, għall-pjanu (1894) Quintet in D minor, Op. 8, għall-pjanu, għall-flawt, għall-oboe, għall-klarinett u għall-bassoon Chant funèbre, Op. 9 (1895) Overture, Op. 10 (1895) Sinfonija Nru 3 bil-B-ċatta minuri, Op. 11 (1896) Guercoeur, Op. 12, opra (1897-1900) Sonata in G, Op. 13, għall-vjolin u għall-pjanu (1903) Hymne à la justice, Op. 14 (1903) Quatre Poèmes, għall-baritoni u għall-pjanu, Op. 15 (1903) Kwartett tal-Korda bl-E minuri, Op. 16 (1904) Hymne a Venus, Op. 17 (1906) Trio in F minor, Op. 18, għal trio għall-pjanu (1905) Bérénice, Op. 19, opra (1905-1909) Sonata bl-A maġġuri, Op. 20, għall-vjolinċell u għall-pjanu (1912) Sinfonija Nru 4 biċ-Ċ-akuta minuri, Op. 21 (1913) Douze Poèmes, Op. 22 En Dieu mon espérance À Henriette Għażla ta' reġistrazzjonijiet Albéric Magnard, La Musique de chambre, Timpani Records, 4 CDs (Ottubru 2014) CD 1: Sonata għall-Vjolin bil-G maġġuri, Sonata għall-Vjolinċell bl-A maġġuri CD 2: Trio għall-Pjanu bl-F minuri, Kwintett għall-Pjanu bid-D minuri (għall-pjanu u għall-istrumenti tan-nifs) CD 3: Kwartett tal-Korda bl-E minuri CD 4: (bil-mitkellem; diskussjoni bil-Franċiż dwar ix-xogħlijiet mużikali bejn Harry Halbreich u Stéphane Topakian) L-erba' sinfoniji ġew irreġistrati minn: L-Orchestre du Capitole de Toulouse, iddireġuta minn Michel Plasson (EMI Classics, 1983/1987/1989) The BBC Scottish Symphony Orchestra, iddireġuta minn Jean-Ives Ossonce (Hyperion, 1997) The Malmö Symphony Orchestra, iddireġuta minn Thomas Sanderling (BIS Records, 2000) The Freiburg Philharmonic Orchestra, iddireġuta minn Fabrice Bollon (Naxos Records, 2019/2020) Reġistrazzjoni kompluta ta' Guercœur ġiet rilaxxata minn EMI Angel/Pathé Marconi fl-1990. Fiha l-parteċipazzjoni ta' Hildegard Behrens, Nadine Denize, José van Dam u Gary Lakes, flimkien mal-Orchestre du Capitole de Toulouse ddireġuta minn Michel Plasson. Referenzi Twieldu fl-1865 Mietu fl-1914 Kompożituri Franċiżi
28976
https://mt.wikipedia.org/wiki/Nazzjonali%C5%BCmu
Nazzjonaliżmu
In-Nazzjonaliżmu huwa idea u moviment li jsostni li n-nazzjon għandu jkun kongruwenti mal-istat. Bħala moviment, in-nazzjonaliżmu għandu t-tendenza li jippromwovi l-interessi ta’ nazzjon partikolari (bħal fi grupp ta’ nies), speċjalment bil-għan li jikseb u jżomm is-sovranità tan-nazzjon (awto-governanza) fuq art twelidu biex jinħoloq stat nazzjon. In-Nazzjonaliżmu jsostni li kull nazzjon għandu jiggverna lilu nnifsu, ħieles minn indħil minn barra (awtodeterminazzjoni), li nazzjon huwa bażi naturali u ideali għal politika, u li n-nazzjon huwa l-uniku sors ġust ta’ poter politiku. Barra minn hekk għandha l-għan li tibni u żżomm identità nazzjonali waħda, ibbażata fuq karatteristiċi soċjali kondiviżi ta’ kultura, etniċità, post ġeografiku, lingwa, politika (jew il-gvern), reliġjon, tradizzjonijiet u twemmin fi storja unika komuni, u biex tippromwovi l-għaqda jew is-solidarjetà nazzjonali. In-Nazzjonaliżmu, għalhekk, ifittex li jippreserva u jrawwem il-kultura tradizzjonali ta’ nazzjon. Hemm diversi definizzjonijiet ta’ “nazzjon”, li jwassal għal tipi differenti ta’ nazzjonaliżmu. Iż-żewġ forom diverġenti ewlenin huma nazzjonaliżmu etniku u nazzjonaliżmu ċiviku. Referenzi Teoriji politiċi Politika
28979
https://mt.wikipedia.org/wiki/Elvas
Elvas
Elvas (pronunzja bil-Portugiż: [ˈɛlvɐʃ]) hija muniċipalità Portugiża, eks belt episkopali u fortizza fil-fruntiera tal-iżjed punt fil-Lvant tal-Portugall ċentrali, li tinsab fid-distrett ta' Portalegre fl-Alentejo. Tinsab madwar 200 kilometru (120 mil) fil-Lvant tal-belt kapitali Liżbona, u madwar tmien kilometri (5.0 mili) fil-Punent tal-fortizza Spanjola ta' Badajoz, qrib il-linja ferrovjarja Madrid-Badajoz-Liżbona. Il-popolazzjoni tal-muniċipalità skont iċ-ċensiment tal-2011 kienet tammonta għal 23,078 ruħ, f'erja ta' 631.29 kilometru kwadru (243.74 mil kwadru). Il-belt innifisha kellha popolazzjoni ta' 16,640 ruħ. Elvas hija waħda mill-ifjen eżempji ta' użu intensiv tat-trace italienne (forti b'għamla ta' stilla) fl-arkitettura militari, u tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Ġunju 2012. Storja Elvas tinsab fuq għolja tmien kilometri (ħames mili) fil-Majjistral tax-xmara Guadiana. L-Akkwedott ta' Amoreira li huwa twil sitt kilometri (3.7 mili) jipprovdi l-ilma tajjeb għax-xorb għall-belt; il-kostruzzjoni tiegħu bdiet fil-bidu tas-seklu 15 u tlestiet fl-1622. Għal distanza mhux ħażin jinkludi erba' livelli ta' ħnejjiet sovraimposti, b'għoli totali ta' 40 metru (130 pied). Elvas inħatfet mill-kontroll tal-Għarab ta' Spanja minn Afonso I tal-Portugall fl-1166 iżda reġgħet inħatfet temporanjament qabel l-okkupazzjoni finali tagħha mill-Portugiżi fl-1226. Fl-1570 saret sede episkopali, id-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Elvas, sal-1818. Il-Katidral tal-Assunta huwa Gotiku Aħħari, għandu influwenza Għarbija fl-arkitettura tiegħu, u jmur lura għar-renju ta' Manwel I tal-Portugall (1495-1521). Il-belt kienet difiża minn seba' bastjuni u ż-żewġ fortijiet ta' Santa Luzia u ta' Nossa Senhora da Graça. Mill-1642 kienet il-fortizza ewlenija fil-fruntiera tan-Nofsinhar tax-xmara Tagus, u rreżistiet l-assedji tal-Ispanjoli fl-1659, fl-1711 u fl-1801. F'Elvas seħħet il-Battalja tal-Linji ta' Elvas fl-1659, li matulha l-gwarniġjon u ċ-ċittadini tal-belt għenu sabiex l-Armata Spanjola tirtira. Il-Franċiżi Napuljoniċi taħt il-Marexxall Junot ħatfuha f'Marzu 1808 matul il-Gwerra Peniżolari, iżda evakwaw f'Awwissu wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Sintra. Il-fortizza ta' Campo Maior li tinsab 15-il kilometru (9.3 mili) lejn il-Grigal hija magħrufa għall-assedju ta' Napuljun u soljev mill-Brittaniċi taħt il-Marexxall Beresford fl-1811, ġrajja mfakkra f'ballata ta' Sir Walter Scott. Sit ta' Wirt Dinji Ir-Raħal-Gwarniġjon fil-Fruntiera ta' Elvas u l-Fortifikazzjonijiet tiegħu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012. Fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Is-sit, iffortifikat b'mod estensiv mis-sekli 17 sa 19, jirrappreżenta l-ikbar sistema ffortifikata bi ħniedaq mingħajr ilma fid-dinja. Fi ħdan is-swar tiegħu, ir-raħal fih barrakki u binjiet militari oħra kif ukoll knejjes u monasteri. Filwaqt li r-raħal fih fdalijiet li jmorru lura għas-seklu 10, beda jiġi ffortifikat matul il-Gwerra tar-Ristorazzjoni Portugiża. Il-fortifikazzjonijiet kellhom rwol importanti fil-Battalja tal-Linji ta' Elvas fl-1659. Il-fortifikazzjonijiet ġew iddisinjati mill-Ġiżwit Olandiż Padre João Piscásio Cosmander u jirrappreżentaw wieħed mill-aqwa eżempju eżistenti tal-iskola Olandiża ta' fortifikazzjonijiet fid-dinja. Is-sit jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin: L-Akkwedott ta' Amoreira, li nbena biex jirreżisti assedji twal. Iċ-Ċentru Storiku. Il-Forti ta' Santa Luzia u l-mogħdija msaqqfa. Il-Forti ta' Nossa Senhora da Graça. Il-Forti ta' São Mamede. Il-Forti ta' São Pedro. Il-Forti of São Domingos. Klima Parroċċa ċivili Amministrattivament, il-muniċipalità hija maqsuma f'seba' parroċċi ċivili magħrufa bħala freguesias: Assunção, Ajuda, Salvador u Santo Ildefonso Barbacena u Vila Fernando Caia, São Pedro u Alcáçova Santa Eulália São Brás u São Lourenço São Vicente u Ventosa Terrugem u Vila Boim. Ġemellaġġ Badajoz, Extremadura, Spanja. Olivenza, Extremadura, Spanja. Campo Maior, Alentejo, il-Portugall. Nies notevoli Manuel Rodrigues Coelho (għall-ħabta tal-1555-1635); mużiċist tal-orgni u kompożitur Portugiż. João de Fontes Pereira de Melo (1780-1856); politiku, ġeneral u gvernatur kolonjali ta' Cabo Verde għal darbtejn. José Travassos Valdez, l-Ewwel Konti ta' Bonfim (1787-1862); suldat u statista Portugiż. Fortunato José Barreiros (1797-1885); gvernatur kolonjali ta' Cabo Verde u arkitett militari. Adelaide Cabete (1867-1935); femminista u repubblikana Portugiża. Virgínia Quaresma (1882-1973); radikali bikrija, femminista, ġurnalista omosesswali. Sofia Pomba Guerra (1906-1976); femminista, oppożitur tal-gvern tal-Estado Novo fil-Portugall, u attivista fil-movimenti antikolonjali tal-Mozambique u l-Guinea-Bissau. José António Rondão Almeida (twieled fl-1945); politiku Portugiż u sindku ta' Elvasa. Toni Vidigal (twieled fl-1975), Jorge Vidigal (twieled fl-1978) u André Vidigal (twieled fl-1998); aħwa u plejers tal-futbol tal-Angola. Raquel Guerra (twieldet fl-1985); kantanta u attriċi Portugiża. Henrique Sereno (twieled fl-1985); eks plejer tal-futbol Portugiż li tul il-karriera tiegħu lagħab 236 logħba mal-klabbs tal-futbol. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet Ewropej Portugall
28981
https://mt.wikipedia.org/wiki/Surtsey
Surtsey
Surtsey (bl-Iżlandiż tfisser litteralment "il-gżira ta' Surtr" u tiġi ppronunzjata: ​[ˈsʏr̥(t)sˌeiː]) hija gżira vulkanika li tinsab fl-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar tal-Iżlanda. Bil-koordinati 63.303°N 20.605°W, Surtsey hija l-iżjed punt fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Ġiet iffurmata fi żbroffar vulkaniku li beda 130 metru (430 pied) taħt il-livell tal-baħar, u laħqet il-wiċċ tal-baħar fl-14 ta' Novembru 1963. L-iżbroffar baqa' għaddej sal-5 ta' Ġunju 1967, meta l-gżira laħqet id-daqs massimu tagħha ta' 2.7 km2 (1.0 mil kwadru). Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-erożjoni bil-mewġ wasslu biex il-gżira tiċkien b'mod kostanti: fl-2012, l-erja tal-wiċċ tal-gżira kien 1.3 km2 (0.50 mili kwadri). L-iżjed stħarriġ reċenti (2007) juri li l-elevazzjoni massima tal-gżira hija 155 metru (509 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-gżira l-ġdida ssemmiet għal Surtr, jötunn jew ġgant tan-nar mill-mitoloġija Nordika. Ġiet studjata b'mod intensiv mill-vulkanologi matul l-iżbroffar tagħha, u wara mill-botaniċi u minn bijologi oħra malli b'mod gradwali forom ta' ħajja differenti kkolonizzaw il-wiċċ tal-gżira li oriġinarjament kien bla ħajja. L-iżbokki taħt il-baħar li pproduċew lil Surtsey jagħmlu parti mis-sistema vulkanika taħt il-baħar tal-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar, li hija parti mix-xaqq fond fil-qiegħ tal-baħar magħruf bħala l-Fondoq tal-Atlantiku Nofsani. L-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar ipproduċa wkoll l-iżbroffar vulkaniku famuż ta' Eldfell fil-gżira ta' Heimaey fl-1973. L-iżbroffar li ħoloq lil Surtsey ħoloq ukoll ftit gżejjer żgħar oħra tul din il-katina vulkanika, fosthom Jólnir u qċaċet oħra mingħajr isem. Il-biċċa l-kbira tagħhom ittieklu mill-elementi pjuttost malajr. Huwa stmat li Surtsey se tibqa' 'l fuq mil-livell tal-baħar mill-inqas sal-2100. Ġeoloġija Formazzjoni L-ibroffar ma kienx mistenni, u kważi ċertament beda xi jiem qabel ma beda jidher f'wiċċ l-ilma. Il-qiegħ tal-baħar fis-sit tal-iżbroffar jinsab 130 metru (430 pied) 'l isfel mil-livell tal-baħar, u f'dak il-fond l-emissjonijiet u l-isplużjonijiet vulkaniki ġew fgati, mitfija u dissipati mill-pressjoni u mid-densità tal-ilma. Gradwalment, malli flussi ripetuti ġemgħu saffi ta' materjali li laħqu l-livell tal-baħar, l-isplużjonijiet ma setgħux jiġu fgati iktar, u l-attività vulkanika feġġet f'wiċċ l-ilma. L-ewwel indikazzjonijiet viżibbli ta' attività vulkanika ġew irreġistrati fl-istazzjon sismiku f'Kirkjubæjarklaustur, l-Iżlanda, mis-6 sat-8 ta' Novembru 1963, li rreġistra theżżiż dgħajjef minn epiċentru bejn wieħed u ieħor fil-Punent il-Lbiċ f'distanza ta' 140 km (87 mil), fejn issa tinsab Surtsey. Stazzjon ieħor f'Reykjavík irreġistra theżżiż iktar dgħajjef għal għaxar sigħat fit-12 ta' Novembru f'pożizzjoni mhux determinata, u mbagħad l-attività sismika waqfet sal-21 ta' Novembru. F'dak l-istess jum, in-nies fir-raħal kostali ta' Vík, xi 80 km (50 mil) 'il bogħod innutaw riħa ta' sulfur tal-idroġenu. Fit-13 ta' Novembru, bastiment tas-sajd għall-aringi, mgħammar b'termometri sensittivi, irreġistra t-temperaturi tal-baħar xi 3.2 km (2.0 mili) fil-Lbiċ taċ-ċentru tal-iżbroffar li kienu 2.4 °C (4.3 °F) ogħla mill-ilmijiet tal-madwar. Żbroffar fil-wiċċ Fis-7:15 ta' filgħodu UTC fl-14 ta' Novembru 1963, il-kok tal-Ísleifur II, bastiment tat-tkarkir li kien qed ibaħħar fl-istess ilmijiet, lemaħ kolonna kbira ta' duħħan skur fil-Lbiċ tal-bastiment. Il-kaptan ħaseb li kien ġej minn xi bastiment qed jaqbad, u ordna lill-ekwipaġġ jinvestiga. Minflok, iltaqgħu ma' żbroffar splussiv li kien qed jarmi kolonni suwed ta' rmied, li indikaw li l-iżbroffar vulkaniku kien beda jitla' fuq wiċċ l-ilma. Sal-11:00 tal-istess jum, il-kolonna tad-duħħan kienet laħqet għoli ta' diversi kilometri. Għall-ewwel, l-iżbroffar seħħ fi tliet żbokki separati tul fondoq b'orjentazzjoni tal-Grigal għal-Lbiċ, iżda sa waranofsinhar il-kolonni separati tal-iżbroffar ingħaqdu f'kolonna waħda tul il-fondoq tal-iżbroffar. Matul il-ġimgħa ta' wara, l-isplużjonijiet kienu kontinwi, u wara ftit jiem biss, il-gżira l-ġdida ffurmat skorji b'tul ta' iktar minn 500 metru (1,600 pied) u b'għoli ta' 45 metru (148 pied). L-iżbroffar kompla u kkonċentra fi żbokk wieħed tul il-fondoq, u beda jibni gżira b'għamla iktar ċirkolari. Sal-24 ta' Novembru, il-gżira kienet madwar 900 metru b'650 metru (2,950 pied b'2,130 pied). L-isplużjonijiet vjolenti kkawżati meta l-lava bdiet tiltaqa' mal-ilma baħar wasslu biex il-gżira tikkonsisti minn skorji (jiġifieri munzell jew tumbata ta' blat vulkaniku), li ttieklu malajr bl-erożjoni tal-maltempati tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku matul ix-xitwa. Madankollu, l-iżbroffar kien qed jisboq il-pass tal-erożjoni bil-mewġ, u sa Frar 1964, il-gżira kellha dijametru massimu ta' iktar minn 1,300 metru (4,300 pied). L-iżbroffar freatomagmatiku splussiv ikkawżat mill-aċċess faċli tal-ilma fl-iżbokki tal-iżbroffar spara l-blat sa kilometru (0.6 mili) 'il bogħod mill-gżira, u spara l-irmied sa għoli ta' saħansitra 10 km (6.2 mili) fl-atmosfera. Il-munzell ta' tefra mhux ikkonsolidata malajr kien jinġarr mill-mewġ li kieku l-fluss ta' magma batta, u sħabiet kbar tat-trab spiss kienu jidhru jintnefħu mill-gżira matul dan l-istadju tal-iżbroffar. Il-gżira l-ġdida ngħatat isem il-jötunn jew ġgant tan-nar Surtur mill-mitoloġija Nordika (Surts huwa l-ġenitiv ta' Surtur, + -ey, gżira). Tliet ġurnalisti Franċiżi tar-rivista Paris Match żbarkaw fuq il-gżira fis-6 ta' Diċembru 1963, u qagħdu għal madwar 15-il minuta qabel ma splużjonijiet vjolenti ħeġġewhom jitilqu. Il-ġurnalisti biex jiċċajtaw qalu li l-gżira bis-saħħa tagħhom kellha sovranità Franċiża, iżda l-Iżlanda malajr stabbiliet li l-gżira l-ġdida kienet tagħha. Gżira permanenti Madankollu, sal-bidu tal-1964, l-iżbroffar kontinwu kien wassal biex il-gżira tikber tant li l-ilma baħar ma setax jilħaq iktar l-iżbokki faċilment, u l-attività vulkanika saret inqas splussiva. Minflok, funtani u flussi tal-lava saru l-forma ewlenija ta' attività vulkanika. Dawn irriżultaw f'qoxra ta' fuq ta' blat tassew iebes u reżistenti għall-erożjoni li kesa s-saffi vulkaniċi ta' taħt, u b'hekk rażżan il-possibbiltà li l-gżira tinġarr jew tinbela' malajr mill-baħar. L-iżbroffar kompla sal-1965, meta l-gżira kellha erja fil-wiċċ ta' 2.5 km2 (0.97 mili kwadri). Fit-28 ta' Diċembru 1963, bdiet l-attività vulkanika taħt il-baħar fil-Grigal ta' Surtsey, u din ikkawżat il-formazzjoni ta' quċċata għolja 100 metru (330 pied) mill-qiegħ tal-baħar. Din il-quċċata f'qiegħ il-baħar issemmiet Surtla [pronunzjata bl-Iżlandiż: ˈsʏr̥tla], iżda qatt ma laħqet il-livell tal-baħar. L-iżbroffar f'Surtla ntemm fis-6 ta' Jannar 1964, u minn dak iż-żmien 'l hawn ittieklet mill-fond minimu tagħha ta' 23 sa 47 metru (75 sa 154 pied) taħt il-livell tal-baħar. Attività vulkanika sussegwenti Fl-1965, l-attività vulkanika fuq il-gżira prinċipali naqset, iżda fl-aħħar ta' Mejju ta' dik is-sena l-iżbroffar reġa' beda fi żbokk madwar 0.6 km (0.37 mili) lil hinn mill-kosta tat-Tramuntana. Sat-28 ta' Mejju, feġġet gżira, u ssemmiet Syrtlingur (pronunzjata bl-Iżlandiż: [ˈsɪr̥tliŋkʏr̥]; jiġifieri "Surtsey Żgħira"). Il-gżira l-ġdida nbelgħet mill-baħar fil-bidu ta' Ġunju, iżda reġgħet tfaċċat fl-14 ta' Ġunju. L-iżbroffar f'Syrtlingur kien ferm iżgħar bħala skala minn dak ta' Surtsey, u r-rata medja ta' tfigħ ta' materjali vulkaniċi kienet madwar 10 % tar-rata tal-iżbokk prinċipali. L-attività vulkanika ma tantx damet