id
stringlengths
1
5
url
stringlengths
32
166
title
stringlengths
1
89
text
stringlengths
15
126k
29762
https://mt.wikipedia.org/wiki/Eileen%20Chang
Eileen Chang
Eileen Chang (biċ-Ċiniż tradizzjonali: 張愛玲; biċ-Ċiniż issimplifikat: 张爱玲; pinyin: Zhāng Àilíng; Wade–Giles: Chang1 Ai4-ling2; twieldet fit-30 ta' Settembru 1920 – mietet fit-8 ta' Settembru 1995), magħrufa wkoll bħala Chang Ai-Ling , Zhang Ai Ling, jew bil-psewdonimu tagħha Liang Jing (梁京), kienet esejista, rumanziera u kittieba tal-films. Hija kienet ta' nazzjonalità Amerikana iżda mwielda ċ-Ċina. Chang hija kittieba femminista tal-letteratura Ċiniża, magħrufa għar-rappreżentazzjoni tal-ħajja f'Shanghai u f'Hong Kong fis-snin erbgħin tas-seklu 20. Chang twieldet f'familja aristokratika u ġiet edukata b'mod bilingwi f'Shanghai. Hija kisbet prominenza letterarja fiż-żmien li Shanghai kienet taħt il-ħakma Ġappuniza, bejn l-1943 u l-1945. Madankollu, wara li ċ-Ċina waqgħet taħt il-ħakma Komunista, hija ħarbet mill-pajjiż. Lejn l-aħħar tas-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin tas-seklu 20, xogħolha reġa' ġie skopert minn diversi studjużi fosthom C.T. Hsia u Shui Jing. Mar-rivalutazzjoni tal-istorja letterarja ta' wara Mao Zedong, fl-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, hija reġgħet kisbet prominenza letterarja fit-Tajwan, Hong Kong, iċ-Ċina Kontinentali u fil-komunitajiet tad-dijaspora Ċiniża. Għal darb'oħra, fil-bidu tad-disgħinijiet, Chang reġgħet saret popolari mal-poplu Ċiniz. Chang kienet kittieba realista u modernista magħrufa għan-narrattiva unika tagħha ambjentata fi żmien il-gwerra. Xogħolha kien meqjus uniku għaliex iddevja mir-rakkonti popolari li kienu jitkellmu dwar ir-rivoluzzjoni u s-salvazzjoni nazzjonali. Hija fittxet li tirrakkonta d-dettalji u l-esperjenzi tal-ħajja ta' kuljum li għalkemm jaf jidhru irrelevanti huma importanti għaliex jitfgħu dawl fuq il-ħajja tan-nies komuni f'perjodi ta' vjolenza u bidla soċjali. Chang kienet magħrufa wkoll għal mod ta' kif tħares lejn il-ħajja moderna u għall-ħila tagħha li tikkuntrasta elementi mir-realtà storika (il-gwerra, l-imblokk, il-ġuħ, u l-iskarsezza) ma' elementi mid-dominju tal-ħajja privata u domestika (l-imħabba, ix-xenqa, u t-telf). Referenzi Mietu fl-1995 Twieldu fl-1920 Sorsi CS1 biċ-Ċiniż (zh) Kittieba
29763
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ding%20Ling
Ding Ling
Ding Ling(Ċiniż: 丁玲 pinyin: Dīng Líng (twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1904 u mietet fl-4 ta’ Marzu 1986). Jiang Bingzhi (Ċiniż simplifikat: 蒋冰之; Ċiniż tradizzjonali 蔣冰之; Pinyin: Jiǎng Bīngzhī) kien il-psewdonomu tagħha. Ling kienet magħrufa wkoll bħala Bin Zhi《彬芷》 (Pinyin: Bīn Zhǐ), u meqjusa bħala waħda mill-aktar kittieba nisa popolari tas-seklu għoxrin, b’kontribuzzjonijiet għal-letteratura feminista u soċjorealistika.  Ling kienet attiva fi ċrieki letterarji xellugin li kienu affiljati mal-Partit Komunista Ċiniż. Hija ntbagħtet il-ħabs mill-Partit Nazzjonalista għall-ideat politiċi tagħha. Iktar tard saret il-kap tal-komunità letterarja Komunista bbażata f’Yan’an. Fiż-żmien bikri tal-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hija kienet tokkupa pożizzjonijiet għolja fl-oqsma tal-kultura u l-letteratura. Fl-1951, ġiet mogħtija t-tieni premju Stalin tal-Unjoni Sovjetika għax-xogħol letterarju soċjorealistiku tagħha The Sun Shines Over Sanggan River. Wara l-kampanja kontra l-fazzjoni politika leminija Ċiniża tal-1958, Ling ġiet iddenunzjata, ikkundannata, u eżiljata fil-Manchuria. Hija ntbagħtet lura ċ-Ċina fl-1979 sakemm mietet f’Beijing fl-1986. Litteratura u Politika F’Diċembru tal-1927, f’Beijing, Ling kitbet u ppubblikat l-ewwel rumanz tagħha《梦珂》(Pinyin: mèng kē; Ingliż: Meng Ke). Dan ir-rumanz ġie ppubblikat fir-rivista Fiction Monthly u jiddeskrivi l-ġlieda ta’ tfajla mwielda f’Shanghai f’familja burokratika li bdiet titlef il-poter soċjali tagħha. Din it-tema, li tikkonċerna l-kwistjonijiet tan-nisa, ġiet apprezzata mill-kap editur Ye Shengtao. Fi Frar tal-1928, Ling ippubblikat Miss Sophia’s Diary fir-rivista Fiction Monthly. F’din il-pubblikazzjoni, il-protagonista tiddeskrivi d-dwejjaq u l-konfuzjoni romantika u sesswali tagħha, emozzjonijiet li qajmu furur fid-dinja letterarja. Miss Sophia’s Diary, jenfasizza l-assoċjazzjoni u t-twemmin ta’ Ling fil-moviment New Woman fis-snin għoxrin. F’dak iż-żmien, Ling u Yepin kienu ta’ spiss jivjaġġaw min Beijing għal Shanghai. Bejn Marzu u Lulju tal-istess sena, Ling u Yepin għexu f’Hangzhou sakemm reġgħu rritornaw lura f’Shanghai. F’dan iż-żmien, Ling iltaqgħet ma’ Feng Xuefeng, kittieb, u li b’differenza minn Yepin, kien attivista u membru tal-Partit Komunista. Ling u Xuefeng saru jinħabbu, iżda wara taħdita twila li saret fl-aħħar ta’ Frar f’Hangzhou bejn Ling, Xuefeng u Yepin, Xuefeng ma baqax fl-istorja u Ling u Yepin iżżewġu u bdew jgħixu flimkien f’Shanghai. Ling qalet “Jien għext ma’ Yepin għal sentejn u nofs sħaħ, u qatt ma kont naħseb li ser naċċetta li niżżewġu.’’ Madankollu, lanqas ma rrifjutajt l-emozzjonijiet tiegħu lejja. Huwa tani diversi affarijiet li ma rrifjutajtx. Għalkemm bejnietna kellna ftehim, dan stajna nħassruh meta rridu. Jiena u Yepin ma konniex koppja miżżewġa avolja ħafna kienu jaħsbu hekk. Meta tkellimt dwar l-emozzjonijiet li kont qed inħoss bdejt nibża’ li stajt nitilfu.” Fis-sajf tal-1928, Ling u Yepin telqu minn Beijing għal Shanghai, u għexu fil-konċessjoni Franċiża ta’ Shanghai. Hemmhekk huma waqqfu dar ta’ pubblikazzjoni biex flimkien ma’ Shen Congwen ikunu jistgħu jippubblikaw ir-rivista Red and Black. Fil-bidu tal-1929, Ling bdiet teditja u tippubblika r-rivista《人间月刊》(Pinyin: rénjiān yuèkān; Ingliż: Human World Monthly), iżda dawn iż-żewġ rivisti ma baqgħux jiġu ppubblikati. Ling u Yepin kienu finanzjarjament batuti tant li kienu jgħixu bil-flus li kienet tibgħatilhom omm Ling. Fix-xitwa tal-1929 Ling kitbet ir-rumanz《韋護》(Pinyin: wéihù; Ingliż: Protection). Dan ir-rumanz kien ibbażat fuq l-istorja ta’ mħabba bejn il-ħabiba ta’ Ling, Wang Jianhong u l-membru tal-Partit Komunista, Qu Qiubai. Fi Frar tal-1930, Yepin mar Jinan biex jgħallem f’Shandong Provincial Senior High School. Ftit wara ngħaqdet miegħu Ling. F’Jinan, Yepin aċċetta li jibda jippromwovi l-ideoloġiji ta’ Marx u Lenin. Dan kollu ġibed l-attenzjoni tal-Kuomintang. F’Mejju ta’ dik is-sena, wara li Ling saret taf li Yepin qiegħed f’riskju li jiġi arrestat, it-tnejn li huma ħarbu lura lejn Shanghai u ngħaqdu mal-Lega tal-Kittieba Xellugin li kienet affiljata mal-Partit Komunista. F’Novembru tal-1930, Ling u Yepin kellhom tifel li semmewh Jiang Zulin, u li tawh il-kunjom oriġinali ta’ ommu minflok il-kunjom ta’ missieru. Fis-17 ta’ Jannar tal-1931, Yepin ġie arrestat mill-Gvern Kuomintang għar-rabtiet tiegħu mal-Komunisti. Fis-7 ta’ Frar, huwa nqatel bi sparatura ħdejn it-tempji ta’ Longhua f’Shanghai. Ling, imnikkta b’din l-aħbar, bagħtet lil binha, li kellu inqas minn mitt ġurnata, lura f’Hunan biex tkun tista’ trabbieh ommha. Biex tfakkar il-mewt ta’ Yepin, f’Mejju, Ling ippubblikat The Birth of a Man, kollezzjoni li kitbet ma’ Yepin stess. Wara, Ling ipparteċipat fit-twaqqif tal-pubblikazzjoni《北斗》(Pinyin: Běidǒu; Ingliż: Big Dipper) tal-Lega tal-Kittieba Xellugin u f’Novembru marret tgħix mat-traduttur Feng Da. F’Marzu tal-1932, hija ngħaqdet mal-Partit Komunista Ċiniż, u saret is-segretarja tal-Lega tal-Kittieba Xellugin, wara Qing Xingcun. Referenzi Mietu fl-1986 Twieldu fl-1904
29764
https://mt.wikipedia.org/wiki/Yu%20Xiuhua
Yu Xiuhua
Yu Xiuhua (Ċiniż simplifikat: 余秀华; Ċiniż tradizzjonali: 余秀華; Pinyin: Yú Xiùhuá) twieldet fl-1976 u hija poetessa Ċiniża. Xiuhua tgħix fil-villaġġ żgħir ta' Hengdian, Shipai, Zhongxiang, Hubei, iċ-Ċina, u tbati minn paraliżi ċerebrali li tikkawżalha diffikultajiet fit-taħdit u l-mobilità. Minkejja dan, xorta waħda għadha tikteb il-poeżiji, tant li sa Jannar 2015, Xiuhua kienet diġà kitbet 'il fuq minn elfejn poeżija. Fl-2014, il-poeżija tagħha I Crossed Half of China to Sleep with You (穿过大半个中国去睡你) reġgħet bdiet tiġi   ppowstjata frekwentament fuq WeChat, tant li l-poetessa kibret fil-popolarità. Fl-istess sena, ir-rivista nazzjonali Ċiniża, The Poem Magazine, ippubblikat il-poeżiji ta' Xiuhua, u għaldaqstant xogħlijietha komplew isiru aktar famużi. Fl-2016 ħareġ id-dokumentarju bl-isem ta' Still Tomorrow li jiffoka fuq is-suċċess u l-popolarità tagħha, kif ukoll fuq ir-relazzjoni tagħha ma' familtha u d-divorzju minn ma' żewġha. Dan id-dokumentarju ntwera f'diversi festivals tal-films. Il-ġabra ta' poeżiji u esejs ta' Xiuhua, Moonlight Rests on My Left Palm, ġew tradotti mill-poetessa u traduttriċi Fiona Sze-Lorrain u fl-2021 ġew ippubblikati minn Astra House. Karatteristiċi tal-poeżiji tagħha It-temi fil-poeżiji ta' Xiuhua jinkludu l-imħabba, l-affezzjoni, it-tiġrib sentimentali, id-diżabilità tagħha, u l-insularità tal-villaġġ li ma tistax taħrab minnu. Xiuhua kitbet diversi poeżiji ta' mħabba. Peress li kienet soċjalment żvantaġġata minħabba d-diżabilità tagħha, ġarrbet sens profond ta' nuqqas ta' intimità. Hija ma tikkuntentax ruħha bix-xenqa poetika tal-imħabba, iżda turi b'qawwa l-kumplessità u d-distintività tax-xbieha tal-mara bħala s-suġġett. Il-poeżiji tagħha huma mgħobbija bil-kumplessità tas-sinifikat u s-sejħa tal-imħabba; is-sejħa u d-diżillużjonijiet tagħha. Hija l-imħabba li ġġiegħelha tistaqsi mistoqsijiet eżistenzjali, li jittrattaw problemi metafiżiċi u ontoloġiċi, ngħidu aħna l-verità u l-mewt. Referenzi Nies ħajjin Twieldu fl-1976 Poeti Ċiniżi
29765
https://mt.wikipedia.org/wiki/Claudine%20Picardet
Claudine Picardet
Claudine Picardet (xebba Poullet, imbagħad Guyton de Morveau) twieldet fis-7 ta' Awissu 1735 u mietet fl-4 ta' Ottubru 1820. Hija kienet xjentista tal-kimika, mineraloġista, meteoroloġista u traduttriċi xjentifika. Picardet tispikka fost ix-xjentisti tal-kimika Franċiżi tal-aħħar tas-seklu tmintax għat-traduzzjonijiet estensivi tagħha  dwar il-letteratura xjentifika. Ittraduċiet mill-Iżvediż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u t-Taljan għall-Franċiż. Picardet hi magħrufa wkoll għat-traduzzjonijiet ta' tliet kotba u eluf ta' paġni ta' xogħlijiet xjentifiċi, li ġew ippubblikati u ċċirkulati f'forma ta' manuskritt. Ospitat laqgħat xjentifiċi u letterarji f'Dijon u f'Pariġi, u kienet parteċipanta attiva fil-kollezzjoni ta' data meteroloġika. Hija għenet sabiex tistabbilixxi Dijon u Pariġi bħala ċentri xjentifiċi. Dan wassal għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku matul perjodu kritiku fir-rivoluzzjoni kimika. Traduzzjoni Picardet ittraduċiet eluf ta' paġni ta' xogħlijiet xjentifiċi li ħafna minnhom kienu miktuba mix-xjentisti ewlenin ta' dak iż-żmien. Ittraduċiet testi minn diversi lingwi li mbagħad ġew ippubblikati bil-Franċiż.  Xogħolha jista' jiġi meqjus fil-kuntest tat-tranżizzjoni fit-traduzzjoni xjentifika li tbiegħdet minn dik ta' "tradutturi solitarji". Minħabba d-domanda għal traduzzjonijiet ta' testi xjentifiċi, partikolarment fl-oqsma tal-kimika u l-mineraloġija, Claudine Guyton de Morveau mexxiet gruppi ta' tradutturi fl-Akkademja ta' Dijon u l-Bureau de traduction de Dijon. Dawk konċernati f'din l-"intrapriża kollettiva" kienu jeħtieġu konnessjonijiet lokali u internazzjonali sabiex jakkwistaw ix-xogħlijiet oriġinali li kienu diġà stampati. Barra minn dan, kienu jeħtieġu wkoll għarfien lingwistiku u xjentifiku biex jiżviluppaw u jivvalidaw il-preċiżjoni tat-traduzzjonijiet tagħhom. Minbarra x-xogħol lingwistiku tat-traduzzjoni, wettqu esperimenti fil-laboratorju biex jirreplikaw l-istruzzjonijiet esperimentali u jikkonfermaw ir-riżultati osservati. Dawn l-osservazzjonijiet mineraloġiċi dwar il-materjalità, bħall-kulur, ir-riħa u l-forma tal-kristalli saru sabiex jikkonfermaw l-informazzjoni fattwali mogħtija fit-test oriġinali. Il-grupp tal-Akkademja ta' Dijon kellu "rwol ta' pijunier"  sabiex ix-xogħol ta' xjenzati barranin ikun disponibbli fi Franza. Xi traduzzjonijiet ġew ippubblikati f'kotba u ġurnali, filwaqt li oħrajn ġew iċċirkolati bħala kopji ta' manuskritti fi ħdan komunitajiet xjentifiċi u soċjali. Barra minn hekk, ġew ippreżentati esperimenti waqt lekċers u dimostrazzjonijiet pubbliċi. Claudine Picardet kienet l-unika membru fil-grupp li mhux akkademika, l-unika mara, u kienet aktar prolifika minnhom kollha. Kienet ukoll l-unika traduttriċi fil-grupp li ħadmet b'ħames lingwi u l-unika waħda li ppubblikat f'ġurnali oħra minbarra l-Annales de chimie. Dan il-ġurnal ġie stabbilit fl-1789 minn Guyton de Morveau, Antoine Lavoisier, Claude Louis Berthollet u oħrajn. Minn Jannar 1789, ir-regoli tal-bord editorjali ddikjaraw li t-tradutturi kellhom jitħallsu fl-istess ilma tal-awturi. Kittieba oħra, ngħidu aħna Claude-Nicolas Amanton, taw il-mertu ta' xogħlijietha lill-membri oħra fil-grupp. Madanakollu, l-istudjuż Patrice Bret iqis dan il-kumment bħala ħrafa misoġinista u metaforika. Fil-fatt, dan il-kumment jista' jiġi kontradett minn attribuzzjonijiet li jinsabu f'xogħlijiet ippubblikati u f'evidenza oħra. Referenzi Twieldu fl-1735 Mietu fl-1820 Xjenzati Franċiżi Tradutturi
29766
https://mt.wikipedia.org/wiki/Nora%20Gal
Nora Gal
Eleonora Yakovlevna Galperina (bir-Russu: Элеонора Яковлевна Гальперина, magħrufa bħala Nora Gal (bir-Russu: Нора Галь), twieldet fis-27 ta' April 1912 u mietet fit-23 ta' Lulju 1991. Gal kienet traduttriċi, kritiku letterarju u teorista tat-traduzzjoni Sovjetika. Bijografija Hija twieldet fis-27 ta' April 1912 f'Odessa. Missierha kien tabib u ommha avukata. Fi tfulitha marret toqgħod Moska mal-familja tagħha. Wara diversi tentattivi hija ġiet aċċettata fl-Istitut Pedagoġiku Lenin, minn fejn gradwat. Hija mbagħad temmet l-istudji postgradwatorji tagħha b'teżi dwar il-poeta Franċiż Arthur Rimbaud. Gal ippubblikat artikli dwar il-letteratura klassika u kontemporanja (Guy de Maupassant, Byron, Alfred de Musset). Hija żżewġet lill-kritiku letterarju Boris Kuzmin u aktar tard saret editur tax-xogħlijiet magħżula tiegħu. Meta kienet għadha l-iskola hija ppubblikat xi poeżiji, iżda matul l-istudji akkademiċi tagħha hija qalbet għall-proża. Lejn l-aħħar tas-snin tletin, kitbet ħafna artikli dwar il-letteratura kontemporanja. Gal bdiet il-karriera tagħha bħala traduttriċi matul it-Tieni Gwerra Dinjija u wara l-gwerra ddedikat ruħha għat-traduzzjoni ta' awturi bħal Jules Renard, Alexandre Dumas il-missier u H. G. Wells. Fis-snin ħamsin, hija ttraduċiet Le Petit Prince ta' Antoine de Saint-Exupéry, rumanzi ta' J.D. Salinger, u To Kill a Mockingbird ta' Harper Lee għar-Russu. Hija saret traduttriċi rispettata u prominenti ħafna. Fl-aħħar traduzzjonijiet tagħha hija trattat kapulavuri bħal The Stranger ta' Albert Camus u Death of a Hero ta' Richard Aldington, kif ukoll kotba ta' Thomas Wolfe u Katherine Anne Porter. Gal ittraduċiet ukoll għadd ta' awturi tal-fantaxjenza, fosthom Isaac Asimov, Arthur C. Clarke, Roger Zelazny u Ursula K. Le Guin. Fl-1972 kitbet Words Living and Words Dead (bir-Russu: Слово живое и мёртвое), manwal li fih bosta eżempji ta' traduzzjonijiet, kemm tajbin, kif ukoll ħżiena. F'xogħolha, hija sfidat konvenzjonijiet marbuta mat-traduzzjoni u tisħaq favur l-użu ta' stil mexxej u sempliċi minflok stil tekniku u diffiċli konvenzjonali. Dan ix-xogħol ġie sussegwentement rivedut u sal-1987 ġie stampat mill-ġdid għal erba' darbiet. Riċentement ġie stampat darbtejn, fl-2001 u fl-2004. Referenzi Mietu fl-1991 Twieldu fl-1912 Tradutturi
29768
https://mt.wikipedia.org/wiki/Martha%20Cheung
Martha Cheung
Martha Pui Yiu Cheung (Ċiniż: 張佩瑤; 1953–2013) kienet riċerkatriċi u studjuża fl-Istudji tat-Traduzzjoni, il-President Professur tat-Traduzzjoni, u d-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni fl-Università Battista ta’ Hong Kong. Hija magħrufa l-aktar għall-ewwel volum tal-ktieb tagħha Anthology on Chinese Discourse on Translation, li ġie ppublikat fl-2006. Qabel ma mietet, Cheung kienet qiegħda taħdem fuq it-tieni volum tal-antoloġija. Cheung kienet magħrufa wkoll għax-xogħol tagħha fit-teorija tat-traduzzjoni, it-traduzzjoni letterarja, u l-istorja tat-traduzzjoni. Kontribuzzjonijiet Il-Professur Cheung kienet studjuża ewlenija favur l-espansjoni internazzjonali fl-Istudji tat-Traduzzjoni. Hija ġibdet l-attenzjoni għall-perspettiva Ewroċentrika fid-dixxiplina u elevat il-profil Ċiniż tat-teorija fit-traduzzjoni. Ix-xogħol tagħha fil-ħarġa speċjali ta' The Translator għen biex jipprovdi perspettivi mhux Ewropej billi ffoka fuq kwistjonijiet ta' traduzzjoni Asjatika. Il-letteratura komparattiva kienet ta’ interess partikolari għal Cheung biex tgħinha tiddeskrivi kunċetti fit-traduzzjoni Ċiniża lill-qarrejja mhux Ċiniżi. Cheung għażlet li tispjega kunċetti barranin b’termini familjari sabiex tegħleb id-differenzi bejn il-kulturi u t-tradizzjoni. Kull sentejn, il-Hong Kong Academy of the Humanities tagħti l-premju tal-ktieb tat-Traduzzjoni Martha Cheung f’ġieħha. Referenzi Mietu fl-2013 Twieldu fl-1953 Nies minn Ħong Kong
29769
https://mt.wikipedia.org/wiki/Traduzzjoni%20teknika
Traduzzjoni teknika
It-traduzzjoni teknika hija tip ta’ traduzzjoni speċjalizzata li tinvolvi t-traduzzjoni ta’ dokumenti miktuba minn kittieba tekniċi, bħal testi relatati mat-teknoloġija, li jittrattaw l-applikazzjoni prattika ta’ informazzjoni xjentifika u teknoloġika.   Għalkemm it-terminoloġija speċjalizzata hija karatterisitka ewlenija tat-testi tekniċi, waħedha mhijiex biżżejjed sabiex test jiġi klassifikat bħala “tekniku”. Dan għaliex diversi dixxiplini u suġġetti li mhumiex ‘’tekniċi’’ għandhom ukoll xi forma ta’ terminoloġija speċjalizzata. It-traduzzjoni teknika tkopri ħafna tipi ta’ kitbiet speċjalizzati, u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien fuq is-suġġett, familjarizzazzjoni, u ħakma tajba tat-terminoloġija relevanti u l-konvenzjonijiet tal-kitba. L-importanza ta' terminoloġija konsistenti fit-traduzzjoni teknika tgħin lit-traduzzjoni assistita mill-kompjuter (bl-użu ta' memorji tat-traduzzjoni u databases tat-terminoloġija), tkun aktar applikabbli. Fil-ktieb tiegħu Technical Translation, Jody Byrne jargumenta li t-traduzzjoni teknika hi  simili ħafna tal-komunikazzjoni teknika. Huwa jżid li t-traduzzjoni teknika tista’ tibbenifika minn riċerka f’dan il-qasam u anke f’oqsma oħra, bħall-użabilità u l-psikoloġija konjittiva. Minbarra li tagħmel testi b’lingwaġġ tekniku aktar aċċessibbli għal udjenza aktar usa’, it-traduzzjoni teknika tinvolvi wkoll fatturi lingwistiċi ta’ traduzzjoni minn lingwa għall-oħra ta’ kitbiet teknoloġiċi. Fiha nfisha, it-traduzzjoni hija bilanċ bejn arti u xjenza, influwenzata kemm mit-teorija kif ukoll mill-prattika. L-għarfien ta’ aspetti lingwistiċi u estetiċi tat-traduzzjoni huwa relevanti għall-qasam tat-traduzzjoni teknika. Sfond Mill-1967, il-fergħa tat-traduzzjoni teknika ġiet rikonuxxuta, studjata, u żviluppata. Tradizzjonalment kienet tagħmel enfasi fuq l-importanza tal-lingwa sors, il-lingwa li biha t-test ikun oriġinarjament miktub. Madankollu, matul iż-żmien, il-moviment Funzjonalista tbiegħed minn din il-perspettiva tradizzjonali, u tqarreb lejn l-idea li traduzzjoni għandha tiffoka fuq il-funzjoni tat-traduzzjoni u l-udjenza intenzjonata. Dan jista’ jkun minħabba l-fatt bejn 5% u 10% biss ta’ dokument tekniku huwa magħmul minn terminoloġija speċifika, filwaqt li bejn 90% u 95% mit-test huwa lingwaġġ naturali tal-lingwa sors.  Għalkemm it-traduzzjoni teknika hija tip wieħed ta’ traduzzjoni professjonali, hija l-akbar tip ta’ traduzzjoni fil-kuntest ta’ produzzjoni. Bħalissa, aktar minn 90% ta’ kull xogħol professjonalment tradott huwa magħmul minn tradutturi tekniċi. Dan il-fatt jixhed l-importanza ta’ dan il-qasam. Metodi u prattika Traduttur tekniku L-irwol tat-traduttur tekniku mhuwiex biss li jittrasmetti l-informazzjoni, imma għandu wkoll l-irwol li jibni t-tagħrif permezz tat-tifsir, partikolarment għaliex ħafna mid-drabi, it-traduttur tekniku jista’ wkoll jieħu l-irwol ta’ kittieb tekniku. Ir-riċerka wriet li l-komunikaturi tekniċi joħolqu tifsiriet ġodda aktar milli sempliċiment jittrasmettu informazzjoni antika. Din ir-riċerka tenfasizza l-irwol importanti li tradutturi tekniċi għandhom fil-kuntest tat-tifsir tat-test, kemm jekk qegħdin jittraduċu teknikament f’lingwa waħda, kif ukoll jekk qegħdin jittraduċu f’iktar minn lingwa waħda. Bħall-professjonist fil-qasam tal-komunikazzjoni teknika, it-traduttur tekniku jrid ikollu sfond interkulturali u multidimensjonali.  Minbarra l-għarfien ta’ aspetti teoretiċi u lingwistiċi għall-proċess tat-traduzzjoni nnifsu, traduttur tekniku jrid jifhem suġġetti oħra bħall-psikoloġija konjittiva, l-inġinerija tal-użabilità, u l-komunikazzjoni teknika, sabiex ikun traduttur tekniku ta’ suċċess. Ħafna tradutturi tekniċi jaħdmu f’oqsma speċjalizzati, ngħidu aħna fit-traduzzjoni teknika, medika jew legali. Din tenfasizza l-importanza ta’ sfond interdixxiplinari. Permezz ta’ taħriġ, it-tradutturi tekniċi għandhom ukoll jiffamiljarizzaw ruħhom mat-traduzzjoni professjonali. It-traduzzjoni teknika tirrikjedi għarfien tajjeb ta’ ħiliet teknoloġiċi, partikolarment jekk it-traduttur jutilizza t-traduzzjoni assistita mill-kompjuter (CAT)  jew traduzzjoni awtomatika (MT). Għalkemm xi tradutturi tekniċi jittraduċu mingħajr l-għajnuna ta’ din it-teknoloġija, dan normalment iseħħ meta x-xogħol li qiegħed jiġi tradott  ikun ta’ natura kreattiva. Dokumenti li jittrattaw is-sengħa mekkanika jew l-inġinerija, ta’ spiss jinkorporaw fihom frażijiet u kunċetti tradotti, u għaldaqstant  ġeneralment jiġu tradotti permezz ta’ CAT u MT. Traduzzjoni
29770
https://mt.wikipedia.org/wiki/Takkanot%20Shum
Takkanot Shum