wisq, bejn wieħed u ieħor sal-bidu ta' Ottubru 1965, meta l-gżira kellha erja ta' 0.15 km2 (0.058 mili kwadri). Ladarba l-iżbroffar waqaf, l-erożjoni bil-mewġ malajr bdiet tnawwar il-gżira, u din għebet taħt il-mewġ fl-24 ta' Ottubru. Matul Diċembru 1965, kien hemm iżjed attività vulkanika taħt il-baħar, xi 0.9 km (0.56 mili) fil-Lbiċa ta' Surtsey, u ffurmat gżira oħra. Issemmiet Jólnir, u matul it-tmien xhur ta' wara tfaċċat u għebet bosta drabi, skont l-alternanza fid-dominanza tal-erożjoni bil-mewġ u l-attività vulkanika. L-attività vulkanika f'Jólnir kienet ferm iktar dgħajfa mill-attività vulkanika fl-iżbokk prinċipali, u saħansitra iktar dgħajfa minn dik f'Syrtlingur, iżda eventwalment il-gżira kibret għal daqs massimu ta' 70 metru (230 pied) bħala għoli, b'erja ta' 0.3 km2 (0.12 mili kwadri), matul Lulju u l-bidu ta' Awwissu 1966. Madankollu, bħal Syrtlingur, wara li l-attività vulkanika ntemmet fit-8 ta' Awwissu 1966, malajr ittieklet u reġgħet spiċċat taħt il-livell tal-baħar f'Ottubru 1966. L-iżbroffar vulkaniku fuq il-gżira prinċipali reġa' beda fid-19 ta' Awwissu 1966, bi flussi ġodda tal-lava li komplew jagħtuha iktar reżistenza għall-erożjoni. Minkejja dan, ir-rata tal-iżbroffar naqset b'mod kostanti, u fil-5 ta' Ġunju 1967, l-iżbroffar intemm. Il-vulkan ilu rieqed minn dak iż-żmien. Il-volum totali ta' lava li ħarġet matul l-iżbroffar ta' tliet snin u nofs kien jammonta għal madwar kilometru kubu (0.24 mili kubi), u l-ogħla punt tal-gżira dak iż-żmien kien 174 metru (571 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Mit-tmiem tal-iżbroffar, l-erożjoni naqqset id-daqs tal-gżira. Żona kbira fuq in-naħa tax-Xlokk ittieklet għalkollox, filwaqt li istmu tar-ramel imsejjaħ Norðurtangi (li tfisser punt fit-Tramuntana) kiber fin-naħa tat-Tramuntana tal-gżira. Huwa stmat li madwar 0.024 km3 (0.0058 mili kubi) ta' materjal vulkaniku ntilfu minħabba l-erożjoni — dan jirrappreżenta madwar kwart il-volum oriġinali tal-gżira 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-elevazzjoni massima tagħha naqset għal 155 metru (509 piedi). Żvilupp reċenti Wara tmiem l-iżbroffar, ix-xjenzati stabbilew grilja ta' parametri referenzjarji u permezz tagħhom kejlu t-tibdil fl-għamla tal-gżira. Fl-għoxrin sena wara l-iżbroffar, il-kejliet żvelaw li l-gżira b'mod kostanti kienet qed tisfronda u kienet tilfet madwar metru bħala għoli. Ir-rata ta' sfrondar inizjalment kienet ta' madwar 20 cm (tmien pulzieri) fis-sena iżda naqset għal 1-2 cm (0.39-0.79 pulzieri) fis-sena sas-snin 90 tas-seklu 20. Kellha diversi kawżi: it-tefra mhux ikkonsolidata qagħdet u ffurmat il-biċċa l-kbira tal-vulkan, is-sedimenti f'qiegħ il-baħar ikkumpattaw taħt il-gżira, u l-litosfera bdiet tisfronda minħabba l-piż tal-vulkan. Il-vulkani fl-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar huma tipikament monoġenetiċi, u b'hekk il-gżira mhux suppost se tikber fil-futur permezz ta' żbroffar ulterjuri. Il-baħaq qawwi madwar il-gżira ilu jnaqqar minnha minn mindu tfaċċat, u minn tmiem l-iżbroffar intelfet kważi nofs l-erja oriġinali. Il-gżira attwalment titlef madwar ettaru (2.5 akri) tal-erja tagħha fil-wiċċ kull sena. Futur Bħala parti ssuspettata mill-qoxra tal-Iżlanda, Surtsey x'aktarx li ma tisparixxix għalkollox fil-futur qarib. Fejn ittieklet jikkonsisti l-iktar mit-tefra mhux ikkonsolidata u għalhekk tinġarr faċilment mill-mewġ. Il-biċċa l-kbira tal-kumplament tal-gżira ġiet miksija minn fluss ta' lava li ibbieset u li hija reżistenti iktar għall-erożjoni. Barra minn hekk, reazzjonijiet kimiċi kumplessi fi ħdan it-tefra mhux ikkonsolidata fuq il-gżira gradwalment iffurmaw materjal tat-tufa reżistenti ħafna għall-erożjoni, fi proċess magħruf bħala l-palagonitizzazzjoni. F'Surtsey, dan il-proċess seħħ pjuttost malajr, minħabba t-temperaturi għoljin mhux 'il bogħod minn wiċċ l-ilma. L-istimi ta' kemm Surtsey se tibqa' teżisti 'l fuq mil-livell tal-baħar huma bbażati fuq ir-rata ta' erożjoni li seħħet sa llum il-ġurnata. Jekk wieħed jassumi li r-rata attwali mhix se tinbidel, il-biċċa l-kbira tal-gżira se tkun sal-livell tal-baħar jew taħtu sal-2100. Madankollu, ir-rata tal-erożjoni x'aktarx li tnaqqas meta tiġi esposta l-qalba iktar iebsa tal-gżira: valutazzjoni li tassumi li r-rata tal-erożjoni se tmajna esponenzjalment tissuġġerixxi li l-gżira se tibqa' teżisti 'l fuq mil-livell tal-baħar għal bosta sekli. Wieħed jista' jieħu idea ta' kif x'aktarx li se tkun tidher fil-futur b'ħarsa lejn il-gżejjer żgħar l-oħra fl-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar, li ffurmaw bl-istess mod bħal Surtsey diversi eluf ta' snin ilu, u ttieklu b'mod sostanzjali mill-formazzjoni tagħhom. Sit ta' Wirt Dinji Surtsey ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008 bħala rikonoxximent tal-valur xjentifiku kbir tagħha. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar". Bijoloġija Insedjament tal-ħajja Surtsey huwa sit klassiku għall-istudju tal-bijokolonizzazzjoni ta' popolazzjonijiet ewlenin. Il-gżira ġiet iddikjarata bħala riżerva naturali fl-1965, meta l-iżbroffar kien għadu għaddej. Illum il-ġurnata ftit xjenzati biss għandhom il-permess li jiżbarkaw fuq Surtsey; l-unika mod li ħaddieħor għandu biex jara l-gżira iktar mill-qrib huwa minn abbord xi dgħajsa li tagħmel dawra mal-kosta tal-gżira jew inkella minn abbord ajruplan żgħir li jagħmel titjiriet qosra fuq il-gżira. B'hekk is-suċċessjoni ekoloġika naturali fuq il-gżira sseħħ mingħajr l-ebda interferenza minn barra. Veġetazzjoni Fir-rebbiegħa tal-1965, l-ewwel pjanta vaskulari nstabet tikber fil-kosta tat-Tramuntana ta' Surtsey, il-muski saru viżibbli fl-1967, u l-likeni nstabu għall-ewwel darba fuq il-lava ta' Surtsey fl-1970. Il-kolonizzazzjoni tal-pjanti fuq Surtsey ġiet studjata mill-qrib, b'mod partikolari l-pjanti vaskulari peress li kellhom importanza ferm ikbar minn dik tal-muski, tal-likeni u tal-fungi fl-iżvilupp tal-veġetazzjoni. Il-muski u l-likeni issa jkopru l-biċċa l-kbira tal-gżira. Matul l-ewwel 20 sena tal-gżira, ġew osservati 20 speċi ta' pjanti f'xi żmien jew f'ieħor, iżda 10 biss ġew stabbiliti fil-ħamrija ramlija bi ftit nutrijenti. Malli l-għasafar bdew ibejtu fuq il-gżira, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija tjiebu, u iktar speċijiet ta' pjanti vaskulari rnexxielhom jibqgħu jgħixu fuq il-gżira. Fl-1998, l-ewwel arbuxxell instab fuq il-gżira — żafżafa bil-weraq tat-te (Salix phylicifolia), li tista' tikber sa għoli ta' erba' metri (13-il pied). Sal-2008 kien hemm 69 speċi ta' pjanti jgħixu f'Surtsey, u minnhom ġew stabbiliti 30 speċi mqabbla mal-490 speċi fl-art prinċipali tal-Iżlanda. Iktar speċijiet qed jibqgħu jaslu fuq il-gżira, b'rata tipika ta' bejn wieħed u ieħor 2-5 speċijiet fis-sena. Għasafar L-espansjoni tal-għasafar fuq il-gżira ddipendiet fuq it-tifrix tal-pjanti iżda fl-istess ħin għenet l-avvanz tal-istess tifrix. L-għasafar jużaw il-pjanti bħala materjal biex jibnu l-bejtiet tagħhom, iżda jkomplu jgħinu wkoll fit-tifrix taż-żrieragħ, u jiffertilizzaw il-ħamrija bil-gwano (il-ħmieġ) tagħhom. L-għasafar bdew ibejtu fuq Surtsey tliet snin wara li ntemm l-iżbroffar. L-ewwel speċijiet li bdew ibejtu hemm kienu l-fulmar (Fulmarus glacialis) u l-imwies geddumhom irqiq (Uria aalge). Issa hemm tnax-il speċi li jbejtu regolarment fuq il-gżira. Mill-1984 bdiet tgħix kolonja ta' gawwijiet (Larus glaucoides), għalkemm il-gawwijiet bdew jintlemħu joqogħdu għal żmien qasir tul il-kosta tal-gżira l-ġdida diġà ftit ġimgħat wara li tfaċċat. Il-kolonja ta' gawwijiet kienet partikolarment importanti fl-iżvilupp tal-pjanti fuq Surtsey, u minħabba l-abbundanza tagħhom, il-gawwijiet kellhom impatt ferm ikbar fuq il-kolonizzazzjoni tal-pjanti minn speċijiet oħra li jnisslu hemm. Spedizzjoni li saret fl-2004 sabet l-ewwel evidenza li kienu bdew ibejtu l-purċinelli tal-baħar (Fratercula arctica), li huma abbundanti fil-bqija tal-arċipelagu. Minbarra li tipprovdi kenn għal xi speċijiet ta' għasafar, Surtsey intużat ukoll bħala punt ta' waqfien għall-mistrieħ mill-għasafar tal-passa, b'mod partikolari dawk li jpassu bejn il-kumplament tal-Ewropa u l-Iżlanda. Fost l-ispeċijiet li ntlemħu għal żmien qasir fuq il-gżira hemm iċ-ċinji (Cygnus cygnus), diversi speċijiet ta' wiżż, u l-għarab (Corvus corax). Għalkemm Surtsey tinsab fil-Punent tar-rotot tal-passa prinċipali lejn l-Iżlanda, saret punt ta' waqfien iktar komuni peress li l-veġetazzjoni żdiedet. Fl-2008, l-14-il speċi li tnissel fuq il-gżira ġiet individwata bl-iskoperta ta' bejta tal-għarab. Skont rapport tat-30 Mejju 2009, kien hemm koppja ta' pluviera (Pluvialis apricaria) li bejtet erba' bajdiet fuq il-gżira. Ħajja marittima Ftit wara l-formazzjoni tal-gżira, il-foki bdew jintlemħu madwar il-gżira. Ma tantx damu ma jibdew jitbasktu fix-xemx fuq l-art tal-gżira l-ġdida, b'mod partikolari fuq l-istmu tat-Tramuntana, li kiber iktar mal-mewġ nawwar l-art tal-gżira. Fl-1983 instab li l-foki kienu qed jitnisslu fuq il-gżira, u grupp sa 70 foka kienu qed jitnisslu hemm. Il-foki griżi huma iktar komuni fuq il-gżira mill-foki tal-port, għalkemm issa t-tnejn li huma jitnisslu hemmhekk. Il-preżenza tal-foki tattira l-orki, li spiss jintlemħu fl-ilmijiet madwar l-arċipelagu ta' Vestmannaeyjar u issa jħobbu joqogħdu l-iktar madwar Surtsey. Mal-parti ta' taħt il-baħar tal-gżira jinstabu bosta speċijiet tal-baħar. L-istilel tal-baħar, ir-rizzi u l-imħar huma abbundanti. Il-blat huwa miksi bl-algi, u l-alka tiksi l-biċċa l-kbira tax-xaqlibiet ta' taħt il-baħar tal-vulkan, bl-ogħla densità bejn 10 metri u 20 metru (33 u 66 pied) taħt il-livell tal-baħar. Ħlejqiet oħra L-insetti waslu fuq Surtsey ftit wara li ffurmat, u ġew individwati għall-ewwel darba fl-1964. Il-wasliet oriġinali kienu insetti li jtiru, li waslu fuq il-gżira għax inħakmu mir-riħ jew bis-saħħa tagħhom stess. Huwa maħsub li wħud waslu għax inħakmu mir-riħ saħansitra mill-art kontinental tal-Ewropa. Iktar 'il quddiem waslu insetti oħra li ma jtirux, li nġarrew mill-kurrent fuq xi injam f'wiċċ l-ilma, u kemm annimali ħajjin kif ukoll karkassi nġarrew l-art mill-mewġ. Meta fl-1974 roqgħa kbira ta' gozz ħaxix oħxon inġarret l-art mill-mewġ, ix-xjenzati ħadu nofsha għal analiżi u skoprew li fuqha kien hemm saħansitra 663 invertebrat tal-art, l-iktar baqq u kollemboli, u l-maġġoranza l-kbira tagħhom kien baqgħu ħajjin minkejja l-vjaġġ fil-baħar. L-istabbiliment tal-insetti pprovda iktar ikel għall-għasafar, u l-għasafar min-naħa tagħhom għenu lil bosta speċijiet oħra biex jistabbilixxu ruħhom fuq il-gżira. L-iġsma tal-għasafar li jmutu jipprovdu l-għajxien għall-insetti karnivori, filwaqt li l-fertilizzazzjoni tal-ħamrija u t-tkattir tal-pjanti, jipprovdu ħabitat vijabbli għall-insetti erbivori. L-ewwel dudu tal-art instab f'kampjun tal-ħamrija fl-1993, x'aktarx wara li nġarr minn Heimaey minn xi għasfur. Madankollu, is-sena ta' wara ma nstab l-ebda dudu ieħor. Il-bugħerwien instab fl-1998, u deher li kien simili għall-varjetajiet li jinstabu fin-naħa tan-Nofsinhar tal-gżira prinċipali tal-Iżlanda. Il-brimb u l-ħanfus jgħixu wkoll fuq il-gżira. Impatt uman L-unika impatt uman sinifikanti fuq il-gżira huwa għorfa żgħira prefabbrikata li tintuża mir-riċerkaturi meta joqogħdu fuq il-gżira. L-għorfa fiha ftit sodod, waħda fuq l-oħra, u sors tal-enerġija solari li jħaddem ir-radju ta' emerġenza u tagħmir elettroniku importanti ieħor. Hemm ukoll il-pedamenti ta' fanal abbandunat. Il-viżitaturi kollha jagħmlu verifiki fuqhom infushom u fuq il-ħwejjeġ li jġibu magħhom biex jiżguraw li ma jintroduċux xi żrieragħ bi żball f'din l-ekosistema. Huwa maħsub li xi ġuvintur li qadfu minn Heimaey b'dgħajsa ħawwlu l-patata, iżda malli ġiet skoperta tneħħiet minnufih. Minħabba l-ġestjoni mhux kif suppost tal-ħmieġ tal-bnedmin, tnisslet pjanta tat-tadam, li nqerdet minnufih ukoll malli ġiet skoperta. Fl-2009 f'Surtsey ġew installati stazzjoni tat-temp għall-osservazzjonijiet tat-temp kif ukoll webcam. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Gżejjer Iżlanda Vulkani tal-Ewropa
28982
https://mt.wikipedia.org/wiki/Domenico%20Allegri
Domenico Allegri
Domenico Allegri (twieled għall-ħabta tal-1585 – miet fil-5 ta' Settembru 1629) kien kompożitur u kantant Taljan tal-Iskola Rumana Barokka bikrija. Bijografija Huwa kien it-tieni iben tas-sewwieq tal-karozzini minn Milan Costantino Allegri, li għex Ruma mal-familja tiegħu, u kien ħu ż-żgħir Gregorio Allegri li kien iktar famuż minnu. Costantino bagħat lill-uliedu, Gregorio, Domenico u Bartolomeo, jistudjaw il-mużika fil-Knisja ta' San Luigi dei Francesi, taħt il-maestro di capella Giovanni Bernardino Nanino, ħu Giovanni Maria Nanino. Maġenbu fil-bank tal-iskola Domenico kellu lil ħuh il-kbir Gregorio u mbagħad lil Antonio Cifra, Domenico Massenzio u Paolo Agostini. Fl-1606, Allegri kien maestro di cappella tal-Knisja ta' Santa Marija fi Spello, u minn Settembru 1609 sa April 1610 kellu l-istess rwol fil-Knisja ta' Santa Marija fi Trastevere f'Ruma. Mit-3 ta' April 1610 sa mewtu, kellu l-istess rwol fil-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore, fejn ġie midfun. Allegri huwa famuż l-iktar bħala wieħed minn tal-ewwel li inkluda akkumpanjamenti speċifiċi bl-istrumenti mal-mużika vokali sagra fuq skala żgħira. Minkejja li l-biċċa l-kbira tal-mużika tiegħu ntilfet, biċċa mużika partikolari baqgħet teżisti u hija l-Modi quos expositis in choris tal-1617 li tinkludi akkumpanjamenti ta' żewġ vjolini mal-vuċijiet. Biblijografija Alberto Cametti, La scuola dei «pueri cantus» di S. Luigi dei francesi in Roma e i suoi principali allievi (1591-1623): Gregorio, Domenico e Bartolomeo Allegri, Antonio Cifra, Orazio Benevoli, Torino, Fratelli Bocca, 1915. Sergio Durante, 'Domenico Allegri', in Dizionario enciclopedico universale della musica e dei musicisti, Torino, UTET, 1983–1999, ISBN 88-02-05345-6. Saverio Franchi, Annali della stampa musicale romana dei secoli XVI-XVIII, Vol. 1/I, IBIMUS, Ruma, 2006, ISBN 978-88-88627-03-8. Antonella Nigro, Domenico Massenzio. A new biography with unpublished documents, in Domenico Massenzio Opera omnia, Edizzjoni Kritika ta' Claudio Dall'Albero u Mauro Bacherini, Vol. 1, Milan, Rugginenti, 2008, ISMN M-52013-013-4. Alberto Pironti, "Domenico Allegri", fid-Dizionario Biografico degli Italiani, Ruma, Treccani. Colin Timms, "Domenico Allegri", fin-New Grove Dictionary, ISBN 0-333-60800-3. Referenzi Kompożituri Taljani Kantanti Taljani Twieldu fl-1585 Mietu fl-1629
28983
https://mt.wikipedia.org/wiki/Marian%20Smoluchowski
Marian Smoluchowski