It-Takkanot Shum (bl-Ebrajk: תקנות שו"ם), jew il-Promulgazzjonijiet tal-Bliet ShUM, kienu sett ta' digrieti li ġew ifformulati u maqbula matul perjodu ta' deċennji mill-mexxejja ta' tlieta mill-bliet ċentrali Ġermaniżi tar-reġjun Lhudi Medjevali tar-Rheinland: Speyer, Worms u Mainz. L-inizjali tal-ismijiet bl-Ebrajk ta' dawn it-tlett ibliet: Shpira, Vermayza u Magentza jiffurmaw l-akronimu ShUM. Filwaqt li dawn ir-regolamenti kienu maħsuba biex jiġu indirizzati l-problemi ta' dak iż-żmien, xorta waħda kellhom effett fuq ir-reġjuni Lhud Ewropej għal sekli sħaħ. Sfond Wara d-devastazzjoni tal-komunitajiet Lhud fir-Rheinland matul il-Kruċjata tal-Foqra, il-Lhud li preċedentement kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom bħala merkanti li jmorru minn raħal għall-ieħor ma setgħux jivvjaġġaw iktar fis-sikurezza, u kellhom isibu karrieri fil-bliet fejn kienu jgħixu. Bosta saru merkanti lokali; oħrajn saru selliefa tal-flus. Dan żied b'mod drastiku r-rata ta' kummerċ fost il-Lhud u dawk li ma kinux Lhud, u għaldaqstant żdiedu anke d-diżgwidi u t-tilwim kemm internament fost il-Lhud kif ukoll bejn il-Lhud u dawk li ma kinux Lhud. Simultanjament, ġew imposti taxxi ħorox fuq il-komunitajiet Lhud mill-gvern lokali, li kienu taxxi li bosta Lhud dak iż-żmien ħassew li kienu mifruxa b'mod inġust mill-mexxejja tal-kehilla lokali. Il-pressjoni interna u esterna bdiet kulma jmur tiżdied fuq il-komunità Lhudija, u flimkien mal-qerda kważi totali matul il-Kruċjati, wasslet biex il-mexxejja ta' dak iż-żmien jiddeċiedu li jistabbilixxu digrieti mifruxa biex isaħħu l-komunitajiet tagħhom. Sinodu tat-Takkanot Għall-ħabta tal-1160 sar sinodu f'Troyes. Dan is-sinodu tmexxa mir-Rabbi Tam, ħuh ir-Rashbam, it-tnejn li huma neputijiet ta' Rashi, u Eliezer ben Nathan (ir-Ra'avan). Iżjed minn 250 rabbi mill-komunitajiet Lhud fi Franza kollha attendew ukoll. Għadd ta' digriet komunali ġew ippromulgati fis-sinodu u dawn kienu jkopru kemm ir-relazzjonijiet bejn il-Lhud u l-Ġentili kif ukoll kwistjonijiet marbuta internament mal-komunità Lhudija. Eżempji ta' dawn id-digrieti jinkludu: Ir-restrizzjoni li kienet teżiġi li l-każijiet ta' Lhud involuti f'diġwidi monetarji ma' Lhud oħra kellhom jiġu deċiżi minn beth din Lhudi, u mhux minn qorti lajka, sakemm waħda mill-partijiet ma tirrifjutax li taċċetta d-deċiżjoni tal-beth din. Persuna li ma taqbilx mal-valutazzjoni tat-taxxa tal-kehillah kellha l-ewwel tħallas it-taxxa u mbagħad tressaq lill-valutaturi quddiem il-beth din. Persuna li ssellef spazju lil komunità biex jintuża bħala sinagoga ma setgħetx ma tħallix lil xi individwi speċifiċi jitolbu hemmhekk. Setgħet biss tirrevoka l-permess in toto. Fost il-bosta digrieti ġodda li ġew implimentati jew id-digrieti iktar antiki li ssaħħu kien hemm il-projbizzjoni famuża tar-Rabbi Gershom kontra l-poligamija. Sinodi tal-bliet ShUM Is-sinodu f'Troyes kien vinkolanti biss għar-reġjuni Lhud Franċiżi. Għall-ħabta tal-1196, ir-rabbi u l-mexxejja tal-komunitajiet fir-Rheinland kollu sejħu sinodu tagħhom stess f'Mainz, fejn affermaw il-biċċa l-kbira tad-digrieti tas-sinodu ta' Troyes, u żiedu għadd ta' digrieti tagħhom ukoll. Id-digrieti ma qabdux daqs kemm kien mixtieq, għaldaqstant erba' u għoxrin sena wara, fl-1220, sar it-tieni sinodu f'Mainz, fejn il-mexxejja ta' dik il-ġenerazzjoni affermaw mill-ġdid id-digrieti ppromulgati fl-ewwel sinodu. Figuri storiċi importanti li attendew wieħed mis-sinodi jew it-tnejn li huma kien jinkludu lil David ta' Münzenberg, Simha ta' Speyer, Jacob ben Asher ta' Speyer, Eliezer ben Joel HaLevi u Elazar Rokeach. Dawn il-promulgazzjonijiet kienu jkopru kwistjonijiet interni fi ħdan il-komunità Lhudija kif ukoll kwistjonijiet li kienu jinvolvu interazzjonijiet mal-gvern mhux Lhudi ta' dak iż-żmien. Eżempji speċifiċi ta' promulgazzjonijiet stabbiliti jew imsaħħa fis-sinodi tar-Rheinland jinkludu: Il-kollokazzjoni ta' cherem fuq kwalunkwe persuna li kienet tgħaddi informazzjoni fuq Lhudi ieħor sa ma sseħħ it-troddija lura. It-tneħħija ta' kull eċċezzjoni fir-rigward tat-taxxi komunitarji imposti. Il-projbizzjoni kontra l-għoti ta' flus b'self lil Lhud oħra mingħajr ma tiġi żgurata l-konformità stretta mal-halakhot li kien jindirizza s-self. Il-projbizzjoni kontra li wieħed jissejjaħ mamzer jew li jiġu ġġenerati għajdut dwar il-validità ġuridika taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu. L-għoti ta' permess biex il-wirt ta' persuna deċeduta jintuża għall-edukazzjoni tal-ulied, anke jekk il-persuna deċeduta tkun indikat xi użu speċifiku ieħor tal-fondi. Kien hemm bosta digrieti oħra li kienu marbuta ma' diversi aspetti tal-ħajja ġuridika, finanzjarja u reliġjuża Lhudija ta' dak iż-żmien. Fl-1223 sar it-tielet sinodu tal-komunità tar-Rheinland, din id-darba fi Speyer. L-enfasi prinċipali ta' dan is-sinodu kienet iċ-Chalitzah takkana, iżda ġew diskussi diġriet oħra wkoll, inkluż il-projbizzjoni kontra l-kollokazzjoni jew it-tneħħija ta' cherem. Sabiex dan iseħħ, tali projbizzjonijiet kienu jeżiġu li jaqbel iktar minn mexxej wieħed tal-komunitajiet. Fost il-persuni notevoli li attendew għal dan is-sinodu kien hemm Elazar Rokeach u David ben Shaltiel. Żminijiet moderni Filwaqt li partijiet mid-diversi digrieti għadhom fis-seħħ sa llum il-ġurnata, il-maġġoranza tat-Takkanot Shum ma għadhomx jitqiesu fis-seħħ mill-biċċa l-kbira tar-reġjun Lhud Axkenażiċi. Id-digrieti ġew stabbiliti biex jiġu indirizzati problemi reliġjużi u soċjoloġiċi speċifiċi tal-imgħoddi, u ma kinux maħsuba biex jibqgħu fis-seħħ b'mod perpetwu, iżda għall-perjodu li matulu kien ikun hemm dawn it-tipi ta' diżgwidi. Madankollu, għad hemm żewġ digrieti speċifiċi li jitqiesu bħala attivi sa llum il-ġurnata: it-Takkana tad-dota u ċ-Chalitzah takkana. Takkana tad-dota Fl-imgħoddi kienet drawwa komuni li l-ulied bniet jiżżewġu meta jkunu għadhom pjuttost żgħar, malli kien jinstab raġel xieraq u kienet tiġi akkumulata d-dota. Flimkien mal-mard fit-tfulija u rata ta' mortalità ġeneralment għolja, dan kien ifisser li ma kinitx xi ħaġa rari li ż-żgħażagħ imitu ftit wara li jiżżewġu, qabel mal-konjuġi jkunu ffurmaw relazzjonijiet dejjiema mal-familji tagħhom. Skont il-liġi Lhudija dwar il-wirt, raġel kien l-uniku werriet tal-mara tiegħu, iżda mara ma setgħetx tiret mir-raġel tagħha. B'hekk, imut min imut, id-dota, li kienet tirrappreżenta sagrifiċċju sostanzjali mill-ġenituri tal-mara għall-hena ta' binthom, kienet tispiċċa għand ir-raġel jew għand il-familja tiegħu. B'riżultat ta' dan, il-ġenituri kienu joqogħdu lura milli jagħtu doti kbar lill-bniet tagħhom, u dan kien iwassal għal diffikultà biex isibulhom raġel xieraq. Għalhekk, is-sinodu ta' Troyes, immexxi mir-Rabbi Tam, stabbilixxa digriet li kien isostni li jekk raġel jew mara jmutu fi żmien sena miż-żwieġ mingħajr ma jħallu wild bħala werriet, id-dota kienet terġa' lura għand il-ġenituri li żborżjawha; jekk il-mewt kienet tinzerta fi żmien sentejn, nofs id-dota kienet terġa' lura għand il-ġenituri li żborżawha. Filwaqt li r-Rabbi Tam ħassar dan id-digriet qabel mewtu, dan ġie affermat mill-ġdid mill-istudenti tiegħu fl-ewwel sinodu tal-bliet ShUM. Dan id-digriet illum il-ġurnata huwa inkorporat b'referenza fil-kuntratt stand taż-żwieġ tal-Lhud Axkenażi (tena'im), permezz tal-frażi "u f'każ ta' nuqqas [ewfemiżmu għall-mewt], japplika d-digriet tal-bliet ShUM"; f'xi komunitajiet saħansitra dan l-ewfemiżmu għall-mewt jitqies bħala seħta fiż-żwieġ, għaldaqstant issir referenza impliċita biss permezz tal-frażi kriptika "u jekk ikun il-każ, eċċ.". Minkejja li ma ssirx referenza espliċita, jew ma jkun hemm l-ebda kuntratt taż-żwieġ, xorta waħda jitqies li l-partijiet taw il-kunsens tagħhom sakemm ma jkun hemm esklużjoni espliċità. Chalitzah takkana Meta raġel imut mingħajr ma jkollu ulied, ikun hemm mitzvah għal ħuh jekk ikun għadu ħaj biex iwettaq yibbum jew halizah. Diġà fiż-żminijiet tat-Talmud, it-twettiq tal-yibbum intemm u minflok kienet titwettaq il-halitza għal diversi raġunijiet. Id-digrieti ppromulgati fid-diversi sinodi tal-bliet ShUM indirizzaw il-firxa taż-żmien tal-prattika kif ukoll l-iżborżar tal-proprjetà tal-persuna deċeduta wara l-halitzah. Id-digriet oriġinali, diskuss fit-tliet sinodi kollha tal-bliet ShUM, stabbilixxa limitu taż-żmien ta' tliet xhur wara l-mewt tar-raġel li matulu kellha titwettaq yibbum jew halitzah (għalkemm il-yibbum qajla kienet titwettaq) u wara l-halitzah, beth din kienet tiddeċiedi dwar l-iżborżar tal-wirt, bl-ebda rikors possibbli għal ħu r-raġel li jkun wettaq il-halitzah li jfittex lil xi ħadd. Dan id-digriet reġa' ġie affermat mill-ġdid 60 sena wara mill-Meir ta' Rothenburg. Madankollu, fl-1381, sar sinodu ieħor f'Mainz li mmodifika l-iżborżar — fejn ġiet stabbilita diviżjoni ugwali bejn l-armla u l-aħwa rġiel kollha li jkunu għadhom ħajjin. Din kienet bidla mit-tradizzjoni preċedenti fejn iktar iva milli le, ħu r-raġel deċedut li jwettaq il-halitzah kien jirċievi l-flejjes tal-ketubah, minbarra li normalment kien jirċievi wkoll il-biċċa l-kbira tal-wirt, jekk mhux kollu. Din il-verżjoni hija t-tieni mid-digrieti li għadhom infurzati sa llum il-ġurnata. Sit ta' Wirt Dinji Il-bliet ShUM ta' Speyer, Worms u Mainz ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ġermanja Ġudaiżmu
29775
https://mt.wikipedia.org/wiki/Rammelsberg
Rammelsberg
Rammelsberg hija muntanja żgħira, b'għoli ta' 635 metru (2,083 pied), li tinsab fit-tarf tat-Tramuntana tal-katina muntanjuża ta' Harz, fin-Nofsinhar tar-raħal storiku ta' Goslar fl-istat federali Ġermaniż ta' Niedersachsen. Fil-qalba tal-muntanja hemm minjiera importanti tal-fidda, tar-ram u taċ-ċomb. Meta ngħalqet fl-1988, kienet l-unika minjiera li baqgħet taħdem b'mod kontinwu għal iktar minn elf sena. Minħabba l-istorja twila tagħha fix-xogħol tal-estrazzjoni bħala xhieda tal-avvanz u tal-iskambju tat-teknoloġija matul bosta sekli, il-minjiera ta' Rammelsberg tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992 flimkien ma' Goslar u s-sistema tal-ġestjoni tal-ilma fin-naħa ta' fuq tal-katina muntanjuża ta' Harz. Isem Skont leġġenda, il-muntanja ngħatat isem kavallier jismu "Ramm", li kien qaddej tal-Imperatur Otto l-Kbir. Fid-968, hu u jikkaċċja, il-kavallier rabat iż-żiemel tiegħu ma' siġra, sabiex isegwi xi ċriev f'art tassew imħarbta. Iż-żiemel tiegħu tilef is-sabar u beda jagħti mal-art bin-nagħla hu u jistenna lil sidu jiġi lura, u hu u jagħmel hekk kixef vina ta' minerali tal-fidda. Skont spjegazzjoni oħra, l-isem jaf oriġina mit-tewm selvaġġ (bil-Ġermaniż t'Isfel: Ramsen) li jikber b'mod mifrux fuq ix-xaqlibiet tal-muntanja. Madankollu, x'aktarx li "ram" huwa terminu Ġermaniż antik ħafna li jirreferi "mineral tar-ram", l-istess bħall-Malti jew bħat-Taljan, fejn "rame" huwa "ram". Formazzjoni tal-minerali Għad-differenza tad-depożiti tal-minerali tan-naħa ta' fuq tal-katina muntanjuża ta' Harz, id-depożiti tal-minerali fir-Rammelsberg ġew ikkawżati mir-rilaxx ta' fawwariet termali jaħarqu, mimlijin metalli, f'qiegħ il-baħar fil-perjodu Devonjan. Din il-formazzjoni hija magħrufa teknikament bħala depożitu sedimentarju eżalattiv. Fil-qiegħ tal-baħar fil-perjodu Devonjan, iffurmaw żewġ lentijiet enormi tas-sulfur li iktar 'il quddiem inqabdu fit-tiwi tal-blat matul il-perjodu Karboniferu u b'hekk spiċċaw maqlubin b'mod angolat fil-muntanja. L-estrazzjoni tal-minerali bdiet fis-"Saff tal-Qiegħ l-Antik" jew fil-"Korp l-Antik tal-Minerali" (Altes Lager), li ġie espost fil-wiċċ bl-erożjoni, matul Żmien il-Bronż. Is-"Saff tal-Qiegħ il-Ġdid" (Neues Lager) ġie skopert biss fis-seklu 19 bħala riżultat ta' esplorazzjoni speċifika. Il-minjieri tbattlu mill-minerali fis-snin 80 tas-seklu 20 u ngħalqu fl-1988. Il-minerali kien fihom medja ta' 14 % żingu, 6 % ċomb, 2 % ram, 1 g/t deheb u 140 g/t fidda. Storja tal-estrazzjoni L-istorja tal-estrazzjoni fir-Rammelsberg seħħet bħala proċess kontinwu f'fażijiet differenti. Inizjalment il-prodott prinċipali tal-estrazzjoni kienu l-minerali tar-ram, imbagħad (ferm) iktar 'il quddiem iċ-ċomb, u mbagħad il-fidda. L-analiżi ta' sorsi bil-miktub u ta' sejbiet arkeoloġiċi ta' biċċiet imdewba ta' minerali u ta' gagazza li nstabu matul l-iskavi arkeoloġiċi li saru bejn l-1981 u l-1985 f'Düna (qrib Osterode) fin-naħa t'isfel tal-katina muntanjuża ta' Harz, tindika li l-iżjed attività bikrija tal-estrazzjoni fir-Rammelsberg seħħet lejn l-aħħar tas-seklu 7 W.K. Fl-Ingilterra ġew skavati wkoll oġġetti funebri Anglo-Sassoni magħmula mill-minerali tal-katina muntanjuża ta' Harz. Medju Evu L-estrazzjoni fir-Rammelsberg issemmiet għall-ewwel darba fid-dokumenti għall-ħabta tad-968 mill-kronista Sassonu Widukind ta' Corvey. Skont ir-Res gestae saxonicae, l-Imperatur Otto l-Kbir ordna li jinfetħu d-depożiti tal-minerali tal-fidda (bil-Latin: venas argenti) u jiġu estratti. L-insedjament ta' Goslar ibbażat fuq l-industrija tal-estrazzjoni ma ssemmiex qabel id-979. Fl-1005, attirat mill-preżenza tal-fidda, ir-Re Enriku II tal-Ġermanja ordna l-kostruzzjoni tal-Palazz Imperjali ta' Goslar (Kaiserpfalz Goslar) taħt il-muntanja tar-Rammelsberg, u fl-1009 saret l-ewwel Assemblea Imperjali hemmhekk. Estiż mis-suċċessuri Saljani tiegħu, Konrad II u Enriku III, il-palazz ta' Goslar gradwalment ħa post l-eks Palazz Irjali ta' Werla. Il-minjieri li kienu qed jagħmlu qligħ baqgħu Reichsgut b'sjieda diretta tal-Imperatur Ruman Sagru. Meta fl-1175 l-Imperatur Federiku Barbarossa sejjaħ għall-appoġġ fil-kampanja militari tiegħu kontra l-bliet Taljani tal-Lega Lombarda, id-Duka Welf Enriku l-Iljun talab għall-appoġġ tiegħu u ta' dan jikkumpensah bil-minjieri ta' Goslar, iżda Federiku rrifjuta. Id-Duka Enriku assedja r-raħla u ordna li l-impjanti tal-estrazzjoni jinqerdu. Wara li ġie depost, il-minjieri tar-Rammelsberg ġew irrestawrati mill-ġdid iżda reġgħu ġew ikkontestati fl-1198/99 matul it-taqbida għat-tron bejn il-Welf u l-Hohenstaufen, fi kliem ieħor bejn ibnu Otto IV u iben Federiku Filippu ta' Swabja. Wara li l-influwenza imperjali battiet, il-minjieri nżammew mill-kunsill tal-belt imperjali ta' Goslar fuq pleġġ, u uffiċjalment xtraw l-intitolament għad-drittijiet u għar-royalties tal-estrazzjoni (Bergregal) fl-1359. Fl-1376 ġie ddokumentat aċċident fil-minjieri, fejn intradmu u mietu iktar minn 100 ħaddiem tal-minjieri. Il-minerali prinċipali estratti fir-Rammelsberg kienu l-minerali taċ-ċomb u taż-żingu, il-minerali tar-ram, il-minerali tal-kubrit, il-minerali mħallta (Melierterz), l-ispar kannella (Braunerz), il-minerali tal-barit (Grauerz), il-minerali f'medda (Banderz) u l-kniest flimkien ma' minerali importanti oħra bħall-galena, il-kalkopirit, l-isfalerit, il-barit u l-vitrioli. Il-metalli ewlenin estratti minn dawn il-minerali kienu jinkludu l-fidda, iċ-ċomb, ir-ram u ż-żingu, u fuqhom kien ibbażat il-ġid ta' Goslar. Bis-saħħa ta' dan il-ġid, il-minjieri ta' Goslar u tar-Rammelsberg kienu influwenti fil-Lega Anseatika matul is-snin 40 tas-seklu 15, iżda fl-1552, il-kontroll tal-minjieri ġie ttrasferit minn Goslar għall-Margravjat ta' Brandenburg. Era moderna Għal sekli sħaħ il-minjieri ta' Goslar kienu biċċa uġigħ ta' ras għad-Duki ta' Brunswick-Wolfenbüttel li kienu qed imexxu t-territorji biswit ta' Harz. Fl-1552 – wara deċennji ta' proċedimenti ġuridiċi, fewdi u ġlied – id-Duka Enriku V ħataf l-okkażjoni tal-pożizzjoni mdgħajfa tal-belt fil-Gwerra Xmalkaldika u ħa f'idejh is-sjieda tal-minjieri miċ-ċittadini. L-operazzjonijiet tal-estrazzjoni komplew jiġu promossi minn iben Enriku, is-suċċessur tiegħu d-Duka Ġulju ta' Brunswick-Wolfenbüttel mill-1568. Matul il-Gwerra ta' Tletin Sena, għal darb'oħra ċ-ċittadini ta' Goslar reġgħu ppruvaw jieħdu l-minjieri tar-Rammelsberg u ddistingwew ruħhom bħala partitarji leali tal-forzi imperjali kontra l-kmandant Protestant Kristjanu ż-Żgħir ta' Brunswick; madankollu, ma rnexxilhomx peress li n-neputi tiegħu d-Duka Awgustu ż-Żgħir irrikonċilja mal-Imperatur Ferdinandu fl-1642. Taħt id-Duki Welf, mis-seklu 18 'il quddiem inkiseb ukoll id-deheb. Flimkien ma' Goslar, il-minjieri tar-Rammelsberg għaddew għand ir-Renju ta' Hanover fl-1814 u għand ir-Renju tal-Prussja fl-1866. Taħt ir-Rammelsbergprojekt tal-1936/37, il-minjiera tkabbret ferm taħt l-awtoritajiet Nażisti skont il-Pjan ta' Erba' Snin. In-Nażisti ħassew li r-Rammelsberg bil-minerali tal-metalli tiegħu kien vitali għall-isforzi militari tagħhom u d-diffikultà tal-arrikkiment minerali kienet ġiet solvuta teknikament permezz tat-tagħwim bir-ragħwa. Dan wassal għall-kostruzzjoni tal-impjanti attwali fuq l-art, inkluż l-impjant tal-ipproċessar mal-ġenb tal-muntanja u x-xaft tar-Rammelsberg. L-arkitetti kienu Fritz Schupp u Martin Kremmer, li ddisinjaw binjiet industrijali importanti oħra, inkluż is-Sit ta' Wirt Dinji tal-Unesco fiż-żona tar-Ruhr, iz-Zeche Zollverein. Wara iktar minn 1,000 sena li matulhom ġew estratti kważi 30 miljun tunnellati ta' minerali, il-minjiera ngħalqet finalment mill-kumpanija Preussag fit-30 ta' Ġunju 1988 peress li fil-biċċa l-kbira d-depożiti tal-minerali kienu ġew eżawriti. Assoċjazzjoni taċ-ċittadini argumentat bis-saħħa kontra l-pjanijiet ta' twaqqigħ tal-impjanti ta' fuq l-art u li l-impjanti tal-estrazzjoni storiċi taħt l-art jintradmu. B'konsegwenza ta' dan, il-minjiera li kienet ingħalqet ġiet żviluppata f'mużew biex jiġi ppreservat il-wirt industrijali u tintwera l-istorja tal-minjiera u tat-tagħmir industrijali tagħha. Prospettar fl-2009 Fi Frar 2009, il-kumpanija Scandinavian Highlands Holding A/S ippubblikat ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ġeofiżiċi magħmula mis-sussidjarja tagħha Harz Minerals GmbH. Skontha jaf huma preżenti depożiti tal-minerali mhux magħrufa ta' daqs simili għal dawk li kien hemm fir-Rammelsberg xi żewġ kilometri fil-Punent tad-depożiti tal-minerali tar-Rammelsberg. Fil-ħarifa tal-2009 diversi tentattivi ta' tħaffir esplorattiv twettqu fiż-żona ta' Hessenkopf u ta' Gosetal sa fond ta' 500-600 metru. Fl-aħħar ta' Jannar 2010, wara nuqqas ta' aħbarijiet għal bosta xhur, il-kumpanija ħabbret li kienet se twettaq tħaffir sa fond ta' 800 metru, fejn kienet qed tissuspetta li jaf hemm depożiti tal-minerali rikki. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-ċentru storiku ta' Goslar u l-minjieri tar-Rammelsberg ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992. Fl-2010 is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ġie estiż biex tiġi inkluża s-sistema tal-ġestjoni tal-ilma tan-naħa ta' fuq ta' Harz, l-Abbazija ta' Walkenried u l-Foss storiku ta' Sansun. Il-Mużew tar-Rammelsberg u l-minjiera miftuħa għall-viżitaturi huma waqfa importanti tul ir-Rotta Ewropea tal-Wirt Industrijali (bl-Ingliż: European Route of Industrial Heritage - ERIH). Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jipproteġi bosta artefatti mill-Medju Evu tal-operazzjonijiet tal-estrazzjoni fil-muntanja, inkluż: il-fosos l-antiki tar-radam u l-munzelli tal-gagazza (l-eqdem fosthom imorru lura għas-seklu 10); il-binarji tat-trasport tal-minerali li jmorru lura għas-seklu 12; il-Gallerija ta' Roeder (b'sistema ta' vireg ċatti u diversi roti tal-ilma li jappoġġaw id-drenaġġ tal-foss u l-olzar tal-minerali; hemm replika fid-Deutsches Museum f'Munich); il-Maħżen ta' Feuergezäher (l-eqdem spazju tal-estrazzjoni taħt l-art b'qafas tal-injam u l-brikks (ausgemauert) fl-Ewropa Ċentrali); il-Gallerija ta' Rathstiefste (passaġġ orizzontali Medjevali tad-drenaġġ; imżejjen bi qxur tal-vitrioli kkuluriti); il-qafas strutturali ewlieni tal-minjiera (tas-seklu 18); it-Torri tas-Sorveljatur Ewlieni tal-Fosos (Maltermeisterturm) (l-eqdem binja tal-estrazzjoni fil-Ġermanja li tinsab fuq l-art). Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Faċilitajiet tal-minjiera Torri tas-Sorveljatur Ewlieni tal-Fosos It-Torri tas-Sorveljatur Ewlieni tal-Fosos (Maltermeisterturm) huwa l-eqdem binja industrijali fuq l-art li għadha teżisti fir-Rammelsberg u x'aktarx fil-Ġermanja kollha. Inbena għall-ħabta tal-1500 fuq munzell gagazza mal-ġenb tar-Rammelsberg. Inizjalment it-torri kien jintuża għas-sorveljanza tal-fosos; mill-1578 'il quddiem intuża bħala torri ta' kampnar (Anläuteturm). Minn nofs is-seklu 18, fit-torri kien jgħix is-sorveljatur ewlieni (Maltermeister). Dan kien jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-injam meħtieġ għall-minjiera, li kien jitkejjel f'malters, u b'hekk inżamm l-isem attwali. Għadira ta' Herzberg L-Għadira ta' Herzberg inħolqot fl-1561 sabiex ikun hemm biżżejjed ilma biex ikunu jistgħu jduru r-roti tal-ilma fiż-żminijiet tan-nixfa. Mill-1926, din intużat bħala pixxina tal-għawm fil-boskijiet. Sal-għeluq tal-minjieri, l-ilma kien jintuża għat-tberrid u l-ilma sħun kien jiġi ppumpjat lura fl-għadira u b'hekk issaħħan il-baċir tal-water was used for cooling and the warm water was pumped back into the pixxina tal-għawm fil-boskijiet. Arrikkiment minerali fuq il-Bollrich Minħabba l-Wirtschaftswunder ("miraklu ekonomiku") Ġermaniż ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija u ż-żieda kbira fil-prezzijiet taċ-ċomb u taż-żingu fl-1950, saru investigazzjonijiet fid-depożiti tal-minerali f'medda (Banderz). Wara tentattivi li rnexxew ta' pproċessar tal-minerali b'kontenut fqir ta' metalli (b'kontenut ta' metalli li setgħu jiġu rkuprati ta' madwar 25 %), l-arrikkiment tal-minerali f'medda nbeda fl-1953 fuq il-Bollrich iktar 'il fuq mill-villaġġ ta' Oker. Għal darb'oħra l-arkitett tal-minjiera Fritz Schupp kien responsabbli għall-ippjanar tal-faċilitajiet. Is-sit ġie kkollegat mal-minjiera tar-Rammelsberg permezz tal-linja ferrovjarja tal-foss li tgħaddi mill-Gallerija ta' Gelenbeek. It-tneħħija ta' konċentrati taċ-ċomb imdewweb f'Oker u taż-żingu fl-impjanti ta' Harlingerode ġiet iffaċilitata permezz ta' linja ferrovjarja b'gejġ standard. Munita kommemorattiva Fl-2008 iċ-ċentru storiku ta' Goslar u l-minjiera tar-Rammelsberg kienu s-suġġett tal-muniti tad-deheb ta' 100 ewro li jiġu zzekkati kull sena bħala parti minn serje ta' muniti kommemorattivi ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Harzer Wandernadel Il-Mużew tar-Rammelsberg huwa l-waqfa Nru 91 fis-sistema ta' waqfiet li jiffurmaw in-network tal-mixi magħruf bħala l-Harzer Wandernadel. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Muntanji Industrija Ġermanja
29786
https://mt.wikipedia.org/wiki/Postkolonjali%C5%BCmu
Postkolonjaliżmu
Il-Postkolonjaliżmu huwa l-istudju akkademiku kritiku tal-wirt kulturali, politiku u ekonomiku tal-kolonjaliżmu u l-imperialiżmu. Il-perspettiva postkolonjali tiffoka fuq l-impatt tal-kontroll u l-isfruttament, tan-nies u l-artijiet ikkolonizzati tagħhom. B'mod aktar speċifiku, hija analiżi tat-teorija kritika tal-istorja, il-kultura, il-letteratura u d-diskors tal-poter (ġeneralment Ewropew) imperjali. Politika Kultura Filosofija