Marian Smoluchowski (pronunzja bil-Pollakk: [ˈmarjan smɔluˈxɔfski]; twieled fit-28 ta' Mejju 1872 – miet fil-5 ta' Settembru 1917) kien fiżiku Pollakk li ħadem fit-territorji Pollakki tal-Imperu Awstrijak-Ungeriż. Huwa kien pijunier tal-fiżika statistika u xabbatur akkanit tal-muntanji. Ħajja Imwieled f'familja tal-borgeżija superjuri f'Vorder-Brühl, qrib Vjenna, Smoluchowski studja l-fiżika fl-Università ta' Vjenna. Fost l-għalliema tiegħu kien hemm Franz S. Exner u Joseph Stefan. Ludwig Boltzmann kellu kariga fl-Università ta' Munich meta Smoluchowski kien qed jistudja fi Vjenna, u Boltzmann irritorna lejn Vjenna fl-1894 meta Smoluchowski kien qiegħed fl-armata Awstrijaka. Milli jidher ma kellhom l-ebda kuntatt dirett, għalkemm ix-xogħol ta' Smoluchowski jsegwi t-tradizzjoni tal-ideat ta' Boltzmann. Wara diversi snin f'universitajiet oħra (fosthom Pariġi, Glasgow u Berlin), fl-1899 Smoluchowski mar lejn Lwów (illum il-ġurnata Lviv, l-Ukrajna), fejn okkupa kariga fl-Università ta' Lwów. Huwa kien il-President tas-Soċjetà Copernicus Pollakka tan-Naturalisti bejn l-1906 u l-1907. Fl-1913 Smoluchowski mar Krakovja bħala l-President tad-Dipartiment tal-Fiżika Sperimentali, minflok August Witkowski, li kien ilu żmien twil jaħseb f'Smoluchowski bħala s-suċċessur tiegħu. Meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija s-sena ta' wara, il-kundizzjonijiet tax-xogħol sarew tassew diffiċli, peress li l-binja spazjuża u moderna tad-Dipartiment tal-Fiżika, mibnija minn Witkowski ftit żmien qabel, ġiet ikkonvertita fi sptar militari. Il-possibbiltà li jaħdem f'dik il-binja kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn Smoluchowski kien iddeċieda li jmur jaħdem f'Krakovja. B'hekk Smoluchowski kien imġiegħel jaħdem fl-appartament tal-Professur Karol Olszewski. Matul il-lekċers tiegħu dwar il-fiżika sperimentali, l-użu ta' anke l-iżjed tagħmir sempliċi ta' dimostrazzjoni kien prattikament impossibbli. Smoluchowski ta lekċers dwar il-fiżika sperimentali u fost l-istudenti tiegħu kien hemm Józef Patkowski, Stanisław Loria u Wacław Dziewulski. Smoluchowski kien membru tas-Soċjetà Copernicus tax-Xjenzati Naturali u tal-Akkademja Pollakka tax-Xjenzi u tal-Letteratura u l-Lingwi. Fost l-interessi mhux professjonali tiegħu kien hemm l-iskijjar, it-tixbit fuq il-muntanji fl-Alpi u fil-muntanji Tatra, il-pittura bl-akkwarelli, u l-pjanu. Smoluchowski miet f'Krakovja fl-1917 bħala vittma tal-epidemija tad-dissenterija. Il-Professur Władysław Natanson kiteb f'obitwarju ta' Smoluchowski: "Huwa b'wiċċi minn quddiem li nfakkar is-seħer ta' ħajtu, il-kordjalità nobbli tiegħu, flimkien mal-ġentilezza raffinata tiegħu. Nixtieq nista' nwasslilkom kemm il-personalità tiegħu kienet tiġbed lin-nies, u nfakkar kemm kien kalm, mudest iżda fl-istess ħin diffidenti imma b'ċertu eleganza, iżda dejjem mimli b'hena pura u spontanja". Fl-1901 huwa żżewweġ lil Zofia Baraniecka, li għexet iktar minnu. Flimkien kellhom żewġt itfal, Aldona Smoluchowska (1902-1984) u Roman Smoluchowski (1910-1996). Roman sar fiżiku notevoli li ħadem fil-Polonja, u wara t-Tieni Gwerra Dinjija mar jgħix fl-Istati Uniti (u ħadem fl-Istitut għall-Istudju Avvanzat f'Princeton). Xogħol Smoluchowski wettaq riċerka fundamentali dwar it-teorija kinetika tal-materja. Fl-1904 huwa skopra fluttwazzjonijiet fid-densità fil-fażi gassuża, u fl-1908 huwa kien l-ewwel fiżiku li rabat il-fenomenu tal-opalexxena kritika ma' fluttwazzjonijiet kbar fid-densità. L-investigazzjonijiet tiegħu spjegaw għalfejn is-sema għandu lewn blu bħala konsegwenza tat-tifrix tad-dawl tax=-xemx fl-atmosfera. Fl-1906, ftit wara Albert Einstein, huwa spjega b'mod indipendenti l-moviment ta' Brown. Smoluchowski ppreżenta ekwazzjoni li saret il-bażi għat-teorija tal-proċessi stokastiċi. Fl-1916 huwa ppropona l-ekwazzjoni għad-diffużjoni f'kamp potenzjali estern. Din l-ekwazzjoni ngħatat kunjomu. Biblijografija A. Teske, Marian Smoluchowski, Leben und Werk. L-Akkademja Pollakka tax-Xjenzi, Varsavja, 1977. A. Einstein and M. von Smoluchowski: "Untersuchungen über die Theorie der Brownschen Bewegung. Abhandlung über die Brownsche Bewegung und verwandte Erscheinungen", Harri Deutsch, 1997. (Ostwalds Klassiker der exakten Wissenschaften Band 199). ISBN 3-8171-3207-7. S. Chandrasekhar, M. Kac, R. Smoluchowski, "Marian Smoluchowski - his life and scientific work", edizzjoni ta' R.S. Ingarden, PWN, Varsavja 1999. E. Seneta (2001) Marian Smoluchowski, Statisticians of the Centuries (edizzjoni ta' C. C. Heyde u E. Seneta) pp. 299-302. New York: Springer. S. Ulam (1957) Marian Smoluchowski and the Theory of Probabilities in Physics, American Journal of Physics, 25, 475-481 (ISSN 0002-9505). Abraham Pais, Subtle is the Lord, chapter 5, section 5e. Einstein and Smoluchowski; Critical Opalescence, (pp. 100–103), Oxford University Press, (1982) 2005, ISBN 0-19-280672-6. Referenzi Fiżiċi Twieldu fl-1872 Mietu fl-1917
28984
https://mt.wikipedia.org/wiki/Johann%20Christian%20Bach
Johann Christian Bach
Johann Christian Bach (twieled fil-5 ta' Settembru 1735 – miet fl-1 ta' Jannar 1782) kien kompożitur Ġermaniż tal-era klassika, u kien it-tmintax-il wild ta' Johann Sebastian Bach, u l-iżgħar mill-ħdax-il tifel u tifla tiegħu. Wara li għex fl-Italja għal diversi snin, Bach mar Londra fl-1762, fejn sar magħruf bħala "l-Bach ta' Londra". Xi kultant jissejjaħ ukoll bħala "l-Bach Ingliż". Matul iż-żmien li qatta' fil-belt kapitali Brittanika, huwa sar magħruf bħala John Bach. Huwa magħruf għar-rwol tiegħu biex influwenza l-istili tal-kunċerti ta' Haydn u Mozart. Huwa kkontribwixxa ferm għall-iżvilupp tal-prinċipju l-ġdid tas-sonati. Ħajja Johann Christian Bach kien iben Johann Sebastian u Anna Magdalena Bach u twieled f'Leipzig, il-Ġermanja. Missieru kellu diġà 50 sena meta twieled hu — differenza fl-età li toħroġ fid-dieher fid-differenzi kbar fl-istili mużikali tagħhom. Minkejja dan, Bach il-missier ħarreġ lil Johann Christian fil-mużika sa mewtu fl-1750. Wara li miet missieru, huwa ħadem u għex ma' ħuh tar-rispett li kien it-tieni l-ikbar fl-età, Carl Philipp Emanuel Bach, li kellu 21 sena ikbar minnu u li dak iż-żmien kien jitqies bħala l-iżjed wieħed b'talent mużikali mill-ulied subien ta' Bach. Huwa kellu karriera promettenti, l-ewwel bħala kompożitur u mbagħad bħala mużiċist ma' Carl Friedrich Abel, mużiċist distint tal-vjola da gamba. Huwa kkompona kantati, mużika tal-kamra, xogħlijiet bit-tastieri u tal-orkestra, opri u sinfoniji Bach għex l-Italja għal bosta snin mill-1754, fejn studja ma' Padre Martini f'Bologna. Huwa sar il-mużiċist ewlieni tal-orgni fil-katidral ta' Milan fl-1760. Matul żmienu fl-Italja, huwa kkonverta mil-Luteraniżmu għall-Kattoliċiżmu u qatta' l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu jikkomponi l-mużika tal-knisja, inkluż il-mużika għal Quddiesa Requiem u Te Deum. Johann ikkompona wkoll kwantità ta' mużika sagra Latina matul żmienu fl-Italja. L-ewwel xogħol maġġuri tiegħu kienet Quddiesa, b'prestazzjoni u fama eċċellenti fl-1757. Fl-1762, Bach ivvjaġġa lejn Londra għall-première ta' tliet opri fil-King's Theatre, inkluż Orione fid-19 ta' Frar 1763. Fl-1764 jew fl-1765, il-castrato Giusto Fernando Tenducci, li sar ħabib sew tiegħu, ħoloq ir-rwol ewlieni fl-opra tiegħu Adriano in Siria fil-King's Theatre. B'hekk irnexxielu jistabbilixxi r-reputazzjoni tiegħu fl-Ingilterra, u sar mastru tal-mużika tar-Reġina Charlotte. Fl-1766, Bach iltaqa' mas-sopran Cecilia Grassi, li kellha ħdax-il sena inqas minnu, u żżewwiġha ftit wara. Flimkien ma kellhomx tfal. J. C. Bach wettaq sinfoniji u kunċerti fil-Hanover Square Rooms. Dan kien il-post ewlieni għall-premieres tal-kunċerti fil-qalba ta' Mayfair. Id-djar Ġorġjani tal-madwar offrew klijentela sinjura għall-ispettakli tiegħu. Wieħed miċ-ċrieki letterarji primarji ta' Londra, li kien jinkludi lil Jane Timbury, Robert Gunnell Esq., Lord Beauchamp u d-Dukessa ta' Buccleuch, kien midħla ta' Bach, u l-membri tiegħu kienu jattendu l-avvenimenti tiegħu b'mod regolari. Fl-1777 huwa rebħa kawża storika, Bach vs Longman, li stabbiliet li fid-dritt Ingliż il-liġi tal-jeddijiet tal-awtur kienu japplikaw għall-partituri mużikali. Sal-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 18, kemm il-popolarità tiegħu kif ukoll il-finanzi tiegħu bdew ibattu. Sal-mewt ta' Bach f'lejliet is-sena l-ġdida tal-1782, tant kien sar imdejjen (parzjalment minħabba li sieħbu kien qed jisraqlu flusu), li r-Reġina Charlotte intervjeniet biex tkoprilu l-ispejjeż tal-proprjetà tiegħu u pprovdiet pensjoni għall-għomor għall-armla li ħalla warajh. Huwa ndifen fiċ-ċimiterju tal-Knisja l-Antika ta' St. Pancras, Londra. Legat Rendikont sħiħ tal-karriera ta' J. C. Bach tingħata fir-raba' volum tal-Istorja tal-Mużika (bl-Ingliż: History of Music) ta' Charles Burney. Hemm tnejn min-nies oħra msemmija Johann Christian Bach fl-arblu tar-razza tal-familja Bach, iżda l-ebda wieħed minnhom ma' kien kompożitur. Fl-1764, Bach iltaqa' ma' Wolfgang Amadeus Mozart, li kellu tmien snin dak iż-żmien u kien ġie Londra flimkien ma' missieru. Dak iż-żmien Bach għamel ħames xhur jgħallem il-kompożizzjoni lil Mozart. Bach b'mod mifrux jitqies li kellu influwenza qawwija fuq Mozart meta kien żgħir, u studjużi bħal Téodor de Wyzewa u Georges de Saint-Foix iddeskrivewh bħala "l-unika għalliem reali ta' Mozart". Mozart għamel l-arranġament ta' tliet sonati mill-Op. 5 ta' Bach ta' kunċerti bit-tastieri, u iktar 'il quddiem Mozart "spiss irrikonoxxa d-dejn artistiku li kien jaf" lil Johann Christian. Malli sema' bil-mewt ta' Bach fl-1782, Mozart ikkummenta "X'telfa għad-dinja tal-mużika!". Xogħlijiet Ix-xogħlijiet ta' J. C. Bach jingħajtaw numri "W" mill-Katalogu tematiku tax-xogħlijiet tiegħu ta' Ernest Warburton (New York: Garland Publishing, 1999). Il-kompożizzjonijiet ta' Bach jinkludu ħdax-il opra, kif ukoll mużika tal-kamra, mużika tal-orkestra u kompożizzjonijiet għat-tastieri. Iktar qari Hans T. David, A. Mendel, C. Wolff. The New Bach Reader: A Life of Johann Sebastian Bach in Letters and Documents (New York: Norton, 1998). Heinz Gärtner (trans. by Reinhard Pauly). John Christian Bach: Mozart's Friend and Mentor. (Portland, Oregon: Amadeus Press, 1994). Philipp Spitta (trans. by Clara Bell & J. A. Fuller-Maitland). Johann Sebastian Bach, his work and influence on the music of Germany, 1685–1750, 3 vols. (Londra: Novello & Co., 1899): Vol I, Vol II, Vol III. Charles Sanford Terry. John Christian Bach (Londra: Oxford University Press, 1967). Christoph Wolff et al. The New Grove Bach Family. (New York: Norton, 1983) pp. 315ff. ISBN 0-393-30088-9. Percy M. Young. The Bachs: 1500–1850 (Londra: J. M. Dent & Sons, 1970). Referenzi Kompożituri Ġermaniżi Twieldu fl-1735 Mietu fl-1782
28988
https://mt.wikipedia.org/wiki/Katidral%20ta%27%20Chartres
Katidral ta' Chartres
Il-Katidral ta' Chartres, magħruf ukoll bħala l-Katidral tal-Madonna ta' Chartres (bil-Franċiż: Cathédrale Notre-Dame de Chartres), huwa knisja Kattolika Rumana f'Chartres, Franza, madwar 80 km (50 mil) fil-Lbiċ ta' Pariġi, u huwa s-sede tal-Isqof ta' Chartres. Mibni fil-biċċa l-kbira bejn l-1194 u l-1220, jinsab fis-sit fejn kien hemm mill-inqas ħames katidral li okkupaw l-istess sit minn meta d-Djoċesi ta' Chartres ġiet iffurmata bħala sede episkopali fis-seklu 4. Il-katidral huwa mibni bi stil Gotiku Għoli u bi stil Rumanesk. Il-katidral tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 għaliex tqies bħala "l-ogħla punt tal-arti Gotika Franċiża" u "kapulavur". Il-katidral huwa ppreservat u rrestawrat sew: il-biċċa l-kbira tat-twieqi bil-ħġieġ ikkulurit oriġinali għadhom intatti, filwaqt li l-arkitettura sarulha biss ftit bidliet mill-bidu tas-seklu 13 'l hawn. Minn barra, il-binja hija ddominata minn dniefel (bl-Ingliż: flying buttresses) tqal li permezz tagħhom l-arkitetti setgħu jżidu d-daqs tat-twieqi b'mod sinifikanti, filwaqt li n-naħa tal-Punent hija ddominata minn żewġ spiri differenti – waħda ta' 105 metri (349 pied) b'għamla ta' piramida sempliċi li tlestiet għall-ħabta tal-1160 u oħra Gotika Aħħarija ta' 113-il metru (377 pied) tal-bidu tas-seklu 16 fuq torri iktar antik. Huma notevoli wkoll it-tliet faċċati kbar, kull waħda mżejna b'mijiet ta' figuri skolpiti b'temi u bi ġrajjiet teoloġiċi ewlenin. Mill-inqas mis-seklu 12, il-katidral kien destinazzjoni importanti għall-vjaġġaturi. Għadu hekk sa llum il-ġurnata, u jattira għadd kbir ta' pellegrini Kristjani; ħafna minnhom jiġu biex iqimu r-relikwa famuża tiegħu, is-Sancta Camisa, li jingħad li kienet il-velu milbus mill-Madonna fit-twelid ta' Kristu; kif ukoll għadd kbir ta' turisti lajċi li jiġu biex jammiraw l-arkitettura u l-mertu storiku tal-katidral. Il-Madonna Sewda meqjuma fil-katidral ġiet inkurunata b'mod pontifiċju mill-Papa Piju IX fil-31 ta' Mejju 1855. Storja Katidrali iktar bikrin Kien hemm mill-inqas ħames katidrali iktar bikrin fl-istess sit tal-katidral attwali, wieħed jissostitwixxi lill-ieħor ta' qablu li jkun inqered b'xi gwerra jew bin-nirien. L-ewwel knisja tmur lura saħansitra għas-seklu 4 u kienet tinsab fil-bażi ta' ħajt Gallo-Ruman; din ingħatat in-nar fis-743 fuq ordni tad-Duka ta' Aquitaine. It-tieni knisja fis-sit ingħatat in-nar minn pirati Daniżi fit-858. Din imbagħad ġiet rikostruwita u mkabbra mill-Isqof Gislebert, iżda nqerdet ukoll min-nirien fl-1020. Il-fdalijiet ta' din il-knisja, issa magħrufa bħala l-Kappella ta' Saint Lubin, għadhom preżenti taħt l-apsida tal-katidral attwali. Ħadet isimiha minn Lubinus, l-Isqof ta' Chartres ta' nofs is-seklu 6. Tinsab iktar fil-baxx mill-kumplament tal-kripta u jaf kienet is-santwarju ta' xi qaddis lokali, qabel ma l-knisja ġiet iddedikata mill-ġdid lill-Madonna. Fid-962 il-knisja ġarrbet ħsarat minħabba nar ieħor u ġiet rikostruwita għal darb'oħra. Nar ikbar ħa fis-7 ta' Settembru 1020, u mbagħad l-Isqof Fulbert (isqof mill-1006 sal-1028) iddeċieda li jibni katidral ġdid. Huwa appella għall-għajnuna mill-familji rjali tal-Ewropa, u rċieva donazzjonijiet ġenerużi għar-rikostruzzjoni, inkluż rigal minn Kanut il-Kbir, ir-Re tan-Norveġja, tad-Danimarka u tal-biċċa l-kbira tal-Ingilterra. Il-katidral il-ġdid inbena fuq u fl-inħawi tal-fdalijiet tal-knisja tas-seklu 9. Kien jikkonsisti minn ambulatorju madwar il-kappella bikrija, imdawwar bi tliet kappelli kbar b'saqaf Rumanesk bil-volta b'għamla ta' bittija u b'soqfa bil-volti bil-gavdi, li għadhom jeżistu. Fuq din l-istruttura huwa bena l-knisja ta' fuq, twila 108 metri u wiesgħa 34 metru. Ir-rikostruzzjoni kompliet f'fażijiet matul is-seklu ta' wara, u laħqet il-qofol tagħha fl-1145 f'wirja ta' entużjażmu pubbliku mlaqqam il-"Kult tal-Karrettuni" – wieħed minn diversi avvenimenti li ġew irreġistrati f'dak iż-żmien. Intqal li matul dan iż-żmien ta' devozzjoni reliġjuża, folla ta' iktar minn elf penitent ġibdu l-karrettuni mimlija provvisti tal-kostruzzjoni bħal ġebel, injam, qmuħ, eċċ. lejn is-sit. Fl-1134, nar ieħor fir-raħal wassal għal ħsarat fil-faċċata u fil-kampnar tal-katidral. Il-kostruzzjoni diġà kienet bdiet fit-torri tat-Tramuntana f'nofs is-snin 20 tas-seklu 12, u t-torri kien ġie msaqqaf bi spira tal-injam għall-ħabta tal-1142. Is-sit tat-torri tan-Nofsinhar kien okkupat mill-Hotel Dieu li ġarrab ħsarat min-nirien. It-tħaffir għal dak it-torri beda minnufih. Matul il-kostruzzjoni, l-iskulturi għall-Portal Irjali (il-biċċa l-kbira skolpiti qabel) ġew integrati mal-ħitan tat-torri tan-Nofsinhar. L-għamla kwadra tat-torri ġiet mibdula għal ottagonu għall-ispira eżatt wara t-Tieni Kruċjata. It-torri tlesta għall-ħabta tal-1165 u kienet tlaħħaq għoli ta' 105 metri (345 pied), wieħed mill-ogħla fl-Ewropa. Kien hemm narthex bejn it-torrijiet u kappella ddedikata lil San Mikiel. Traċċi tal-volti u tax-xaftijiet li kienu jirfduhom għadhom viżibbli fiż-żewġ niċeċ tal-Punent. Il-ħġieġ ikkulurit fit-tliet twieqi ppuntati fuq il-portali jmur lura għal qabel l-1145. Il-Portal Irjali fil-faċċata tal-Punent, bejn it-torrijiet, li huwa d-daħla primarja tal-katidral, x'aktarx li tlesta xi sena wara l-1140. Nirien u rikostruzzjoni (1194-1260) Fl-10 ta' Ġunju 1194 billejl, nar kbir ieħor qered il-katidral. Baqgħu jeżistu biss il-kripta, it-torrijiet u l-faċċata l-ġdida. Il-katidral diġà kien magħruf mal-Ewropa kollha bħala destinazzjoni għall-pellegrinaġġi, minħabba r-relikwi tal-Madonna ta' ġo fih. Legat tal-Papa inzerta kien qiegħed f'Chartres meta kien hemm in-nirien, u xerred l-aħbar. Inġabru fondi minn patruni rjali u nobbli mill-Ewropa kollha, kif ukoll donazzjonijiet żgħar mill-popolin. Ir-rikostruzzjoni bdiet kważi mill-ewwel. Xi partijiet tal-binja baqgħu jeżistu, inkluż iż-żewġ torrijiet u l-Portal Irjali fuq in-naħa tal-Punent, u dawn ġew inkorporati fil-katidral il-ġdid. In-navata, il-korsiji u l-livelli l-baxxi tat-transett tal-katidral il-ġdid x'aktarx li tlestew l-ewwel, imbagħad il-kor u l-kappelli tal-apsida; u fl-aħħar il-partijiet ta' fuq tat-transett. Sal-1220 is-saqaf kien tlesta. Il-partijiet maġġuri tal-katidral il-ġdid, bil-ħġieġ ikkulurit u l-iskulturi, fil-biċċa l-kbira kienu lesti għalkollox fi żmien ħamsa u għoxrin sena biss, li kienet kostruzzjoni tassew rapida għal dak iż-żmien. Il-katidral ġie kkonsagrat mill-ġdid b'mod formali f'Ottubru 1260, fil-preżenza tar-Re Lwiġi IX ta' Franza, u l-istemma tiegħu ġiet impittra fuq id-daħla li twassal għall-apsida. Modifiki li saru iktar tard (is-sekli 13-18) u l-Inkurunazzjoni ta' Enriku IV ta' Franza Wara dan iż-żmien saru relattivament ftit tibdiliet. Ġew proposti seba' spiri addizzjonali fil-pjanti oriġinali, iżda dawn qatt ma nbnew. Fl-1326, kappella ġdida ta' żewġ sulari, iddedikata lil San Piatus ta' Tournai u bir-relikwi tiegħu, ġiet miżjuda mal-apsida. L-aċċess għas-sular ta' fuq ta' din il-kappella kien permezz ta' taraġ li jagħti għall-ambulatorju. Il-kappella