29787
https://mt.wikipedia.org/wiki/Betlem
Betlem
Betlem (/ˈbɛθlɪhɛm/; bl-Għarbi: بيت لحم Bayt Laḥm; bl-Ebrajk: בֵּית לֶחֶם Bēṯ Leḥem), ġieli spelluta Bethlehem jew Betlehem) hija belt fix-Xatt tal-Punent, il-Palestina, u tinsab madwar 10 kilometri (6.2 mili) fin-Nofsinhar ta' Ġerl-Istati Uniti;lemm. Hija l-belt kapitali tal-Governorat ta' Betlem u għandha popolazzjoni ta' madwar 25,000 ruħ. L-ekonomija tal-belt hija bbażata l-iktar fuq it-turiżmu; it-turiżmu internazzjonali huwa attiv l-iktar għall-ħabta tal-Milied, meta l-Kristjani jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-Knisja tan-Natività, meqjuma bħala l-post fejn twieled Ġesù. Fid-daħla tat-Tramuntana tal-belt hemm il-Qabar ta' Rakele, il-post fejn indifnet il-matriarka Bibblika Rakele. Il-moviment madwar il-belt huwa limitat minħabba l-fruntiera tax-Xatt tal-Punent ma' Iżrael. L-iżjed tismija bikrija magħrufa ta' Betlem hija l-korrispondenza ta' Amarna tal-Eġittu tal-qedem, li tmur lura għall-1350-1330 Q.K., meta l-belt kienet abitata mill-poplu ta' Kana. Fil-Bibbja bl-Ebrajk jiġi deskritt il-perjodu tal-Iżraeliti; Betlem tiġi definita bħala l-post fejn twieled David kif ukoll bħala l-belt fejn indilek bħala t-tielet monarka tar-Renju Unit ta' Iżrael, u jiġi ddikjarat ukoll li nbniet bħala belt iffortifikata minn Rehoboam, l-ewwel monarka tar-Renju ta' Ġuda. Fit-Testment il-Ġdid, il-Vanġelu ta' San Mattew u l-Vanġelu ta' San Luqa jidentifikaw il-belt bħala l-post fejn twieled Ġesù ta' Nażaret. Taħt l-Imperu Ruman, il-belt ta' Betlem inqerdet minn Adrijanu, li kien wasal biex jirbaħ kontra l-Lhud involuti fir-rewwixta ta' Bar Kokhba. Madankollu, il-kostruzzjoni mill-ġdid ta' Betlem iktar 'il quddiem ġiet promossa minn Elena, omm Kostantinu l-Kbir. Kostantinu kabbar il-proġett ta' ommu billi kkummissjona l-Knisja tan-Natività fit-327 W.K. Fil-529, il-Knisja tan-Natività ġarrbet ħsarat estensivi mis-Samaritani involuti fir-rewwixtri Samaritani; wara r-rebħa tal-Imperu Biżantin, il-knisja reġgħet inbniet seklu wara minn Ġustinjanu I. Qalb il-ħakma Musulmana tal-Lvant, Betlem saret parti mill-Jund Filastin fis-637. Il-Musulmani komplew imexxu l-belt sal-1099, meta nħakmet mill-ġellieda tal-Kruċjati, li ssostitwew il-kleru Kristjan lokali — magħmul minn rappreżentanti mill-Knisja Ortodossa Griega — b'rappreżentanti mill-Knisja Kattolika. F'nofs is-seklu 13, is-swar ta' Betlem twaqqgħu mis-Sultanat tal-Mamluk. Madankollu, dawn reġgħu nbnew mill-Imperu Ottoman fis-seklu 16, wara l-Gwerra bejn l-Ottomani u l-Mamluk. Fl-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Ottomani tilfu l-kontroll ta' Betlem li għadda għand l-Imperu Brittaniku. Il-belt ġiet iggvernata taħt il-Mandat Brittaniku għall-Palestina sal-1948, meta mbagħad inħatfet mill-Ġordan matul l-Ewwel Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael. Fl-1967 il-belt inħatfet minn Iżrael matul it-Tielet Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael. Mill-Ftehimiet ta' Oslo, li jinkludu sensiela ta' ftehimiet bejn Iżrael u l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana, Betlem ġiet iddeżinjata bħala parti miż-Żona A tax-Xatt tal-Punent, u b'hekk nominalment taqa' taħt il-kontroll sħiħ tal-Palestina. Filwaqt li storikament kienet belt tal-Kristjani Għarab, Betlem issa għandha maġġoranza ta' Musulmani Għarab, għalkemm xorta waħda għadha tospita komunità sinifikanti ta' Kristjani Palestinjani. Attwalment, Betlem ġiet imdawra minn għexieren ta' insedjamenti ta' Iżrael, li effettivament jisseparaw il-Palestinjani fil-belt u ma jħalluhomx jaċċessaw b'mod ħieles l-artijiet tagħhom u l-għajxien tagħhom, għaldaqstant dan skatta l-eżodu kostanti tagħhom. Etimoloġija L-isem attwali ta' Betlem bil-lingwi lokali huwa Bayt Laḥm jew بيت لحم bl-Għarbi, li litteralment tfisser "dar tal-laħam", u Bet Leḥem jew בֵּית לֶחֶם bl-Ebrajk, li litteralment tfisser "dar tal-ħobż" jew "dar tal-ikel". Il-belt kienet tissejjaħ Βηθλεέμ bil-Grieg Antik (pronunzjata [bɛːtʰle.ém]) u Bethleem bil-Latin. L-iżjed tismija bikrija ta' Betlem bħala post tinsab fil-korrispondenza ta' Amarna (għall-ħabta tal-1400 Q.K.), fejn tissemma bħala Bit-Laḫmi, isem li l-oriġini tiegħu għadhom mhumiex magħrufa. Suġġeriment li ilu jeżisti fost l-istudjużi hu li ġej mid-divinità tal-fertilità Laḫmu tal-Mesopotamja jew tal-poplu ta' Kana u oħtha konsorti Lahamu. Lahmo hija l-kelma Ċaldeana għal "fertilità". L-istudjuż Bibbliku William F. Albright kien jemmen li din l-ipoteżi li tressqet għall-ewwel darba minn Otto Schroeder kienet "ċertament preċiża". Albright innota li l-pronunzja tal-isem essenzjalment kienet baqgħet l-istess għal 3,500 sena, minkejja li l-perċezzjoni tat-tifsira tal-isem inbidlet maż-żmien: bil-lingwa ta' Kana kienet tfisser it-"Tempju tad-Divinità Lakhmu", bl-Ebrajk u bl-Aramajk kienet tfisser "Dar tal-Ħobż", u bl-Għarbi kienet tfisser "Dar tal-Laħam". Filwaqt li t-teorija ta' Schroeder ma tantx hija aċċettata b'mod wiesa', għadha tiġi aċċettata fil-letteratura akkademika ferm iktar mit-traduzzjonijiet litterali li saru wara. Suġġeriment ieħor hu li l-isem huwa assoċjat mal-għerq l-h-m "tiġġieled", iżda huwa maħsub li din it-teorija hija inqas probabbli. Sit ta' Wirt Dinji Betlem bħala rotta ta' pellegrinaġġ lejn il-Knisja tan-Natività, il-post fejn twieled Ġesù, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Ġemellaġġi Betlem hija ġemellata ma': Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda; Assisi, l-Italja; Ateni, il-Greċja; Barranquilla, il-Kolombja; Brescia, l-Italja; Burlington, l-Istati Uniti; Capri, l-Italja; Catanzaro, l-Italja; Chartres, Franza; Chivasso, l-Italja; Civitavecchia, l-Italja; Köln, il-Ġermanja; Concepción, iċ-Ċilì; Cori, l-Italja; Creil, Franza; Cusco, il-Perù; Częstochowa, il-Polonja; Dakhla, is-Saħara tal-Punent; Este, l-Italja; Faggiano, l-Italja; Firenze, l-Italja; Gallipoli, l-Italja; Għajnsielem, Għawdex, Malta; Glasgow, l-Iskozja, ir-Renju Unit; Greccio, l-Italja; Grenoble, Franza; Lourdes, Franza; Monterrey, il-Messiku; Montevarchi, l-Italja; Montpellier, Franza; Natal, il-Brażil; Pratovecchio Stia, l-Italja; San Pietruburgu, ir-Russja; Sarpsborg, in-Norveġja; Steyr, l-Awstrija; Villa Alemana, iċ-Ċilì; Zaragoza, Spanja. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Palestina Lvant Nofsani
29788
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0erusalemm
Ġerusalemm
Ġerusalemm (/dʒəˈruːsələm/; bl-Ebrajk: יְרוּשָׁלַיִם Yerushaláyim; bl-Għarbi: القُدس Al‑Quds) hija belt fil-Punent tal-Asja. Tinsab fuq promontorju fil-muntanji ta' Ġudea bejn il-Mediterran u l-Baħar Mejjet, u hija waħda mill-eqdem bliet fid-dinja. Titqies bħala belt imqaddsa għat-tliet reliġjonijiet Abramiċi ewlenin: il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam. Kemm Iżrael kif ukoll il-Palestina jsostnu li Ġerusalemm hi l-belt kapitali tagħhom peress li Iżrael għandha l-istituzzjonijiet governattivi primarji hemmhekk u l-Palestina finalment tipprevediha bħala s-sede tal-poter tagħha. Minħabba dan it-tilwim, ma hemm l-ebda rikonoxximent internazzjonali wiesa' li jxaqleb lejn naħa jew oħra. Matul l-istorja twila tagħha, Ġerusalemm inqerdet mill-inqas darbtejn, ġiet assedjata 23 darba, inħatfet u nħatfet mill-ġdid 44 darba, u ġiet attakkata 52 darba. Il-parti ta' Ġerusalemm imsejħa l-Belt ta' David kellha l-ewwel sinjali ta' insedjament fir-raba' millenju Q.K., fl-għamla ta' kampijiet ta' rgħajja nomadiċi. Matul il-perjodu tal-Kananiti (is-seklu 14 Q.K.), Ġerusalemm ġiet imsejħa Urusalim fuq it-tavli Eġizzjani tal-qedem, li x'aktarx kienet tfisser il-"Belt ta' Shalem" b'dedika għal divinità Kananita. Matul il-perjodu tal-Iżraeliti, fis-seklu 9 Q.K. (Żmien il-Ħadid II) bdiet attività sinifikanti ta' kostruzzjoni f'Ġerusalemm, u sas-seklu 8 Q.K., il-belt kienet żviluppat f'ċentru reliġjuż u amministrattiv tar-Renju ta' Ġuda. Fl-1538, is-swar tal-belt inbnew mill-ġdid għall-aħħar darba madwar il-belt ta' Ġerusalemm taħt Suleiman il-Manjifiku tal-Imperu Ottoman. Illum il-ġurnata dawk is-swar jiddefinixxu ċ-ċentru storiku tal-belt, li tradizzjonalment ġiet maqsuma f'erba' kwartieri – magħrufa mill-bidu tas-seklu 19 bħala l-kwartieri Armeni, Kristjani, Lhud u Musulmani. Iċ-ċentru storiku u s-swar saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981, u attwalment tinsab fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu. Mill-1860, Ġerusalemm kibret ferm lil hinn mill-konfini taċ-ċentru storiku. Fl-2022, Ġerusalemm kellha popolazzjoni ta' madwar 971,800 resident, li minnhom kważi 60 % kienu Lhud u kważi 40 % kienu Palestinjani. Fl-2020, il-popolazzjoni kienet ta' 951,100 resident, li minnhom 570,100 ruħ kienu Lhud (59.9 %), 353,800 ruħ kienu Musulmani (37.2 %), 16,300 ruħ kienu Kristjani (1.7 %), u 10,800 ruħ ma kinux ikklassifikati (1.1 %). Skont il-Bibbja bl-Ebrajk, ir-Re David ħakem il-belt mill-Ġebużiti u stabbiliha bħala l-belt kapitali tar-Renju Unit ta' Iżrael, u ibnu, ir-Re Salamun, ikkummissjona l-bini tal-Ewwel Tempju. L-istudjużi moderni jargumentaw li l-Lhud tnisslu minn fergħa tal-popli u tal-kulturi Kananiti permezz tal-iżvilupp ta' reliġjon monolatrija — u iktar 'il quddiem monoteistika — distinta ċċentrata fuq El/Yahweh. Dawn l-avvenimenti tal-istabbiliment tal-belt, lejn il-bidu tal-ewwel millenju Q.K., kellhom importanza simbolika ċentrali għall-poplu Lhudi. Il-laqam tal-belt imqaddsa (bl-Ebrajk: עיר הקודש, b'ittri Rumani: 'Ir ha-Qodesh) x'aktarx li ngħata lil Ġerusalemm fiż-żminijiet ta' wara l-eżilju. Il-qdusija ta' Ġerusalemm fil-Kristjaneżmu, ikkonservata fit-traduzzjoni bil-Grieg tal-Bibbja bl-Ebrajk, li l-Kristjani adottaw bħala t-"Testment il-Ġdid" tagħhom stess, ġiet imsaħħa permezz tal-ġrajja tat-Testment il-Ġdid li tirrakkonta li Ġesù ssallab u rxoxta hemmhekk. Fl-Iżlam Sunni, Ġerusalemm hija t-tielet l-iktar belt imqaddsa, wara Mekka u Medina. Il-belt kienet l-ewwel qibla, id-direzzjoni standard għat-talb tal-Musulmani (salah), u skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammed għamel il-Vjaġġ ta' Billejl tiegħu hemmhekk fis-621, u skont il-Koran tela' l-ġenna fejn tkellem ma' Alla. Minħabba f'hekk, minkejja li għandha erja ta' 0.9 km2 (3⁄8 ta' mil kwadru) biss, fiċ-ċentru storiku tal-belt hemm bosta siti ta' importanza reliġjuża fundamentali, fosthom l-Għolja tat-Tempju, il-Ħajt tal-Punent, il-Koppla tal-Blat, il-Moskea ta' al-Aqsa, u l-Knisja tas-Sepolkru Mqaddes. Illum il-ġurnata, l-istatus ta' Ġerusalemm għadu wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin fil-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Matul il-Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael fl-1948, il-Punent ta' Ġerusalemm kien fost iż-żoni li nħatfu u iktar 'il quddiem ġew annessi ma' Iżrael, filwaqt li l-Lvant ta' Ġerusalemm, inkluż iċ-ċentru storiku tal-belt, inħatfet u iktar 'il quddiem ġiet annessa mal-Ġordan. Iżrael ħatfet il-Lvant ta' Ġerusalemm mill-Ġordan matul il-Gwerra ta' Sitt Ijiem tal-1967 u sussegwentement irnexxielha tannettiha f'Ġerusalemm, flimkien mat-territorju addizzjonali tal-madwar. Waħda mil-Liġijiet Bażiċi ta' Iżrael, il-Liġi ta' Ġerusalemm tal-1980, tirreferi għal Ġerusalemm bħala l-belt kapitali mhux maqsuma tal-pajjiż. Il-fergħat kollha tal-gvern ta' Iżrael jinsabu f'Ġerusalemm, inkluż il-Knesset (il-Parlament ta' Iżrael), ir-residenzi tal-Prim Ministru (Beit Aghion) u l-President (Beit HaNassi), u l-Qorti Suprema. Il-komunità internazzjonali tirrifjuta l-annessjoni u tqisha bħala illegali, filwaqt li tittratta l-Lvant ta' Ġerusalemm bħala territorju Palestinjan okkupat minn Iżrael. Sit ta' Wirt Dinji Il-Belt Antika u s-Swar ta' Ġerusalemm ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Relazzjonijiet internazzjonali Ġerusalemm hija ġemellata ma': Praga, ir-Repubblika Ċeka; Ayabe, il-Ġappun; Belt ta' New York, l-Istati Uniti (mill-1993). Ġerusalemm hija msieħba ma': Marsilja, Franza; Kiev, l-Ukrajna. Referenzi Bliet kapitali fl-Asja Siti ta' Wirt Dinji Iżrael Palestina
29793
https://mt.wikipedia.org/wiki/The%20Loud%20House%20Movie
The Loud House Movie
The Loud House Movie huwa film mużikali animati Amerikan tal-2021 miktb, dirett minn Dave Needham fuq Nickelodeon Movies u Netflix. Il-film ta' 2020 oriġinarjament kien se jinħareġ minn Paramount Pictures taċ-ċinema. Minflok, il-film kellu rilaxx diġital fl-2021 fuq Netflix u jixxandar fuq Television Malta fl-2023. Trama Mal-ġenituri tiegħu u l-10 aħwa kollha fl-irmonk, Lincoln Loud imur l-Iskozja u jitgħallem il-rojali tmur fil-familja f'dan il-vjaġġ mużikali globali. Lincoln Loud, it-tifel tan-nofs u l-uniku iben ta 'Lynn Loud Sr. u Rita Loud, iqatta' l-ħin tiegħu jgħin lil sorijiet tiegħu - Lori, Leni, Luna, Luan, Lynn, Lucy, Lana, Lola u Lisa - hekk kif imorru għad-dmirijiet tagħhom ta 'kuljum, waqt li jgħallmu wkoll lill-iżgħar oħt tiegħu Lily kif tlaħħaq ma' l-għixien f'familja kbira. Wara ġurnata partikolarment ta ’suċċess fejn is-sorijiet kollha jirbħu premjijiet, huma jiċċelebraw fir-restorant ta’ Lynn Sr. Waqt li hemm, is-sorijiet Loud huma mfaħħra mill-partitarji waqt li Lincoln jiġi mbuttat mal-ġenb u injorat. Tħoss li qed jgħix fid-dell tagħhom, huwa jikkonsulta lill-ħabib tiegħu Clyde McBride, li jgħidlu dwar iż-żmien li tgħallem in-naħa tan-nanna dawl Pariġi. Ispirat, Lincoln jistaqsi lill-ġenituri tiegħu l-istess mistoqsija u Lisa tirnexxilha tintraċċa l-wirt ta 'Lynn Sr. lejn l-Iskozja. Il-familja Loud imbagħad titlaq lejn l-Iskozja għal vaganza twila ta 'ġimgħa fuq vjaġġ bl-Artiku li jinvolvi paraxut minn stiva tal-merkanzija, li ttajjar f'bużżieqa bl-arja sħuna, u tivvjaġġa f'subarin. Meta tasal fil-belt Skoċċiża ta 'Loch Loud, belt mimlija b'ħafna fard, il-familja Loud titgħallem minn tifel jismu Scott li Leni jidħol fl-imħabba u ċ-ċittadini ta 'Loud Loch li huma dixxendenti ta' rojali Skoċċiżi. Huma mmexxija minn kastell immexxi mill-kapijiet ta Angus u l-gvern tal-propjetà diżgustat Morag. L-Atturi tal-vuċi ta' Asher Bishop bħala Lincoln Loud David Tennant bħala Angus Michelle Gomez bħala Morag Jill Talley bħala Rita Loud Brian Stepanek bħala Rita Loud Catherine Taber bħala Lori Loud Liliana Mumy bħala Leni Loud Nika Futterman bħala Luna Loud Cristina Pucelli bħala Luan Loud Jessica DiCicco bħala Lynn Loud u Lucy Loud Grey DeLisle bħala Lola Loud, Lana Loud, Lily Loud u Scoots Lara Jill Miller bħala as Lisa Loud Ċinema
29794
https://mt.wikipedia.org/wiki/Siega%20Verde
Siega Verde
Siega Verde (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈsjeɣa ˈβeɾðe]) huwa sit arkeoloġiku f'Serranillo, Villar de la Yegua, il-provinċja ta' Salamanca, f'Kastilja u León, Spanja, li flimkien mal-arti Paleolitika fil-Wied ta' Côa fil-Portugall huwa wieħed mis-siti prinċipali fl-Ewropa bħala konċentrazzjoni ta' inċiżjonijiet jew tinqixiet preistoriċi fuq il-blat. Jinkludi l-lokalitajiet ta' Villar de la Yegua, Villar de Argañán u Castillejo de Martín Viejo. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien mal-arti Paleolitika tal-Wied ta' Côa fl-2010. Is-sit jikkonsisti minn sensiela ta' tinqix fuq il-blat li ġew skoperti fl-1988 mill-Professur Manuel Santoja Gómez matul kampanja ta' tfassil ta' inventarju tas-siti arkeoloġiċi fil-wied tax-xmara Águeda. Fost is-suġġetti hemm ekwidi, annimali estinti, ċriev u mogħoż, li huma l-iktar komuni, kif ukoll biżonti, renni u r-rinoċeronti tas-suf, li dak iż-żmien kienu għadhom mhux estinti. It-tinqix imur lura għall-kultura Gravettjana tal-Paleolitiku Superjuri (madwar 20,000 sena ilu). Hemm ukoll rappreżentazzjonijiet antropomorfiċi iktar reċenti, li jmorru lura għall-perjodu Magdalenjan (madwar 9,000 sena ilu). B'kollox hemm 91 panew bit-tinqix mifruxa fuq kilometru ta' blat. Storja Dan is-sit arkeoloġiku ġie skopert fis-17 ta' Ottubru 1988 mill-Professur Manuel Santoja Gómez, id-direttur tal-Mużew ta' Salamanca ta' dak iż-żmien, fl-inħawi tax-xmara Águeda, bis-saħħa ta' informazzjoni mogħtija minn ragħaj li kien qed jirgħa l-merħla tiegħu fil-qrib. Il-panewijiet bit-tinqix ġew imdaħħla f'inventarju skont kif ġew inċiżi, jiġifieri bid-daqqiet, bħala inċiżjonijiet jew bħala girfiet. Struttura Minn dak iż-żmien 'l hawn ġew katalogizzati iktar minn 500 immaġni żoomorfika u mhux figurattivi jew sinjali astratti tal-Paleolitiku Superjuri, kemm tal-kultura Gravettjana (madwar 20,000 sena ilu) kif ukoll tal-kultura Magdalenjana u Magdalenjana-Aziljana (madwar 17,000-9,000 sena ilu) f'96 panew bit-tinqix mifruxa fuq kilometru ta' blat. Iż-żona arkeoloġika ġiet iddikjarata Sit ta' Interess Kulturali (bl-Ispanjol: Bien de Interés Cultural) mill-Kunsill ta' Kastilja u León fl-1998. Pożizzjoni Wieħed jista' jasal għas-sit arkeoloġiku tul ix-xmara Águeda billi jaqsam il-pont tal-Unjoni fuq ix-xmara Águeda, fit-triq bejn Castillejo de Martín Viejo, Villar de Argañán, Martillán u Villar de la Yegua. Fil-post hemm tabella ta' informazzjoni dwar il-ħajja tal-popolazzjonijiet preistoriċi li kienu kaċċaturi-ġemmiegħa u sajjieda lejn l-aħħar tal-perjodu Plejstoċen. L-inċiżjonijiet u t-tinqix huma protetti minn xatba u minn ilqugħ li jiggarantixxu l-konservazzjoni. Sit ta' Wirt Dinji Is-sit arkeoloġiku ta' Siega Verde ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, fi Brasilia, il-Brażil, kellu l-34 sessjoni tiegħu u matulha approva l-estensjoni tas-sit biex tiġi inkluża l-arti Paleolitika tal-Wied ta' Côa fil-Portugall. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Skont l-UNESCO, dan is-sit jirrappreżenta l-iżjed ġabra eċċezzjonali fil-beraħ ta' arti Paleolitika fil-Peniżola Iberika, li flimkien mal-arti Paleolitika tal-Wied ta' Côa fil-Portugall, jinkludi ġabra straordinarja ta' suġġetti ikonografiċi organizzati tal-Paleolitiku Superjuri, li juru r-relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u spiritwali ta' missirijietna. F'Mejju 2018 is-sit ġie rrikonoxxut bħala Wirt Rupestri Ewropew mill-Kunsill tal-Ewropa, l-ewwel sit ta' dan it-tip fi Spanja. Biblijografija Alcolea, J. J. e Balbìn, R. (2006) Arte Paleolítico al aire libre. El yacimiento rupestre de Siega Verde, Salamanca. Arqueología en Castilla y León. Memorias 16. Junta de Castilla y León. Vazquez Marchi, C. e Angulo Costa, J. (2019) Conoce Siega Verde. Arte Paleolítico al aire libre. Centro de Estudios Mirobrigense y Ayuntamiento de Ciudad Rodrigo. Trabajos de investigación 12. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Preistorja Spanja
29796
https://mt.wikipedia.org/wiki/Monumenti%20Buddisti%20fl-in%C4%A7awi%20ta%27%20H%C5%8Dry%C5%AB-ji
Monumenti Buddisti fl-inħawi ta' Hōryū-ji
Il-Monumenti Buddisti fl-inħawi ta' Hōryū-ji huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinkludi varjetà ta' binjiet f'Hōryū-ji u f'Hokki-ji, f'Ikaruga, il-Prefettura ta' Nara, il-Ġappun. Dawn il-binjiet Buddisti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993 flimkien mal-pajsaġġ tal-madwar taħt għadd ta' kriterji. L-istrutturi li jagħmlu parti mis-sit huma fost l-eqdem binjiet tal-injam li għadhom eżistenti fid-dinja, u jmorru lura għas-sekli 7 u 8 W.K. Ħafna mill-monumenti huma wkoll Teżori Nazzjonali tal-Ġappun, u jirriflettu era importanti ta' influwenza Buddista fil-Ġappun. L-istrutturi jinkludu 21 binja fit-Tempju tal-Lvant ta' Hōryū-ji, disa' binjiet fit-Tempju tal-Punent ta' Hōryū-ji, 17-il monasteru u binjiet oħra, u l-pagoda f'Hokki-ji. Kondo ta' Hōryū-ji Il-Kondo, magħrufa wkoll bħala s-Sala tad-Deheb, tinsab fi ħdan it-territorju tal-kumpless tat-Tempju ta' Hōryū-ji. L-istruttura tinsab fiċ-ċentru qrib il-Pagoda ta' Hōryū-ji. Iż-żewġ strutturi huma sinifikanti, għalkemm għal raġunijiet differenti ħafna. Il-Kondo nbniet bl-intenzjoni li tintuża għall-qima Buddista. Fuq in-naħa ta' barra, il-Kondo tidher bħala struttura ta' żewġ sulari. Madankollu, l-ewwel sular biss huwa operattiv. Is-saqaf tal-Kondo għandu l-istil forfċi li spiss intuża fl-arkitettura tal-Lvant tal-Asja. In-naħa ta' barra tal-istruttura tal-injam ġiet imżejna wkoll b'immaġnijiet ta' draguni u tad-divinità tal-ilma. Malli wieħed jidħol fil-binja, jispikkaw it-Trijade ta' Xaka u l-iskulturi ta' Yakushi. Trijade ta' Xaka It-Trijade ta' Xaka tinsab fi ħdan il-binja tal-Kondo ta' Hōryū-ji. L-iskultura tpoġġiet fuq pjattaforma olzata ħalli kif wieħed jidħol fil-binja ikun jista' jammira l-opra. Ix-Xaka qiegħed bilqiegħda bejn iż-żewġ qaddejja tiegħu fil-pożizzjoni tal-medjazzjoni. Id-dublett li liebes ix-Xaka jinżel fuq riġlejh u l-pjattaform li jinsab bilqiegħda fuqha bi stil magħruf bħala tessut kaskata. Idejh huma ppożizzjonati f'żewġ mudri differenti. Idu l-leminija hija ppożizzjonata fil-mudra tas-serħan il-moħħ filwaqt li idu x-xellugija hija ppożizzjonata fil-mudra tat-twettiq tax-xewqat. Wara x-Xaka hemm mandorla mżejna b'mod elaborat bi fjura tal-lotus eżatt fin-nofs. Fuq ras ix-Xaka hemm ċirku olzat li suppost jirrappreżenta l-ġojjel Buddist tal-għerf. Fuq in-naħat ta' barra tal-mandorla hemm seba' figuri żgħar tal-Buddha. Dawn il-figuri suppost jirrappreżentaw is-seba' Buddhi li dehru quddiem ix-Xaka. Iż-żewġ qaddejja tiegħu tpoġġew fuq fjuri tal-lotus. Kull waħda miż-żewġ figuri għandha ġojjell f'idejha. Pagoda ta' Hōryū-ji Maġenb il-Kondo ta' Hōryū-ji hemm il-Pagoda ta' Hōryū-ji. Il-Kondo tiffunzjona bħala spazju għall-qima Buddista, iżda l-pagoda taqdi rwol differenti għalkollox. L-istruttura fiha ħames sulari u qisha sit ta' mafkar jew relikwarju fi ħdan it-Tempju ta' Hōryū-ji. L-istruttura nbniet ukoll b'tali mod li tirrappreżenta d-dijagramma tal-univers. Jekk wieħed jieqaf iħares lejn il-binja, mill-ewwel jinnota li s-soqfa ta' kull sular jiċkienu iktar ma jaslu lejn il-quċċata. Il-pilastru ċentrali tal-pagoda huwa mibni fuq pedament tal-ġebel li effettivament iħaddan fih teżori u relikwi Buddisti sagri. Dawn ir-relikwi tpoġġew f'reċipjenti tal-ħġieġ, tad-deheb u tal-fidda. Santwarju ta' Tamamushi Is-Santwarju ta' Tamamushi jinsab fi ħdan il-Binja tat-Teżor fit-Tempju ta' Hōryū-ji. Is-santwarju huwa magħmul minn Kondo żgħira li tpoġġiet fuq bażi rettangolari. B'mod simili bħall-Kondo ta' Hōryū-ji, din il-kondo f'minjatura fuq is-santwarju għandha saqaf forfċi b'bosta karatteristiċi arkitettoniċi tal-perjodu ta' Asuka. Is-santwarju ġie mżejjen b'mod elaborat b'bosta dettalji estensivi. Fi ħdan is-santwarju hemm statwa żgħira ta' Kannon, Bodhisattva Buddist. Il-ħitan fuq ġewwa ġew imżejna wkoll b'bosta figuri żgħar tal-Buddha. Fuq quddiem tal-bażi rettangolari hemm immaġnijiet tal-erba' rejiet gwardjani u fuq il-panewijiet laterali hemm immaġnijiet ta' Bodhisattva bilwieqfa fuq fjuri tal-lotus. Il-panew ta' wara juri l-Muntanja ta' Ryoju, il-post fejn ix-Xaka pprietka s-Sutra tal-Lotus. Fuq in-naħa ta' quddiem tal-pedestall ta' fuq nett tas-santwarju, hemm pitturi b'rappreżentazzjonijiet ta' relikwi Buddisti. Fuq in-naħa ta' wara tal-pedestall hemm immaġni ta' post magħruf bħala ċ-ċentru tal-univers. F'dan il-post jinsabu s-smewwiet, l-oċeani u l-art isseparati minn xulxin. Dan il-post huwa magħruf bħala l-Muntanja ta' Sumeru. Il-panew tal-lemin juri stampa tal-Buddha f'ħajja preċedenti tiegħu u l-panew tax-xellug juri xena tal-"Jataka tat-Tigri Mġewħa". Jataka tat-Tigri Mġewħa Il-Jata tat-Tigri Mġewħa hija ġrajja bit-tema tas-sagrifiċċju individwali. F'din il-ġrajja, il-Bodhisattva jimxi qalb il-foresta u jiltaqa' ma' tigra femminili mġewħa u l-frieħ imġewħa tagħha. Sabiex isalva l-ħajja tal-annimali bil-ġuħ, il-Bodhisattva jimxi sal-quċċata tal-muntanja fil-qrib u jaqbeż għal isfel. Ir-riħ tad-demm minn ġisem il-Bodhisattva hija biżżejjed biex tħajjar lit-tigra femminili mġewħa u l-frieħ imġewħa tagħha jieklu. Sit ta' Wirt Dinji Il-Monumenti Buddisti fl-inħawi ta' Hōryū-ji ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Komponenti Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ġappun Monumenti Tempji Buddiżmu
29800
https://mt.wikipedia.org/wiki/Qabar%20ta%27%20Humayun
Qabar ta' Humayun
Il-Qabar ta' Humayun (bil-Persjan: Maqbara-i Humayun) huwa l-qabar tal-Imperatur Mugal Humayun u jinsab f'Delhi, l-Indja. Il-qabar ġie kkummissjonat mill-ewwel mara u l-konsorti ewlenija ta' Humayun, l-Imperatriċi Bega Begum taħt il-patroċinju tagħha fl-1558, u ġie ddisinjat minn Mirak Mirza Ghiyas u minn ibnu Sayyid Muhammad, arkitetti Persjani magħżula minnha. Kien l-ewwel ġnien-qabar fis-subkontinent Indjan, u jinsab fil-Lvant ta' Nizamuddin, Delhi, l-Indja, qrib iċ-Ċittadella ta' Dina-panah, magħrufa wkoll bħala l-Purana Qila (il-Forti l-Antik), li Humayun stabbilixxa fl-1538. Kien ukoll l-ewwel struttura fejn intuża l-ġebel tar-ramel ħamrani fuq skala daqstant kbira. Il-qabar ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993, u minn dak iż-żmien sarlu xogħol estensiv ta' restawr. Apparti l-binja prinċipali tal-qabar ta' Humayun, hemm diversi monumenti iżgħar tul il-mogħdija li twassal sal-qabar, mid-daħla prinċipali fil-Punent, inkluż wieħed li saħansitra nbena 20 sena qabel il-qabar prinċipali. Dan huwa l-kumpless tal-qabar ta' Isa Khan Niyazi, nobbli Afgan fil-qorti ta' Sher Shah Suri tad-dinastija Suri li ġġieled kontra l-Mugal, li nbena fl-1547 W.K. Il-kumpless jinkludi l-qabar prinċipali tal-Imperatur Humayun, fejn huma midfuna wkoll l-Imperatriċi Bega Begum, Hajji Begum, kif ukoll Dara Shikoh, il-proproneputi ta' Humayun u iben l-Imperatur Shah Jahan li ġie warajh, flimkien ma' bosta Mugal sussegwenti oħra, fosthom l-Imperatur Jahandar Shah, Farrukhsiyar, Rafi Ul-Darjat, Rafi Ud-Daulat, Muhammad Kam Bakhsh u Alamgir II. Kien jirrappreżenta qabża kbira 'l quddiem fl-arkitettura Mugal, u flimkien mal-ġnien ta' Charbagh tiegħu, ġnien tipiku Persjan li kien għad qatt ma kien hemm bħalu fl-Indja, ħoloq preċedent għall-arkitettura Mugal ta' warajh. Jitqies bħala tluq ċar mill-mawżolew pjuttost mudest ta' missieru, l-ewwel Imperatur Mugal, Babur, imsejjaħ Bagh-e Babur (Ġonna ta' Babur) f'Kabul, l-Afganistan. Għalkemm dan tal-aħħar kien l-ewwel Imperatur li beda t-tradizzjoni li jindifen fi ġnien qisu ġenna. Immudellat fuq il-Gur-e Amir, il-qabar tal-antenat tiegħu u l-konkwistatur tal-Asja Timur f'Samarkanda, l-Użbekistan, ħoloq preċedent għall-arkitettura Mugal futura tal-mawżolej irjali, li laħqet il-qofol tagħha bit-Taj Mahal f'Agra. Is-sit intgħażel max-xtut tax-xmara Yamuna, minħabba li kien qrib in-Nizamuddin Dargah, il-mawżolew tal-qaddis Sufist magħruf ta' Delhi, Nizamuddin Auliya, li kien venerat ferm mill-mexxejja ta' Delhi, u li r-residenza tiegħu, Chilla Nizamuddin Auliya, tinsab lejn il-Grigal tal-qabar. Iktar 'il quddiem fl-istorja Mugal, l-aħħar Imperatur Mugal, Bahadur Shah Zafar, fittex refuġju hemmhekk matul ir-Ribelljoni Indjana tal-1857, flimkien ma' tliet prinċpijiet, u nqabad mill-Kaptan Hodson qabel ma ġie eżiljat lejn Rangoon, il-Myanmar. Fi żmien id-Dinastija tal-Iskjavitù din l-art kienet taħt il-"Forti ta' Kilokheri" li kienet il-belt kapitali tas-Sultan Qaiqabad, iben Nasiruddin (1268-1287). L-oqbra tal-kumpless ta' Battashewala jinsabu fiż-żona ta' lqugħ tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; iż-żewġ kumplessi huma sseparati minn triq żgħira iżda huma mdawra b'ħajt separat tagħhom stess. Storja Wara mewtu fis-27 ta' Jannar 1556, ġisem Humayun indifen fil-palazz tiegħu f'Purana Quila, Delhi. Imbagħad ittieħed lejn Sirhind, f'Punjab, minn Khanjar Beg, u fl-1558 ittieħed qrib iben Humayun, l-Imperatur Mugal ta' dak iż-żmien, Akbar. Akbar sussegwentement żar il-qabar fl-1571, meta kien kważi tlesta għalkollox. Il-Qabar ta' Humayun inbena skont l-ordnijiet tal-ewwel mara u l-konsorti ewlenija tiegħu, l-Imperatriċi Bega Begum (magħrufa wkoll bħala Haji Begum). Il-kostruzzjoni bdiet fl-1565 u tlestiet fl-1572; il-proġett sewa 1.5 miljun rupee, li tħallsu kompletament mill-Imperatriċi. Bega Begum tant kienet itturufnata bil-mewt tar-raġel tagħha li mbagħad iddedikat ħajjitha għal skop wieħed: il-kostruzzjoni ta' mafkar għalih li kellu jkun l-iżjed mawżolew grandjuż fl-Imperu, f'sit qrib ix-xmara Yamuna f'Delhi. Skont l-Ain-i-Akbari, dokument iddettaljat tas-seklu 16 li nkiteb matul ir-renju ta' Akbar, Bega Begum issorveljat il-kostruzzjoni tal-qabar wara li ġiet lura minn pellegrinaġġ tal-Hajj lejn Mekka. Skont Abd al-Qadir Bada'uni, wieħed mill-ftit storiċi kontemporanji li semma l-kostruzzjoni tal-qabar, ġie ddisinjat mill-arkitett Persjan Mirak Mirza Ghiyas (magħruf ukoll bħala Mirak Ghiyathuddin), li ntgħażel mill-Imperatriċi u li ġie minn Herat (fil-Majjistral tal-Afganistan); preċedentement kien iddisinja diversi binjiet f'Herat, f'Bukhara (l-Użbekistan), u oħrajn fl-Indja. Ghiyas miet qabel ma tlestiet l-istruttura, u mbagħad tlestiet minn ibnu, Sayyed Muhammad ibn Mirak Ghiyathuddin. Merkant Ingliż, William Finch, li żar il-qabar fl-1611, jiddeskrivi li l-qabar kien mgħammar b'mod rikk minn ġewwa fil-kompartiment ċentrali (filwaqt li llum il-ġurnata bilkemm hemm tiżjin). Huwa jsemmi l-preżenza ta' twapet lussużi, kif ukoll ta' shamiana, tinda żgħira fuq iċ-ċenotaffju qisha baldakkin, li kienet mgħottija b'liżar abjad silġ, u l-preżenza ta' kopji tal-Koran fuq quddiem u x-xabla, it-turban u ż-żraben ta' Humayun. Is-seħer tal-ġnien famuż ta' Charbagh (litteralment, erba' ġonna) kien magħmul minn erba' għamliet kwadri sseparati minn erba' fetħiet qishom btieħi, li jirradjaw 'il barra minn vaska ċentrali bir-rifless tal-qabar. Il-ġnien kien mifrux fuq 13-il ettaru madwar il-monument, u ġie mmodifikat kemm-il darba matul is-snin wara l-kostruzzjoni tiegħu. Il-belt kapitali diġà kienet ġiet ittrasferita lejn Agra fl-1556, u d-deklin tal-Mugal għaġġel it-telqa tal-monument u tal-karatteristiċi tiegħu, peress li ż-żamma tal-ġnien kienet għalja u prattikament impossibbli. Sal-bidu tas-seklu 18, il-ġonna li qabel kienu miżmuma sew ġew sostitwiti minn ġnien tal-uċuħ ir-raba' tan-nies li kienu insedjaw ruħhom fi ħdan iż-żona tal-qabar imdawra bil-ħajt. Madankollu, il-qbid tal-aħħar Imperatur Mugal, Bahadur Shah Zafar, matul ir-Ribelljoni Indjana tal-1857 flimkien mal-kumpless, flimkien mal-eżilju sussegwenti tiegħu u l-ġustizzjar tat-tliet ulied subien tiegħu, wasslu għall-agħar jiem tal-monument fl-istorja, meta l-Brittaniċi ħadu l-kontroll totali ta' Delhi. Fl-1860, id-disinn Mugal tal-ġnien reġa' ġie stabbilit bi stil iktar ta' ġnien Ingliż, bi ċrieki minflok il-vaski ċentrali bl-ilma tul il-mogħdijiet assjali u tħawlu s-siġar u nżergħu l-fjuri. Dan treġġa' lura fil-bidu tas-seklu 20, meta skont l-ordnijiet tal-Viċirè Lord Curzon il-ġonna oriġinali ġew irrestawrati f'proġett kbir ta' restawr bejn l-1903 u l-1909, li kien jinkludi wkoll il-kisi tal-kanali tal-ġibs bil-ġebel tar-ramel; skema ta' tħawwil li saret fl-1915 żiedet iktar enfasi fuq l-assi ċentrali u djagonali billi tħawlu s-siġar, għalkemm xi siġar tħawlu wkoll fuq il-pjattaforma li oriġinarjament kienet riżervata għat-tined. Fl-1882, il-kuratur uffiċjali tal-monumenti antiki fl-Indja ppubblika l-ewwel rapport tiegħu, fejn semma li l-ġnien prinċipali nkera lil diversi kultivaturi; fosthom kien hemm ukoll id-dixxendenti rjali, li kabbru l-kaboċċi u t-tabakk fih. Fil-bijografija ta' Lord Curzon, imfassla minn Ronaldshay, tiġi kkwotata ittra minn Lord Curzon lil martu f'April 1905: "Tiftakar il-Qabar ta' Humayun? Jien kont irrestawrajt il-ġnien, ordnajt li jitħaffru l-kanali tal-ilma u jerġgħu jimtlew mill-ġdid biex b'hekk il-kumpless kollu jerġa' jkollu l-bixra u s-seħer oriġinali tiegħu. Is-sajf li għadda mort l-Ingilterra, u ladarba ma kellix iktar għajnejja fuq il-ġnien, kollox reġa' ġie mitluq. Il-ġnien ġie mikri lil wieħed tal-post u issa jitkabbru l-ġdur u x-xogħol ta' erba' snin spiċċa fix-xejn! Se mmur hemmhekk, u nitbikkem għand id-deputat kummissarju responsabbli minħabba l-apatija tiegħu". Matul id-Diviżjoni tal-Indja, f'Awwissu 1947 il-Purana Qila flimkien mal-Qabar ta' Humayun, saru kampijiet ewlenin tar-refuġjati Musulmani fi triqithom lejn il-Pakistan li kien għadu kemm ġie stabbilit, u iktar 'il quddiem ġie ġestit mill-gvern tal-Indja. Dawn il-kampijiet baqgħu miftuħin għal madwar ħames snin, u kkawżaw ħsara konsiderevoli mhux biss lill-ġonna estensivi, iżda anke lill-kanali tal-ilma u lill-istrutturi prinċipali. Il-kampijiet ġew attakkati bosta drabi mill-jatha li kkawżaw vandaliżmu matul l-ewwel jiem tad-diviżjoni fl-1947. Eventwalment, sabiex jiġi evitat il-vandaliżmu, iċ-ċenotaffji fi ħdan il-mawżolew ġew miksija bil-brikks. Fis-snin ta' wara, l-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja (bl-Ingliż: Archaeological Survey of India (ASI)) ingħata r-responsabbiltà tal-preservazzjoni tal-monumenti li huma wirt kulturali tal-Indja, u gradwalment il-binja u l-ġonna tagħha ġew irrestawrati. Sal-1985, saru erba' tentattivi li ma rnexxewx biex jerġgħu jinbnew il-karatteristiċi oriġinali tal-ilma. Fażi importanti fir-restawr tal-kumpless bdiet għall-ħabta tal-1993, meta l-monument ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Dan wassal għal interess ġdid fir-restawr tiegħu, u beda proċess ta' riċerka u skavi dettaljati taħt il-patroċinju tal-Aga Khan Trust u l-ASI. Dan laħaq il-qofol tiegħu fl-2003, meta l-biċċa l-kbira tal-kumpless ġie rrestawrat, u l-funtani storiċi reġgħu bdew jaħdmu wara sekli sħaħ ma jintużawx. Ir-restawr kien proċess kontinwu minn dak iż-żmien, b'fażijiet sussegwenti li indirizzaw diversi aspetti u monumenti tal-kumpless. Sit ta' Wirt Dinji Il-Qabar ta' Humayun ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993 u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata kemxejn fl-2016. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Arkitettura It-tmexxija Torka u Mugal fis-subkontinent Indjan daħħlu wkoll stili tal-arkitettura Iżlamika tal-Asja Ċentrali u tal-Persja fir-reġjun, u sal-aħħar tas-seklu 12 bdew jitfaċċaw monumenti bikrin b'dan l-istil f'Delhi u qrib Delhi, il-belt kapitali tas-Sultanat ta' Delhi. Id-dinastija Torka tal-Iskjavitù bniet il-Qutb Minar (1192) u l-moskea biswitu ta' Quwwat-ul-Islam (1193 W.K.). It-Tramuntana tal-Indja suċċessivament ġiet immexxija minn dinastiji barranin fis-sekli ta' wara, u dan wassal għall-arkitettura Indo-Iżlamika. Filwaqt li l-istil prevalenti tal-arkitettura kien stil bil-pilastri, bix-xorok u bid-daħliet, bil-mod il-mod beda jidħol l-istil ta' kostruzzjoni bil-ħnejjiet u bix-xorok, li ffjorixxa taħt il-patroċinju Mugal, u ġew inkorporati elementi tal-arkitettura Indjana, speċjalment l-arkitettura tar-Rajasthan, li tinkludi kileb dekorattivi, gallariji, tiżjin b'pendenti kif ukoll chhatris, sabiex ġie żviluppat stil arkitettoniku Mugal distint, li mbagħad sar legat dejjiemi tat-tmexxija Mugal. Il-kombinament tal-ġebel tar-ramel ħamrani u l-irħam abjad intuża qabel f'għadd ta' oqbra u moskej tas-Sultanat ta' Delhi, speċjalment fil-binja dekorattiva ferm ta' Alai Darwaza fil-kumpless tal-Qutb Minar, Mehrauli, li nbniet fl-1311 taħt id-dinastija Khalji. Il-ħajt għoli tas-sejjieħ li nbena jista' jiġi aċċessat permezz ta' żewġ daħliet kbar, għoljin żewġ sulari, fil-Punent u fin-Nofsinhar. Id-daħliet huma għoljin 16-il metru u għandhom kmamar fuq kull naħa tal-passaġġ u btieħi żgħar fis-sulari ta' fuq. Il-qabar, mibni bil-ġebel tar-ramel ħamrani, juża l-irħam abjad bħala materjal tat-tlibbis tal-binja kif ukoll għall-art, għall-jaali (il-ħitan diviżorji qishom bizzilla), il-koxox tal-bibien, iċ-chhajja, u l-koppla prinċipali. Il-koppla hija mirfuda fuq terrazza bil-volti għolja tmien metri u l-kumpless tal-qabar huwa mifrux fuq 12,000 m2. Essenzjalment id-disinn huwa wieħed kwadru, għalkemm huwa ċċanfrinat fit-truf biex jidher ottagonali, sabiex jitħalla post għad-disinn tal-istruttura interna. Il-bażi kwadra fiha sitta u ħamsin ċella mad-dawra kollha u fiha iktar minn 100 lapida. L-istruttura sħiħa tal-bażi tinsab fuq pjattaforma olzata, b'għoli ta' ftit tarġiet. Ispirat mill-arkitettura Persjana, il-qabar ilaħħaq għoli ta' 47 metru (154 pied) u l-bażi hija wiesgħa 91 metru (299 pied). Il-qabar kien l-ewwel binja fl-Indja fejn intużat il-koppla doppja Persjana fuq tanbur b'għonq għoli. Il-koppla fiha 42.5 metru (139 pied) u fil-quċċata tagħha għandha qisu arblu tar-ram isfar għoli sitt metri (20 pied) b'nofs qamar fuqu, xi ħaġa pjuttost komuni fl-oqbra bl-istil ta' Timur fl-Asja Ċentrali. Il-koppla doppja jew "b'żewġ saffi" għandha saff estern li jirfed l-irħam abjad kollu fuq barra, filwaqt li s-saff ta' ġewwa jagħti l-għamla lill-volum ta' ġewwa. B'kuntrast mal-koppla bajda silġ ta' barra, il-bqija tal-binja hija magħmula bil-ġebel tar-ramel ħamrani, b'xi dettalji bl-irħam abjad u iswed u bil-ġebel tar-ramel safrani, biex il-binja ma tkunx monotona. Id-disinn simetriku u sempliċi fuq barra joħloq kuntrast kbir mal-pjanta tal-binja fuq ġewwa tal-kmamar interni, b'disa' għamliet kwadri, fejn tmien kompartimenti bil-volti għoljin żewġ sulari jirradjaw mill-kompartiment ċentrali b'koppla b'għoli doppju. Wieħed jista' jaċċessa dan il-kompartiment permezz ta' daħla għolja imponenti jew iwan fin-Nofsinhar, kemxejn iktar lura, filwaqt li n-naħat l-oħra huma miksija b'jaali (ħitan diviżorji qishom bizzilla) elaborati. Taħt din il-koppla bajda hemm kompartiment b'koppla (hujra), fejn hemm is-sepulkru ottagonali ċentrali, il-kamra funebri b'ċenotaffju wieħed, tat-tieni Imperatur Mugal, Humayun. Iċ-ċenotaffju huwa allinjat tul l-assi mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, skont it-tradizzjoni Iżlamika, filwaqt li r-ras tħares lejn it-Tramuntana u l-wiċċ huwa mdawwar laġenba fid-direzzjoni ta' Mekka. Madankollu, il-kamra funebri reali tal-Imperatur tinsab f'kompartiment taħt l-art, eżatt taħt iċ-ċenotaffju ta' fuq, li huwa aċċessibbli permezz ta' passaġġ separat 'il barra mill-istruttura prinċipali, li normalment tkun magħluqa għall-pubbliku. Din it-teknika funebri flimkien mal-pietra dura, jiġifieri t-tiżjin bl-intarsjar tal-irħam u tal-ġebel b'diversi għamliet ġeometriċi u Arabeski fil-faċċata kollha, huwa legat importanti tal-arkitettura Indo-Iżlamika, u ffjorixxa fil-bosta mawżolej tal-Imperu Mugal li nbnew wara, bħat-Taj Mahal, li fih ukoll ċenotaffji doppji u xogħol tal-artiġjanat bil-pietra dura. Il-kompartiment prinċipali fih ukoll element simboliku, disinn ta' mihrab fuq il-ħajt diviżorju ċentrali tal-irħam jew il-jaali, li jħares lejn id-direzzjoni ta' Mekka fil-Punent. Minflok il-kitbiet tradizzjonali tas-Sura 24 ta' An-Noor tal-Koran fuq id-diversi mihrab, dan huwa biss kontorn li jħalli d-dawl jidħol direttament fil-kompartiment, mill-Qibla jew id-direzzjoni ta' Mekka, u b'hekk l-istatus tal-Imperatur jiġi elevat 'il fuq minn dak tar-rivali tiegħu u eqreb lejn id-divinità. Dan il-kompartiment bis-saqaf għoli tiegħu jinsab fi ħdan erba' kompartimenti ottagonali prinċipali b'żewġ sulari, stabbiliti fid-djagonali bi kmamar bil-ħnejjiet li jagħtu għal xulxin u jikkollegawhom flimkien. Bejniethom hemm erba' kompartimenti awżiljarji, li jissuġġerixxu li l-qabar inbena bħala mawżolew dinastiku. Kollettivament il-kunċett ta' tmien kompartimenti laterali mhux biss joffri passaġġ biex il-fidili jkunu jistgħu jduru maċ-ċenotaffju prinċipali, prattika komuni fis-Sufiżmu u viżibbli wkoll f'bosta mawżolej imperjali Mugal, iżda jirrifletti wkoll il-kunċett ta' ġenna fil-kożmoloġija Iżlamika. Kull waħda mill-kompartimenti prinċipali għandha fiha nnifisha tmiem kompartimenti iżgħar li jirradjaw minnhom, u b'hekk il-pjanta simetrika tal-binja toħroġ fid-dieher u tħaddan fiha b'kollox 124 kompartiment bil-volti. Bosta kompartimenti iżgħar fihom ċenotaffji woll ta' membri oħra tal-familja rjali Mugal u nobbli, kollha kemm huma fi ħdan il-ħitan prinċipali tal-qabar. L-iktar ċenotaffji prominenti fosthom huma dawk ta' Hamida Begum u ta' Dara Shikoh. B'kollox hemm iktar minn 100 persuna midfuna fil-kumpless kollu, inkluż ħafna fit-terrazza tal-ewwel sular, u b'hekk il-kumpless huwa mlaqqam bħala d-"Dormitorju tal-Mugal". Peress li l-lapidi ma fihomx kitba fuqhom, l-identifikazzjoni tal-katavri għadha mhijiex ċerta. Il-binja kienet l-ewwel waħda fejn intuża kombinament uniku ta' ġebel tar-ramel ħamrani u irħam abjad, u jinkludi diversi elementi tal-arkitettura Indjana, bħall-kanopewijiet żgħar jew chhatris madwar il-koppla ċentrali, karatteristika popolari fl-arkitettura tar-Rajasthan u li oriġinarjament kienu miksija bil-madum blu. Char Bagh Filwaqt li l-qabar prinċipali dam iktar minn tmien snin biex inbena, tpoġġa fiċ-ċentru ta' ġnien ta' Char Bagh ta' 30 akru (120,000 m2), b'konfigurazzjoni kwadrilaterali. Kien l-ewwel wieħed fin-Nofsinhar tal-Asja fuq skala tant kbira. Il-ġnien qisu ġenna tassew ġeometriku madwar il-qabar huwa maqsum f'erba' kwadri permezz ta' mogħdijiet pavimentati għall-mixi (khiyaban) u żewġ kanali ċentrali tal-ilma, li jirriflettu l-fluss tal-erba' xmajjar fil-jannat, il-kunċett Iżlamiku ta' ġenna. Kull wieħed mill-erba' kwadri huwa maqsum mill-ġdid fi tmien ġonna iżgħar bil-mogħdijiet għall-mixi, u b'hekk b'kollox qisu hemm 32 ġnien f'minjatura (bil-mawżolew fiċ-ċentru), disinn tipiku tal-ġonna Mugal ta' wara. Il-kanali ċentrali tal-ilma jidhru qishom qed jisparixxu taħt l-istruttura tal-qabar u jerġgħu jitfaċċaw fuq in-naħa l-oħra f'linja dritta, b'referenza għal vers mill-Koran li jsemmi l-fluss tax-xmajjar taħt il-"Ġnien tal-Ġenna". Meta wieħed joqgħod fiċ-ċentru tal-post fejn jiltaqgħu l-assi prinċipali, il-qabar jidher simili fil-pożizzjoni u fl-għamla tiegħu għal paviljun ta' ġnien. Iżda f'dan il-każ jimmarka l-post tal-mistrieħ tal-mexxej deċedut. "Il-ġnien jirrappreżenta s-sovranità, u l-mawżolew jirrappreżenta d-dinastija. Meta l-mawżolew jiġi integrat fi ġnien, bħalma huwa l-każ fil-Qabar ta' Humayun, is-sovranità u d-dinastija jsiru ħaġa waħda f'dikjarazzjoni teoloġika li r-re huwa r-re għal dejjem kif kien fl-imgħoddi". Il-qabar u l-ġnien kollu huma mdawra b'ħitan għoljin tal-ġebel fuq tliet naħat. Ir-raba' naħa suppost kellha tkun ix-xmara Yamuna, li minn żmien il-kostruzzjoni tbegħdet lil hinn mill-istruttura. Il-mogħdijiet ċentrali għall-mixi jintemmu f'żewġ daħliet: waħda prinċipali fil-ħajt tan-Nofsinhar, u waħda iżgħar fil-ħajt tal-Punent. Iż-żewġ daħliet huma għoljin żewġ sulari; id-daħla tal-Punent għadha tintuża sa issa, filwaqt li d-daħla tan-Nofsinhar, li kienet tintuża matul l-era tal-Mugal, issa hija magħluqa. Allinjata fiċ-ċentru mal-ħajt tal-Lvant hemm baradari, li hija binja jew kamra bi tnax-il bieb iddisinjata biex tħalli l-arja tgħaddi minnha. Mal-ħajt tat-Tramuntana hemm kompartiment bil-banjijiet jew hammam. Monumenti oħra Il-Qabar u l-Moskea ta' Isa Khan: Hemm diversi monumenti tul il-mogħdija li twassal tal-ħitan madwar il-qabar mid-daħla prinċipali tal-Punent. L-iżjed prominenti fosthom huwa qabar li nbena għoxrin sena qabel il-qabar prinċipali stess. Mibni fl-1547 W.K., dan huwa l-kumpless tal-qabar ta' Isa Khan Niyazi, nobbli Afgan fil-qorti ta' Sher Shah Suri tad-dinastija Suri, li ġġieled kontra l-Mugal. Il-qabar ottagonali huwa ppożizzjonat fi ħdan ġnien ottagonali, li nbena matul ħajtu stess u r-renju ta' Islam Shah Suri, iben Sher Shah. Iktar 'il quddiem intuża bħala post funebri għall-familja kollha ta' Isa Khan. Fuq in-naħa tal-Punent tal-qabar hemm moskea b'wisgħa ta' tliet niċeċ li nbniet bil-ġebel tar-ramel ħamrani. Il-qabar ottagonali huwa simili ħafna għal oqbra u monumenti oħra tad-dinastija Suri fil-Ġonna ta' Lodhi, f'Delhi, u juri progress ċar fl-iżvilupp tal-istil arkitettoniku mill-isbaħ tal-qabar prinċipali. Uħud mid-dettalji arkitettoniċi preżenti hawnhekk dehru iktar 'il quddiem fil-Qabar ta' Humayun, għalkemm fuq skala ferm akbar, bħall-qabar ippożizzjonat fiċ-ċentru ta' ġnien imdawwar bil-ħitan. Il-Qabar u l-Ġnien ta' Bu Halima: Meta wieħed jidħol fil-kumpless mill-Punent, l-ewwel jidħol f'kumpless ta' ġnien, magħruf bħala l-Ġnien ta' Bu Halima, għalkemm ma tantx nafu wisq fuqha, u peress li l-qabar jew il-pjattaforma olzata fejn kien jinsab fl-imgħoddi mhumiex fiċ-ċentru, jidher qisu żdied wara. Il-Qabar u l-Moskea ta' Afsarwala: Fit-tarf tal-Lbiċ tal-kumpless hemm il-Qabar ta' Afsarwala, iddedikat lil persuna mhux magħrufa. Waħda mil-lapidi tal-irħam fi ħdan il-qabar tmur lura għall-1566-67 W.K. Il-moskea stess tmur lura għall-istess perjodu, speċjalment meta wieħed iqis li tinsab biswit il-qabel u mhux 'il bogħod minnu. L-Arab Serai: Litteralment tfisser is-sarai (il-post tal-mistrieħ) għaż-żwiemel, l-istruttura tinsab biswit il-Moskea ta' Afsarwala