normalment tkun magħluqa għall-viżitaturi, għalkemm okkażjonalment tospita xi wirjiet temporanji. Kappella oħra nfetħet fl-1417 minn Lwiġi, il-Konti ta' Vendôme, li kien inqabad mill-Ingliżi fil-Battalja ta' Agincourt u li ġġieled spalla ma' spalla ma' Ġovanna t'Arc fl-assedju ta' Orléans. Tinsab fil-ħames niċċa tal-korsija tan-Nofsinhar u hija ddedikata lill-Madonna. L-istil Gotiku Aħħari elaborat ħafna tagħha toħloq kuntrast mal-kappelli iktar bikrin. Fl-1506, is-sajjetti qerdu l-ispira tat-Tramuntana, li reġgħet inbniet bl-istil Gotiku Aħħari mill-1507 sal-1513 mill-arkitett Jean Texier. Wara li lesta l-ispira, huwa beda jibni ħajt diviżorju ġdid fuq ġewwa tal-katidral li kien jissepara l-ispazju tal-kor ċerimonjali min-navata fejn kien joqogħdu bilqiegħda l-fidili. Fis-27 ta' Frar 1594, ir-Re Enriku IV ta' Franza ġie inkurunat fil-Katidral ta' Chartres, minflok fil-Katidral ta' Reims kif kien isir tradizzjonalment, peress li kemm Pariġi kif ukoll Reims dak iż-żmien kienu okkupati mil-Lega Kattolika. Iċ-ċerimonja saret fil-kor tal-knisja, u mbagħad ir-Re u l-Isqof telgħu mal-ħajt diviżorju biex ikunu jistgħu jarawhom in-nies preżenti fin-navata. Wara ċ-ċerimonja u quddiesa, marru lejn ir-residenza tal-isqof ħdejn il-katidral għal bankett. Fl-1753, saru iktar modifiki fuq ġewwa tal-katidral biex jiġi adattat għall-prattiki teoloġiċi l-ġodda. Il-pilastri tal-ġebel ġew miksija bl-istukko, u t-tapizzeriji fuq wara tas-sedji ġew sostitwiti b'riljievi tal-irħam. Il-ħajt diviżorju li kien jissepara l-kor liturġiku min-navata tneħħa u nbnew is-sedji attwali minfloku. Fl-istess żmien, xi ħġieġ ikkulurit fil-klerestorju tneħħa u ġie sostitwit bi ħġieġ grisaille, u b'hekk żdied ferm id-dawl fuq l-artal maġġuri fiċ-ċentru tal-knisja. Rivoluzzjoni Franċiża u seklu 19 Fil-bidu tar-Rivoluzzjoni Franċiża kien hemm attakk fuq il-katidral li beda jeqred l-iskulturi mal-portal tat-Tramuntana, iżda twaqqaf minn folla kbira ta' ċittadini ta' Chartres. Il-Kumitat Rivoluzzjonarju lokali ddeċieda li jeqred il-katidral permezz ta' splussivi u staqsa lil arkitett lokali biex isib l-aqwa post fejn kellhom jitpoġġew l-isplussivi. Huwa salva l-binja billi indika li l-ammont kbir ta' radam mit-tiġrif tal-binja tant kien jibblokka t-toroq li kienu jdumu s-snin biex ineħħuh. Il-katidral, bħall-Katidral tal-Madonna ta' Pariġi u katidrali maġġuri oħra, sar proprjetà tal-istat Franċiż u ċ-ċerimonji ta' qima ġo fih twaqqfu sa żmien Napuljun, iżda ma ġarrabx iktar ħsarat. Fl-1836, minħabba t-traskuraġni tal-ħaddiema, qabad nar li qered is-saqaf tal-injam miksi biċ-ċomb u ż-żewġ kampnari, iżda l-istruttura tal-binja u l-ħġieġ ikkulurit baqgħu intatti. Is-saqaf l-antik ġie ssostitwit minn saqaf miksi bir-ram fuq qafas tal-ħadid. Dak iż-żmien, il-qafas fuq it-transett kien l-ikbar wieħed fl-Ewropa. Tieni Gwerra Dinjija Fi Franza, it-Tieni Gwerra Dinjija kienet battalja bejn l-Alleati u l-Ġermaniżi. F'Lulju 1944, il-Brittaniċi u l-Kanadiżi sabu ruħhom imrażżna lejn in-Nofsinhar ta' Caen. L-Amerikani u l-ħames diviżjonijiet tagħhom ippjanaw rotta alternattiva lejn il-Ġermaniżi. Filwaqt li xi Amerikani marru lejn il-Punent u n-Nofsinhar, oħrajn sabu ruħhom maqbuda f'attakk fil-Lvant ta' Caen li wassalhom wara t-trunċiera tal-front tal-forzi Ġermaniżi. Hitler ordna lill-Kummissarju Ġermaniż Kluge biex javvanza lejn il-Punent biex iwaqqaf lill-Amerikani. Dan fl-aħħar mill-aħħar wassal biex l-Alleati jidħlu f'Chartres f'nofs Awwissu 1944. Fis-16 ta' Awwissu 1944, il-katidral ġie salvat mill-qerda bis-saħħa tal-kurunell Amerikan Welborn Barton Griffith Jr. (1901-1944), li mar kontra l-ordni li ngħata biex jimmira l-attakk tiegħu lejn il-katidral. L-Amerikani kienu jemmnu li l-ispiri u l-kampnari kienu qed jintużaw bħala postijiet ta' osservazzjoni għall-artillerija Ġermaniża. Griffith, akkumpanjat minn suldat voluntier, minflok iddeċieda li jmur u jivverifika jekk il-Ġermaniżi kinux tassew qed jużaw il-katidral b'dak il-mod. Griffith sab li l-katidral kien vojt, u b'hekk ordna li l-qniepen tal-katidral jindaqqu bħala sinjal għall-Amerikani biex ma jisparawx. Malli sema' l-qniepen, il-kmand Amerikan neħħa l-ordni ta' sparar. Il-Kurunell Griffith miet fil-ġlied dakinhar stess fir-raħal ta' Lèves, qrib Chartres. Wara mewtu ngħata l-Croix de Guerre avec Palme (Salib tal-Gwerra bil-Palm 1939-1945), il-Légion d'Honneur (Leġjun tal-Unur) u l-Ordre National du Mérite (Ordni Nazzjonali tal-Mertu) tal-gvern Franċiż kif ukoll is-Salib tas-Servizz Distint tal-gvern Amerikan. Restawr fl-2009 Fl-2009, id-diviżjoni tal-Monuments Historiques tal-Ministeru Franċiż għall-Kultura beda programm ta' xogħlijiet fuq il-katidral li sewa $18.5-il miljun, bit-tindif fuq ġewwa u fuq barra tal-katidral, il-protezzjoni tal-ħġieġ ikkulurit b'kisja protettiva, u t-tindif u t-tibjid fuq ġewwa b'kulur bajdani b'dettalji ta' trompe-l'œil taparsi rħam u ndurar, kif x'aktarx kienet id-dehra tal-katidral minn ġewwa fis-seklu 13. Dan kien ħoloq kontroversja sħiħa. Liturġija Il-katidral huwa s-sede tal-Isqof ta' Chartres tad-Djoċesi ta' Chartres. Id-djoċesi hija parti mill-provinċja ekkleżjastika ta' Tours. Kull filgħaxija mill-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001, jiġu kantati vespri mill-Komunità ta' Chemin Neuf. Kronoloġija 743 - L-ewwel darba li l-Katidral ta' Chartres issemma f'test. Għall-ħabta tat-876 - Karlu l-Fartas ta relikwa sagra importanti lill-katidral, il-velu tal-Madonna, u b'hekk il-katidral sar destinazzjoni importanti għall-pellegrinaġġi. 1020 - In-nirien jaħkmu lill-katidral. L-Isqof Fulbert jibda r-rikostruzzjoni. 1030 - Katidral ġdid iddedikat lill-Isqof Thierry, is-suċċessur ta' Fulbert. 1134 - Il-kostruzzjoni tal-portal irjali. 1170 - It-tlestija tat-torri tal-kampnar tan-Nofsinhar. 1194 – In-nirien jeqerdu l-biċċa l-kbira tal-belt u parti kbira mill-katidral, iżda l-kripta u l-faċċata l-ġdida jibqgħu intatti. Il-ġbir tal-fondi u r-rikostruzzjoni jibdew minnufih. 1221 - Jitlestew il-volti l-ġodda. Il-kleru jieħu s-sjieda tal-kor il-ġdid. 1210-1250 - Installazzjoni maġġuri ta' twieqi bil-ħġieġ ikkulurit fil-kor u fin-navata. 1260 - Il-konsagrazzjoni tal-katidral il-ġdid fil-preżenza ta' Lwiġi IX (San Lwiġi). Inbena saqaf fuq ix-chevet, it-transett u n-navata. 1270-1280 - It-tlestija tas-sagristija. 1324-1353 - Il-kostruzzjoni tal-Kappella ta' San Piatus. 1417 - It-tlestija tal-Kappella tal-Annunzjata. 1507-1513 - It-torri tat-Tramuntana jġarrab ħsarat min-nirien u jinbena mill-ġdid bi stil Gotiku Aħħari. 1513 - Jibda x-xogħol fuq it-torri tal-kor minn Jehan de Beuce. 1520- Il-loġġa tat-torri tal-arloġġ tibda tinbena fuq in-naħa tat-Tramuntana. 1594 - Peress li l-Katidral ta' Reims kien okkupat mil-Lega Kattolika, l-Inkurunazzjoni ta' Enriku IV ta' Franza ssir fil-Katidral ta' Chartres. 1789 - Wara r-Rivoluzzjoni Franċiża, il-proprjetà tal-knisja nħatfet u l-qima Kattolika ġiet ipprojbita. 1792- It-teżor tal-katidral ġie kkonfiskat mill-gvern rivoluzzjonarju. 1802 - Il-knisja reġgħet bdiet tintuża b'mod esklużiv bħala Knisja Kattolika. 1805 - Jibda r-restawr tal-knisja. 1836 - In-nirien jeqirdu x-xorok tas-saqaf u s-saqaf inġenerali. Dawn jiġu sostitwiti bi struttura tal-metall u b'saqaf tar-ram. 1840 - Il-katidral ġie kklassifikat bħala monument storiku nazzjonali. 1857 - It-tlestija ta' Notre-Dame-du-Pilier. 1908 - Il-katidral jingħata status ta' bażilika. 1979 - Il-katidral tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. 1992 - Jiġi installat artal maġġuri ġdid fil-kor mill-iskultur Franċiż-Georgjan Goudji. 1994 - Il-katidral jiċċelebra t-800 anniversarju mill-ewwel rikostruzzjoni. 2009 - Kampanja ġdid ta' restawr, inkluż it-tindif u t-tibjid tal-ħitan bil-kuluri ċari u bl-atmosfera oriġinali. Deskrizzjoni Statistika Tul: 130 metru (430 pied) Wisa': 32 metru (105 pied) / 46 metru (151 pied) Navata: għolja 37 metru (121 pied); wiesgħa 16.4-il metru (54 pied) Erja: 10,875 metru kwadru (117,060 pied kwadru) Għoli tat-torri tal-Lbiċ: 105 metri (344 pied) Għoli tat-torri tal-Majjistral: 113-il metru (371 pied) 176 tieqa bil-ħġieġ ikkulurit Kor: 200 statwa f'41 xena Pjanta u elevazzjoni – dniefel Il-pjanta, bħal f'katidrali Gotiċi oħra, għandha għamla ta' salib u ġiet iddeterminata mill-għamla u mid-daqs tal-fdalijiet tal-pedamenti tal-katidral Rumanesk tas-seklu 11 li jinsabu taħtu. Narthex b'żewġ niċeċ fin-naħa tal-Punent tiftaħ f'navata b'seba' niċeċ li twassal sat-transett ewlieni, u minnu transetti wesgħin jestendu fi tliet niċeċ fuq kull naħa fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Fil-Lvant tat-transett ewlieni hemm erba' niċeċ rettangolari magħluqa b'apsida semiċirkolari. Maġenb in-navata u t-transetti hemm korsiji uniċi, li jitwessgħu f'ambulatorju b'żewġ korsiji madwar il-kor u l-apsida. Mill-ambulatorju joħorġu tliet kappelli semiċirkolari fondi (fuq il-kappelli fondi tal-kripta tal-Isqof Fulbert tas-seklu 11). Filwaqt li l-pjanta tal-katidral kienet tradizzjonali, l-elevazzjoni tiegħu kienet tispikka iktar u kienet iktar oriġinali, bis-saħħa tal-użu tad-dniefel biex jirfdu l-ħitan ta' fuq. Dan kien l-ewwel użu magħruf tagħhom f'katidral Gotiku. Dawn il-kolonni tqal tal-ġebel ġew ikkollegati mal-ħitan permezz ta' ħnejjiet doppji tal-ġebel, u msaħħa permezz ta' kolonni, bħall-imgħażel ta' rota. Kull waħda minn dawn il-kolonni hija magħmula minn blokka waħda tal-ġebel. Il-ħnejjiet jagħfsu mal-ħitan, u joħolqu kontrobilanċ fil-konfront tal-forza 'l barra mill-volti fuq ġewwa tal-katidral. Dawn il-volti kienu innovattivi wkoll, peress li kellhom erba' kompartimenti biss, għad-differenza tal-volti b'sitt kompartimenti tal-knejjes Gotiċi iktar bikrin. Kienu eħfef u setgħu jaqsmu distanza ikbar. Peress li d-dniefel kienu sperimentali, l-arkitett bi prudenza żieda dniefel addizzjonali moħbija taħt is-soqfa tal-korsiji. L-elevazzjonijiet tal-katidrali Gotiċi iktar bikrin normalment kellhom erba' livelli biex ikollhom solidità; arkata ta' kolonni kbar tul il-pjanta, li tappoġġa gallerija jew tribuna wiesgħa bil-ħnejjiet, taħt triforju b'arkata idjaq; imbagħad, taħt is-saqaf, mal-ħitan ogħla u irqaq, jew il-klerestorju, kien hemm it-twieqi. Bis-saħħa tad-dniefel, l-arkitetti tal-Katidral ta' Chartres setgħu jeliminaw il-gallerija għalkollox, jagħmlu t-triforju dejjaq ħafna, u jkollhom ħafna iktar spazju għat-twieqi ta' fuq. Il-Katidral ta' Chartres ma kienx l-ewwel katidral fejn intużat din l-innovazzjoni, iżda fih intużat b'mod ferm iktar konsistenti u effettiv. Din it-tip ta' pjanta bid-dniefel ġiet adottata mill-katidrali maġġuri tas-seklu 13, b'mod partikolari l-Katidral ta' Amiens u l-Katidral ta' Reims. Innovazzjoni arkitettonika oħra fil-Katidral ta' Chartres kienet id-disinn tal-pilastri prinċipali enormi li jirfdu l-piż tas-saqaf permezz tal-kompartimenti rqaq tal-ġebel tal-volti ta' fuq. Il-piż tas-saqaf jinġarr mill-kompartimenti rqaq tal-ġebel tal-volti 'l barra lejn il-ħitan, fejn jiġi kontrobbilanċjat mid-dniefel, u 'l isfel, l-ewwel mill-kolonni kkollegati flimkien mill-kompartimenti tal-volta, imbagħad mill-pilastri tondi u ottagonali magħmula minn erba' nofs kolonni magħqudin flimkien. Dan id-disinn tal-pilastri, magħruf bħala pilier cantonné, kien b'saħħtu, sempliċi u eleganti, u kien jippermetti l-użu ta' twieqi kbar bil-ħġieġ ikkulurit fil-klerestorju. Għalkemm l-iskulturi mal-portali tal-Katidral ta' Chartres ġeneralment huma ta' standard għoli, id-diversi elementi mnaqqxa fuq ġewwa, bħall-kapitelli u tiżjin ieħor, għandhom lavur pjuttost batut (meta mqabbel pereżempju ma' dawk tal-Katidrali ta' Reims jew ta' Soissons) – ir-raġuni hija sempliċementi li l-portali ġew imnaqqxa bl-ifjen ġebla tal-ġir ta' Pariġi, filwaqt li l-kapitelli fuq ġewwa ġew imnaqqxa mill-ġebla lokali ta' Berchères, li hija iebsa biex tinħadem u tista' tkun dgħajfa. Sit ta' Wirt Dinji Il-Katidral ta' Chartres ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 u fl-2009 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Katidrali fi Franza Franza Siti ta' Wirt Dinji
28990
https://mt.wikipedia.org/wiki/Liz%20Truss
Liz Truss
Liz Truss jew Mary Elizabeth Truss (twieldet fis-26 ta' Lulju 1975) hija politiku Brittaniku u Kap tal-Partit Konservattiv u kienet Prim Ministru tar-Renju Unit mis-6 ta' Settembru 2022 sal-20 ta' Ottubru 2022, l-iżjed Prim Ministru fir-Renju Unit li dam l-inqas fil-kariga. Hija kienet Membru Parlamentari (MP) għal-Lbiċ ta' Norfolk mill-2010. Truss ħadmet f'diversi uffiċċji tal-Kabinett taħt l-eks Prim Ministri David Cameron, Theresa May u Boris Johnson. Truss attendiet il-Kulleġġ ta' Merton f'Oxford u kienet il-President tad-Demokratiċi Liberali tal-Università ta' Oxford. Fl-1996 ggradwat u ngħaqdet mal-Partit Konservattiv. Ħadmet ma' Shell u ma' Cable & Wireless, u kienet viċi direttur tal-grupp ta' esperti msejjaħ Reform. Wara żewġ tentattivi li ma rnexxux biex tiġi eletta fil-House of Commons, ġiet eletta bħala l-MP għal-Lbiċ ta' Norfolk fl-elezzjoni ġenerali tal-2010. Bħala membru parlamentari bla portafoll, hija sejħet għar-riformi f'diversi oqsma ta' politika, fosthom l-indukrar tat-tfal, il-matematika fl-edukazzjoni u l-ekonomija. Hija stabbiliet il-Grupp Imprenditorjali Ħieles tal-MP Konservattivi u kienet l-awtur jew il-koawtur ta' għadd ta' dokumenti u kotba, inkluż After the Coalition (2011) u Britannia Unchained (2012). Truss kienet Sottosegretarju Parlamentari tal-Istat għall-Indukrar tat-Tfal u l-Edukazzjoni mill-2012 sal-2014, qabel ma nħatret fil-Kabinett minn Cameron bħala Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali fir-reshuffle tal-kabinett fl-2014. Għalkemm kienet tappoġġa l-kampanja tar-Renju Unit Iktar B'Saħħtu fl-Ewropa biex pajjiżha jibqa' fl-Unjoni Ewropea fir-referendum tal-2016, hija appoġġat il-Brexit (ħruġ tar-Renju Unit mill-UE) wara li ħareġ ir-riżultat. Wara li Cameron irriżenja f'Lulju 2016, Truss inħatret bħala Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja u Kanċilliera minn May, u saret l-ewwel Kanċilliera mara fl-istorja ta' elf sena tal-uffiċċju. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017 fir-Renju Unit, Truss inħatret bħala Kap Segretarju tat-Teżor. Wara li May irriżenjat fl-2019, Truss appoġġat il-kandidatura ta' Johnson biex isir il-kap tal-Konservattivi. Wara l-ħatra ta' Johnson bħala Prim Ministru, huwa ħatar lil Truss bħala Segretarju tal-Istat għall-Kummerċ Internazzjonali u bħala President tal-Bord tal-Kummerċ. Hija kellha rwol addizzjonali bħala l-Ministru għan-Nisa u l-Ugwaljanza f'Settembru 2019. Ġiet promossa għal Segretarju tal-Affarijiet Barranin minn Johnson fir-reshuffle tal-kabinett fl-2021. Inħatret bħala n-negozjatur ewlieni tal-gvern mal-Unjoni Ewropea u bħala l-President tal-Kunsill tal-Partenarjat bejn l-UE u r-Renju Unit f'Diċembru 2021. Wara r-riżenja ta' Johnson f'nofs kriżi tal-gvern, hija rebħet l-elezzjoni għall-kap tal-Partit Konservattiv u ffurmat il-kabinett tagħha. Liz Truss irriżenjat mill-kariga ta' Prim Ministru tar-Renju Unit fl-20 ta' Ottubru 2022. Pubblikazzjonijiet Kounine, Laura; Marks, John; Truss, Elizabeth (2008). The value of mathematics. Londra: Reform. ISBN 978-1-905730-09-4. Bassett, Dale; Cawston, Thomas; Thraves, Laurie; Truss, Elizabeth (2009). A new level. Londra: Reform. ISBN 978-1-905730-19-3. Truss, Elizabeth; Bosanquet, Nick (2009). Risky Business: "Nudging" you to make the "right" choices. Londra: Chartered Insurance Institute. Truss, Elizabeth (2011). Academic rigour and social mobility: how low income students are being kept out of top jobs. Centre Forum. Kwarteng, Kwasi; Patel, Priti; Raab, Dominic; Skidmore, Chris; Truss, Liz (2011). After the Coalition. Londra: Biteback Publishing. ISBN 978-1-84954-212-8. Truss, Elizabeth (2012). Affordable quality: new approaches to childcare. Centre Forum. Truss, Elizabeth (2016). EU membership – benefits for animal health and welfare. Veterinary Record. 178 (18): 435. Referenzi Politiċi Brittaniċi Prim Ministri tar-Renju Unit Twieldu fl-1975 Nies ħajjin Nisa
28991
https://mt.wikipedia.org/wiki/Giorgia%20Meloni
Giorgia Meloni
Giorgia Meloni (twieldet fil-15 ta' Jannar 1977) hija ġurnalista u politika Taljana. Ilha l-kap tal-partit politiku konservattiv nazzjonali Fratelli d'Italia (litteralment l-Aħwa tal-Italja) mill-2014 u l-President tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej mill-2020. Ilha membru tal-Kamra tad-Deputati tal-Italja mill-2006. Meloni kienet Ministru għaż-Żgħażagħ fir-raba' gvern ta' Silvio Berlusconi (2008-2011) u kienet President ta' Azione Giovani u ta' Azione Studentesca, is-sezzjonijiet taż-żgħażagħ ta' Alleanza Nazionale u ta' Popolo della Libertà, rispettivament. Ħajja bikrija Meloni twieldet f'Ruma fl-1977. Missierha kien minn Sardenja u ommha minn Sqallija; missierha, li kien konsulent tat-taxxi, ħalla l-familja meta kellha ħdax-il sena. Hi trabbiet fid-distrett ta' Garbatella. Fl-1992, meta kellha 15-il sena, Meloni ssieħbet mal-Front taż-Żgħażagħ, is-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-Moviment Soċjali Taljan tal-konservattivi nazzjonali. Matul dawn is-snin, stabbiliet il-koordinazzjoni taż-żgħażagħ Gli Antenati (L-Antenati), li ħadet sehem fil-protesta kontra r-riforma tal-edukazzjoni pubblika promossa mill-Ministru Rosa Russo Iervolino. Fl-1996 saret il-mexxej nazzjonali ta' Azione Studentesca, il-moviment tal-istudenti ta' Alleanza Nazionale, u rrappreżentat lil dan il-moviment fil-Forum tal-Assoċjazzjonijiet tal-Istudenti stabbilit mill-Ministeru Taljan għall-Edukazzjoni. Fl-istess sena kisbet il-lawrija mill-Istitut ta' Amerigo Vespucci. Meloni ddikjarat li kisbet id-diploma fil-lingwi mill-Istitut ta' Amerigo Vespucci f'Ruma b'marka finali ta' 60/60. Iżda milli jidher l-istitut ma kienx jgħallem il-lingwi (u b'hekk ikkwalifikat biex jagħti diploma fil-lingwi), iżda istitut tekniku għoli speċjalizzat fl-industrija tat-turiżmu. Dan ħoloq kontroversja jekk gidbitx dwar id-diploma tagħha. Fl-1998, wara li rebħet l-elezzjoni primarja, ġiet eletta bħala kunsilliera tal-Provinċja ta' Ruma, u baqgħet f'din il-kariga sal-2002. Fis-sena 2000 ġiet eletta bħala direttur nazzjonali u fl-2004 kienet l-ewwel president mara ta' Azione Giovani, is-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-partit. Matul dawk is-snin, Meloni ħadmet bħala babysitter, waitress u bartender fil-Piper Club, wieħed mill-iżjed night clubs famużi f'Ruma dak iż-żmien. Karriera politika Ministru għaż-Żgħażagħ Fl-elezzjoni ġenerali tal-2006 tal-Italja, Meloni ġiet eletta fil-Kamra tad-Deputati, fejn saret l-iżgħar Viċi President fl-istorja. Fl-istess sena bdiet taħdem bħala ġurnalista. Fl-2008, inħatret Ministru għaż-Żgħażagħ fir-raba' kabinett ta' Berlusconi, kariga li żammet sas-16ta' Novembru 2011, meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Silvio Berlusconi ġie mġiegħel jirriżenja f'nofs kriżi finanzjarja u protesti pubbliċi. Hi kienet l-iżgħar Ministru fl-istorja tal-Italja unifikata. F'Awwissu 2008, Meloni stiednet lill-atleti Taljani jibbojkottjaw iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku ta' Beijing bħala turija ta' nuqqas ta' qbil mal-politika taċ-Ċina implimentata fir-rigward tat-Tibet; din l-istqarrija ġiet ikkritikata minn Berlusconi, kif ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franco Frattini. Fl-2009, il-partit tagħha wettaq fużjoni ma' Forza Italia f'Popolo della Libertà u ħadet f'idejha l-Presidenza tas-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-partit unifikat, imsejjaħ Giovane Italia. Fl-istess sena vvutat għad-digriet tal-liġi kontra l-ewtanasja. F'Novembru 2010, f'isem il-ministeru, ippreżentat pakkett ta' 300 miljun ewro msejjaħ id-Dritt għal Futur. Dan kien immirat lejn l-investiment fiż-żgħażagħ u kien fih ħames inizjattivi, inkluż inċentivi għall-imprendituri l-ġodda, bonusijiet favur il-ħaddiema temporanji u selfiet għall-istudenti li jkun jistħoqqilhom. F'Novembru 2012 ħabbret li kienet se tikkontesta għal kap tal-partit Popolo della Libertà kontra Angelino Alfano, f'oppożizzjoni għall-appoġġ tal-partit favur il-kabinett ta' Mario Monti. Wara li ġew ikkanċellati l-elezzjonijiet primarji, ingħaqdet ma' politiċi oħra bħal Ignazio La Russa u Guido Crosetto u stabbiliet politika kontra Monti, fejn talbet għat-tiġdid fi ħdan il-partit u kienet kritika wkoll tat-tmexxija ta' Berlusconi. Kap ta' Fratelli d'Italia F'Diċembru 2012, Meloni, La Russa u Crosetto stabbilew moviment politiku ġdid, Fratelli d'Italia (FdI). Isem il-partit issawwar mill-innu nazzjonali Taljan. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 fl-Italja, hija kienet tagħmel parti mill-koalizzjoni taċ-Ċentru-Lemin ta' Berlusconi u kisbet 2.0 % tal-voti u tellgħet disa' siġġijiet. Meloni ġiet eletta mill-ġdid fil-Kamra tad-Deputati għal-Lombardia u iktar 'il quddiem inħatret bħala l-mexxej tal-partit fil-Kamra, kariga li żammet sal-2014, meta mbagħad irriżenjat biex tiddedika l-ħin tagħha għall-partit. Minflokha laħaq Fabio Rampelli. F'Marzu 2014, Meloni saret il-President ta' FdI, u f'April ġiet innominata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014 fl-Italja bħala l-mexxej ta' FdI fil-ħames kostitwenzi kollha. Il-partit ta' FdI kiseb 3.7 % tal-voti, u ma qabiżx il-livell limitu ta' 4 %, u b'hekk ma saritx Membru tal-Parlament Ewropew; hija kisbet 348,700 vot. Fl-4 ta' Novembru 2015, stabbiliet Artna – It-Taljani ma' Giorgia Meloni, kumitat politiku konservattiv b'appoġġ għall-kampanji tagħha. Din kienet organizzazzjoni parallela ma' FdI, u kellha l-għan li twessa' l-bażi popolari ta' Fratelli d'Italia. Fit-30 ta' Jannar 2016, Meloni pparteċipat f'Jum il-Familja, dimostrazzjoni kontra d-drittijiet tal-persuni LGBT, u ddikjarat li kienet kontra d-dritt tal-adozzjoni mill-persuni LGBT. Fl-istess Jum il-Familja, Meloni ħabbret li kienet tqila; bintha Ginevra twieldet fis-16 ta' Settembru. Fl-elezzjoni muniċipali tal-2016 f'Ruma, ikkontesta għal sindku bl-appoġġ ta' Noi ma' Matteo Salvini u kontra l-kandidat appoġġat minn Forza Italia ta' Berlusconi. Meloni kisbet 20.6 % tal-voti, kważi d-doppju tal-kandidat ta' FI, iżda ma kkwalifikatx għall-elezzjonijiet każwali, filwaqt li FdI kiseb 12.3 % tal-voti. Fl-2016 meta sar ir-referendum kostituzzjonali dwar ir-riforma promossa mill-gvern ta' Matteo Renzi, Meloni stabbiliet il-kumitat "Le, Grazzi" u pparteċipat f'diversi dibattiti televiżivi, inkluż wieħed kontra l-eks Prim Ministru Matteo Renzi. Peress li l-"Le" rebaħ bi kważi 60 % tal-voti, Meloni sejħet għall-elezzjonijiet minnufih. Meta Renzi rriżenja, hi ma tatx il-fiduċja tagħha lill-gvern ta' wara ta' Paolo Gentiloni. Fit-2 u fit-3 ta' Diċembru 2017 fi Trieste, il-kungress ta' FdI wassal għall-elezzjoni mill-ġdid ta' Meloni bħala President tal-partit, kif ukoll it-tiġdid tal-logo tal-partit u s-sħubija ta' Daniela Santanchè, politiku li għal żmien twil kienet tal-Lemin. Bħala kap tal-partit, Meloni ddeċidiet tifforma alleanza mal-Lega Nord ta' Matteo Salvini, u nediet diversi kampanji politiċi miegħu kontra l-gvern taċ-Ċentru-Xellug immexxi mill-Partit Demokratiku, u b'hekk il-partit FdI kien meqjus għall-ewwel bħala Ewroxettiku u populist. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2018 fl-Italja, FdI kien parti mill-koalizzjoni taċ-Ċentru-Lemin, flimkien ma' Forza Italia ta' Berlusconi, il-Lega ta' Salvini, u Noi con l'Italia ta' Raffaele Fitto. Il-partit ta' Meloni kiseb 4.4 % tal-vot u iktar minn tliet darbiet l-għadd ta' siġġijiet mirbuħa fl-2013. Ġiet eletta fil-Kamra tad-Deputati mill-kostitwenza b'membru uniku ta' Latina, il-Lazio, b'41 % tal-voti. L-alleanza taċ-Ċentru-Lemin, fejn il-Lega feġġet bħala l-forza politika prinċipali, rebħet bosta siġġijiet fil-Kamra tad-Deputati; għalkemm l-ebda grupp jew partit politiku uniku ma' kiseb maġġoranza assoluta. Minn Frar 2021, Meloni saret membru tal-Istitut ta' Aspen, grupp ta' esperti internazzjonali bil-kwartieri ġenerali f'Washington D.C., li jinkludi bosta finanziera, negozjanti u politiċi. Fid-19 ta' Frar 2021, il-professur tal-Università ta' Siena Giovanni Gozzini insulta lil Meloni fuq ir-radju; kemm il-President Sergio Mattarella kif ukoll il-Prim Ministru Mario Draghi ċemplu lil Meloni u stigmatizzaw lil Gozzini, li ġie sospiż mill-bord tal-università. In October 2021, Meloni signed the Madrid Charter, a 2020 document that describes left-wing groups as enemies of Ibero-America involved in a "criminal project" that are "under the umbrella of the Cuban regime". It was drafted by Vox, a Spanish right-wing ultranationalist party. She also took part at Vox's party congress. In February 2022, Meloni spoke at the annual CPAC, which stands for Conservative Political Action Conference. She told the attending American conservative activists and officials they must defend their views against progressives. Heading into the 2022 Italian general election, a snap election that was called after the fall of the Draghi government, it was agreed among the centre-right coalition that the leader of the party receiving the most votes would be put forward as the prime minister candidate. As of July 2022, Meloni's FdI is the first party in the coalition according to opinion polling, and is widely expected to become Prime Minister of Italy if the centre-right coalition obtain an absolute majority in Parliament, which could be the most right-wing government in the history of the Italian Republic according to some academics. In an attempt to moderate herself to placate fears among those who describe FdI as neo-fascist or far right, including fears within the European Commission that she could lead Italy towards Hungary under Viktor Orbán, Meloni told the foreign press that Italian Fascism is history. As president of the European Conservatives and Reformists Party, she said she shared the experiences and values of the Conservative Party in the United Kingdom, Likud in Israel, and the Republican Party in the United States. Critics were skeptical of her claims, citing her speeches on immigration and LGBT rights. Ħajja personali Meloni għandha tifla jisimha Ginevra mas-sieħeb tagħha Andrea Giambruno, li huwa ġurnalist li jaħdem mal-Mediaset. Storja elettorali Elezzjonijiet Kitbiet Meloni, Giorgia (2011). Noi crediamo. Saggi (bit-Taljan). Podda, Stefano (kuratur). Milan: Sperling & Kupfer, Mondadori. pp. XXVII, 164. ISBN 978-8-8200-4932-4. Meloni, Giorgia; Meluzzi, Alessandro; Mercurio, Valentina (2019). Mafia nigeriana. Origini, rituali, crimini. I saggi (bit-Taljan). Mantova: Oligo Editore. ISBN 978-8-8857-2325-2. Meloni, Giorgia (2021). Io sono Giorgia, le mie radici, le mie idee. Saggi (bit-Taljan). Ruma: Rizzoli. ISBN 978-8-8171-5468-0. Referenzi Twieldu fl-1977 Politiċi Taljani Nisa Nies ħajjin
28992
https://mt.wikipedia.org/wiki/Frank%20Drake
Frank Drake
Frank Donald Drake (twieled fit-28 ta' Mejju 1930 – miet fit-2 ta' Settembru 2022) kien astronomu u astrofiżiku Amerikan. Drake wettaq studji bir-radju sinifikanti tal-pjaneti u kien involut b'mod notevoli fl-ewwel tfittxija għal intelliġenza ekstraterrestri, inkluż fl-ewwel tentattivi ta' osservazzjoni ta' detezzjoni tal-komunikazzjoni ekstraterrestri fl-1960 fil-Proġett Ozma, u żviluppa l-ekwazzjoni ta' Drake, bħala l-ħallieq tal-messaġġ ta' Arecibo, kodifikazzjoni diġitali ta' deskrizzjoni astronomika u bijoloġika tad-Dinja u l-ħlejjaq li jgħixu fiha għal trażmissjoni fl-univers, u bħala wieħed mill-ewwel fiduċjarji tal-Istitut SETI. Drake jitqies bħala wieħed mill-pijunieri tal-qasam modern tat-tfittxija għall-intelliġenza ekstraterrestri flimkien ma' Giuseppe Cocconi, Philip Morrison, Iosif Shklovsky u Carl Sagan. Ħajja bikrija u edukazzjoni Imwieled fit-28 ta' Mejju 1930, f'Chicago, Illinois, l-Istati Uniti, Drake wera interess minn kmieni fl-elettronika u fil-kimika. Drake kkunsidra għall-ewwel darba l-possibbiltà tal-eżistenza tal-ħajja fuq pjaneti oħra meta kellu tmien snin, wara li sostna li jekk iċ-ċivilizzazzjoni umana kienet riżultat każwali, allura ċivilizzazzjonijiet oħra jaf jeżistu xi mkien ieħor fl-univers. Huwa attenda l-Università ta' Cornell permezz ta' borża ta' studju mill-Korp tat-Taħriġ tal-Uffiċjali ta' Riżerva tal-Flotta Navali. Hemmhekk beda jistudja l-astronomija. L-ideat tiegħu dwar il-possibbiltà tal-ħajja ekstraterrestri ġew imsaħħa permezz ta' lekċer mill-astrofiżiku Otto Struve fl-1951. Wara li kiseb Baċellerat fil-fiżika tal-inġinerija, Drake għal żmien qasir għamilha ta' uffiċjal tal-elettronika fuq il-bastiment militari USS Albany. Imbagħad kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Harvard mill-1952 sal-1955 fejn kiseb Masters u Dottorat fl-astronomija. Huwa ħejja t-teżi tad-dottorat taħt it-tmexxija ta' Cecilia Payne-Gaposchkin. Karriera Drake beda l-karriera tiegħu billi wettaq riċerka radjoastronomika planetari fl-1958-1963 fl-Osservatorju Radjoastronomiku Nazzjonali (NRAO) f'Green Bank, il-Punent ta' Virginia, fejn kien minn ta' quddiem fix-xogħol ta' konverżjoni tal-Osservatorju ta' Arecibo f'faċilità radjoastronomika. Permezz tar-radjoteleskopju f'Green Bank, Drake mmappja ċ-ċentru tal-galassja tat-Triq ta' Sant'Anna għall-ewwel darba, skopra l-jonosfera u tal-manjetosfera tal-pjaneta Ġove, u għamel osservazzjonijiet sinifikanti tal-atmosfera tal-pjaneta Venere. F'April 1959, Drake kiseb l-approvazzjoni mid-direttur tal-NRAO għall-Proġett Ozma għat-tfittxija ta' komunikazzjoni ekstraterrestri bir-radju. Inizjalment, ġie maqbul li l-proġett jinżamm sigriet minħabba l-biża' li jiġi rridikolat. Madankollu, Drake ġie mġiegħel jippubbliċizza x-xogħol tiegħu wara li Cocconi u Morrison ippubblikaw dokument f'Nature f'Settembru 1959 bit-titlu "Tfittxija għal Komunikazzjoni Interstellari". Drake beda jieħu kejliet fl-1960, permezz tar-radjoteleskopju ta' 26 metru tal-NRAO, sabiex ifittex għal xi sinjali possibbli mis-sistemi ta' stilel ta' Tau Ceti u Epsilon Eridani. Ma ġie individwat l-ebda sinjal ekstraterrestri u l-proġett intemm f'Lulju 1960. Madankollu, il-Proġett Ozma wassal biex l-istudent universitarju Carl Sagan jikkuntattja lil Drake, u b'hekk bdiet kollaborazzjoni tul il-ħajja kollha bejn iż-żewġ xjenzati. Fl-1961, Drake ħareġ bl-ekwazzjoni ta' Drake biex jagħmel stima tal-għadd ta' ċivilizzazzjonijiet ekstraterrestri li jistgħu jkunu individwabbli fil-galassja tat-Triq ta' Sant'Anna. L-ekwazzjoni ta' Drake sussegwentement saret magħrufa bħala "t-tieni l-iżjed ekwazzjoni famuża fix-xjenza", wara l-ekwazzjoni E=mc2 ta' Albert Einstein. Fl-1963 għal żmien qasir Drake kien il-kap tas-sezzjoni tax-Xjenza Lunari u Planetarja fil-Laboratorju tal-Propulsjoni bil-Ġettijiet, qabel ma reġa' lura fl-Università ta' Cornell fl-1964 fejn inħatar bħala Professur tal-Astronomija ta' Goldwin Smith fl-1976. Fl-1972, Drake kien kodisinjatur tal-plakka ta' Pioneer ma' Carl Sagan u Linda Salzman Sagan. Il-plakka kienet l-ewwel messaġġ fiżiku li ntbagħat fl-ispazju u li kien maħsub biex jinftiehem minn kwalunkwe forma ta' ħajja ekstraterrestri li tkun biżżejjed avvanzata teknoloġikament biex forsi tinterċettah. Fl-1974, Drake kiteb il-messaġġ ta' Arecibo, l-ewwel messaġġ interstellari trażmess deliberatament mid-Dinja. Iktar 'il quddiem Drake kien direttur tekniku, flimkien ma' Sagan u Ann Druyan, fil-ħolqien tal-Voyager Golden Record li ttella' fuq l-inġenji spazjali Voyager 1 u 2. Drake kien direttur assoċjat taċ-Ċentru għar-Radjofiżika u r-Riċerka Spazjali tal-Università ta' Cornell, bħala direttur tal-Osservatorju ta' Arecibo mill-1966 sal-1968, u direttur taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Astronomija u l-Jonosfera (NAIC), inklu' il-faċilità ta' Arecibo, mill-istabbiliment tiegħu fl-1971 sal-1981. Fl-1984, Drake telaq mill-Università ta' Cornell u sar kap tax-Xjenzi Naturali fl-Università ta' California f'Santa Cruz. Wara li telaq minn dan ir-rwol fl-1988, huwa baqa' professur u kien ukoll il-President tal-Bord ta' Fiduċjarji tal-Istitut SETI wara l-istabbiliment tiegħu fl-1984, kif ukoll direttur taċ-Ċentru ta' Carl Sagan tiegħu għall-Istudju tal-Ħajja fl-Univers. Drake kien il-President tas-Soċjetà Astronomika tal-Paċifiku mill-1988 sal-1990. Mill-1989 sal-1992, Drake kien il-President tal-Bord tal-Fiżika u tal-Astronomija għall-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka. Huwa rtira mit-tagħlim fl-1996 iżda baqa' professur emeritu tal-astronomija u l-astrofiżika fl-Università ta' California. Fl-2010, Drake ma baqax iktar direttur taċ-Ċentru ta' Carl Sagan għall-Istudju tal-Ħajja fl-Univers iżda baqa' parti mill-bord tal-fiduċjarji tal-Istitut SETI. Ħajja personali Fost il-passatempi ta' Drake kien hemm il-qtugħ u l-illostrar tal-ħaġar prezzjuż u l-kultivazzjoni tal-orkidej. Huwa kellu ħamest itfal, fosthom il-ġurnalista xjentifika Nadia Drake. Drake miet fit-2 ta' Settembru 2022, f'daru f'Aptos, California, minn kawżi naturali meta kellu 92 sena. Unuri L-asterojde 4772 Frankdrake issemmiet għalih. Elett fl-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi fl-1972. Elett fl-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi fl-1974. Premju ta' Drake tal-2001 mill-Istitut SETI. Premju tal-Pijunier Spazjali tal-2018 tas-Soċjetà Spazjali Nazzjonali għax-Xjenza u l-Inġinerija. Referenzi Astronomi Fiżiċi Twieldu fl-1930 Mietu fl-2022