u nbniet minn Bega Begum għall-ħabta tal-1560-1561 W.K., għall-artiġjani li ġew jagħmlu x-xogħol tal-kostruzzjoni. Tista' tesa' sa 300 Arabas (bil-Persjan ارابه tfisser "karru" jew Gari (vettura)). In-Nila Gumbad: Fuq in-naħa ta' barra tal-ħitan madwar il-kumpless hemm il-qabar li qabel kien magħruf bħala n-Nila Burj (issa magħruf bħala n-Nila Gumbad) jew il-"Koppla Blu", imsejħa hekk peress li kienet miksija b'madum ikħal ileqq. Il-qabar inbena minn Abdul Rahim Khan-I-Khana, iben Bairam Khan li kien ukoll membru tal-qorti tal-Imperatur Mugal, Akbar, għall-qaddej tiegħu Miyan Fahim. Fahim, li mhux biss trabba flimkien ma' ibnu, talli iktar 'il quddiem miet flimkien ma' wieħed mill-ulied subien ta' Rahim, Feroze Khan, meta kienu qed jiġġieldu kontra r-ribelljoni tal-ġeneral Mugal Mahabat Khan fl-1625-1626, matul ir-renju ta' Jahangir. Din l-istruttura hija magħrufa għall-arkitettura unika tagħha, peress li hija ottagonali minn barra u kwadra minn ġewwa. Is-saqaf tagħha minn ġewwa huwa mżejjen b'ġibs miżbugħ u inċiż, u għandha koppla għolja mingħajr il-koppla doppja karatteristika, li kienet komuni fl-oqbra ta' dak iż-żmien. Iċ-Chillah ta' Nizamuddin Aulia: Huwa maħsub li din hija r-residenza tal-qaddis patrun ta' Delhi, Nizamuddin Auliya (li miet fl-1325), u tinsab 'il barra mill-kumpless prinċipali, ħdejn ir-rokna tal-Grigal tal-mawżolew prinċipali u hija eżempju ta' arkitettura tal-perjodu tat-Tuglaq. Iktar lil hinn mill-kumpless tal-qabar, hemm iktar monumenti tal-perjodu tal-Mugal, fosthom il-Bada Bateshewala Mahal, il-qabar ta' Muzaffar Husain Mirza, il-proneputi ta' Humayun, li nbena fl-1603-1604 fuq pjattaforma b'ħames ħnejjiet fuq kull naħa, b'ħitan interni mżejna b'ġibs miżbugħ u inċiż; iċ-Chote Bateshewala Mahal li fl-imgħoddi kienet binja ottagonali bil-ħnejjiet u b'saqaf b'koppla u jaali tal-ġebel. Dawn iż-żewġ monumenti issa jinsabu f'żona kummerċjali u jħarsu lejn il-parkeġġ tal-kumpless. Struttura oħra ta' dak il-perjodu hija l-Barapula, pont bi 12-il pilastru u 11-il arkata, li nbena fl-1621 minn Mihr Banu Agha, il-kap ikkastrat tal-qorti ta' Jahangir. Il-Qabar tal-Barbier: Lejn ir-rokna tax-Xlokk, fi ħdan il-Ġnien ta' Char Bagh, hemm qabar magħruf bħala Nai-ka-Gumbad, jew il-Qabar tal-Barbier, li huwa tal-barbier irjali, u jmur lura għall-1590-1591 W.K., kif tixhed kitba mnaqqxa fuq ġewwa. Il-fatt li jinsab daqshekk qrib il-qabar prinċipali u l-fatt li huwa l-unika struttura oħra fi ħdan il-kumpless tal-qabar jissuġġerixxu li kien qabar importanti, madankollu ma fih l-ebda kitba mnaqqxa li tissuġġerixxi min kien midfun ġo fih; l-isem huwa isem lokali li ngħata lill-istruttura u baqa' jintuża maż-żmien. Il-qabar jinsab fuq pjattaforma olzata b'seba' tarġiet u wieħed jasal għalihom min-Nofsinhar. Għandu pjanta kwadra u jikkonsisti minn kompartiment uniku msaqqaf b'koppja doppja. Fuq ġewwa hem żewġ lapidi mnaqqxa b'versi mill-Koran. Barra minn hekk, waħda mil-lapidi fiha tinqixa taċ-ċifra 999 li jaf tirreferi għas-sena tal-Hijra 1590-1591. Madankollu, f'pittura bl-akkwarelli tal-1820 li issa tinsab fil-Librerija Brittanika, id-didaskalija bil-Persjan taħt l-istruttura tgħid Maqbarah-i-Kokah, jiġifieri l-"Qabar ta' Kaka", u Kokah jew Kaka bil-Persjan jirreferu għal xi wild tar-rispett (mirak). Mirak huwa wkoll titlu Persjan bħal "Sur". L-identità tad-deċedut tal-qabar għadu mhux magħruf, u wara kollox jaf qed jirreferi (bi żball) għal monumenti ieħor fil-qrib fil-kumpless ta' Chausath Khamba, il-qabar ta' Ataga Khan, ħu Humayun tar-rispett, li jinsab fiż-żona tal-Punent ta' Nizamuddin u mhux fil-Lvant tal-Qabar ta' Humayun. Nies midfuna Nasiruddin Muhammad Humayun; Hamida Banu Begum; Bega Begum; Shahzada Murad Mirza; Shahzada Dara Shikoh; Shahzada Kam Baksh; Shahzada Bidar Bakht; Muizuddin Muhammad Jahandar Shah; Muinuddin Muhammad Farrukhsiyar; Shahzada Azim-ush-Shaan Mirza; Shahzada Rafi-ush-Shaan Mirza; Shahzada Jahan Shah Mirza; Shahzada Humayun Mirza; Rafi ud-Darajat; Rafi ud-Daulah; Azizuddin Muhammad Alamgir II. Restawr Qabel ma sar ix-xogħol ta' restawr, il-vandaliżmu u d-dħul illegali kienu jseħħu b'mod frekwenti fis-sit tal-qabar, u b'hekk kienu theddida serja għall-preservazzjoni ta' dan il-wirt imprezzabbli. Fid-daħla prinċipali tal-Qabar ta' Humayun, kien ġew armati gabbani taħt sistema korrotta ħafna ta' patroċinju muniċipali magħrufa bħala tehbazari, u kull tip ta' vettura kbira kienet titħalla pparkjata illegalment f'dawn l-ispazji fil-beraħ. Fuq in-naħa tan-Nila Gumbad kien hemm ċittadella enormi frott il-politika tax-xiri tal-voti tal-Indja – eluf ta' "abitanti f'abitazzjonijiet żdingati" kienu jitħallew jgħixu hemmhekk minn sezzjoni influwenti tat-tmexxija politika biex jintużaw bħala blokk ta' voti mixtrija fl-elezzjonijiet. L-ambjent tad-dargah ta' Hazrat Nizamuddin Auliya kien żdingat għall-aħħar u l-vaska sagra kienet saret imniġġsa bid-dranaġġ. Ix-xogħol ta' restawr imwettaq mill-Aga Khan Trust for Culture (AKTC), b'kollaborazzjoni mal-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja (ASI), beda għall-ħabta tal-1999 wara xogħol ta' riċerka li kien inbeda fl-1997, u tlesta f'Marzu 2003. Madwar 12-il ettaru ta' art ġew miżrugħa mill-ġdid bil-ħaxix, u tħawlu iktar minn 2,500 siġra u xitla fil-ġonna, inkluż mango, lumi, tip ta' kawkba, ibisku u ġiżimin. Twettqet ukoll l-installazzjoni ta' sistema ġdida taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma għall-kanali maġenb il-mogħdijiet għall-mixi. Sabiex jiġi żgurat li l-fluss tal-ilma jnixxi b'mod naturali mill-kanali u l-vaski fis-sit ta' 12-il ettaru (30 akru) mingħajr l-għajnuna ta' sistemi idrawliċi, il-kanali tal-ilma tħaffru u nbnew mill-ġdid bi grad eżatt ta' ċentimetru għal kull 40 metru (pendil ta' 1:4000). Eventwalment dan ippermetta li l-ilma jnixxi tul il-kanali tal-ilma fil-ġonna, u l-funtani reġgħu bdew jaħdmu mill-ġdid. Kompiti oħra f'dan il-proġett enormi ta' restawr kienu jinkludu l-istabbiliment ta' sistema tal-ħżin tal-ilma tax-xita permezz ta' 128 foss bħala ġibjuni tal-ilma, u matul ix-xogħol ta' restawr ġew skoperti bjar antiki tat-tneħħija tas-sedimenti u tar-rivitalizzazzjoni. Għall-ewwel dan l-isforz kollaborattiv kien iffinanzjat b'mod privat taħt il-patroċinju tal-Fond Kulturali Nazzjonali mill-ASI. Il-finanzjament kien jinkludi somma ta' $650,000 mill-Aga Khan Trust for Culture tal-Maestà Tiegħu Aga Khan, bl-għajnuna mill-Grupp ta' Lukandi tal-Oberoi. Barra minn hekk, l-AKTC qed twettaq restawr ferm sinifikanti tal-Qabar ta' Babur, il-post tal-mistrieħ ta' missier Humayun f'Kabul, l-Afganistan. Wara x-xogħol ta' restawr inizjali, il-kundizzjonijiet fi ħdan u madwar dan il-kumpless inbidlu bil-kbir. Il-gabbani kollha u strutturi addizzjonali oħra tneħħew u l-monumenti u l-ispazji tal-ġonna ġew irrestawrati mill-ġdid. Illum il-ġurnata, madwar il-monumenti hemm ġonna eleganti, li jkomplu jsebbħuhom. Meta jiddawwal billejl, il-monument tassew jidher grandjuż. Fl-2009, bħala parti mix-xogħol kontinwu ta' restawr, l-ASI u l-AKTC, wara xhur ta' xogħol manwali b'għodda tal-idejn, neħħew saff oħxon ta' konkos mis-saqaf li kien qed jagħmel pressjoni ta' madwar 1,102 tunnellati fuq l-istruttura. Il-konkos oriġinarjament tferra fis-snin 20 tas-seklu 20 biex jiġi evitat li jippenetra l-ilma, u wassal biex il-passaġġi tal-ilma jiġu bblukkati. Sussegwentement, kull darba li kien jidħol ftit ilma, kien jiżdied saff ġdid ta' konkos, li wassal għall-ħxuna akkumulata ta' madwar 40 cm; dan is-saff issa ġie sostitwit b'saff tradizzjonali b'bażi tal-ġebla tal-ġir. Fil-fażi ta' wara, trattament simili ngħata lill-ewwel chabutra tal-qabar, li oriġinarjament kienet pavimentata b'blokok kbar tal-kwarzit, li wħud minnhom kien jiżnu iktar minn 1,000 kg. Fis-snin 40 tas-seklu 20, saff irregolari fin-naħa t'isfel tal-istruttura ġiet ikkoreġuta b'saff ta' konkos, li kompla jisfigura l-pavimentar oriġinali tal-Mugal, li kienet taqbel ma' dak tad-daħla tal-Punent. Letteratura Letitia Elizabeth Landon ippubblikat l-illustrazzjoni poetika Il-Qabar ta' Humaioon, Delhi fil-Ktieb tal-Iskizzi ta' Fisher tal-1833. Din tirrifletti fuq ix-xenarju u hija bbażata fuq inċiżjoni ta' pittura ta' William Purser, li turi veduta tal-qabar pjuttost mill-bogħod. Preżent Pjanijiet tal-kostruzzjoni maħsuba ħażin bħall-pjanijiet tal-Gvern ta' Delhi tal-2006-2007 biex tinbena mina ġdida li tikkollega l-Lvant ta' Delhi mal-Istadium ta' Jawaharlal Nehru fin-Nofsinhar ta' Delhi, u t-twessigħ tat-toroq qrib il-qabar għal-Logħob tal-Commonwealth tal-2010 sabiex l-Awtostrada Nazzjonali Nru 24 tiġi kkollegata mat-Triq ta' Lodhi, kienu theddida serja għall-monument. Il-pjanifikaturi urbani beżgħu li l-monument storiku seta' ma jiflaħx għall-vibrazzjonijiet mix-xogħol tal-kostruzzjoni daqstant fil-qrib. Finalment, l-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja rnexxielu jwaqqaf il-pjanijiet milli jitwettqu. Fit-30 ta' Mejju 2014, l-arblu fil-quċċata tal-koppla tal-qabar twaqqa' minħabba maltempata qalila fil-belt. Fid-19 ta' April 2016, il-Ministru għall-Kultura tal-Indja Dr. Mahesh Sharma żvela l-arblu rrestawrat tal-monument u l-arblu oriġinali ġie kkonservat. Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monumenti Indja Oqbra
29807
https://mt.wikipedia.org/wiki/Newro-onkolo%C4%A1ija
Newro-onkoloġija
Newro-onkoloġija hija speċjalizzazzjoni fil- mediċina li tgħaqqad in-newroloġija u l-onkoloġija. Newro-onkoloġija tittratta primarjament id-dijanjosi, it-terapija u r-riċerka tal -mard tat-tumur tas-sistema nervuża, li tinkludi t-tipi ta 'tumur li ġejjin: tumuri primarji tas- sistema nervuża ċentrali (tumuri tal-moħħ u tumuri tas -sinsla tad-dahar) tumuri sekondarji tas-sistema nervuża ċentrali (metastasi tal-moħħ u metastasi tas-sinsla tad-dahar) limfomi malinni tas-sistema nervuża ċentrali Tumuri tas- sistema nervuża periferali Din il-lista diġà turi li dan huwa qasam wiesa' li huwa diffiċli biex jiġi definit. Filwaqt li t-trattament tal- limfomi tan-nervituri ċentrali jsegwi wkoll il-linji gwida tat-trattament ematoloġiku u l-metastasi tal-moħħ mhumiex ittrattati separatament mit-terapija bażika tat-tumur primarju, it-tumuri tan-nervituri periferali huma beninni, bħal newrinomi, u bħal tumuri oħra tat-tessut artab ħafna drabi jinsabu fil- ortopediku żona. Informazzjoni ġenerali Tumuri primarji tas-sistema nervuża ċentrali Tumuri primarji tal-moħħ jistgħu jseħħu fi kwalunkwe età, mill-bidu sa tard fil-ħajja. Fatturi bħall-età, il-post tat-tumur, u l-preżentazzjoni klinika huma ta 'għajnuna fid-dijanjosi differenzjali. Ħafna tipi ta 'tumuri tal-moħħ primarji huma aktar komuni fl-irġiel, bl-eċċezzjoni tal-meninġjomi, li huma aktar komuni fin-nisa. Tumuri metastatiċi tas-sistema nervuża ċentrali L-invażjoni diretta jew il-kompressjoni ta 'tessuti kontinwi hija relatata mal-prossimità tas-sistema nervuża għal strutturi oħra. Metastasi intrakranjali Hemm tliet tipi ta 'metastasi intrakranjali: Metastasi fil-moħħ, metastasi durali, u metastasi meninġeali-leptomeningeali. Il-metastasi tal-moħħ tista' tkun waħda jew multipla u taffettwa kwalunkwe parti tal-moħħ. Metastasi għal strutturi durali ġeneralment isseħħ permezz ta 'tixrid ematoġenu jew invażjoni diretta minn għadam maġenb. Metastasi durali jistgħu jinvadu l-moħħ sottostanti u jikkawżaw edema fokali u sintomi newroloġiċi assoċjati. Minħabba l-post kortikali tagħhom, dawn il-proċessi għandhom it-tendenza li jikkawżaw aċċessjonijiet kmieni fil-kors. Il-metastasi leptomeningeali hija fenomenu kliniku rari iżda rikonoxxut sew f'pazjenti bil-kanċer. Metastasi leptomeningeali huma l-aktar komuni minħabba tumuri primarji tas-sider, tal-pulmun, jew tal-melanoma. Metastasi kranjali Metastasi għall-kranju huma maqsuma f'żewġ kategoriji: Il-kalvarju u l-bażi tal-kranju. Tumuri primarji tas-sistema nervuża ċentrali L-ewwel suddiviżjoni tat-tumuri tas-sistema nervuża ċentrali (CNS) isseħħ bejn tumuri primarji (li joriġinaw direttament mis-CNS) u metastatiċi (joriġinaw minn organu ieħor). Dawn tal-aħħar għandhom inċidenza madwar għaxar darbiet dik tal-ewwel. Tumuri tal-moħħ huma neoplażmi li jiżviluppaw fil-moħħ. Tumuri bħall-meninġjoma, li minħabba l-massa tagħhom tikkompressa iżda ma tippenetrax il-moħħ, u t-tumuri pitwitarji u epifisjali, li jinsabu fuq iz-zokk tal-moħħ, spiss jissejħu b'mod żbaljat tumuri tal-moħħ. It-terminu tumuri intrakranjali jiġbor dawn b'mod aktar preċiż. Tumuri tas-CNS primarji jinkludu varjetà ta 'entitajiet patoloġiċi, kull waħda bl-istorja naturali tagħha stess. Minħabba l-fatt li t-tumuri gliali waħedhom jammontaw għal kważi 40 fil-mija ta 'dawn it-tumuri, l-ewwel tista' ssir distinzjoni bejn tumuri gliali (gliomi) u tumuri mhux gliali. L-aktar glijomi komuni huma astroċitomi (li joriġinaw minn ċelluli astroċiti gliali), oligodendrogliomi (joriġinaw minn ċelloli oligodendrogliali), u ependimomi (joriġinaw minn ċelloli ependimali). Epidemjoloġija Tumuri primarji malinni tas-sistema nervuża ċentrali huma relattivament rari u jammontaw għal madwar 2 fil-mija tan-neoplażmi malinni kollha. Mard tat-tumur tas-sistema nervuża ċentrali huwa mqassam lil 95 fil-mija fuq il-moħħ u għal 5 Perċentwali fuq meninges, nervituri kranjali u korda spinali. Jistgħu jseħħu fi kwalunkwe età, u r-riskju li tiżviluppa l-marda jiżdied bl-età. Fl-adulti, il-gliomi jistgħu jinstabu istoloġikament li joriġinaw mit-tessut ta’ sostenn taċ-ċelloli tan-nervituri, li minnhom madwar 75 fil-mija tal-glioblastomas Astroċitomi IV. gradi bi pronjosi mhux favorevoli. Tumuri embrijoniċi jippredominaw fi trabi u tfal żgħar. Fil-Ġermanja, madwar 3,970 mardu fl-2016 irġiel u 3,460 Nisa b'tumuri malinni tas-sistema nervuża ċentrali. Bħala medja, ir-rati ta’ sopravivenza huma 21 fil-mija għall-irġiel u 24 fil-mija għan-nisa. L-istatistika rari tinkludi wkoll tumuri CNS istoloġikament beninni, li jseħħu f'madwar 6,000 każijiet ġodda per sena gidba. Madwar 65 Perċentwali minnu ġej mill-meninges. In-nisa huma affettwati ħafna aktar spiss. Jekk ma jiġux ittrattati b'kirurġija jew terapija bir-radjazzjoni, anke tumuri beninni jistgħu jkunu fatali minħabba tkabbir progressiv fl-ispazju kranjali magħluq. L-aktar tumur malinn tas-CNS intrakranjali komuni huwa l-glioblastoma, l-aktar beninni komuni huwa meninġjoma. Etjoloġija Predispożizzjoni ġenetika għal neoplażmi tas-sistema nervuża ċentrali hija relattivament mhux komuni, għalkemm xi glijomi jistgħu jseħħu bħala kumplikazzjonijiet ta 'disturbi familjari multipli. Il-mutazzjoni ta 'xi ġeni li jrażżnu t-tumur tikkaratterizza diversi sindromi ereditarji li juru suxxettibilità akbar għall-iżvilupp ta' tumuri tal-moħħ. Il-mutazzjonijiet li ġejjin u s-sindromi tagħhom huma assoċjati ma’ riskju ogħla li jiżviluppaw tumuri tal-moħħ: mutazzjoni tal-ġene NF1 b’newrofibromatożi tat-tip 1, mutazzjoni APC bis-sindromu Turcot, mutazzjoni PTCH bis-sindromu Gorlin u TP53 jew CHEK2 -Mutazzjoni bis-sindromu Li-Fraumeni. Fatturi ambjentali assoċjati ma 'tumuri tal-moħħ primarji huma diffiċli biex jiġu identifikati. F'xi studji, l-espożizzjoni għall -klorur tal-vinil ġiet assoċjata ma 'inċidenza akbar ta' glijoma ta 'grad għoli. L-unika kawża rari iżda identifikata sew ta’ tumur primarju tal-moħħ hija r-radjazzjoni jonizzanti. B'mod partikolari, it-terapija bir-radjazzjoni ta' tfal b'tinea capitis u ta' pazjenti b'lewkimja limfatika akuta, kranjofarinjoma jew limfoma mhux Hodgkin hija assoċjata ma' riskju akbar ta' glijoma. Pazjenti bl-AIDS għandhom riskju akbar ta' limfoma ċerebrali primarja. Klinika Sinjali u sintomi Is -sintomi tan -neoplażja ċerebrali huma kkaratterizzati minn spostament jew Qerda tat-tessut tal-madwar u infiltrazzjoni tal-istess kawżi. L-aktar sintomu komuni, irrappurtat minn 35 fil-mija tal-pazjenti, huwa uġigħ ta 'ras. L-okkorrenza ta 'uġigħ ta' ras qawwi f'pazjenti li b'mod ieħor rari jbatu minnhom ħafna drabi hija karatteristika, speċjalment jekk l-attakki ta 'uġigħ ta' ras jew emigranja huma aktar severi filgħodu u jkunu akkumpanjati minn dardir, rimettar u defiċits newroloġiċi. F'pazjenti li jbatu minn uġigħ ta 'ras aktar spiss, bidla fil-forma, żieda fil-frekwenza jew intensità ta' attakki jistgħu jkunu sintomu tal-iżvilupp ta ' tumur tal-moħħ. L-aċċessjonijiet iseħħu f'madwar terz tal -pazjenti tal-glijoma, partikolarment b'tumuri ta' grad baxx jew tas-CNS. Id-defiċits newroloġiċi fokali huma relatati mal-post tat-tumur. Bidliet fl-istat mentali jseħħu wkoll fi 15 sa 20 fil-mija tal-pazjenti tal-glijoma. Dijanjostika tal-immaġini Tomografija kompjuterizzata (CT) u immaġini ta 'reżonanza manjetika (MRI) jistgħu effettivament jiskopru neoplażja fil-moħħ. L-MRI hija aktar sensittiva mit-CT għall-identifikazzjoni tal-leżjonijiet, iżda għandha kontraindikazzjonijiet għal pazjenti b'pacemakers kardijaċi, proteżi inkompatibbli, klipps tal-metall, u oħrajn. CT jibqa ' l - metodu ta ' l - għażla biex jinstabu kalċifikazzjonijiet fil - leżjonijiet jew erożjonijiet ta ' l - għadam tal - skullcap jew bażi. L-użu ta ' aġenti ta' kuntrast, li huma jodjati fil-każ ta 'CT u paramanjetiċi (gadolinju) fil-każ ta' MRI, jippermetti l-akkwist ta 'informazzjoni dwar il- vaskularizzazzjoni u l-integrità tal- barriera tad-demm-moħħ, definizzjoni aħjar tat-tumur tumur meta mqabbel għall- edema tal-madwar u l-ġenerazzjoni ta ' ipoteżi dwar il-grad ta' malinn. L-eżami radjoloġiku jippermetti wkoll valutazzjoni tal-effetti mekkaniċi u l-bidliet konsegwenti fl-istrutturi tal-moħħ li jirriżultaw mit-tumur, bħall- idroċefalu u l-ftuq, li l-effetti tagħhom jistgħu jkunu fatali. Fl-aħħarnett, bi tħejjija għall -kirurġija, din id-dijanjosi tista 'tintuża biex tiddetermina l-post tal-leżjoni jew l-infiltrazzjoni tat-tumur f'żoni vitali tal-moħħ. Għal dan il-għan, l-MRI hija aktar effiċjenti minn CT minħabba li tista 'tipprovdi stampi tridimensjonali. Għodod ta 'l-immaġini radjoloġiċi dijanjostiċi jenfasizzaw il-bidla fit-tessut neoplastiku meta mqabbel mal -parenkima normali tal-moħħ (permezz ta' bidliet fid-densità tat-tessuti b'immaġni elettronika fuq CT u intensità tas-sinjal fuq MRI). Bħall-biċċa l-kbira tat-tessuti patoloġiċi, it-tumuri huma wkoll rikonoxxibbli permezz ta 'akkumulazzjoni akbar ta' ilma intraċellulari. Fit-tomogramma tal-kompjuter jidhru ipodensi, jiġifieri ta' densità inqas mill-parenkima tal-moħħ, fit-tomogramma tar-reżonanza manjetika nukleari b'rilassament ta' spin-kannizzata ipointensi u fir-rilassament spin-spin kif ukoll proton weighting (PD) hyperintense. Iż-żona b'saħħitha tal-moħħ m'għandhiex turi xi luminixxenza partikolari fuq immaġni radjoloġika. Għalhekk, ovvjament li tingħata attenzjoni għal firxiet akbar tas-sinjali tal-kuntrast. Fit-tessut tat-tumur, b'mod ġenerali, il-proporzjon akbar ta 'titjib tal-kuntrast huwa dovut għall- barriera partikolari tat-tumur tad-demm li tippermetti l-mogħdija ta' jodju (CT) u gadolinju (MRI) fl-ispazju interstizjali extravaskulari intratumorali. Dan iżid is-sinjal (densità jew intensità) tat-tumur. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li t-titjib tal-kuntrast ma jiddifferenzjax b'mod definittiv in-neoplażja minn edema periferita. Fil-fatt, is-sejba anatomika-patoloġika fit-tessut tat-tumur tal-glioma li jinfiltra malinn, bħal fil- glioblastoma u l-astroċitoma anaplastika, turi wkoll lil hinn mill-edema vasoġenika kkawżata mill-qerda tal-barriera tad-demm-moħħ mit-tumur. Din l-aħħar kundizzjoni klinika hija skoperta ħażin mill-immaġini dijanjostiċi. Fit-tessut tat-tumur, b'mod ġenerali, il-proporzjon akbar ta 'titjib tal-kuntrast huwa dovut għall- barriera partikolari tat-tumur tad-demm li tippermetti l-mogħdija ta' jodju (CT) u gadolinju (MRI) fl-ispazju interstizjali extravaskulari intratumorali. Dan iżid is-sinjal (densità jew intensità) tat-tumur. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li t-titjib tal-kuntrast ma jiddifferenzjax b'mod definittiv in-neoplażja minn edema periferita. Fil-fatt, is-sejba anatomika-patoloġika fit-tessut tat-tumur tal-glioma li jinfiltra malinn, bħal fil- glioblastoma u l-astroċitoma anaplastika, turi wkoll lil hinn mill-edema vasoġenika kkawżata mill-qerda tal-barriera tad-demm-moħħ mit-tumur. Din l-aħħar kundizzjoni klinika hija skoperta ħażin mill-immaġini dijanjostiċi. Fuq -MRI turi tumur intrakranjali bħala leżjoni massiva li tista 'ssir aktar luminexxenti wara l-użu tal-mezz ta' kuntrast. Madankollu, dejjem ikun hemm anomalija tas-sinjal ġewwa -Immaġini ta 'reżonanza manjetika, li tindika l-preżenza ta' neoplażja jew edema vażoġenika. Normalment, żieda fil-luminexxenza (titjib tal-kuntrast) hija indikattiva ta 'tumur ta' grad ogħla ta 'malinn. Ċirku ta 'kuntrast huwa karatteristiku tal-glioblastoma, bil-parti luminexxenti li tikkorrispondi mal-parti vitali tat-tumur malinn, u l-aktar skur -żona hypointense li tikkorrispondi man-nekrożi tat-tessuti. Waqfien Il-biċċa l-kbira tat-tumuri intrakranjali primarji jibqgħu lokalizzati fil-kranju, għalhekk proċeduri ta 'stadju sistemiku mhumiex meħtieġa. B'kuntrast, tumuri newroectodermali primarji, medulloblastomi, tumuri taċ-ċelloli ġerminali tas-CNS, u limfomi tas-CNS primarji spiss jinfirxu permezz tal- ispazju subarachnoid lejn il- leptomeninges . Immaġini tar-reżonanza manjetika spinali jew titqib tal-ġenbejn huma għalhekk meħtieġa wkoll għall-pazjenti kollha b'din id-dijanjosi. Tipi ta 'tumur Glijomi Tumuri tas-sistema nervuża ċentrali primarja (CNS) jinvolvu varjetà ta 'tessuti patoloġiċi, kull wieħed bl-istorja naturali tiegħu stess. Minħabba l-fatt li l-gliomi waħedhom jammontaw għal kważi 40 fil-mija tat-tumuri CNS kollha, huwa komuni fil-letteratura li ssir distinzjoni bejn tumuri gliali u nongliali. Astroċitomi Ġew proposti diversi sistemi ta' kategoriji fil-letteratura matul iż-żmien għall-gradazzjoni tal-tumuri malinni tal- astroċitomi. Mill-1993 'l hawn, is-sistema ta' klassifikazzjoni fuq erba' livelli proposta mill- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet l-aktar użata u applikata. Hija bbażata fuq erba 'karatteristiċi istoloġiċi: żieda fid-densità taċ-ċelluli, mitożi, proliferazzjoni endoteljali u nekrożi. Minn hemm 'il quddiem, astroċitomi ta' grad I, bħal astroċitomi piloċitiċi, huma tipikament ta 'istoloġija beninna. Astroċitomi II. Il-gradi (diffużi) juru żieda fid-densità taċ-ċelluli bħala l-unika karatteristika istoloġika u huma neoplażmi bi grad aktar baxx ta 'infiltrazzjoni. Astroċitomi III juru mitożi sinifikanti. grad (anaplastiku). U proliferazzjoni endoteljali jew nekrożi jidhru fl-astroċitomi IV. gradi, l-hekk imsejħa glijoblastomi. Astroċitomi ta' grad baxx Astroċitomi piloċitiċi (inkluż l- astroċitoma pilomyxoid ), astroċitomi ta 'ċelluli ġganti subependimali, u xanthastrocytomas pleomorfiċi huma fost it-tumuri ċirkoskritti. Dawn huma neoplażmi kemmxejn aktar rari ta 'istoloġija beninna li ħafna drabi jistgħu jitfejqu biss permezz ta' kirurġija. Jekk it -tneħħija ma tkunx kompluta, it-tessut tumur li jifdal jista' jiġi ttrattat b'suċċess b'terapija ta' radjazzjoni. F'każijiet rari fejn it-trattament lokali ma jaħdimx, il-kimoterapija sistemika tista' tkun ta' suċċess, li għandha tiġi aġġustata individwalment. It-tfal jirrispondu għal taħlita ta' carboplatin u vincristine. Astroċitomi diffużi II jidhru fuq tomografija kompjuterizzata. Gradi minn leżjonijiet inqas intensi. Fl-immaġini ta 'reżonanza manjetika preferuta, aġenti ta' kuntrast jistgħu ma jkunux kapaċi jenfasizzaw dawn in-neoplażmi, il-luminixxenza tagħhom tista 'tkun irqaq u dgħajfa. Wieħed aktar intens jista 'jindika tessuti ta' anaplasija miżjuda. Kull meta jkun possibbli, hija ssuġġerita bijopsija biex jinkisbu kampjuni mill-porzjon anaplastiku tat-tumur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, pazjenti b'astroċitomi diffużi għandhom bejn 20 u 40 sena. L-okkorrenza ta 'aċċessjonijiet epilettiċi hija tipika għalihom. Il-kundizzjonijiet għal pronjosi favorevoli huma età żgħira, daqs tat-tumur taħt il-50 millimetru u l-aktar risezzjoni kirurġika estensiva tat-tumur possibbli. Ir-rikorrenzi tard huma relattivament komuni, u għalhekk il-pazjenti jeħtieġ li jiġu segwiti għal 15-il sena wara li t-tumur jitneħħa. Minkejja l-kors relattivament kajman tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-astroċitomi jimxu lejn leżjonijiet ikkaratterizzati minn anaplażja estensiva li ġeneralment huma refrattorji għall-kirurġija u t-terapija bir-radjazzjoni. Madankollu, it-terapija għal pazjenti b'astroċitomi diffużi ta 'grad baxx ma turix kunsens unanimu fil-letteratura. Ir-rwol tar-resezzjoni sħiħa huwa diskuss f'kuntesti professjonali. Ir-riżultati ta 'xi studji juru li t-tneħħija massima tat-tumur tagħti l-aħjar riżultati. Fil-fatt, tumuri żgħar u unilaterali jistgħu jitneħħew kompletament jekk ma jkunu involuti l-ebda strutturi kritiċi tal-moħħ. Approċċ pragmatiku li huwa ġeneralment aċċettabbli għall-ġeneralità tal-każijiet huwa li titneħħa n-neoplażja kemm jista 'jkun sabiex jiġu evitati defiċits newroloġiċi sinifikanti. Studji wrew li t-terapija bir-radjazzjoni mogħtija immedjatament wara d-dijanjosi tawwal iż-żmien li fih il-pazjent ikun ħieles mill-mard qabel ma jerġa 'jseħħ it-tumur meta mqabbel mas-sitwazzjoni fejn il-kors tat-terapija bir-radjazzjoni jittardja sal-ħin tal-progressjoni. Madankollu, bħalissa m'hemm l-ebda kunsens li t-terapija bir-radjazzjoni ftit wara d-dijanjosi ttejjeb is-'sopravivenza ġenerali' tal-pazjent. F'pazjenti b'sintomi ħfief jew mingħajr sintomi, jew b'aċċessjonijiet li jistgħu jiġu kkontrollati b'mediċini kontra l-aċċessjonijiet, huwa possibbli li tittardja r-radjuterapija sakemm it-tkabbir tat-tumur jilħaq fażi kritika. Ħafna drabi jkun hemm xewqa li jitnaqqas ir-riskju ta 'ħsara newroloġika kkawżata mit-terapija tar-radjazzjoni nnifisha. Żewġ provi kliniċi randomised prospettivi ma wrew l-ebda benefiċċju akbar minn radjuterapija b'doża għolja milli minn radjuterapija b'doża baxxa. Tipikament id-dożaġġ totali huwa bejn 45 u 54 Gray bi frazzjonament ta '1.8 sa 2 Gray. L-effett tal-kimoterapija awżiljarja f'pazjenti b'astroċitomi ta' grad baxx għadu taħt investigazzjoni. Riżultati preliminari minn prova klinika li tqabbel ir-radjuterapija waħedha mar-radjuterapija segwita minn kimoterapija li fiha procarbazine, lomustine, u vincristine (PCV) wrew perjodu itwal ta '"sopravivenza mingħajr mard" bil-kombinazzjoni, iżda l-ebda "sopravivenza ġenerali" fit-tul. Minħabba t- tossiċità assoċjata mal-protokoll tal-PCV, l-użu ta' temozolomide huwa rakkomandat kemm bħala terapija inizjali kif ukoll wara l-irkupru. Astroċitomi anaplastiku L-astroċitoma anaplastika hija tumur malinn tal-moħħ ikkaratterizzat minn tkabbir mifrux, żieda fid-densità taċ-ċelluli u figuri ta 'diviżjoni nukleari. Jirriżulta minn popolazzjoni speċifika taċ-ċelluli tas-sistema nervuża ċentrali, l- astroċiti. Skont il- klassifikazzjoni tad-WHO tat-tumuri tas-sistema nervuża ċentrali, it-tumur jikkorrispondi għal tumur ta 'grad III. Tipikament, pazjenti b'astroċitoma anaplastika jippreżentaw aċċessjonijiet epilettiċi, defiċits newroloġiċi fokali, uġigħ ta 'ras u bidliet fil-personalità. L-età medja tal-pazjent hija 45 sena. Immaġini ta 'reżonanza manjetika ġeneralment turi leżjoni massiva b'sinjal ta' kuntrast miżjud, li jista 'jkun ukoll aktar dgħajfa. Id-dijanjosi hija permezz ta' eżami istoloġiku tal-leżjoni permezz ta' bijopsija jew risezzjoni kirurġika. Pronjosi agħar tista 'tkun assoċjata ma' età avvanzata, kundizzjoni fiżika ħażina, u ħsara newroloġika sinifikanti. B'mod ġenerali, ir-riżultat terapewtiku huwa aħjar b'resezzjoni kirurġika sħiħa (trattament standard) mingħajr ma jiżdiedu d-defiċits newroloġiċi. It-terapija bir-radjazzjoni hija standard minħabba li ntwera li żżid iż-żmien tas-sopravivenza. Ir-rwol tal -kimoterapija huwa kontroversjali. Glijoblastoma L-aktar tumuri komuni u malinni taċ-ċelluli gliali huma glijoblastomi. Dawn jikkonsistu f'massa eteroġenja ta' ċelluli ta' astroċitoma differenzjati ħażin prinċipalment fl-adulti. Dawn normalment iseħħu fl- emisferi ċerebrali, aktar rari fil- brainstem jew is-sinsla tad-dahar. Ħlief f'każijiet rari ħafna, bħal kull tumuri tal-moħħ, ma jestendux lil hinn mill-istrutturi tas- sistema nervuża ċentrali. Il-glioblastoma tista 'tirriżulta minn diffuż (II. grad) jew astroċitoma anaplastika (III. grad) jiżviluppaw. Fil-każ tal-aħħar, huwa msejjaħ sekondarju. Madankollu, meta sseħħ mingħajr preċedent jew evidenza ta ' malinn preċedenti, tissejjaħ primarja. Glioblastomi huma ttrattati b'kirurġija, radjazzjoni, u kimoterapija. Huma diffiċli biex tfejjaq u hemm ftit każijiet li jibqgħu ħajjin lil hinn minn tliet snin. Oligodendrogliomi Oligodendroglioma huwa tumur tal-moħħ glial mhux komuni li joħroġ minn oligodendrocytes . Jiġri prinċipalment f'adulti bejn 40 u 45 sena, preferenzjali fil- kortiċi ċerebrali u l- materja bajda tal- emisferi ċerebrali. Oligodendrogliomas huma relattivament mhux komuni, u jammontaw għal inqas minn madwar 5 fil-mija tat-tumuri primarji kollha tal-moħħ u mhux aktar minn madwar 10 sa 15 fil-mija tal-glijomi kollha. Dawn it-tumuri huma maqsuma f'leżjonijiet ta 'grad baxx u anaplastiku. Oligodendroglioma anaplastiku huwa kkaratterizzat minn żieda fid-densità taċ-ċelluli, mitosi, proliferazzjoni endoteljali u polimorfiżmu nukleari, u nekrożi. Oligodendrogliomi ta' grad baxx u oligoastroċitomi Is-sopravivenza medjana għal pazjenti b'oligodendroglioma pur hija ta' madwar 10 snin, b'oligoastroċitoma madwar 8 snin. It-titwil meta mqabbel ma ' astroċitomi puri huwa dovut għal tħassir jew traslokazzjoni tal-par 1p/19q fit- tumur. L-età medja tal-pazjenti fid-dijanjosi hija 35 sena. Sintomi tipiċi huma aċċessjonijiet epilettiċi, iżda defiċits newroloġiċi fokali, bidliet fil-personalità jew sintomi oħra ta ' pressjoni intrakranjali, bħal uġigħ ta' ras u rimettar, jistgħu jiġu rrappurtati wkoll. Dawn it-tumuri normalment mhumiex viżibbli fuq it-tomografija kompjuterizzata, għalhekk l-MRI huwa l-metodu ta 'għażla għall-immaġini dijanjostiċi. Fuq il - Immaġini ta 'reżonanza manjetika, huma rikonoxxibbli bħala intensità tas-sinjal miżjuda. Fuq -immaġini, min-naħa l-oħra, is-sinjal jista 'jiġi siekt u t-titjib tal-kuntrast jista' biss kultant jiġi skopert. Jista' jkun nieqes sinjal ta' kalċifikazzjoni. Dawn it-tumuri jimxu aktar bil-mod minn astroċitomi ta’ grad baxx, u m’hemm l-ebda kunsens fil-letteratura dwar l-aħjar trattament. It-trattament inizjali jinvolvi l-kontroll tas-sintomi b'mediċini kontra l-aċċessjonijiet, radjazzjoni, kimoterapija, jew taħlita tat-tnejn tal-aħħar. Il-kirurġija, ir-radjuterapija u l-kimoterapija għandhom rwol importanti fir-rikaditi. Ir-resezzjonijiet jistgħu itaffu s-sintomi. Fuq temozolomide wera 50 Perċentwal ta' pazjenti li jerġgħu jirkadu wara radjuterapija għandhom reazzjoni pożittiva. Oligodendrogliomi anaplastiku u oligoastroċitomi Oligodendrogliomas anaplastiku juru sintomi tipiċi li jirriżultaw mill-effett tal-massa u aċċessjonijiet epilettiċi. Minkejja l-kimosensittività tagħhom, is-sopravivenza medjana hija biss 3 sal-5 Snin. It-trattament jinvolvi qtugħ massimu, segwit minn terapija bir-radjazzjoni. Rigward il-kimoterapija, ta' min jinnota li żewġ provi kliniċi reċenti ta' fażi III qabblu r-riżultati tar-radjuterapija ma' dawk ta' radjuterapija kkombinata u kimoterapija ta ' procarbazine, lomustine, vincristine. Għalkemm is-sopravivenza mingħajr sintomi rilevanti kienet itwal bit- terapija kkombinata, is-sopravivenza ġenerali kienet l-istess għaż-żewġ terapiji. Pazjenti b'tħassir 1p/19q kisbu l-aħjar riżultati tat-trattament, filwaqt li pazjenti mingħajr tħassir 1p/19q setgħu jtejbu r-riżultati tagħhom bil-kimoterapija tal-PCV. Studji kliniċi prospettivi wrew li madwar 50 sa 70 Perċentwal ta' pazjenti b'oligodendroglioma anaplastiku rikorrenti wara terapija bir-radjazzjoni jirrispondu b'mod pożittiv għall- kimoterapija b'PCV jew temozolomide. Għalkemm l-effikaċja superjuri tat-terapija ta' temozolomide u PCV ma ġietx stabbilita, in-nuqqas ta' majelosoppressjoni kumulattiva b'temozolomide jissuġġerixxi l-użu tiegħu fil-bidu tat-trattament ta' rikaduta. Ependimomi L-ependimoma hija neoplażma li tiżviluppa minn ċelluli ependimali li jgħattu l-ventrikoli ċerebrali, il-plexus tal-korojde, il-filum terminale, u l-kanal ċentrali tas- sinsla tad-dahar. Ċelloli ependimali huma wkoll preżenti fil-parenkima tal-moħħ bħala riżultat tal-migrazzjoni embrijonika minn żoni periventrikulari għall-kortiċi ċerebrali. Dawn it-tumuri pjuttost rari jistgħu jidhru fi kwalunkwe età, iżda għandhom żewġ qċaċet karatteristiċi, minn 0 sa 10 u minn 40 sa 50 sena. Il-korrimenti intrakranjali, li normalment iseħħu fil- fossa ta 'wara, huma aktar komuni fl-ewwel grupp ta' età, filwaqt li l-korrimenti tas-sinsla tad-dahar huma aktar komuni fit-tieni grupp ta 'età. L-ependimomi huma maqsuma f'leżjonijiet ta' grad baxx (I. u II. grad fuq l-iskala WHO) u leżjonijiet anaplastiċi (III. gradi) suddiviż. I. grad huma b'mod partikolari subependimomas u ependimomi mixopapillari, III. Ependimoma anaplastika. Pazjenti b'ependimomi ta' grad baxx fis-sinsla tad-dahar li jistgħu jitneħħew kompletament ma jgħaddux minn terapija bir-radjazzjoni wara. Ir-rwol tar-radjuterapija ta 'wara l-operazzjoni f'ependimomi intrakranjali ta' grad baxx huwa kontroversjali, iżda t-trattament tar-radjuterapija huwa ġeneralment indikat għal tumuri anaplastiku jew ta 'grad baxx li ma jistgħux jiġu resected kompletament. Studji kliniċi wrew li l-ependimomi jirrispondu għall-kimoterapija, partikolarment dawk ibbażati fuq il-platinu. Il-benefiċċju fil-kimoterapija bbażata fuq il-platinu huwa 67 Perċentwali, min-naħa l-oħra 25 għal nitrosoureas Perċentwali. Il-pronjosi għall-ependimomi II. Il-gradi huma sopravivenza mingħajr mard għal 6 snin ta '68 fil-mija u b’sopravivenza ġenerali ta’ 87 Perċentwali. Fl-ependimomi anaplastiki, dawn il-valuri jinżlu għal 29 fil-mija jew sa 37 Perċentwali. Tumuri mhux glijali Meduloblastomi Medulloblastoma hija l-aktar tumur malinn komuni tal-moħħ fit-tfal. L-ogħla inċidenza sseħħ fi tfal bejn is-sentejn u s-7 snin. L-akbar riskju ta’ mard jibqa’ fit-tfulija, peress li l-medulloblastoma hija rari ħafna f’nies ta’ aktar minn 21 sena. Dan it-tumur huwa tipiku tal-fossa ta 'wara, fejn huwa lokalizzat fiż-żewġ emisferi taċ- ċerebellum jew fil-vermis ċerebellari. Minħabba li huwa invażiv u qed jikber malajr, normalment jinfirex għal partijiet oħra tas-sistema nervuża ċentrali (CNS) permezz tas-CSF u jista 'jinfiltra l-art tar-raba' ventrikul fil-qrib u l-meninges. Aktar rari, metastasi CNS addizzjonali jistgħu jseħħu. Meta sseħħ il-tumuri malinn, is-sintomi jinkludu telf ta 'bilanċ, inkoordinazzjoni, diplopja, disartrija, u minħabba l-involviment tar-raba' ventrikul, li ħafna drabi jirriżulta f'idroċefalu ostruttiv, uġigħ ta' ras, dardir u rimettar, u mixja instabbli. L-MRI ġeneralment turi leżjoni massiva li ttejjeb il-kuntrast li tinvolvi ċ-ċerebellum. Kif issemma hawn fuq, medulloblastoma għandha propensità għolja li tinfiltra lokalment il-leptomeninges kif ukoll li tinfirex fl-ispazju subarachnoid, li tinvolvi l-ventrikoli, il-konvessità ċerebrali, u l-uċuħ leptomeningeal tas-sinsla. Konsegwentement, huwa meħtieġ li l-assi kraniospinali kollu jinġieb f'reżonanza. L-iskop tal-kirurġija huwa li tneħħi kemm jista 'jkun mill-massa ppreżentata mill-leżjoni. Fil-fatt, tumuri residwi wara l-operazzjoni jirriżultaw fi pronjosi agħar. Barra minn hekk, ta 'pronjosi mhux favorevoli hija l-preżenza ta' ċelluli tat-tumur fil-fluwidu ċerebrospinali jew is-sejbien ta 'reżonanza ta' metastasi leptomeningeal. Il-kirurġija waħedha ġeneralment mhix kurattiva. F'xi każijiet, madankollu, irradjazzjoni terapewtika ta 'l-assi kraniospinali, iffukat fuq is-sit tat-tumur primarju, tista' tirriżulta. Iż-żieda tal-kimoterapija wara t-terapija tar-radjazzjoni żżid ir-rata ta 'fejqan. Drogi bbażati fuq il-platinu (cisplatin jew carboplatin), etoposide, u aġent alkylating (cyclophosphamide jew lomustine) jintużaw ma 'vincristine. Bi trattament xieraq, każijiet ta’ sopravivenza fit-tul ta’ aktar minn 3 snin f’pazjenti b’medulloblastoma jvarjaw minn 60 sa 60 sena u 80 Perċentwali. Meninġjomi Il-meninġjomi huma l-aktar tumuri tal-moħħ intrakranjali estrinsiċi jew extra-assjali li joħorġu miċ-ċelloli tal- arachnoid, il-membrana li tgħatti l-moħħ u l-korda spinali. L-inċidenza ta 'din in-neoplażja hija ta' madwar 2 każijiet per sena għal kull 100,000 Resident. Huma aktar komuni fin-nisa fis-sitt u s-seba' deċennji tagħhom. Il-frekwenza tagħhom hija ogħla f'pazjenti b'newrofibromatożi tat-tip 2. It-telf tal-kromożoma 22 hija karatteristika ta' meninġjomi, għalkemm is-sinifikat pronjostiku ta' din is-sejba għadu mhux ċar. Pazjenti b'meninġjoma jistgħu jippreżentaw sintomi tipiċi ta' leżjoni massiva tal-kranju, inklużi aċċessjonijiet u defiċits newroloġiċi fokali. Minħabba li l-meninġjoma tista 'wkoll tkun bla sintomi, xi drabi jiġu skoperti fuq tomografija kompjuterizzata u immaġini ta' reżonanza manjetika għal raġunijiet oħra. Dan it-tumur tar-reżonanza għandu dehra karatteristika, li ġeneralment tikkonsisti f'titjib uniformi tal-kuntrast tul id-dura b'separazzjoni ċara mill-parenkima tal-moħħ. Karatteristika oħra, għalkemm mhux preżenti fil-każijiet kollha, hija l-hekk imsejħa "denb durali", rappreżentat minn nefħa li testendi lil hinn mill-leżjoni u tindika l-punt ta 'ankraġġ fid-dura. Ħafna meninġjomi skoperti inċidentalment ma jeħtieġux trattament fil-ħin tad-dijanjosi inizjali. Jekk il-pazjent jinstab li għandu effett ta 'massa sinifikanti, kemm jekk is-sintomi huma preżenti jew le, it-trattament tal-għażla ġeneralment ikun risezzjoni sħiħa. Fi studio ta’ Mayo Clinics li qabbel ir-rati ta’ kontroll tat-tumur wara risezzjoni kirurġika u radjukirurġija f’pazjenti b’meninġjoma intrakranjali żgħira sa moderata u mingħajr sintomi ta’ effett tal-massa, radjukirurġija rriżultat f’kontroll aħjar (98 kontra 88 fil-mija) u b’inqas kumplikazzjonijiet (10 kontra 22 fil-mija) meta mqabbla mat-tneħħija kirurġika. Limfomi tas-CNS primarji Limfoma primarja tas-sistema nervuża ċentrali tammonta għal madwar 2 fil-mija għal 3 fil-mija tat-tumuri kollha tal-moħħ f'pazjenti b'sistema immuni normali. Dawn iseħħu aktar frekwenti fl-irġiel li għandhom aktar minn 55 sena sa 60 snin 'il fuq. Kważi nofs il-limfomi kollha jseħħu f'pazjenti 'l fuq minn 60 sena u madwar kwart f'pazjenti 'l fuq minn 70 snin 'il fuq. L-inċidenza tidher li tiżdied bl-età, iżda r-raġuni għadha mhix ċara. Pazjenti b'sistema immuni mdgħajfa huma f'riskju ogħla li jiżviluppaw limfoma tas-CNS, għalhekk dawk li kellhom trapjant ta 'organi għandhom immunodefiċjenza konġenitali jew mard awtoimmuni, jew huma infettati bil -virus tal-immunodefiċjenza umana. Limfomi tal-moħħ assoċjati mal-HIV huma assoċjati mal -virus Epstein-Barr, partikolarment f'pazjenti b'għadd ta' limfoċiti CD4 taħt il-500 ċelluli per millimetri kubi fid-demm. Ħafna mill-limfomi tas-CNS huma limfomi b'ċelluli B kbar mifruxa fit-tip. Il-pazjenti jbatu minn varjetà ta 'sintomi karatteristiċi ta' leżjoni massiva fokali jew multifokali. L-MRI normalment turi tumuri b'titjib tal-kuntrast omoġenju fil-materja bajda periventrikulari fil-fond. Il-multifokalità u t-titjib mhux omoġenju huma tipiċi għal pazjenti b'sistema immuni mdgħajfa. L-analiżi tal-limfoma tas-CNS hija estremament importanti fid-dijanjosi differenzjali tan-neoplażja tal-moħħ. Għandu jiġi nnutat li l-amministrazzjoni ta 'kortikosterojdi tista' twassal għall-għajbien sħiħ tat-titjib, li tikkomplika d-dijanjosi tal-leżjonijiet. Konsegwentement, jekk il-limfoma tas-CNS trid tiġi kkunsidrata fid-dijanjosi differenzjali, il-kortikosterojdi għandhom jiġu evitati sakemm l-effett tal-massa ma jikkawżax problema serja u immedjata fil-pazjent. Bijopsija tal-leżjoni suspettata hija kruċjali. B'kuntrast mal-limfoma sistemika ta 'ċelluli B kbar, li fiha kemm il-kimoterapija kif ukoll ir-radjuterapija huma effettivi u t-trattament ta' leżjonijiet lokalizzati huwa kurattiv, il-limfoma tas-sistema nervuża ċentrali tipikament twieġeb għat-terapija inizjali iżda mbagħad terġa 'tiġri. Bħal fil-limfoma sistemika, ir-rwol tal-kirurġija huwa primarjament limitat għall-ksib ta' kampjuni xierqa tat-tessut għad-dijanjosi. Fl-imgħoddi, it-terapija bir-radjazzjoni kienet mogħtija lill-moħħ kollu (panencephalic). Is-sopravivenza medjana hija ta' madwar 12 anke b'leżjonijiet lokalizzati Xhur. Ir-rikorrenza normalment taffettwa s-sit tal-korriment preċedenti kif ukoll reġjuni oħra. Ir-risponsi għall-kimoterapija huma aktar promettenti. Provi kliniċi li fihom doża għolja ta' methotrexate waħdu ntuża bħala l-ewwel trattament u r-radjoterapija ġiet ittardjata sakemm il-ħin ta' rikaduta jew progressjoni wrew sopravivenza globali aħjar mir-radjuterapija waħedha. Saħansitra aktar effettiva kienet il-kombinazzjoni ta 'methotrexate, vincristine, procarbazine, methotrexate intrathecal, cytarabine, u radjuterapija panencefalika u cytarabine, jew l-użu ta' kimoterapija intra-arterjali ma 'methotrexate intra-arterial, cyclophosphamide injettat ġol-vini, u etoposide wara modifika tad-demm- barriera tal-moħħ b'mannitol. Is-sopravivenza medjana fit-terapija b'methotrexate kienet ta' 24 sal-40 xhur ħafna ogħla milli bir-radjuterapija waħedha (medda 24 sakemm 40 xahar). F'xi każijiet, it-terapija bir-radjazzjoni tintuża biss għal rikaduti meta jkun hemm rigressjoni inizjali bil-kimoterapija. Każijiet ta' sopravivenza fit-tul ġew irrappurtati wkoll mingħajr radjuterapija. It-terapija bir-radjazzjoni panenċefalika hija assoċjata ma' riskju għoli li tiżviluppa dimenzja jew lewkoenċefalopatija . Dan ir-riskju jista' jitnaqqas billi jiġu żviluppati strateġiji effettivi ta' kontroll tat-tumur li jevitaw radjuterapija panenċefalika. It-terapija inizjali għal pazjenti b'sistemi immuni kompromessi hija li tnaqqas il-kawżi tal-immunosoppressjoni. Il-pronjosi għal dawn il-pazjenti ġeneralment tkun agħar minn dik għal pazjenti li għandhom sistema immuni normali. Minħabba infezzjonijiet tat-tumur li jakkumpanjawhom u kundizzjoni fiżika ġeneralment subottimali, il-kimoterapija ħafna drabi ma tistax titwettaq f'dawn il-pazjenti immunosoppressi. Bħal tumuri oħra tal-moħħ, ir-rispons għat-trattamenti jiddependi fuq l-età u l-kundizzjoni fiżika. Tumuri metastatiċi tas-sistema nervuża ċentrali Metastasi fil-moħħ Metastasi tal-moħħ huma l-aktar neoplażmi intrakranjali komuni fl-adulti, għaxar darbiet aktar komuni minn tumuri tal-moħħ primarji. Huma pass f'20 sal-40 fil-mija ta 'adulti bil-kanċer u huma prinċipalment assoċjati ma' kanċer tal-pulmun u tas-sider u melanoma. Dawn il-leżjonijiet jirriżultaw mit-tixrid taċ-ċelluli tal-kanċer permezz tan- nixxiegħa tad-demm u l-aktar iseħħu fil-junction tal-materja griża u bajda, fejn is-sezzjoni trasversali tal-vini tad-demm tinbidel, u jinqabdu emboliżmu taċ-ċelluli tat-tumur. 