28995
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ludovico%20Ariosto
Ludovico Ariosto
Ludovico Ariosto (pronunzja bit-Taljan: [ludoˈviːko aˈrjɔsto, - ariˈɔsto]; twieled fit-8 ta' Settembru 1474 – miet fis-6 ta' Lulju 1533) kien poeta Taljan. Huwa magħruf l-iktar bħala l-awtur tal-Orlando Furioso (1516). Il-poeżija, li hija kontinwazzjoni tal-Orlando Innamorato ta' Matteo Maria Boiardo, tiddeskrivi l-avventuri ta' Karlu Manju, Orlando, u l-Franki fil-battalja kontra s-Saraċeni b'diversi rakkonti sekondarji u digressjonijiet. Il-poeżija tiġi ttrasformata f'satira tat-tradizzjoni kavallereska. Ariosto ħejja l-poeżija bl-iskema tar-rima ottava u introduċa kummentarju narrattiv fl-opra kollha. Ariosto vvinta wkoll it-terminu "umaniżmu" (bit-Taljan: umanesimo) għall-għażla li jenfasizza fuq is-saħħiet u l-potenzjal tal-umanità, iktar milli fuq ir-rwol tiegħu bħala subordinat ta' Alla. Dan wassal għall-umaniżmu tar-Rinaxximent. Ħajja bikrija Ariosto twieled f'Reggio Emilia, fejn missieru Niccolò Ariosto kien il-kmandant taċ-ċittadella. Huwa kien l-ikbar minn għaxart itfal u kien meqjus bħala s-suċċessur tal-pożizzjoni patriarkali tal-familja tiegħu. Minn tfulitu, Ludovico kien interessat ħafna fil-poeżija, iżda missieru obbligah jistudja l-liġi. Wara ħames snin jistudja l-liġi, Ariosto tħalla jistudja l-klassiċi taħt Gregorio da Spoleto. Iżda l-istudji ta' Ariosto tal-letteratura Griega u Latina waqfu ħesrem minħabba li da Spoleto mar Franza ma' Francesco Sforza. Ftit wara, missier Ariosto miet. Edukazzjoni u patrunaġġ Wara l-mewt ta' missieru, Ludovico Ariosto kellu jagħti ġenb lill-letteratura u jieħu ħsieb lil familtu. Minkejja l-obbligi tal-familja tiegħu, Ariosto xorta rnexxielu jikteb xi kummiedji fi proża kif ukoll xi kitbiet liriċi. Uħud minnhom attiraw l-attenzjoni tal-Kardinal Ippolito d'Este, li ħa lill-poeta żagħżugħ taħt il-patrunaġġ tiegħu fil-proprjetà tiegħu. Este ma tantx ta wisq kumpens lil Ariosto għall-isforzi tiegħu; l-unika premju li ta lill-poeta għall-Orlando Furioso, iddedikata lilu, kienet il-mistoqsija, "Minn fejn irnexxielek issib daqstant ġrajjiet, Mastru Ludovico?". Iktar 'il quddiem Ariosto stqarr li l-Kardinal ma kienx rikonoxxenti, li kien jobgħod jaħdem għalih, u li jekk kien jaqla' xi ftit flus, ma kinux bħala premju għall-poeżija tiegħu iżda għaliex kien jagħmilha tal-messaġġier tiegħu. Ludovico Ariosto u Leonardo da Vinci kellhom l-istess patrun, l-oħt il-kbira tal-Kardinal Ippolito d'Este, il-Markiża Isabella d'Este, l-"Ewwel Mara tar-Rinaxximent". Isabella d'Este tissemma fil-kapulavur ta' Ludovico Ariosto, Orlando Furioso. Tidher ukoll fl-Iskizz għal Ritratt ta' Isabella d'Este ta' Leonardo da Vinci fil-Louvre f'Pariġi. Il-kardinal mar l-Ungerija fl-1518 u xtaq li Ariosto jakkumpanjah. Il-poeta wieġeb li ma setax minħabba saħħtu, l-imħabba tiegħu għall-istudju, u l-ħtieġa li jieħu ħsieb lil ommu li kienet anzjana. L-iskużi tiegħu ma ntlaqgħux tajjeb, u lanqas ingħata l-possibbiltà ta' intervista. Ariosto u d'Este daħlu f'argument jaħraq, u Ariosto tkeċċa minnufih. Patrunaġġ ġdid u karriera diplomatika Ħu l-kardinal, Alfonso, id-Duka ta' Ferrara, ħa lil Ariosto taħt il-patroċinju tiegħu. Sa dak iż-żmien, Ariosto kien diġà diplomatiku distint, u wera l-ħiliet tiegħu l-iktar matul iż-żewġ żjarat f'Ruma bħala ambaxxatur tal-Papa Ġulju II. L-għeja u l-iskariġġ ta' wieħed minn dawn il-vjaġġi wassluh biex jimrad u qatt ma rkupra għalkollox, u fit-tieni missjoni tiegħu kważi nqatel minn ordni tal-Papa, li dak iż-żmien inzerta kien f'kunflitt ma' Alfonso. Meta faqqgħet il-gwerra, is-salarju tiegħu ta' 84 kuruna fis-sena ġie sospiż, u tneħħielu għalkollox wara l-gwerra. Minħabba dan, Ariosto staqsa lid-duka biex jew jipprovdilu salarju jew inkella jħallih ifittex impjieg xi mkien ieħor. Huwa nħatar mal-provinċja ta' Garfagnana fl-Appennini, li dak iż-żmien ma kellhiex gvernatur, għal tliet snin. Il-provinċja kienet tiġi attakkata minn fazzjonijiet u ħallelin, u l-gvernatur ma kellux il-mezzi meħtieġa biex jinforza l-awtorità tiegħu, filwaqt li d-Duka ma tantx appoġġah. It-tmexxija ta' Ariosto ssodisfat kemm lis-sovran kif ukoll liċ-ċittadini li apprezzaw l-attenzjoni tiegħu. Tabilħaqq, hemm ġrajja dwar żmien meta kien qed jimxi waħdu u attakkawh grupp ta' ħallelin; il-kap tagħhom malli skopra li kienu attakkaw l-awtur ta' Orlando Furioso, skuża ruħu li ma wriehx ir-rispett mistħoqq. Fl-1508 wasal id-dramm ta' Ariosto, Cassaria, u s-sena ta' wara wasal I suppositi li ġie rreċtat għall-ewwel darba f'Ferrara u għaxar snin wara fil-Vatikan. Edizzjoni ta' proża ġiet ippubblikata f'Ruma fl-1524, u l-ewwel edizzjoni bil-versi ġiet ippubblikata f'Venezja fl-1551. Id-dramm, li ġie tradott minn George Gascoigne u li ttella' f'Gray's Inn f'Londra fl-1566 u li ġie ppubblikat fl-1573, intuża iktar 'il quddiem minn Shakespeare bħala sors għal The Taming of the Shrew. Fl-1516, f'Ferrara ġiet ippubblikata l-ewwel verżjoni ta' Orlando Furioso b'40 canto. It-tielet u l-aħħar verżjoni ta' Orlando Furioso, b'46 canto, waslet fit-8 ta' Settembru 1532. Stil poetiku Fil-kitbiet kollha ta' Ariosto jiddaħħlu kummenti narrattivi msejħa minn Daniel Javitch bħala Cantus Interruptus. Dan it-terminu ta' Javitch jirreferi għat-teknika narrattiva ta' Ariosto f'nofs il-ġrajja ewlenija ta' xi canto, biex imbagħad ikompli f'canto ieħor. Javitch isostni li filwaqt li bosta kritiċi assumew li Ariosto jagħmel dan sabiex iżid it-tensjoni narrattiva u jħajjar lill-qarrej ikompli jaqra iktar, fil-verità l-poeta b'hekk itaffi t-tensjoni narrattivi għaliex jgħaddi ħafna żmien bejn l-interruzzjoni u t-tkomplija. Sa meta l-qarrej jerġa' jasal għat-tkomplija tal-ġrajja, spiss jilħaq jinsa jew jitlef l-interess dwar il-ġrajja ewlenija u sikwit ikun interessa ruħu fi ġrajja oħra. Skont Javitch, Ariosto jagħmel dan sabiex jimmina "x-xewqa bela' iżda persistenti għall-kontinwità u t-tlestija". Ariosto juża din it-teknika tul ix-xogħlijiet kollha tiegħu. Letteratura u kultura popolari Il-poeżija ta' Letitia Elizabeth Landon Ariosto to his Mistress (1836) suppost hija l-indirizz tiegħu għal xi sbuħija mhux magħrufa meta ppreżentalha l-Orlando Furioso. Fil-poeżija tiegħu, Childe Harold's Pilgrimage, Canto the Fourth (1818), Lord Byron iddeskriva l-poeta u r-rumanzier Walter Scott bħala "L-Ariosto tat-Tramuntana", u lil Ariosto bħala "L-iScott tan-Nofsinhar". B'hekk, Byron ikkollega lil Ariosto u r-Rinaxximent Taljan mal-kitba Romantika Skoċċiża u Brittanika tal-bidu tas-seklu 19, b'enfasi fuq it-tradizzjoni letterarja Ewropea. Scott, min-naħa tiegħu, kien influwenzat minn Ariosto u esprima l-ammirazzjoni tiegħu għall-Orlando Furioso. Ludovico Ariosto jitfaċċa wkoll fil-logħba elettronika Assassin's Creed: Revelations (ir-rakkont tal-logħba jiddeskrivi l-vjaġġ ta' Ezio lejn Masyaf, iż-żwieġ ma' Sofia Sartor, it-twelid tat-tfal tiegħu, u l-irtirar tiegħu iktar fid-dettall) bħala assassin. Meta Ezio jirtira wara l-avvenimenti tal-logħba, fl-1513, jagħti l-kariga tiegħu ta' mentor lil Ludovico Ariosto. L-edizzjoni paperback ta' Orlando Furioso titfaċċa minn taħt il-għajn fuq il-mejda waqt ix-xena taċ-ċena tal-episodju "A Ghost" fil-film ta' Jim Jarmusch Mystery Train (1990). Iktar qari Albert R. Ascoli, Ariosto's bitter harmony: crisis and evasion in the Italian renaissance, Princeton: Princeton University Press, 1987. Charles P. Brand, Ludovico Ariosto: a preface to the 'Orlando furioso, Edinburgu: Edinburgh University Press, 1974. Giulio Ferroni, Ludovico Ariosto, Ruma: Salerno Editrice, 2008. Robert Durling, The figure of the poet in Renaissance epic, Cambridge, Massachusetts: Harvard University Press, 1965. Jane E. Everson, Andrew Hiscock u Stefano Jossa (eds), Ariosto, the Orlando Furioso and English Culture. (Oxford: Oxford University Press, 2019). ISBN 9780197266502 Greene, Thomas. The Descent from Heaven, a Study in Epic Continuity. New Haven: Yale University Press, 1963. Javitch, Daniel (2005). The Poetics of Variatio in Orlando Furioso. Modern Language Quarterly. 66''' (1): 1–20. Stefano Jossa, Ariosto, Bologna: il Mulino, 2009. Giuseppe Sangirardi, Ludovico Ariosto'', Firenze: Le Monnier, 2006. Referenzi Poeti Taljani Twieldu fl-1474 Mietu fl-1533
28997
https://mt.wikipedia.org/wiki/Hideki%20Yukawa
Hideki Yukawa
Hideki Yukawa ForMemRS FRSE (bil-Ġappuniż: 湯川 秀樹, Yukawa Hideki, twieled fit-23 ta' Jannar 1907 – miet fit-8 ta' Settembru 1981) kien fiżiku teoriku Ġappuniż u l-ewwel rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel għat-tbassir tiegħu tal-pi meson jew pjon. Bijografija Il-fiżika hija xjenza li għamlet progress rapidu fis-seklu 20 ... Nixtieq, kif kont nixtieq fl-imgħoddi, li nkun vjaġġatur f'xi art stramba u kolonjalist f'pajjiż ġdid. (mid-daħla tal-awtobijografija ta' Yukawa)Huwa twieled bħala Hideki Ogawa f'Tokjo u trabba fi Kjoto flimkien ma' żewġ aħwa subien ikbar, żewġ aħwa bniet ikbar, u żewġ aħwa iżgħar. Huwa qara d-Duttrina ta' Konfuċju, u iktar 'il quddiem ta' Lao-Tzu u ta' Chuang-Tzu. Missieru, għal xi żmien, ikkunsidra li jibagħtu f'kulleġġ tekniku minflok f'università peress li "ma kienx student brillanti bħall-aħwa subien ikbar minnu". Madankollu, meta missieru semma din l-idea mal-prinċipal tal-iskola ta' ibnu, il-prinċipal faħħar il-"potenzjal kbir" tiegħu fil-matematika u offra li jadotta lil Yukawa sabiex ikompli b'karriera ta' studjuż. Malli sema' hekk, missieru ħasibha darbtejn. Yukawa ddeċieda li ma jsirx matematiku meta kien fl-iskola postsekondarja; l-għalliem tiegħu mmarkalu t-tweġiba fl-eżami tiegħu bħala żbaljata meta Yugawa kien wera teorema bil-provi iżda b'mod differenti milli kien mistenni mill-għalliem. Huwa ddeċieda li ma jkomplix b'karriera fil-fiżika sperimentali fil-kulleġġ meta ltaqa' ma' diffikultajiet fil-ħila tal-infiħ tal-ħġieġ, li huwa rekwiżit għall-esperimenti fl-ispettroskopija. Fl-1929, wara li rċieva l-lawrija tiegħu mill-Università Imperjali ta' Kjoto, huwa baqa' jaħdem fl-università bħala lekċerer għal erba' snin. Wara li ggradwa, huwa kien interessat fil-fiżika teorika, b'mod partikolari fit-teorija tal-partiċelli elementari. Fl-1932 iżżewweġ lil Sumi Yukawa (スミ). Skont id-drawwiet Ġappuniżi ta' dak iż-żmien, peress li kien ġej minn familja b'ħafna subien iżda missieru tar-rispett Genyo ma kellux ulied subien, huwa ġie adottat minn Genyo u bidel kunjomu minn Ogawa għal Yukawa. Il-koppja kellha żewġ ulied subien, Harumi u Takaaki. Fl-1933 huwa sar assistent professur fl-Università ta' Osaka, meta kellu 26 sena. Fl-1935 huwa ppubblika t-teoriji tiegħu dwar il-mesoni, li kienu jispjegaw l-interazzjoni bejn il-protoni u n-newtroni, u kienu influwenza ewlenija fuq ir-riċerka dwar il-partiċelli elementari. Fl-1940 huwa sar professur fl-Università ta' Kjoto. Fl-1940 huwa rebaħ il-Premju Imperjali tal-Akkademja tal-Ġappun u fl-1943 ingħata l-Unur tal-Mertu Kulturali mill-gvern Ġappuniż. Fl-1949 huwa sar professur fl-Università ta' Columbia, u fl-istess sena ngħata l-Premju Nobel għall-Fiżika, wara l-iskoperta minn Cecil Frank Powell, Giuseppe Occhialini u César Lattes tal-pi meson imbassar fl-1947 minn Yukawa. Yukawa ħadem ukoll fuq it-teorija tal-qbid-K, fejn elettron b'enerġija baxxa jiġi assorbit min-nukleu, wara t-tbassir inizjali tagħha minn G. C. Wick.[Ladarba kont ippubblikajt id-dokument ewlieni tiegħi fl-1934 dwar l-interazzjoni tal-partiċelli] ħassejtni bħal vjaġġatur li jieqaf jistrieħ u jieħu t-te fil-quċċata ta' muntanja. Dak iż-żmien ma kontx qed naħseb jekk kienx hemm iktar muntanji lil hinn. [mill-konklużjoni tal-awtobijografija ta' Yukawa] Yukawa sar l-ewwel President tal-Istitut ta' Yukawa għall-Fiżika Teorika fl-1953. Ingħata Dottorat honoris causa mill-Università ta' Pariġi u sar membru onorarju fis-Soċjetà Rjali, fis-Soċjetà Rjali ta' Edinburgu, fl-Akkademja Indjana tax-Xjenzi, fl-Akkademja Internazzjonali tal-Filosofija u x-Xjenzi u fil-Pontificia Academia Scientiarum. Huwa kien editur tal-Progress tal-Fiżika Teorika, u ppubblika l-kotba Introduzzjoni għall-Mekkanika Kwantistika (1946) u Introduzzjoni għat-Teorija tal-Partiċelli Elementari (1948). Fl-1955 huwa ngħaqad ma' għaxar xjenzati u intellettwali ewlenin oħra fl-iffirmar tal-Manifest ta' Russell-Einstein, li appella għad-diżarmament nukleari. Yukawa rtira mill-Università ta' Kjoto fl-1970 bħala Professur Emeritu. Minħabba li kulma jmur is-saħħa tiegħu abbandunatu, fl-aħħar snin ta' ħajtu deher fil-pubbliku f'siġġu bir-roti. Huwa miet f'daru f'Sakyo-ku, Kjoto, fit-8 ta' Settembru 1981 minħabba polmonite u ċediment tal-qalb meta kellu 74 sena. Il-qabar tiegħu jinsab f'Higashiyama-ku, Kjoto. Il-vjolinista solista Diana Yukawa (ダイアナ湯川) tiġi minn Hideki Yukawa. Rikonoxximenti 1940 – Premju Imperjali tal-Akkademja tal-Ġappun 1941 – Premju Akkademiku Noma 1943 – Ordni tal-Kultura 1949 – Premju Nobel għall-Fiżika 1963 – Elett Membru Barrani tas-Soċjetà Rjali (ForMemRS) 1964 – Medalja Lomonosov tad-Deheb 1967 – Premju għall-mertu Pour le Mérite 1967 – Medalja tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi 1977 – Gran Kurdun tal-Ordni tat-Tlugħ ix-Xemx 1981 – Junior Second Rank (fit-8 ta' Settembru; wara mewtu) Biblijografija Profiles of Japanese science and scientists, 1970 – supervisory editor: Hideki Yukawa (1970). Creativity and intuition: a physicist looks at East and West by Hideki Yukawa; translated by John Bester (1973). Scientific works (1979). Tabibito (旅人) – The Traveler by Hideki Yukawa; translated by L. Brown & R. Yoshida (1982), ISBN 9971-950-10-3. Referenzi Fiżiċi Premju Nobel għall-Fiżika Twieldu fl-1907 Mietu fl-1981
28998
https://mt.wikipedia.org/wiki/Park%20Nazzjonali%20ta%27%20Vatnaj%C3%B6kull
Park Nazzjonali ta' Vatnajökull
Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull (bl-Iżlandiż: Vatnajökulsþjóðgarður [ˈvahtnaˌjœːkʏlsˌθjouðˌkarðʏr̥]) huwa wieħed mit-tliet parks nazzjonali fl-Iżlanda. Il-park jinkorpora l-glaċier kollu ta' Vatnajökull u l-inħawi estensivi tal-madwar. Dawn jinkludu l-parks nazzjonali li qabel kienu jeżistu fi Skaftafell fil-Lbiċ u f'Jökulsárgljúfur fit-Tramuntana. Il-kwalitajiet uniċi tal-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull huma primarjament il-varjetà kbira ta' karatteristiċi pajsaġġistiċi li għandu fih, maħluqa mill-forzi kkombinati tax-xmajjar, tas-silġ glaċjali u tal-attività vulkanika u ġeotermika. Fil-5 ta' Lulju 2019, il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Storja Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull ġie stabbilit fis-7 ta' Ġunju 2008. Meta ġie stabbilit, il-park kien ikopri erja ta' 12,000 km2, iżda biż-żidiet reċenti ta' Lakagígar, Langisjór, Krepputunga [ˈkʰrɛhpʏˌtʰuŋka] u Jökulsárlón (inkluż l-inħawi tal-madwar) issa sar ikopri erja ta' 14,141 km2 jew bejn wieħed u ieħor 14 % tal-Iżlanda, u b'hekk huwa t-tieni l-ikbar park nazzjonali tal-Ewropa bħala erja wara Yugyd Va fir-Russja. Ġeografija u ġeoloġija Vatnajökull huwa l-ikbar glaċier tal-Ewropa 'l barra mill-Artiku, b'erja fis-superfiċe ta' 8,100 km2. Ġeneralment ġie mkejjel li l-ħxuna tiegħu hija ta' madwar 400-600 metru sa massimu ta' 950 metru. Is-silġ glaċjali jaħbi fih għadd ta' muntanji, widien u promontorji. Saħansitra jaħbi xi vulkani ċentrali attivi. L-ikbar wieħed minnhom huwa Bárðarbunga u Grímsvötn huwa l-iżjed attiv. Filwaqt li l-għata polari tas-silġ tiegħu togħla sa iktar minn 2,000 metru 'l fuq mil-livell tal-bħar, il-bażi tal-glaċier tilħaq l-iktar punt baxx tagħha f'madwar 300 metru 'l isfel mil-livell tal-baħar. Imkien fl-Iżlanda, bl-eċċezzjoni tal-glaċier ta' Mýrdalsjökull, ma tinżel daqshekk preċipitazzjoni jew jiskula daqshekk ilma lejn il-baħar daqs in-naħa tan-Nofsinhar ta' Vatnajökull. Fil-fatt, tant hemm ilma maħżun attwalment fi Vatnajökull li x-xmara Iżlandiża bl-ikbar fluss, Ölfusá, ikollha bżonn iktar minn 200 sena biex iġġorr din il-kwantità kollha ta' ilma lejn il-baħar. Ix-xenarju madwar il-glaċier huwa estremament varjat. Lejn it-Tramuntana, il-promontorju muntanjuż huwa maqsum mix-xmajjar glaċjali, bi flussi qawwijin fis-sajf. Il-vulkani ta' Askja, Kverkfjöll u Snæfell [ˈstnaiːˌfɛtl̥] huma tliet qċaċet li jidhru mir-reġjun kollu, flimkien mal-muntanja vulkanika b'quċċata ċatta ta' Herðubreið. Fil-qedem, għargħar glaċjali kbar ħaffru l-kanjon ta' Jökulsárgljúfur fl-inħawi tat-Tramuntana ta' dan il-promontorju. Il-kaskata qawwija ta' Dettifoss għadha tnixxi l-ilma bil-qawwa fin-naħa ta' fuq ta' dan il-kanjon, filwaqt li l-formazzjonijiet xeniċi f'Hljóðaklettar [ˈl̥jouːðaˌkʰlɛhtar̥] u l-irdumijiet b'għamla ta' nagħla ta' Ásbyrgi jinsabu iktar lejn it-Tramuntana. Fl-inħawi qrib il-glaċier u iktar fil-Lvant, madwar Snæfell, hemm artijiet mistagħdra u ktajjen muntanjużi wesgħin u estensivi. Dawn l-inħawi huma ħabitat importanti għar-renni u għall-wiżż ta' saqajhom roża. In-naħa tan-Nofsinhar ta' Vatnajökull hija karatterizzata minn bosta rdumijiet muntanjużi għoljin u maestużi, bi glaċieri differenti neżlin bejniethom lejn l-artijiet iktar fil-baxx. L-iżjed parti fin-Nofsinhar tal-glaċier tinsab madwar il-vulkan ċentrali ta' Öræfajökull u l-ogħla quċċata tal-Iżlanda, Hvannadalshnjúkur. Għall-kenn tas-silġ fil-għoli, l-oażi ta' veġetazzjoni ta' Skaftafell tinsab qabel l-irqajja' ta' ramel iswed depożitat lejn il-Punent mix-xmara Skeiðará. Dan ir-ramel huwa magħmul l-iktar mill-irmied mill-iżbroffar frekwenti f'Grímsvötn u jitwassal sal-kosta permezz tal-jökulhlaups jew l-għargħar glaċjali. L-attività vulkanika sostanzjali tikkaratterizza wkoll il-pajsaġġ fil-Punent ta' Vatnajökull, fejn seħħew tnejn mill-ikbar żbroffi bil-lava tul xquq vulkaniċi fl-istorja, f'Eldgjá fid-934 u f'Lakagígar fl-1783-1784. Vonarskarð [ˈvɔːnarˌskarθ], fil-Majjistral tal-glaċier, hija żona kkulurita b'temperatura relattivament għolja fin-nofs bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Iżlanda. Klima Nýidalur [ˈniːɪˌtaːlʏr̥] tinsab fiċ-ċentru tal-Iżlanda, tul il-mogħdija muntanjuża F26. Hemmhekk il-borra tista' tinżel fi kwalunkwe żmien tas-sena, għaldaqstant il-vjaġġaturi jridu jkunu ppreparati sew u jivverifikaw it-tbassir tat-temp qabel ma jsuqu 'l hemm fuq. It-temp jista' jvarja b'mod konsiderevoli f'żona daqstant estensiva bħal dik koperta mill-Park Nazzjonali bil-firxa wiesgħa ta' elevazzjonijiet tiegħu. Il-preċipitazzjoni fiż-żoni fil-baxx fin-Nofsinhar tal-għata polari tas-silġ ta' Vatnajökull hija konsiderevoli, u tvarja bejn 1,000 mm fis-sena għal 3,000 mm fis-sena. It-temperaturi jvarjaw bejn 10 °C u 20 °C fis-sajf, filwaqt li x-xtiewi jkunu pjuttost miti (it-temperatura qajla tinżel taħt -10 °C u spiss tkun ferm ogħla mill-punt tal-iffriżar). Fil-muntanji u fuq l-għata polari tas-silġ stess, il-preċipitazzjoni annwali tista' tlaħħaq bejn 4,000 u 5,000 mm, fil-biċċa l-kbira bħala borra. Il-fond tal-borra fuq Öræfajökull wara preċipitazzjoni kbira tax-xitwa tkun bejn 10 u 15-il metru. Ftit mill-borra ddub, filwaqt li l-kumplament tal-borra tifforma silġ glaċjali. Dan il-proċess jiġri kullimkien 'il fuq mil-linja tal-borra fuq l-għata polari tas-silġ ta' Vatnajökull. It-temperaturi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-għata polari tas-silġ kważi dejjem ikunu taħt iż-żero fix-xitwa u jistgħu jilħqu sa -20 °C jew -30 °C. L-irwiefen u l-maltempati huma komuni, u għaldaqstant is-sirda tar-riħ qawwi trid titqies peress li r-riħ jista' jkollu effett sostanzjali fuq il-kumdità fil-beraħ, anke meta t-temperatura ambjentali tkun relattivament għolja. Iktar lejn it-Tramuntana, lil hinn mill-għata polari tas-silġ, il-preċipitazzjoni annwali tonqos. Fil-Grigal tal-għata polari tas-silġ, il-preċipitazzjoni tinżel għal bejn 350 u 450 mm fis-sena, l-inqas fl-Iżlanda. Il-preċipitazzjoni tiżdied iktar qrib il-kosta tat-Tramuntana u f'partijiet tal-artijiet għoljin bħal f'Askja. It-temperaturi jistgħu jinżlu ferm f'temp bnazzi u kalm matul ix-xitwa. L-irjieħ min-Nofsinhar ġeneralment ifissru ftit jew l-ebda preċipitazzjoni fit-Tramuntana, flimkien ma' temperaturi ogħla. L-irjieħ mit-Tramuntana jġibu magħhom is-sħab, b'temp kiesaħ u possibbilment bil-preċipitazzjoni fit-Tramuntana tal-pajjiż, filwaqt li n-Nofsinhar ikun iktar sħun u iktar bnazzi. L-istess japplika għall-irjieħ mill-Punent jew mil-Lbiċ, li jġibu magħhom temp iktar sħun fil-Lvant. Il-kontra japplika għall-irjieħ mil-Lvant, li jġibu magħhom temp kiesaħ u preċipitazzjoni fil-Lvant u temp aħjar fil-Punent tal-Iżlanda. Dan huwa r-riżultat tal-fenomenu tar-riħ ta' foehn. L-arja umduża u pjuttost kiesħa togħla kif toqrob l-artijiet għoljin; imbagħad il-kondensazzjoni tinżel fl-artijiet għoljin bħala xita, filwaqt li l-arja iktar sħuna u niexfa tinżel iktar fil-baxx fuq in-naħa l-oħra. Id-differenza fit-temperatura tista' tkun ta' 10 °C jew iktar. Operazzjonijiet u servizzi Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull huwa maqsum f'erba' territorji, u kull wieħed minnhom jiġi ġestit lokalment. It-territorju tat-Tramuntana jikkonsisti mill-Majjistral ta' Vatnajökull, il-kaldera ta' Askja u l-inħawi tal-madwar, il-kanjon ta' Jökulsárgljúfur u parti mill-baċir tax-xmara ta' Jökulsá á Fjöllum. Hemm ċentru tal-viżitaturi u sit tal-kampijiet f'Ásbyrgi, flimkien ma' sit tal-kampijiet f'Vesturdalur [ˈvɛstʏrˌtaːlʏr̥]. It-territorju tal-Lvant jinkludi l-muntanji ta' Kverkfjöll u l-Grigal ta' Vatnajökull, kif ukoll il-wita ta' Snæfellsöræfi [ˈstnaiːˌfɛlsˌœːrˌaiːvɪ]. Hemm ċentru tal-viżitaturi fi Skriðuklaustur. It-territorju tan-Nofsinhar huwa estiż tul il-parti tax-Xlokk ta' Vatnajökull, jew mill-muntanja ta' Lómagnúpur fil-Punent sa Lón [ˈlouːn] u Lónsöræfi fil-Lvant. Hemm ċentru tal-viżitaturi u sit tal-kampijiet fi Skaftafell. Hemm ukoll ċentri ta' informazzjoni li joperaw f'kooperazzjoni mal-park nazzjonali f'Höfn, f'Hoffell, f'Hólmur [ˈhoulmʏr̥] u fi Skálafell [ˈskauːlaˌfɛtl̥]. It-territorju tal-Punent huwa estiż tul il-parti tal-Lbiċ ta' Vatnajökull u tul parti kbira tal-glaċier, inkluż il-krateri ta' Lakagígar u ta' Langisjór. Hemm ċentru ta' informazzjoni f'Kirkjubæjarklaustur, ġestit b'mod konġunt mill-park nazzjonali u mill-komunità lokali. Iċ-ċentru tal-viżitaturi fi Skaftafell ikun miftuħ is-sena kollha. Iċ-ċentri tal-viżitaturi f'Ásbyrgi u fi Skriðuklaustur ikunu miftuħin mill-bidu ta' Mejju sal-aħħar ta' Settembru, iżda jistgħu jinfetħu matul ix-xitwa b'appuntament minn qabel. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-artijiet għoljin tal-park nazzjonali ma jkunux aċċessibbli matul ix-xitwa. Ir-rangers tal-park nazzjonali jagħmlu rondi u jipprovdu servizzi edukattivi fl-artijiet għoljin tal-park. Il-ħinijiet ta' ftuħ tal-istazzjonijiet ivarjaw minn żona għall-oħra, u l-ewwel rangers jaslu meta t-toroq rilevanti tal-artijiet għoljin jinfetħu, ftit wara nofs Ġunju, u l-aħħar rangers jitilqu lejn l-aħħar ta' Settembru. Matul is-sajf, ir-rangers tal-park nazzjonali joffru mixjiet qosra li jkunu ggwidati, b'enfasi fuq l-interpretazzjoni tan-natura. Minn nofs Ġunju sa nofs Awwissu, ir-rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum f'Ásbyrgi u fi Skaftafell. Fl-artijiet għoljin, il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet tar-rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum mill-bidu ta' Lulju sa nofs Awwissu. Sit ta' Wirt Dinji Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull - Natura Dinamika tan-Nar u tas-Silġ ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Parks Nazzjonali Iżlanda
28999
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alcal%C3%A1%20de%20Henares
Alcalá de Henares
Alcalá de Henares (pronunzja bl-Ispanjol: [alkaˈla ðe eˈnaɾes]) hija belt Spanjola fil-Komunità ta' Madrid. Tul ix-xmara Henares, il-belt tinsab 35 kilometru (22 mil) fil-Grigal taċ-ċentru ta' Madrid. Skont iċ-ċensiment tal-2018, il-belt għandha popolazzjoni ta' 193,751 ruħ, u b'hekk hija t-tielet l-iktar municipalitàm popolata fir-reġjun. Qabilha kien hemm insedjamenti iktar bikrin (oppida) fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara Henares. Il-belt oriġinat bl-insedjament ta' Complutum stabbilit fi Żmien ir-Rumani fuq ix-xatt tal-lemin (it-Tramuntana) tax-xmara, li sar veskovat fis-seklu 5. Waħda mid-diversi ċittadelli Musulmani f'al-Andalus (għalhekk issemmiet Alcalá, li huwa isem li oriġina mit-terminu Għarbi għal "ċittadella") ġiet stabbilita fuq ix-xatt tax-xellug, filwaqt li, wara l-qofol tal-ħakma Kristjana għall-ħabta tal-1118, il-biċċa l-kbira tan-nukleu urban irritorna fix-xatt tal-lemin. Għall-biċċa l-kbira tal-aħħar tal-Medju Evu u l-bidu tal-perjodu modern qabel ma saret parti mill-provinċja ta' Madrid, Alcalá de Henares kienet proprjetà sinjorili tal-arċisqfijiet ta' Toledo. Iċ-ċentru storiku u l-università tal-belt huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-belt għandha tradizzjoni universitarja twila. Francisco Jiménez de Cisneros stabbilixxa l-Università Complutense f'Alcalá de Henares fl-aħħar tas-seklu 15. Il-belt attwalment tospita l-Università (stabbilita mill-ġdid) ta' Alcalá. Hija l-belt fejn twieled Miguel de Cervantes. Etimoloġija Lokalment, il-belt ġeneralment hija magħrufa sempliċement bħala Alcalá, iżda de Henares ("tax-xmara Henares") tiżdied meta jkun meħtieġ biex tiġi distinta minn xi tużżana bliet Spanjoli oħra bl-isem ta' Alcalá (mill-kelma Għarbija القلعة al-qalʿa, għal "fortifikazzjoni" jew "ċittadella", tipikament kastell). L-isem Latin tagħha Complutum tfisser "konfluwenza", fejn l-ilma tax-xmara (jew l-ilma tax-xita) jinġabar f'post wieħed (jiġifieri compluvium). Storja Il-konfini tal-belt ilhom abitati mill-fażi Kalkolitika ta' Żmien il-Bronż. Ir-Rumani ħakmu l-inħawi fis-seklu 1 Q.K., u bnew il-belt ta' Complutum qrib l-insedjament preċedenti Karpetanjan, Iplacea. B'10,000 abitant, ingħatat status ta' municipium u kellha l-istituzzjonijiet governattivi tagħha stess. Kellha rwol importanti peress li kienet tinsab tul it-triq Rumana li kienet tikkollega lil Emerita Augusta u Caesaraugusta. Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, taħt il-Viżigoti, marret lura, għalkemm saret ukoll destinazzjoni ta' pellegrinaġġi ta' mafkar tal-Qaddisin Justo u Pastor. Meta waslu l-Għarab Iberiċi fis-711, ħakmu l-belt tal-Viżigoti u stabbilew sit ieħor billi bnew al-qalʿa, li tfisser "ċittadella" bl-Għarbi, fuq għolja fil-qrib, magħrufa llum il-ġurnata bħala Alcalá la Vieja. Fit-3 ta' Mejju 1118, il-belt inħakmet mill-Arċisqof ta' Toledo Bernard de Sedirac f'isem Kastilja. Ftit wara, fl-10 ta' Frar 1129, Alfonso VII ta l-belt lil Raymond de Sauvetât, Arċisqof ukoll ta' Toledo, u saret proprjetà arċiveskovali għal sekli sħaħ. Raymond ta l-belt fuero (dokument) antik fl-1135. Il-Kristjani ppreferew il-Burgo de Santiuste ("ir-raħal ta' San Justo") fis-sit Ruman oriġinali, u s-sit Musulman ġie abbandunat. Taħt it-tmexxija Kristjana sal-aħħar tar-Reconquista, il-belt kellha kwartier Lhudi u kwartier Musulman kif ukoll suq rinomat. Bis-saħħa tal-pożizzjoni ċentrali tagħha kienet residenza frekwenti tar-Rejiet ta' Kastilja, meta kienu jivvjaġġaw lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. Fl-istess żmien fis-snin 80 tas-seklu 15, Kristofru Kolombu għall-ewwel darba ltaqa' hemmhekk mar-Reyes Católicos, ir-Re Ferdinandu II ta' Aragona u l-mara tiegħu r-Reġina Isabella I ta' Kastilja, li ffinanzjaw il-vjaġġ għall-Iskoperta tal-Amerka. Il-Kardinal Cisneros ta fuero ġdid lill-belt fl-1509. Għalkemm kienet pjuttost irvinata, ir-raħal kiseb l-istatus ta' belt fl-1687 wara negozjati twal. Fid-dekadenza minn nofs is-seklu 18, Alcalá de Henares esperjenzat żvolta demografika u ekonomika relattivament pożittiva fit-tieni nofs tas-seklu 19, ibbażata fuq il-kundizzjoni l-ġdida tagħha ta' stazzjonament militari, u magħha żdied nukleu industrijali embrijunali. Il-popolazzjoni żdiedet b'mod kostanti mill-1868 sal-1939. Il-popolazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira agrarja, b'livelli għoljin ta' illitteriżmu u faqar. Filwaqt li kienu qed ifittxu l-bidla soċjali, il-movimenti Repubblikani u iktar 'il quddiem Soċjalisti kibru fi ħdan il-belt. Il-figura ewlenija tal-moviment Soċjalista kien Antonio Fernández Quer, li sar l-ewwel kunsillier muniċipali mill-Partit tal-Ħaddiema Soċjalisti Spanjoli fil-provinċja ta' Madrid fl-1903. B'reazzjoni għall-avvanzi Soċjalisti, il-Kattoliċiżmu soċjali tkattar fil-belt mill-1905, u stabbilixxa għadd ta' organizzazzjoni bħaċ-Centro Católico de Acción Social Popular u l-Mutual Obrera Complutense. Wara l-kolp ta' stat tal-1936 li qanqal il-Gwerra Ċivili Spanjola, elementi putschisti ħatfu xi postijiet ewlenin madwar il-belt. Madankollu, wara l-kolp li falla f'Madrid, qawwiet ribelli f'Alcalá eventwalment arrendew quddiem il-Kurunell Repubblikan Ildefonso Puigdendolas u t-truppi tiegħu fil-21 ta' Lulju. Alcalá, li kienet saħansitra saret bażi tas-setgħa Sovjetika matul il-kunflitt — "repubblika fi ħdan ir-repubblika" fejn il-gvern nazzjonali Repubblikan kellu ħakma qawwija — kienet il-post fejn il-mexxej tal-POUM Andrés Nin kien ġie ttrasferit u x'aktarx ittorturat u nqatel f'Ġunju 1937 minn aġenti tal-NKVD. Il-belt ġarrbet ħsarat estensivi matul il-Gwerra Ċivili Spanjola. Eluf ta' priġunieri nżammew f'kampijiet differenti fil-belt wara tmiem il-gwerra. Minn Marzu 1939 sa Frar 1948, mill-inqas 264 individwu ġew ġustizzjati f'Alcalá mill-awtoritajiet ta' Franco. Storja ekkleżjastika Il-belt ta' importanza storika kienet wieħed mill-ewwel veskovati stabbiliti fi Spanja. Il-Bibbja poliglotta magħrufa bħala l-Bibbja Poliglotta Komplutensjana, l-ewwel fost bosta Bibbji simili prodotti matul it-tqanqil mill-ġdid tal-istudji Bibbliċi li seħħew fis-seklu 16, ġiet stampata f'Alcalá taħt il-kura tal-Kardinal Cisneros. Barri Papali tas-7 ta' Marzu 1885, għaqqad lil Alcalá mad-djoċesi ta' Madrid (effettivament kien hemm fużjoni tagħhom), li tinkludi l-provinċja ċivili ta' Madrid, ta' suffraġju tal-arċiveskovat ta' Toledo. Ir-residenza tal-isqof minn dak iż-żmien intużat għall-preservazzjoni tal-arkivji storiċi. Ġiet iddisinjata minn Alonso Berruguete u għandha taraġ famuż. Storja tal-Lhud Matul it-tmexxija Musulmana, il-komunità Lhudija tal-belt ingħata drittijiet ugwali bħall-Kristjani li kienu jgħixu fiha. Fil-Medju Evu, il-kongregazzjoni Lhudija tal-belt ħallset it-taxxi lill-Arċisqof ta' Toledo. Il-Lhud ta' Alcalá ssemmew fis-Satira tas-seklu 14 ta' Marrano Pero Ferrús. Matul is-seklu 15, il-kongregazzjoni Lhudija tal-belt kienet waħda mill-ikbar f'Kastilja, b'madwar 200 familja Lhudija. L-istudji tal-Ebrajk fl-Università ta' Alcalá ġew imħeġġa mill-Kardinal Francisco Jimenez de Cisneros matul is-seklu 16, u ġab xi studjużi tal-Ebrajk Lhud u Marrano fil-belt. Il-pożizzjoni tal-kwartier Lhudi tal-belt hija magħrufa sew – bejn it-toroq Mayor, Santiago, Imagen u Cervantes. Kien hemm sinagoga fit-triq Carmen Calzado, nru 10 u oħra fit-triq Santiago. Wara d-Digriet ta' Alhambra tal-1492, il-Lhud kienu meħtieġa jsiru Kristjani biex ikomplu jgħixu f'Kastilja u f'Aragona; dawk li rrifjutaw kellhom jitilqu minn dawn ir-renji u l-biċċa l-kbira minnhom marru joqogħdu fit-Tramuntana tal-Afrika, f'Amsterdam u fl-Imperu Ottoman. L-oriġini tal-familja ta' Miguel de Cervantes x'aktarx (ma hemmx ċertezza totali) kienet Lhudija. Minħabba li missieru ħadem fl-eks kwartier Lhudi, il-post fejn twieled kien qrib il-post tax-xogħol tiegħu, u anke għaliex il-kunjom Cervantes jagħmel referenza għal sit differenti fil-Majjistral ta' Spanja, u l-kunjomijiet ġeografiċi kienu komuni fost il-popolazzjoni Lhudija. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku u l-Università ta' Alcalá de Henares ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Ġeografija Pożizzjoni Alcalá de Henares tinsab fil-parti ċentrali tal-Peniżola Iberika, fil-parti tan-Nofsinhar tal-Promontorju ta' Ġewwa. Tinsab fil-wied tax-xmara Henares, tributarju tax-xatt tax-xellug tax-xmara Jarama, li min-naħa tiegħu huwa tributarju tax-xatt tal-lemin tax-xmara Tagus. Ix-xatt tal-lemin (tat-Tramuntana) tax-xmara (li fuqu kien inbena n-nukleu urban attwali) huwa magħmul minn wita ċatta ħafna b'sensiela ta' terrazzi fluvjali kwaternarji, filwaqt li x-xatt tax-xellug (tan-Nofsinhar) fih xaqliba wieqfa ħafna ta' blat tafli mill-Mioċen, li titla' malajr sal-medda xagħri ta' La Alcarria. B'altitudni medja ta' 654 metru u b'erja ta' madwar 88 km2; il-belt għal żmien twil kienet miżmuma bejn ix-xmara Henares fin-Nofsinhar u l-linja ferrovjarja bejn Madrid u Barċellona fit-Tramuntana. Madankollu, il-popolazzjoni dejjem tikber wasslet biex iż-żona urbanizzata tikber lil hinn mil-linja ferrovjarja u l-awtostrada A-2. Klima Il-klima ta' din il-belt fiċ-ċentru ta' Spanja hija Mediterranja kontinentali, bi xtiewi kesħin u nexfin u bi sjuf sħan u nexfin. It-temperatura medja s-sena kollha hija 14 °C (57 °F). Il-preċipitazzjoni medja s-sena kollha hija ta' madwar 420 mm (16.5-il pulzier), u tinżel l-iktar fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. It-temperatura tvarja minn ftit gradi taħt iż-0 °C (32 °F) f'Diċembru u f'Jannar għal ftit iktar minn 40 °C (104 °F) f'Lulju u f'Awwissu. L-istaġun tan-nixfa jaħbat mal-ogħla sħana fis-sajf. Università The major landmark and one of the great prides of the city, its university, uses sites throughout the city, but has two main campuses. The first is on the north side of Alcalá. This campus includes most science departments and student housing (as well as its own, separate Renfe station). The second, central campus, houses most of the humanities and social-science departments, including a law school. The architectural influence of the university can be found in other present-day academic institutions. The University of San Diego is largely based on the Spanish university; its campus and address take the name "Alcalá Park". In addition, some buildings at Texas Tech University in Lubbock, Texas were modeled after the architecture of Universidad de Alcalá de Henares. In 1293 in Alcalá de Henares King Sancho IV of Castile founded the Universidad Complutense, one of the oldest universities in the world, as a Studium Generale. With the patronage of Cardinal Cisneros, it was recognized in a 1499 papal bull, and quickly gained international fame as a main centre of learning of the Renaissance thanks to the production of the Complutensian Polyglot Bible in 1517, which is the basis for most[quantify] of the current translations. By royal decree, the university moved to Madrid in 1836 (initially as the Universidad de Madrid, later as the Universidad Central, which in the 1970s would finally be renamed Universidad Complutense de Madrid). A new university was founded in the old buildings as the Universidad de Alcalá in 1977. Parts of the new university occupy the buildings of the old Universidad Complutense in the city centre, including the modern Colegio de San Ildefonso, and other Colegios, and the structures have served as a model for other universities across the Spanish territories in the Americas and other dependencies. The university chapel dedicated to Saint Ildefonso has a monument to the university's founder, Cardinal Cisneros, by Fancelli, an Italian sculptor. Although the present university is named "Universidad de Alcalá", the ancient institution founded by Cisneros is the one now called "Universidad Complutense", translocated in the capital city of Madrid ("Complutensis" is the Latin word for "native of Alcalá"). The modern university is related to the original institution in name only, although it occupies the former buildings of the Complutense. Katidral Aside from the buildings associated with the university, one of the city's most important and historic building is the Cathedral-Magistral of Saints Justus and Pastor, known formally in Spanish as the Santa e Insigne Catedral-Magistral de los Santos Justo y Pastor or more familiarly as the Catedral de los Santos Niños. Constructed between 1497 and 1514, the cathedral houses the remains of Saints Justus and Pastor, two Christian schoolboys martyred near the city during the persecutions of the Roman Emperor Diocletian at the beginning of the 4th century. In 414 a chapel was erected at the site of Justus and Pastor's martyrdom, and was converted into a cathedral during the period of Visigoth control of Hispania; bishops from Alcalá were present at the Councils of Toledo beginning in the 7th century. In 1053 the old city of Alcalá (Alcalá la Vieja) was conquered by Ferdinand the Great, only to be recaptured the following year by the Moorish armies then warring for control of the Iberian Peninsula, who destroyed the cathedral as an act of retaliation. At that time the relics of Saints Justus and Pastor were taken to Huesca for safekeeping until after the reconquest of Alcalá in 1118. Although a church was rebuilt on the site in 1122, Pope Urban II, under the influence of his friend Raymond de Sauvetât, the Archbishop of Toledo, decided not to restore the Diocese of Alcalá at that time. Instead, de Sauvetât was able to secure the incorporation of Alcalá into his own archiepiscopal territories through a donation from King Alfonso VII in 1129. The church was rebuilt again some three hundred years later by a subsequent archbishop of Toledo, Alfonso Carrillo de Acuña, who elevated it to the status of a collegiate church. It was finally reconstructed in its present Isabelline Gothic style under Cardinal Cisneros (1495–1517), the founder of the university. A tower was added between 1528 and 1582, achieving its modern appearance in 1618. The processional cloister and the Chapel of Saint Peter were incorporated into the building in the 17th century. The building was declared a national monument in 1904. Nevertheless, it was burned during the Spanish Civil War (1936–1939), and practically all of its contents were destroyed with the exception of a few minor relics and choir seats. It was not until 1991 that the Diocese of Alcalá was finally restored, being separated from the Archdiocese of Madrid, at which time the building was granted its present status of cathedral-magistral. (Although the title "magistral" was originally granted by Cardinal Cisneros, the building was still technically only a collegiate church, and not yet a cathedral within the ecclesiastical meaning of the term.) The Cathedral of Alcalá is notable as one of only two churches in the world to be granted the special title "magistral" (along with St. Peter's Church in Leuven, Belgium). The title reflects its former status as a collegiate church, and derives from the requirement that all of the canons of the cathedral must possess the academic distinction of Doctor of Theology in order to serve there. In addition to that of Saints Justus and Pastor, the cathedral also houses the tomb of renowned 17th-century Spanish sculptor Gregorio Fernández. Binjiet oħra The city is also home to the Archbishops Palace. This site is where Christopher Columbus and King Ferdinand planned the excursion to the West as well as the birthplace of Catherine of Aragon, daughter of Ferdinand and Isabella, who would be the first wife of King Henry VIII of England and therefore queen consort of England. Alcalá's Corral of Comedies, which hosts a full program of theatre and is open for tours, is the oldest documented corral in the history of Spain. Preżent The center of the city remains essentially medieval, with many winding cobbled streets, and many historic buildings. The city centre surrounds the Plaza de Cervantes and is traversed by a long pedestrian main street, the Calle Mayor. The city includes the Moorish quarter, the Jewish quarter, and the Christian quarter. These distinct neighborhoods have given Alcalá the reputation of "the city of three cultures." The old city centre has been largely preserved, unlike the suburbs. There has been no clear planning by the city councillors regarding expansion, and the sprawling suburban areas are irregularly constructed, with the addition of 1970s-style high rise blocks in many places. One of the most important streets in the city is the Calle del Cardenal Cisneros which takes tourists from the Madrid Gate at the entrance of the city, to the old city center and the cathedral in Santos Niños Square. The main park of Alcalá, Parque Municipal O'Donnell is a major recreational center for city residents and lies along a main road of Alcalá, Vía Complutense. Recent archaeological excavations have opened up the city's Roman forum where a large complex comprising a basilica, public baths, a cryptoporticus, a market and a large monumental façade stands out. Alongside the forum is the Domus with an extraordinary collection of Roman domestic mural paintings. On the outskirts is the House of Hippolytus, an old school. In turn, the Regional Archaeology Museum (MAR) holds highly valuable mosaics. The city hosts a large population of international students due to the presence of the university, and in particular its Spanish language and literature programs for foreign students. Alcalingua, a branch of University of Alcalá, is one of the major foreign language learning centers for students from abroad. Ċikonji Alcalá is well known for its population of white storks. Their large nests can be observed atop many of the churches and historic buildings in the city, and are themselves a significant tourist attraction. Situated in the lowlands of the Henares river, the city is an attractive home for the migratory storks due to the wide availability of food and nesting material in the area. For over twenty years, Alcalá's storks have been counted and studied, and the active protection and maintenance of their nests is by official policy. Although once in danger of disappearing, with only eleven pairs counted between 1986 and 1987, the population has grown to around 90 resident pairs today, many of which have shortened the distance and duration of their typical migrations to remain in the city nearly all year. Immigrazzjoni Some 18% of the population are of foreign origin, according to the official data, a large part of the newcomers (30%) are immigrants from Eastern Europe. Many Chinese businesses have also been established in the city. Alcalá has the largest community (18%) of Romanian immigrants in Spain, with over 35,000 people. In 2007, for the first time, the immigrants from Romania created a political party for the elections to come. Trasport Alcalá's excellent transport links with Madrid have led to its becoming a commuter town, with many of its inhabitants travelling to work in the capital. By Cercanias (railway) is the lines C2 and C7 that links Alcalá de Henares with Madrid in 35 minutes, or Guadalajara in 25 minutes, also exists in the peak hours trains called CIVIS, direct train, that makes the journey in 20 minutes. Also it is linked by bus to Madrid, Guadalajara and several towns and villages in nearby. By car, Alcalá de Henares is well linked with the state roads network with the nearby A-2, the highway which starts in Madrid and continues on to Barcelona and to France. Alcalá also has an intensive bus system called "Alcalá-Bus" which runs to all the major neighborhoods and costs 1,30 euro per ride.[citation needed] Kultura Belt ta' Cervantes The city celebrates the birthday of native son Miguel de Cervantes on 9 October every year and organizes an annual Cervantes festival, the Semana Cervantina [es] (Cervantine Week). Every year on 23 April, the anniversary of Cervantes' death, the city of Alcalá hosts the Miguel de Cervantes Prize, the Spanish-speaking world's most prestigious award for lifetime achievement in literature. The award is presented by the king of Spain at the University of Alcalá's historic Colegio de San Ildefonso. Speeches about the importance of the Spanish language are customarily given by the king, the minister of culture and the laureate. The ceremony attracts a wide range of dignitaries to the city including members of the royal family, the prime minister, and others. During this ceremony the citizens of Alcalá can be heard singing the city's song, entitled "Alcalá de Henares." Alcalá de Henares is a member (and promoter) of the Red de Ciudades Cervantinas (Network of Cervantine Cities). Festivals Alcalá hosts an annual "Noche en Blanco." During this festival the streets are filled with music, art, theatre, and dance as the city residents celebrate Alcalá's rich cultural heritage. The festival goes well into the night and centers around the Plaza de Cervantes where stages are set up to host the performances. Relazzjonijiet internazzjonali Ġemellaġġi Alcalá de Henares has reached twin town and sister city agreements with: Talence, France (1985). Peterborough, United Kingdom (1986). Guanajuato, Mexico (1990). San Diego, United States (1990). Fort Collins, United States (1995). Plaza de la Revolución [es], Cuba (1998). Lublin, Poland (2001). Alba Iulia, Romania (2005). Azul, Argentina (2011). Saint Didacus, known as San Diego in Spanish, was born in Alcalá de Henares and is the namesake for the city of San Diego, United States. Alcalá de Henares is the birthplace of Catherine of Aragon, is twinned with the English city of Peterborough in England, her final resting-place. Nies notevoli Miguel de Cervantes (1547–1616). Spanish writer who is widely regarded as the greatest writer in the Spanish language and one of the world's pre-eminent novelists. His major work, Don Quixote, is considered the first modern novel, a classic of Western literature. Juan Ruiz (1283–1350). Known as the Archpriest of Hita, was a medieval Castilian poet. He is best known for his ribald, earthy poem, "Libro de buen amor" (The Book of Good Love). Catherine of Aragon (1485–1536). Catherine, the last surviving child of Queen Isabella I of Castile and King Ferdinand II of Aragon was born in the Archbishop's palace in Alcalá de Henares on December 16, 1485. She was Queen of England from June 1509 until May 1533 as the first wife of King Henry VIII Ferdinand I, Holy Roman Emperor (1503–1564). Holy Roman Emperor from 1558, king of Bohemia and Hungary from 1526, and king of Croatia from 1527 until his death. Manuel Azaña (1880–1940). Prime Minister and President of the Second Spanish Republic Antonio Claudio Álvarez de Quiñones. (1670s–1736), Roman Catholic Archbishop of Bogotá Pedro Obiang, professional footballer for Italian club U.S. Sassuolo Calcio Roberto Sánchez (born 1989), Spanish footballer Referenzi Bliet ta' Spanja Siti ta' Wirt Dinji
29000
https://mt.wikipedia.org/wiki/Old%C5%99ich%20Nejedl%C3%BD
Oldřich Nejedlý
Oldřich Nejedlý (twieled fis-26 ta' Diċembru 1909 – miet fil-11 ta' Ġunju 1990) kien plejer tal-futbol Ċek li qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu jilgħab ma' Sparta Prague bħala attakkant. Ikkunsidrat bħala fost l-aqwa plejers taċ-Ċekoslovakkja ta' kull żmien, hu kien l-aqwa skorer fit-Tazza tad-Dinja tal-1934. Karriera Nejedlý lagħab ma' Sparta Prague matul il-karriera tiegħu, u skorja 162 gowl f'187 logħba tal-kampjonat. Hu rebaħ erba' titli tal-ogħla diviżjoni Ċeka u t-Tazza Mitropa fl-1935. Mat-tim nazzjonali Ċek, Nejedlý ħa sehem fis-snin tletin fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u tal-1938. Fl-1934, kien l-aqwa skorer b'ħames gowls u ngħatatlu ż-Żarbuna tad-Deheb, filwaqt li fl-edizzjoni tal-1938 skorja żewġ gowls. Is-seba' gowls f'sitt logħbiet jagħmluh l-aqwa skorer f'isem iċ-Ċekoslovakkja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. F'din l-aħħar edizzjoni hu kiser saqajh li wasslitu biex itemm il-karriera internazzjonali tiegħu. Nejedlý miet ta' tmenin sena, fl-1990. Noti Referenzi Ħoloq esterni Oldřich Nejedlý fuq FAČR Twieldu fl-1909 Mietu fl-1990 Futbolers Ċeki