80 fil-mija tal-leżjonijiet iseħħu fl-emisferi ċerebrali, 15 fil-mija fiċ-ċerebellum u 5 fil-mija fil-brainstem. Madwar 80 fil-mija tal-pazjenti għandhom storja ta’ kanċer sistemiku u 70 fil-mija għandhom metastasi multipli fil-moħħ. Riċentement saru avvanzi sinifikanti fid-dijanjosi u t-trattament ta 'dawn il-leżjonijiet, li rriżultaw f'sopravivenza mtejba u kontroll tas-sintomi. Il-bidu tas-sinjali u s-sintomi huma simili għal dawk ta 'leżjonijiet kbar oħra fil-moħħ. Il-metodu dijanjostiku tal-għażla huwa immaġini ta 'reżonanza manjetika bl-użu ta' mezzi ta 'kuntrast. Il-letteratura turi riżultati ekwivalenti għal kirurġija u radjukirurġija. Dan tal-aħħar jidher li huwa aktar konvenjenti, effettiv u aktar sigur għal leżjonijiet żgħar jew f'reġjuni inaċċessibbli għall-kirurġija. Ir-radjukirurġija hija alternattiva sensibbli għal pazjenti li ma jistgħux jiġu operati għal raġunijiet mediċi. Madankollu, il-kirurġija hija b'mod ċar l-aħjar metodu biex jinkisbu tessuti għad-dijanjosi u biex jitneħħew il-leżjonijiet li jikkawżaw effett tal-massa. Għalhekk, ir-radjukirurġija u l-kirurġija għandhom jitqiesu aħjar bħala żewġ metodi kumplimentari iżda differenti li għandhom jiġu applikati skont is-sitwazzjoni differenti tal-pazjent. Għal kważi 50 fil-mija tal-pazjenti b'metastasi waħda jew tnejn fil-moħħ mhumiex kandidati għal tneħħija kirurġika minħabba l-inaċċessibbiltà tal-leżjonijiet, il-firxa ta 'mard sistemiku, jew fatturi oħra. Dawn u pazjenti oħra b'metastasi multipli huma ġeneralment offruti terapija ta 'radjazzjoni panenċefalika bħala standard ta' kura. Fil-fatt tilħaq sa kważi 50 fil-mija minnhom b'din it-terapija titjib fis-sintomi newroloġiċi u 50 sa 70 fil-mija reazzjoni notevoli. Il-kimoterapija rarament tintuża primarjament għal metastasi fil-moħħ. Għall-biċċa l-kbira tal-pazjenti b'metastasi fil-moħħ, is-sopravivenza medjana hija biss erba' sa sitt xhur wara t-terapija bir-radjazzjoni panenċefalika. Madankollu, pazjenti iżgħar minn 60 sena b'leżjonijiet diskreti u mard sistemiku kkontrollat jistgħu jiksbu sopravivenza itwal minħabba li jistgħu jittolleraw approċċ ta 'trattament aktar aggressiv. Metastasi meninġeali Għall-ħabta tal-5 fil-mija tal-pazjenti tat-tumur jistgħu jiġu djanjostikati b'metastasi tal- meninges rotob (leptomeninges encephali). Ħafna drabi jseħħu fil-melanoma, fil-kanċer tas-sider u tal-pulmun bħala riżultat tat-tixrid taċ-ċelluli tat-tumur mid-demm. Iċ-ċelloli malinni mbagħad jinfirxu mas-sistema nervuża ċentrali (CNS), ġeneralment permezz tal- fluwidu ċerebrospinali, komunement magħruf bħala fluwidu tal-moħħ. Wieħed jew aktar mis-sinjali u sintomi li ġejjin jistgħu jkunu kkawżati minn metastasi meninġeali, fost oħrajn: ħsara lokali fin-nervituri bħal paraliżi tan-nervituri kranjali, dgħjufija tal-mutur u radikolopatiji, parestesija u uġigħ, invażjoni diretta tal-moħħ jew tat-tessut tas-sinsla, Disturb tal-vini tad-demm fil-moħħ u fis-sinsla tad-dahar b'defiċits newroloġiċi fokali u/jew aċċessjonijiet, Ostakoli għall-fluss normali tal-fluwidu ċerebrospinali b'uġigħ ta 'ras u pressjoni intrakranjali miżjuda, Disturbi tal-funzjoni normali tal-moħħ bħal enċefalopatija u/jew infiltrazzjoni perivaskulari minn ċelluli tat-tumur b'iskemija u sintomi ta' apoplessija li jirriżultaw. Id-dijanjosi tista 'ssir permezz ta' eżami tal-fluwidu ċerebrospinali jew immaġini ta 'reżonanza manjetika tal-moħħ u l-korda spinali. Il-preżenza ta 'ċelluli malinni tista' titkejjel f'50 jistgħu jiġu identifikati fil-mija tal-pazjenti. Mill-inqas 10 fil-mija tal-pazjenti b'involviment leptomeningeal, eżami ċitoloġiku jibqa 'negattiv. Billi żżid in-numru ta ' titqib tal-ġenbejn għal sitta u l-ammont ta' volum ta 'fluwidu jitneħħa għal 10 Millilitru għal kull titqib jista 'jżid il-possibbiltà ta' dijanjosi pożittiva. Fil- fluwidu ċerebrospinali, il-konċentrazzjoni ta ' proteini hija ġeneralment għolja, dik tal- glukosju tista' tkun baxxa fil-preżenza ta ' pleocytosis. Studju radjografiku jista 'juri hydrocephalus mingħajr leżjoni massiva jew tkabbir diffuż tal-leptomeninges. Mingħajr terapija, is-sopravivenza medjana hija 4 sas-6 ġimgħat, bil-mewt minħabba deterjorament newroloġiku progressiv. Metastasi leptomeningeali ħafna drabi huma manifestazzjoni ta 'l-aħħar stadju tal-marda prinċipali, u terapija sintomatika tista' tkun l-aktar soluzzjoni xierqa. Kortikosterojdi u analġeżiċi jipprovdu serħan temporanju. It-trattament jista' jiġi offrut lil pazjenti b'mard sistemiku minimu u kundizzjoni fiżika ġenerali aċċettabbli biex ittaffi s-sintomi u tittawwal is-sopravivenza. Is-sopravivenza medjana tista’ tittejjeb permezz tar-radjuterapija għal siti sintomatiċi u żoni morda aktar voluminużi identifikati permezz tar-raġġi-x, u b’terapija intratekali b’methotrexate, cytarabine, u thiotepa, imwettqa b’titqib tal-ġenbejn jew kateter Ommaya, minn 3. fis-6 xhur jiżdiedu. Il-kumplikazzjoni ewlenija tat-terapija intratekali bbażata fuq methotrexate hija lewkoenċefalopatija nekrotizzanti, li tista' tiżviluppa wara xhur ta' terapija f'dawk il-ftit pazjenti li jistgħu jgawdu sopravivenza fit-tul. Dan l-effett tossiku devastanti huwa partikolarment komuni f'pazjenti li rċevew radjuterapija minn qabel jew fl-istess ħin ma' terapija ta' methotrexate intratekali. Uġigħ u kura terminali Il-kura palljattiva hija forma speċjali ta’ kura mfassla biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ pazjenti li jbatu minn marda serja jew ta’ theddida għall-ħajja, bħall-kanċer. L-għan tal-kura palljattiva mhuwiex li tfejjaq, iżda li tipprevjeni jew tikkura kemm jista’ jkun kmieni s-sintomi u l-effetti sekondarji tal-marda u t-trattament tagħha, kif ukoll il-problemi psikoloġiċi, soċjali u spiritwali assoċjati magħha. Il-kura palljattiva hija magħrufa wkoll bħala kura ta 'kumdità, kura ta' appoġġ, u ġestjoni tas-sintomi. Kura palljattiva hija pprovduta matul l-esperjenza tal-kanċer tal-pazjent. Normalment jibda bid-dijanjosi u jkompli permezz ta 'trattament, kura ta' segwitu, u t-tmiem tal-ħajja. Ħoloq esterni www.cochrane.org/pt/evidence – COCHRANE - Neuro-Oncology Group www.eano.eu – European Association of Neuro-Oncology https://www.eortc.org/research_field/brain/ – The European Organisation for Research and Treatment of Cancer (EORTC) Letteratura Jan C. Buckner et al., Central Nervous System Tumors, Mayo Clinic Proceedings, Jg. 82, 2007, lado 1271-1286 Lisa M. DeAngelis et al., Intracranial Tumors. Diagnosis and Treatment, Dunitz London, 2002, ISBN 1-901865-37-1 D. N. Louis et al., WHO Classification of Tumours of the Central Nervous System, Genf, 2007, ISBN 978-92-832-2430-3 Richard Pazdur et al., Cancer management. A multidisciplinary approach. Medical, surgical, & radiation oncology, UBM Medica, 2010, ISBN 978-0-615-41824-7 Jerome B. Posner, Neurologic Complications of Cancer, Davis, Philadelphia, 1995, ISBN0-8036-0006-2 Rüdiger Schenk, Neuroonkologische Therapiekonzepte zur Behandlung von Astrozytomen höheren Malignitätsgrades und Rezidivlokalisation, Regensburg, 2019 Uwe Schlegel et al., Neuroonkologie, 2. erw., Thieme, Stuttgart, 2003, ISBN 3-13-109062-6 Jörg-Christian Tonn et al., Oncology of CNS Tumors, Springer, Berlin, 2010, ISBN 978-3-642-02873-1 Mediċina
29809
https://mt.wikipedia.org/wiki/FK%20Babrungas
FK Babrungas
Futbolo klubas Babrungas huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Plungė. Il-klabb twaqqaf fl-1935. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni fkbabrungas.lt} Sit uffiċjali Facebook 1lyga.lt Soccerway Sofascore Transfermarkt Globalsportsarchive Babrungas Babrungas
29810
https://mt.wikipedia.org/wiki/Baltijos%20Futbolo%20Akademija
Baltijos Futbolo Akademija
Baltijos Futbolo Akademija huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Vilnius. Il-klabb twaqqaf fl-2007. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni bfavilnius.lt Sit uffiċjali BFA Facebook SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Globalsportsarchive Pirma lyga (1lyga.lt) Baltijos Baltijos
29811
https://mt.wikipedia.org/wiki/Be1%20NFA
Be1 NFA
Be1 NFA huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Kaunas. Il-klabb twaqqaf fl-2012 (2019). Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni (be1.lt) Sit uffiċjali Facebook Be1 NFA SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Pirma lyga (1lyga.lt) Globalsportsarchive Be1 Be1
29812
https://mt.wikipedia.org/wiki/FK%20Ekranas%20%282020%29
FK Ekranas (2020)
Futbolo klubas Ekranas huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Panevėžys. Il-klabb twaqqaf fl-2020. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni Facebook Ekranas SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Ekranas Ekranas
29813
https://mt.wikipedia.org/wiki/FK%20Garliava
FK Garliava
Futbolo klubas Garliava huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Garliava. Il-klabb twaqqaf fl-2008. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni FK GARLIAVA Sit uffiċjali Facebook FK Garliava SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Pirma lyga (1lyga.lt) Globalsportsarchive Garliava Garliava
29814
https://mt.wikipedia.org/wiki/FC%20Nept%C5%ABnas
FC Neptūnas
Futbolo klubas Neptūnas huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Klaipėda. Il-klabb twaqqaf fl-2020. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni fcneptunas.lt Sit uffiċjali Facebook FK Neptūnas Pirma lyga (1lyga.lt) SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Globalsportsarchive Neptūnas Neptūnas
29815
https://mt.wikipedia.org/wiki/Marijampol%C4%97%20City
Marijampolė City
Marijampolė City huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Marijampolė. Il-klabb twaqqaf fl-2018. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni M. City Sit uffiċjali facebook M. City SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Marijampolė Marijampolė
29816
https://mt.wikipedia.org/wiki/FK%20Transinvest
FK Transinvest
Futbolo klubas Transinvest huwa klabb tal-futbol Litwan, mil-belt ta Galinė. Il-klabb twaqqaf fl-2022. Unuri <...> Parteċipazzjoni fil-Kampjonati Litwani Plejers notevoli Litwanja Staff tekniku Referenzi Ħoloq esterni SOFASCORE Globalsportsarchive Transinvest Transinvest
29834
https://mt.wikipedia.org/wiki/Stilla
Stilla
Stilla hija oġġett astronomiku li jikkonsisti minn sfera magħmula mill-plażma. L-eqreb stilla viċin id-dinja hija ix-xemx. Astronomija
29837
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mramorje
Mramorje
Mramorje (biċ-Ċirilliku Serbjan: Мраморје) jew Bagruša (Багруша) hija nekropoli Medjevali li tinsab f'Perućac, is-Serbja, u hija fost l-aqwa nekropoli ppreservati tar-reġjun. In-nekropoli nbniet fis-seklu 14 u hija estiża bejn ix-xmara Drina u t-triq prinċipali tul ix-xmara, fid-daħla tal-insedjament fil-qrib. Is-sit huwa protett mir-Repubblika tas-Serbja bħala Monument tal-Kultura ta' Importanza Eċċezzjonali, iżda minkejja dan jinsab mhedded mix-xmara Drina fuq naħa u mit-tkabbir kontinwu tar-raħal ta' Perućac fuq in-naħa l-oħra. L-istećci tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit transnazzjonali fl-2016; tliet komponenti minnu jinsabu fis-Serbja, u n-nekropoli ta' Mramorje hija waħda mill-komponenti. Nekropoli In-nekropoli, b'madwar 200 lapida magħmula mill-ġebel tal-ġir mastizz, ġiet stabbilita fis-seklu erbatax. L-ikbar eżemplari ta' lapidi li nstabu fin-nekropoli jlaħħqu tul ta' żewġ metri (6.6 piedi) u wisa' u għoli ta' kważi metru (3.3 piedi). Sorsi bikrin jiddokumentaw għadd ta' 122 monument, filwaqt li skont data reċenti, b'kollox hemm 93 monument kif ġej: 46 panew, 18-il slemenjak b'pedestall jew pjattaforma, 10 slemenjak mingħajr pedestall, seba' sarkofagi b'pedestall, 10 sarkofagi mingħajr pedestall, u żewġ eżemplari amorfiċi. Maż-żmien, uħud mil-lapidi ġew imċaqilqa, oħrajn sfrundaw fl-art, filwaqt li diversi oġġetti ġew ittrasferiti fil-mużewijiet (żewġ lapidi bl-ebda dekorazzjoni jinsab fil-kollezzjoni tal-Mużew Etnografiku f'Belgrad, u waħda tinsab fil-Mużew Nazzjonali f'Užice). Il-lapidi fin-nekropoli huma rranġati f'ringieli regolari, u spiss huma orjentati mil-Lvant għall-Punent. Ma hemm l-ebda kitba mnaqqxa li tista' tinqara fuq il-lapidi, għalkemm uħud minnhom huma pproċessati b'mod fin, ftit minnhom huma mżejna, u hemm ftit motivi ddokumentati (fosthom id-disinni ta' ċrieki, il-qamar, xabla u tarka). Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-15 ta' Lulju 2016, b'għażla ta' madwar 4,000 qabar individwali, miġbura f'diversi nekropoli fi 28 sit: 22 sit fil-Bożnija-Ħerzegovina, żewġ siti fil-Kroazja, tliet siti fil-Montenegro, u tliet siti fis-Serbja. L-iżjed sit li għandu kollezzjoni ppreservata tajjeb ta' dawn l-oqbra huwa dak ta' Radimlja, fil-Punent ta' Stolac fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Ara wkoll Stećak Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Serbja Oqbra
29839
https://mt.wikipedia.org/wiki/Vlkol%C3%ADnec
Vlkolínec
Vlkolínec huwa villaġġ li jiġi amministrat mir-raħal ta' Ružomberok fis-Slovakkja. Madankollu, storikament kien villaġġ separat. L-ewwel darba li l-villaġġ jissemma fid-dokumenti hu fl-1376 u wara l-1882 sar parti minn Ružomberok. Isem il-villaġġ x'aktarx li oriġina mill-kelma Slovakka "vlk" li tfisser "lupu". Vlkolínec tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993, u huwa wieħed minn għaxar villaġġi Slovakki li ngħataw l-istatus ta' riżervi tal-arkitettura folkloristika. Dan l-istatus ingħata peress li l-villaġġ huwa eżempju mhux mittiefes u kumpless ta' arkitettura folkloristika fil-kampanja tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Karpazji. Deskrizzjoni Vlkolínec, li jinsab fiċ-ċentru tas-Slovakkja, huwa insedjament li ħaġa tal-għaġeb baqa' intatt, b'karatteristiċi tradizzjonali ta' villaġġ tal-Ewropa Ċentrali. Iħaddan fih l-iżjed raggruppament komplut ta' tipi ta' djar tradizzjonali biz-zkuk tal-injam fir-reġjun, li spiss jinsabu f'żoni muntanjużi. Il-villaġġ jikkonsisti minn iktar minn 45 dar ta' dan it-tip u kull waħda minnhom fiha żewġ jew tliet kmamar. Ġew ippreservati wkoll kampnar tal-injam tas-seklu 18 kif ukoll kappella Barokka. Id-djar Nri 16 u 17 ġew ikkonvertiti f'mużew tal-folklor bl-istrumenti kollha tal-ħajja u tax-xogħol ta' kuljum. Sit ta' Wirt Dinji Vlkolínec ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Ara wkoll Sit ta' Wirt Dinji oħra simili: Hollókő, l-Ungerija; Holašovice, iċ-Ċekja; Gammelstad, l-Iżvezja. Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Slovakkja Folklor
29841
https://mt.wikipedia.org/wiki/Holl%C3%B3k%C5%91
Hollókő
Hollókő (pronunzja bl-Ungeriż: [ˈholloːkøː]) huwa villaġġ etnografiku tal-Palóc fl-Ungerija u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Isem il-villaġġ bl-Ungeriż ifisser "ħaġra taċ-ċawlun". Pożizzjoni ġeografika Il-villaġġ jinsab fil-kontea ta' Nógrád, bejn wieħed u ieħor 91.1 kilometru fil-Grigal minn Budapest, il-belt kapitali tal-Ungerija. Il-villaġġ jinsab f'wied tal-muntanji ta' Cserhát, imdawwar bi qċaċet baxxi. L-ambjent naturali tal-villaġġ huwa protett ukoll. Storja F'nofs is-seklu 13, wara l-invażjoni tal-Mongoli, il-kostruzzjoni tal-Kastell ta' Hollókő għall-ewwel bdiet bħala mezz ta' protezzjoni tal-inħawi minn attakki oħra fil-futur. Dak iż-żmien, l-inħawi madwar Hollókő kienu fil-pussess tal-klan nobbli tal-Kacsics. Il-kastell issemma għall-ewwel darba fid-dokumenti storiċi fl-1310. Il-villaġġ oriġinali nbena taħt il-ħitan tal-kastell. L-Ottomani ħatfu l-kastell fl-1552 u għall-150 sena ta' wara, il-kontroll ġie alternat bejn il-forzi Ottomani u Ungeriżi. Fit-tmiem tal-era Ottomana (1683), il-kastell u l-villaġġ finalment ġew abbandunati u beda jikber il-villaġġ attwali. Ħafna mid-djar eżistenti nbnew għall-ewwel darba f'dan iż-żmien. Id-djar, li fl-istruttura tagħhom fihom l-injam, kellhom jinbnew bosta drabi matul is-snin minħabba n-nirien li kienu jaħkmuhom minn żmien għal żmien. L-aħħar nirien seħħew fl-1909. Fl-1987, il-villaġġ, il-fdalijiet tal-kastell u ż-żona tal-madwar tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Attrazzjonijiet Dawn li ġejjin huma wħud mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-villaġġ: il-parti protetta tal-villaġġ – it-toroq ta' Lajos Kossuth u ta' Sándor Petőfi, b'67 dar; il-Mużew tal-Villaġġ; il-Mużew tal-Posta; il-Mużew tal-Pupi; il-Mużew tal-Istampar Artiġjanali; id-Dar taż-Żfin Folkloristiku Ungeriż; il-Ħanut tal-Qfief; id-Dar tal-Arti u tat-Te; id-Dar tal-Logħob tal-Paloc; il-Borpatika; id-Dar tan-Nissieġa; il-Knisja Kattolika Rumana ta' San Martin; il-Kastell ta' Hollókő; id-Dar tas-Surmast tal-Iskola (Oskolamester háza). Sit ta' Wirt Dinji Il-Villaġġ Antik ta' Hollókő u l-Inħawi tal-Madwar ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Ungerija Folklor Arkitettura
29843
https://mt.wikipedia.org/wiki/Park%20Nazzjonali%20ta%27%20Hortob%C3%A1gy
Park Nazzjonali ta' Hortobágy
Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy (pronunzja bl-Ungeriż: [ˈhortobaːɟ]) huwa park nazzjonali b'erja ta' 800 km2 fil-Lvant tal-Ungerija, li huwa rikk fil-folklor u fl-istorja kulturali. Il-park, li huwa parti mill-Pjanura l-Kbira ta' Alföld, ġie ddeżinjat bħala park nazzjonali fl-1973 (l-ewwel wieħed fl-Ungerija), u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999. Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy huwa l-ikbar żona protetta fl-Ungerija u l-ikbar bur tal-ħaxix seminaturali fl-Ewropa. Sa dan l-aħħar kien maħsub li din l-isteppa alkalinika ġiet iffurmata mill-qtugħ f'daqqa ta' foresti enormi fil-Medju Evu, segwit minn miżuri ta' kontroll tal-fluss tax-xmara Tisza, li allegatament irriżultaw fl-istruttura u fil-livell ta' pH attwali tal-ħamrija. Madankollu, il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy huwa ferm eqdem, u huwa stmat li l-alkalinizzazzjoni bdiet madwar 10,000 sena ilu, meta x-xmara Tisza laħqet għall-ewwel darba l-Pjanura l-Kbira Ungeriża, u qatgħet bosta nixxigħat mis-sorsi tagħhom fil-muntanji tat-Tramuntana. Il-formazzjoni ntemmet bil-mergħa tal-annimali u taż-żwiemel selvaġġi matul l-Era Glaċjali, segwiti mill-annimali ddomestikati. Waħda mill-iżjed attrazzjonijiet ikoniċi tal-Park Nazzjonali ta' Hortobágy huwa l-Pont tad-Disa' Arkati. Diversi bjar tradizzjonali b'għamla tal-ittra T jagħmlu parti mill-pajsaġġ tal-park, flimkien mal-miraġġ ta' xi siġar li qajla jidhru fil-bogħod fis-sħana riflessa tal-puszta (steppa). Parti mill-park nazzjonali huwa riżerva tas-sema mudlam fejn wieħed jista' josserva l-istilel mingħajr it-tniġġis tad-dawl. L-artijiet mistagħdra tal-park ġew elenkati wkoll bħala sit tar-Ramsar. Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy kellu wkoll konnotazzjonijiet negattivi bħala sit ta' xogħol sfurzat taħt ir-reġim Komunista. Flora u fawna Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy huwa steppa, jiġifieri pjanura jew bur tal-ħaxix li fih jirgħu l-bhejjem tal-ifrat tal-Ungerija, il-gniedes, il-bufli tal-ilma, in-nagħaġ racka u ż-żwiemel li jieħdu ħsiebhom rgħajja spiss rekbin iż-żwiemel, imsejħa Csikós. Jipprovdi l-ħabitat għal diversi speċijiet, inkluż 342 speċi ta' għasafar. Iż-żumbrell, it-tellerita, il-pitarrun u l-farruġ huma rrappreżentati b'popolazzjonijiet li jitnisslu hemmhekk. Il-park huwa sit importanti fejn jieqfu jistrieħu l-għasafar tal-passa, fosthom l-għarnuq, il-birwina u l-wiżż Anser erythropus. Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy huwa wkoll iċ-ċentru għat-tnissil tal-bhejjem tal-ispeċi Taurus, wieħed minn diversi tentattivi biex jerġa' jitnissel l-annimal tal-ifrat estint Anser erythropus. Sit ta' Wirt Dinji Il-Park Nazzjonali ta' Hortobágy ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Parks Nazzjonali Ungerija
29848
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7ar%20tas-Sil%C4%A1%20ta%27%20Dob%C5%A1in%C3%A1
Għar tas-Silġ ta' Dobšiná
L-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná (bis-Slovakk: Dobšinská ľadová jaskyňa; bl-Ungeriż: Dobsinai-jégbarlang) huwa għar tas-silġ fis-Slovakkja, qrib ir-raħal tal-industrija tal-estrazzjoni ta' Dobšiná fil-Park Nazzjonali tal-Ġenna Slovakka. Fis-sena 2000 l-għar tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala parti mill-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja. Fost il-viżitaturi famużi li żaru l-għar tas-silġ kien hemm il-Prinċep Awgustu von Sachsen Gotha u martu fl-1872, Ferdinand de Lesseps (il-kostruttur tal-Kanal ta' Suez) u grupp ta' kittieba Franċiżi fl-1884, il-Ksar Bulgaru Ferdinandu I fl-1890, u l-esploratur polari Fridtjof Nansen fl-1900. Storja L-għar ġie skopert fil-15 ta' Ġunju 1870 mill-inġinier irjali tal-estrazzjoni Jenő Ruffinyi, akkumpanjat minn Gustáv Lang u Andrej Mega, għalkemm id-daħla kienet ilha magħruf minn żmien żemżem mir-rgħajja u mill-kaċċaturi bħala Studená diera (Ħofra Kiesħa). L-għar infetaħ għall-pubbliku sena wara l-iskoperta. Fl-1887 sar l-ewwel għar fl-Ewropa li ġie mdawwal bl-elettriku. Għall-ħabta ta' dak l-istess żmien, 7,171 metru kwadru tal-erja magħrufa tal-għar ta' 8,874 metru kwadru ġew irrapportati li kienu miksijin bis-silġ. Il-volum totali tas-silġ ġie stmat li kien 125,000 metru kubu, u b'hekk jitqies bħala wieħed mill-iżjed għerien tas-silġ importanti fid-dinja. Il-ħxuna tas-silġ tilħaq sa 26.5 metru. L-art tal-għar ġejja għan-niżla mid-daħla li tħares lejn it-Tramuntana; dan jirriżulta fit-tkessiħ rapidu tal-għar fix-xitwa peress li l-arja kiesħa tista' tinżel 'l isfel. Min-naħa l-oħra, minn ġewwa l-għar huwa pjuttost protett mill-ambjent sħun fis-sajf. Għaldaqstant it-temperatura annwali medja tibqa' madwar 0 °C. L-għar imtela' bis-silġ permezz tar-ripetizzjoni ta' dan iċ-ċiklu għal bosta sekli. Huwa stmat li l-għar għandu bejn wieħed u ieħor 250,000 sena. L-għar jinsab 130 metru 'l fuq mix-xmara Hnilec, u d-daħla tinsab f'altitudni ta' 971 metru. It-tul totali tal-għar hu 1,491 metru (xi sorsi jsostnu li huwa 1,232 metru), li minnhom 475 metru + 43 metru individwali huma miftuħa għall-pubbliku minn Mejju sa Settembru. Sit ta' Wirt Dinji L-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná, komponent tal-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek (l-Ungerija) u tas-Slovakkja, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Għerien Slovakkja
29850
https://mt.wikipedia.org/wiki/Park%20Nazzjonali%20Storiku%20ta%27%20Trakai
Park Nazzjonali Storiku ta' Trakai
Il-Park Nazzjonali Storiku ta' Trakai huwa park nazzjonali fil-Litwanja. Ġie ddeżinjat fl-1992 sabiex iħaddan il-belt storika ta' Trakai, xi 25 kilometru fil-Punent ta' Vilnius, u l-foresti, il-lagi u l-villaġġi fil-madwar. Il-park ġie kklassifikat fil-Kategorija II fil-klassifikazzjoni tal-IUCN. Huwa l-uniku park nazzjonali storiku fl-Ewropa. Il-park huwa inkluż fil-lista ta' siti indikattivi tal-Litwanja sabiex titqies għal deżinjazzjoni bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Natura Il-ktajjen paralleli ta' għoljiet u ta' muntanji ffurmati mill-glaċier jalternaw bejn ktajjen dojoqo u fondi jew wesgħin u ċatti tal-lagi. B'kollox hemm 32 lag fil-park. Il-lagi ta' Galvė, ta' Skaistis, ta' Totoriškių u ta' Luka jikkollegaw ma' xi kanali u jiffurmaw sistema unika. L-ikbar lag huwa l-lag ta' Galvė li fih 21 gżira (l-iżjed waħda famuża hija l-Gżira tal-Kastell ta' Trakai) u l-iżjed lag nadif huwa l-lag ta' Akmena. Huma ta' interess il-foresta ta' Kudrionys u l-artijiet mistagħdra ta' Plomėnų u ta' Varnikai, li fihom jistkennu bosta speċijiet ta' mammiferi u għasafar. L-art bassasa ta' Plomėnų fiha kolonja kbira ta' għasafar tal-ilma u bosta speċijiet ta' pjanti protetti. Il-lag ta' Plomėnų fih kolonji kbar ta' gawwin ta' rashom sewda. In-natura tar-Riżerva ta' Varnikai tista' tiġi esplorata permezz ta' mogħdija tal-mixi. Il-park huwa famuż għall-għadd ta' attrazzjonijiet u għall-ambjent u għall-pajsaġġ attraenti tiegħu. Mal-kosta tat-Tramuntana tal-lag ta' Galvė hemm għolja fejn wieħed jista' jitpaxxa bil-veduta panoramiċi tal-park kollu. Gallerija Referenzi Parks Nazzjonali Litwanja
29853
https://mt.wikipedia.org/wiki/Re%C4%A1jun%20tal-Inbid%20ta%27%20Tokaj
Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj
Ir-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj (bl-Ungeriż: Tokaji borvidék; bis-Slovakk: Vinohradnícka oblasť Tokaj) jew ir-reġjun tal-inbid ta' Tokaj-Hegyalja (fil-qosor Tokaj-Hegyalja jew Hegyalja) huwa reġjun tal-inbid storiku li jinsab fil-Grigal tal-Ungerija u fix-Xlokk tas-Slovakkja. Huwa wkoll wieħed mis-seba' reġjuni akbar tal-inbid tal-Ungerija (bl-Ungeriż: Tokaji borrégió). Hegyalja bl-Ungeriż tfisser "l-għoljiet ta' qabel il-muntanji", u dan huwa l-isem oriġinali tar-reġjun. Ir-reġjun jikkonsisti minn 28 villaġġ u 11,149 ettaru ta' għelieqi kklassifikati bid-dwieli, li minnhom huwa stmat li 5,500 ettaru attwalment huma mħawla. Ir-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002 bl-isem sħiħ ta' Pajsaġġ Kulturali Storiku tar-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj. Madankollu, il-fama tar-reġjun ilha minn ferm qabel din id-deżinjazzjoni peress li huwa l-post fejn oriġina l-inbid Tokaji aszú, l-eqdem inbid iffermentat fid-dinja. Minħabba t-Trattat ta' Trianon, parti iżgħar tar-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj issa tagħmel parti mis-Slovakkja. Karatteristiċi Uħud mill-karatteristiċi li jwasslu biex ir-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj ikun uniku huma: il-ħamrija u l-mikroklima: it-territorju ta' Tokaj jikkonsisti minn ħamrija taflija jew loess fuq sottoswol vulkaniku. Il-mikroklima hija ddeterminata mix-xaqlibiet orjentati lejn in-Nofsinhar li jirċievu ammont sostanzjali ta' xemx u l-prossimità tax-xmajjar Tisza u Bodrog, u twassal għall-proliferazzjoni tal-Botrytis (taħsir nobbli) u t-tnixxif sussegwenti tal-għeneb. il-varjetajiet ta' għeneb indiġeni: l-għeneb Furmint u Hárslevelű ilhom jitkabbru fir-reġjun għal sekli sħaħ, u flimkien mal-għeneb Muscat Isfar (bl-Ungeriż: Sárgamuskotály), Kabar, Kövérszőlő u Zéta, huma l-uniċi varjetajiet ta' għeneb li uffiċjalment jitħallew jintużaw fir-reġjun. il-kantini: sistema vasta ta' kantini tħaffret fil-blat bejn l-1400 u l-1600 W.K. Il-kantini jipprovdu temperatura kostanti ta' madwar 10-12 °C. Il-kantini huma miksija b'moffa karatteristika, li titkattar permezz tal-alkoħol li jiżvinta matul it-tqaddim tal-inbejjed u żżomm l-umdità stabbli bejn 85 % u 90 %, li hija ideali għat-tqaddim tal-inbejjed Tokaji. is-sistema tad-denominazzjoni: Digriet irjali li nħareġ fl-1737 jew fl-1757 stabbilixxa distrett magħluq tal-produzzjoni f'Tokaj, x'aktarx l-iżjed sistema bikrija tal-għoti tad-denominazzjonijiet lill-inbejjed (għalkemm dan huwa rrifjutat mir-reġjun tal-inbid ta' Chianti, li huwa maħsub li t-territorju tiegħu ġie definit fl-1716). Il-klassifikazzjoni tal-vinji bdiet fl-1730 u tlestiet miċ-ċensimenti nazzjonali tal-1765 u tal-1772. Storja Mid-dokumenti storiċi joħroġ fid-dieher li l-vinji kienu ġew stabbiliti f'Tokaj saħansitra fis-seklu 12, iżda hemm evidenza li l-produzzjoni tal-inbid iddaħħlet qabel fir-reġjun. Għadd ta' esperti jsostnu li l-vitikultura jaf bdiet fir-reġjun ta' Tokaj saħansitra minn żmien iċ-Ċeltiċi, jiġifieri Q.K. Werqa ppetrifikata tad-dwieli li nstabet f'Erdőbénye u li tmur lura għall-aħħar tas-seklu 3 W.K., tindika l-eżistenza tal-vitikultura fi żmien ir-Rumani. L-Islavi waslu fir-reġjun lejn l-aħħar tas-seklu 5 u l-bidu tas-seklu 6. Oriġini possibbli tal-isem "Tokaj" hi li ġej mill-kelma Slava "Stokaj", li tfisser bejn wieħed u ieħor konfluwenza (jiġifieri l-konfluwenza tax-xmajjar Bodrog u Tisza). L-Islovakki jsostnu li l-Islavi komplew il-vitikultura li kienet ġiet stabbilita qabel fir-reġjun. L-insedjaturi Ungeriżi waslu f'Tokaj mill-aħħar tas-seklu 9 u hemm teorija alternattiva li l-vitikultura ddaħħlet fir-reġjun mil-Lvant, x'aktarx mit-tribù Kabar. L-Ungeriżi milli jidher kellhom tradizzjoni antika tal-produzzjoni tal-inbid. Oriġini possibbli oħra tal-isem "Tokaj" hi li ġejja mill-kelma Armena li tfisser "għenba". Il-popli Latini ġew mistiedna jinsedjaw Tokaj għall-ewwel darba mir-Re Ungeriż Béla III (1172-1196) u mbagħad minn Béla IV (1235-1270). Dawn l-immigranti x'aktarx li kienu nies mill-Wallonja fit-Tramuntana ta' Franza, għalkemm xi riċerkaturi jsostnu li kienu Taljani. Xi nies Slavi (Slovakki u Russi) ġew dokumentati wkoll li kienu involuti fil-vitikultura ta' Tokaj sas-seklu 12. Madankollu, it-tkabbir ta' Tokaj bħala reġjun ewlieni tal-inbid seħħ fil-bidu tas-seklu 16. Għall-ħabta tal-1620, l-Imperatur importa lil Duvont, bidwi-produttur tal-inbid Franċiż mill-Wallonja, li iktar 'il quddiem ivvinta l-metodu li mbagħad sar magħruf bħala l-metodu tar-"re tal-inbejjed" fid-distrett ta' Tokaj. Sabiex jagħti ġieħ lill-ħiliet eċċezzjonali ta' Duvont, l-imperatur ta n-nobbiltà lil dan il-bidwi, u tah wieħed mill-bosta villaġġi tiegħu (Kiralyfalva), li llum il-ġurnata huwa Königsdorf fl-Awstrija. L-imperatur imbagħad ta l-kunjom ta' Királyfalvy lill-familja ta' Duvont. L-inbid ta' Tokaj kulma jmur sar materja prima importanti għar-reġjun mis-seklu 17, u l-esportazzjoni tiegħu sar sors kbir ta' introjtu għall-prinċpijiet mexxejja tat-Transilvanja, li kien jagħmel parti minnu r-reġjun ta' Tokaj dak iż-żmien. Tabilħaqq, id-dħul mill-inbid Tokaji Aszú li kulma jmur sar iktar rinomat għen biex jiffinanzja l-gwerer tal-indipendenza li ġew miġġielda kontra t-tmexxija Awstrijaka tal-Asburgi. L-inbid ta' Tokaj sar iktar rinomat meta fl-1703, Francis II Rákóczi, il-Prinċep tat-Transilvanja, ta bosta fliexken tal-inbid ta' Tokaj bħala rigal lir-Re Lwiġi XIV ta' Franza. L-inbid ta' Tokaj imbagħad ġie servut fil-qorti ta' Versailles, fejn sar magħruf bl-isem ta' Tokay. Lwiġi XIV tassew ħa pjaċir b'dan ix-xorb prezzjuż u ddikjarah bħala "Vinum Regum, Rex Vinorum" ("Inbid tar-Rejiet, Re tal-Inbejjed"). Fis-seklu 18, ir-reġjun ta' Tokaj laħaq il-qofol tal-prosperità tiegħu. Kemm il-Polonja kif ukoll ir-Russja kienu saru swieq kbar tal-esportazzjoni tal-inbid. Fir-Russja, l-inbid ta' Tokaj tant kellu importanza li l-imperaturi Russi żammew kolonja de facto f'Tokaj sabiex tiġi ggarantita l-provvista tal-inbid lill-Qorti Imperjali. Id-diviżjoni tal-Polonja fl-1795 u l-impożizzjoni sussegwenti tad-dazji doganali kienu daqqa ta' ħarta kbira għall-esportazzjonijiet tal-inbid ta' Tokaj u wasslu għad-deklin ekonomiku tar-reġjun. Madankollu, din kienet biss l-ewwel kriżi minn tliet kriżijiet kbar għal Tokaj. It-tieni kriżi seħħet meta l-epidemija tal-phylloxera waslet f'Tokaj fl-1885 u qerdet il-maġġoranza l-kbira tal-vinji fi ftit snin. It-tielet kriżi seħħet meta l-Ungerija tilfet żewġ terzi mit-territorju tagħha taħt it-Trattat ta' Paċi ta' Trianon li ġie ffirmat f'Ġunju 1920, u b'hekk l-inbid ta' Tokaj tilef l-aċċess għall-maġġoranza tas-suq domestiku tiegħu. Ir-reġjun ġie diviż ukoll bejn l-Ungerija u ċ-Ċekoslovakkja li kienet għadha kemm inħolqot, li kisbet territorju ta' 120 ettaru (bl-eċċezzjoni tal-1938-1944, meta l-Ungerija ħadet il-kontroll tat-territorju). Dan tal-aħħar issa jifforma parti minn reġjun tal-inbid fis-Slovakkja li jmiss ma' dak tal-Ungerija, b'bejn wieħed u ieħor 908 ettari ta' vinji kklassifikati ta' Tokaj. L-era tat-tmexxija Komunista fl-Ungerija wasslet għat-tnawwir tal-kwalità u tar-reputazzjoni tal-inbejjed ta' Tokaj. Madankollu, mill-1990 sar ammont konsiderevoli ta' investiment fir-reġjun ta' Tokaj, u b'hekk twittiet it-triq għal dak li ġie mlaqqam bħala r-"Rinaxximent ta' Tokaj". Illum il-ġurnata hemm kważi 600 produttur tal-inbid fir-reġjun, li minnhom madwar 50 produttur jipproduċu l-firxa sħiħa ta' inbejjed ta' Tokaj. Diżgwid dwar id-"Denominazzjoni tal-oriġini" L-inbid ta' Tokaj, min-natura unika tiegħu, huwa materja prima lussuża li tattira ferm lis-suq internazzjonali. Fl-1964 inbeda diżgwid meta għall-ewwel darba, dak iż-żmien iċ-Ċekoslovakkja esportat il-produzzjoni eċċessiva tagħha tal-inbid ta' Tokaj lill-Awstrija, suq li normalment kien jiġi fornut din il-materja prima mill-Ungerija biss. Il-kunflitt ta' interessi ġie solvut fi ftehim bilaterali li skontu s-Slovakkja, a skapitu tal-konċessjoni marbuta mal-birra Ċeka min-naħa tal-Ungerija, setgħet tesporta l-produzzjoni eċċessiva tagħha tal-inbid ta' Tokaj lill-Ungerija (li konsegwentement kienet tbigħu taħt tikketta Ungeriża u terġa' tesportah). Dan il-ftehim skada fl-1990 u mill-ewwel reġa' nqala' d-diżgwid. F'Ġunju 2004 intlaħaq qbil bejn il-gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-rigward tal-użu tad-denominazzjoni tal-inbid ta' Tokaj fis-Slovakkja. Fil-qafas ta' dan il-qbil, l-inbid prodott fil-5.65 km² ta' art fis-Slovakkja jista' juża d-denominazzjoni tal-inbid ta' Tokaj. Madankollu, is-Slovakkja ma osservatx dan il-qbil vinkolanti legalment, li kellu jintroduċi l-istess standards stabbiliti fil-liġijiet Ungeriżi dwar l-inbid mill-1990. Għadu ma ġiex deċiż min se jissorvelja jew jinforza dawk il-liġijiet. Id-diżgwid wassal biex is-Slovakkja titressaq quddiem qorti internazzjonali mill-Ungerija u ħames pajjiżi oħra (l-Italja, Franza, l-Awstralja, is-Serbja u s-Slovenja), minħabba d-denominazzjoni tal-inbid ta' Tokaj. F'Novembru 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet kontra t-talba tal-Ungerija li titħassar id-denominazzjoni Slovakka "Vinohradnícka oblasť Tokaj" mill-E-Bacchus, bażi tad-data elettronika li fiha reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti mill-Unjoni Ewropea. L-Ungerija ressqet appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Fi Frar 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet kontra l-appell Ungeriż fir-rigward ta' deċiżjoni preċedenti dwar id-denominazzjoni tal-"Vinohradnícka oblasť Tokaj" (Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj) fis-Slovakkja, li fiha isem ir-reġjun tal-inbid ta' Tokaj fl-Ungerija. Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti ddikjarat li r-reġistrazzjoni mis-Slovakkja tal-"Vinohradnícka oblasť Tokaj" fil-bażi tad-data Ewropea E-Bacchus ma kinitx tikkostitwixxi miżura punibbli. B'hekk, taħt il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni Ewropea, ir-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid ta' Tokaj jinsab kemm fl-Ungerija kif ukoll fis-Slovakkja. Għaldaqstant, il-produtturi tal-inbid mir-reġjun tal-inbid ta' Tokaj fl-Ungerija u fis-Slovakkja jistgħu jużaw id-denominazzjoni tal-inbid ta' Tokaj. Sit ta' Wirt Dinji Il-Pajsaġġ Kulturali Storiku tar-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj fl-Ungerija ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Referenzi Agrikoltura Siti ta' Wirt Dinji Ungerija
29855
https://mt.wikipedia.org/wiki/Monasteru%20ta%27%20Studenica
Monasteru ta' Studenica
Il-Monasteru ta' Studenica (bis-Serbjan: Манастир Студеница / Manastir Studenica; pronunzjat [mânastiːr studɛ̌nit͡sa]) huwa monasteru Ortodoss Serbjan tas-seklu 12 li jinsab 39 kilometru (24 mil) fil-Lbiċ ta' Kraljevo u 40.9 kilometru (25.4 mil) fil-Lvant ta' Ivanjica, fis-Serbja ċentrali. Huwa wieħed mill-ikbar monasteri Ortodossi Serbjani u fost l-iktar għonja wkoll. Stefan Nemanja, il-fundatur tal-istat Serbjan Medjevali, stabbilixxa l-monasteru fl-1190. Il-ħitan iffortifikati tal-monasteru jħarsu żewġ knejjes: il-Knisja tal-Madonna u l-Knisja tar-Re, u t-tnejn li huma nbnew bl-irħam abjad. Il-monasteru huwa magħruf l-iktar għall-kollezzjoni ta' affreski tiegħu bi stil Biżantin tas-sekli 13 u 14. Il-Monasteru ta' Studenica ġie ddikjarat bħala Monument tal-Kultura ta' Importanza Eċċezzjonali fl-1979 u jitħares mir-Repubblika tas-Serbja, u fl-1986 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bid-deskrizzjoni li ġejja (traduzzjoni mhux uffiċjali): Il-Monasteru ta' Studenica Monastery ġie stabbilit fl-aħħar tas-seklu 12 minn Stefan Nemanja, il-fundatur tal-istat Serbjan Medjevali, ftit wara li abdika. Huwa l-ikbar u l-iktar għani fost il-monasteri Ortodossi Serbjani. Iż-żewġ monumenti prinċipali tiegħu, il-Knisja tal-Madonna u l-Knisja tar-Re, it-tnejn mibnija bl-irħam abjad, fihom kollezzjonijiet imprezzabbli ta' affreski Biżantini tas-sekli 13 u 14. Storja Il-Monasteru ta' Studenica, iddedikat lill-Preżentazzjoni tal-Madonna, huwa t-tempju ewlieni tat-tempji Serbjani kollha. Inbena fuq perjodu pjuttost twil ta' żmien. L-ewwel stadju tax-xogħlijiet tlestew sar-rebbiegħa tal-1196, meta Stefan Nemanja abdika u għamel wegħdiet monastiċi fil-monasteru. Meta iktar 'il quddiem telaq lejn Hilandar, ibnu s-suċċessur tiegħu Stefan ħa f'idejh l-amministrazzjoni tal-Monasteru ta' Studenica. Nemanja miet f'Hilandar fl-1199. It-tielet iben ta' Nemanja, Rastko (San Sava), wara r-rikonċiljazzjoni mal-aħwa l-oħra tiegħu Stefan u Vukan, ittrasferixxa r-relikwi ta' Nemanja lejn il-Monasteru ta' Studenica. Taħt il-kustodja ta' Sava, il-Monasteru ta' Studenica sar iċ-ċentru politiku, kulturali u spiritwali tas-Serbja Medjevali. Il-Monasteru ta' Studenica baqa' jiġi amministrat b'mod kontinwu mill-membri tad-dinastija Nemanjić. Ir-Re Radoslav żied narthex mill-isbaħ mal-knisja fl-1235. Ir-Re Milutin bena knisja żgħira ddedikata lill-qaddisin Ġwakkin u Anna. Mill-waqgħa tal-aħħar fost l-istati Serbjani Medjevali fl-1459, it-Torok spiss attakkaw lill-monasteru. L-ewwel restawr sinifikanti tal-ħsarat sar fl-1569, meta l-affreski fil-Knisja tal-Madonna reġgħu ġew impittra. Fil-bidu tas-seklu 17, il-monasteru ġie affettwat minn terremot u nirien, u d-dokumenti storiċi u parti sinifikanti mill-wirt artistiku nqerdu u ntilfu għalkollox. Arkitettura Il-Knisja tal-Madonna hija bażilika b'koppla u b'navata unika. Fin-naħa tal-Lvant tagħha hemm apsida bi tliet naħat, filwaqt li lejn għandha narthex estiż iħares lejn il-Punent; fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar hemm ukoll il-vestibuli. Fis-snin 30 tas-seklu 13, ġie miżjud exonarthex kbir. Il-faċċati nbnew bl-irħam abjad; fuq ġewwa, il-knisja ġiet miksija bil-blokok tat-tufa. Fuq barra, il-knisja tirrikonċilja b'mod armonjuż żewġ stili arkitettoniċi: ir-Rumanesk u l-Biżantin. Il-fużjoni ta' dawn iż-żewġ stili eventwalment wasslet għall-istil arkitettoniku partikolari magħruf bħala l-Iskola ta' Raška. Fil-Majjistral tal-Knisja tal-Madonna hemm il-Knisja ta' San Ġwakkin u Sant'Anna, iddedikata lill-fundatur tagħha r-Re Milutin, u magħruf bħala l-Knisja tar-Re. Il-knisja nbniet fl-1314 b'għamla ta' salib ikkumpressat, bi struttura esterna ta' koppla ottagonali. Inbniet bil-ġebel u bit-tufa, u għandha l-faċċati miksija bil-ġibs. Il-kumpless tal-Monasteru ta' Studenica jinkludi l-Knisja ta' San Nikola, li hija knisja żgħira b'navata waħda mimlija affreski tas-seklu 12 u l-bidu tas-seklu 13 fuq ġewwa. Bejn il-Knisja ta' San Nikola u l-Knisja tar-Re hemm il-pedamenti tal-knisja ddedikata lil San Ġwann il-Battista. Fil-Punent tal-Knisja tal-Madonna hemm refettorju antik magħmul bil-ġebel mingħajr tkaħħil, li nbena matul iż-żmien tal-Arċisqof Sava. Finalment, fuq in-naħa tal-Punent tal-kumpless tal-monasteru hemm it-torri tal-kampnar li nbena fis-seklu 13. Fl-imgħoddi kien hemm kappella ġo fih; issa kulma fadal huwa xi ftit frammenti ta' affreski. Fuq in-naħa ta' barra tan-narthex ġew innumerati wkoll il-fdalijiet ta' xi affreski, li jirrappreżentaw il-ġenealoġija tad-dinastija Nemanjić. Ovvjament għandhom rabta mal-affreski tal-Knisja tal-Madonna li jmorru lura għall-1208-1209. Lejn it-Tramuntana mir-refettorju tal-Monasteru ta' Studenica hemm ir-residenza monastika tas-seklu 18, li issa tospita mużew b'għadd ta' eżibiti prezzjużi mit-teżor tal-Monasteru ta' Studenica. Madankollu, id-diversi gwerer u serqiet frekwenti naqqsu ferm id-depożitorju tat-teżor tal-Monasteru ta' Studenica. Arti Il-kisbiet artistiċi fl-iskultura tal-Monasteru ta' Studenica jilħqu l-qofol tagħhom fl-erba' portali tal-Knisja tal-Madonna, primarjament dak tal-Punent, bejn in-narthex u l-exonarthex. Mal-ħajt tat-Tramuntana taħt il-koppla hemm tieqa magħmula minn bosta panewijiet kwadri b'medaljuni mnaqqxa fuq plakka li jirrappreżentaw tmien annimali mitoloġiċi, is-simboli tal-virtujiet tal-Madonna. Hemm ukoll żewġ rużuni li jirrappreżentaw l-għajnejn Divini. Il-bennejja tal-Monasteru ta' Studenica x'aktarx li ġew mir-reġjun Adrijatiku, probabbli minn Kotor, fejn Nemanja kellu palazz. Il-bennejja ħallew kitba mnaqqxa b'ittri Ċirilliċi Serbjani fuq it-timpanu tal-portal tal-Punent. Il-Knisja tal-Madonna ġiet impittra bl-affreski fl-ewwel deċennju tas-seklu 13. L-affreski oriġinali ġew parzjalment ippreservati fiż-żona tal-artal, taħt il-koppla, mal-ħajt tal-Punent, u fin-naħat t'isfel tan-navata. L-isbaħ rappreżentazzjoni hija dik ta' Ġesù Msallab bi sfond blu li saret fl-1209, li hija waħda mill-aqwa kisbiet tal-arti Serbjana. Mal-ħajt tan-Nofsinhar hemm il-"kompożizzjoni tal-fundatur" li turi lill-Madonna u lil Nemanja (Xmun) bil-mudell tal-knisja bħala offerta lil Ġesù Kristu l-Maġistrat Imparzjali. L-affreski tan-narthex ġew impittra fl-1569. Dawk l-affreski jinkludu rappreżentazzjoni mill-aqwa tal-Aħħar Ġudizzju fin-naħat ta' fuq u r-ritratt tal-mara ta' Nemanja, Ana, bħala s-soru Anastasia. L-iżjed affresk bikri fil-Knisja tar-Re jirrappreżenta l-ogħla kisba tal-arti Biżantina fir-reġjun. L-affreski fin-narthex ta' Radoslav u l-parecclesions joriġinaw mis-snin 30 tas-seklu 13 u juru affinità sew mal-istil tat-tpittir tal-knisja prinċipali. Il-kappella tat-Tramuntana, iddedikata lil San Nikola, fiha kompożizzjoni tal-Hetoimasia u ċiklu dwar il-ħajja ta' San Nikola. Fil-kappella tan-Nofsinhar, wieħed isib ir-ritratti ta' Nemanja, Stefan l-Ewwel Inkurunat u r-Re Radoslav flimkien ma' martu Ana. Mal-ħajt tat-Tramuntana tan-narthex, hemm l-affresk ta' tliet dinjitarji tal-Knisja Serbjana: l-Arċisqfijiet Sava, Arsenije u Sava II (ħu Radoslav). Sit ta' Wirt Dinji Il-Monasteru ta' Studenica ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Difniet Stefan Nemanja; Stefan Radoslav tas-Serbja. Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Serbja Monasteri
29857
https://mt.wikipedia.org/wiki/Gamzigrad
Gamzigrad
Gamzigrad (biċ-Ċirilliku Serbjan: Гамзиград, pronunzjata [ɡǎmziɡraːd]) huwa sit arkeoloġiku, lokalità ta' spa u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-Serbja. Is-sit jinsab fin-Nofsinhar tax-xmara tad-Danubju, fil-belt ta' Zaječar. Is-sit fih il-kumpless Ruman antik ta' palazzi u tempji msejjaħ Felix Romuliana (bis-Serbjan: Феликс Ромулијана / Feliks Romulijana), li nbena mill-Imperatur Galerju f'Dacia Ripensis. L-erja prinċipali tkopri 10 akri (40,000 m2). Storja F'Gamzigrad hemm il-fdalijiet ta' kumpless Ruman kbir magħruf bħala Felix Romuliana, li kien wieħed mill-iżjed siti Rumani aħħarin importanti fl-Ewropa. L-esploraturi bikrin kienu jemmnu li l-fdalijiet antiki kienu ta' kamp militari Ruman, minħabba d-daqs tiegħu u l-bosta torrijiet. Skavi arkeoloġiċi sistematiċi li twettqu mill-1953 żvelaw li fil-fatt is-sit kien palazz imperjali. Ġie kkonċepit u nbena minn wieħed mit-Tetrarki, l-Imperatur Galerju, l-iben adottat u l-iben tar-rispett tal-Imperatur Djoklezjanu. Galerju beda l-kostruzzjoni fil-298 (wara rebħa kontra l-Imperu tas-Sassanidi li biha kien kiseb l-ammirazzjoni u l-glorja) sabiex ifakkar il-post fejn twieled. L-isem Felix Romuliana ngħata biex jitfakkar isem ommu, Romula, li kienet ukoll il-patri femminili ta' setta pagana. Il-kumpless ta' tempji u palazzi kellu tliet skopijiet prinċipali: post ta' qim tal-personalità divina ta' omm l-Imperatur Galerju, monument għall-kisbiet tiegħu bħala imperatur, u villa lussuża għall-imperatur. Il-kumpless ta' Felix Romuliana baqa' jeżisti sal-attakk li ġarrab mill-Unni f'nofs is-seklu 5. Iktar 'il quddiem is-sit sar insedjament umli ta' bdiewa u ta' artiġjani, u finalment ġie abbandunat fil-bidu tas-seklu 7 bil-wasla tas-Slavi. L-istrutturi ġew evalwati għall-ewwel darba fl-1835 mill-Baruni von Herder, imprenditur tal-estrazzjoni mis-Sassonja, fil-"Bergmänische Reise in Serbie im Jahre 1835". Iktar 'il quddiem il-mineraloġista Ġermaniż August Breithaupt kiteb ukoll artiklu dwar il-kostruzzjonijiet. In-naturalist, ġeografu, etnografu u l-arkeologu Awstrijaku-Ungeriż Felix Philipp Kanitz (li kiseb rispett kbir fis-Serbja u fil-Bulgarija permezz tax-xogħlijiet tiegħu dwar is-Slavi tan-Nofsinhar) kien interessat ferm f'Gamzigrad u żar il-fdalijiet f'żewġ okkażjonijiet, fl-1860 u fl-1864, u mbagħad pinġa l-kundizzjoni tal-ħitan u tat-torrijiet f'dak iż-żmien, u t-tpinġijiet ġew inklużi fix-xogħlijiet tiegħu dwar is-Serbja, li ġew stampati fi Vjenna u f'Leipzig. L-entużjażmu għal Gamzigrad għeb sal-aħħar tas-seklu 19. L-istorja reali tal-kumpless kienet għadha ma ġietx irriċerkata. L-interess reġa' tqanqal fis-snin 50 tas-seklu 20 matul il-perjodu tan-"Neo-Romantiċiżmu tal-arkeoloġija Serbjana". Vekoslav Popovic, id-Direttur tal-Mużew ta' Zajecar beda riċerka arkeoloġika sistematika dwar is-sit fl-1953. Il-professur akkademiku Dr. Dragoslav Srejovic kien inkarigat biex iwettaq ir-riċerka fl-1970 u hu jitqies bħala dak li ppożizzjona l-monument fl-arkeoloġija dinjija. L-iskop reali tal-kumpless ġie żvelat fl-1984, meta fin-naħa tal-Lbiċ tiegħu nstab arċitravu bil-kitba mnaqqxa ta' FELIX ROMULIANA. Sit ta' Wirt Dinji Is-sit ta' Gamzigrad-Romuliana, il-Palazz ta' Galerju, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Konfigurazzjoni Mill-iskavi arkeoloġiċi fis-sit ġew żvelati l-fdalijiet ta' kumpless Ruman b'żewġ tempji, żewġ palazzi u binja b'kuritur b'mużajk fin eċċezzjonali bil-figuri tal-mitoloġija Griega ta' Dijoniżju u Medusa, kapitelli bil-figura ta' Erkole, banjijiet u daħliet impressjonanti. Diversi kemxiet ta' muniti tad-deheb Rumani ġew żvelati fis-sit, fejn għadhom jinstabu wkoll artefatti Rumani importanti oħra. Fost is-sejbiet spettakolari nstabu l-pilastri tal-Imperaturi Djoklezjanu, Massimjanu, Galerju, Liċinju, Massiminu u Kostantinu. Fiż-żewġ mawżolej fuq l-Għolja ta' Magura ndifnu Romula u l-fundatur Galerju u ġew divinizzati. Fost l-iktar sejbiet importanti li nstabu mis-sit hemm ir-ritratti tal-imperaturi Rumani magħmula mill-porforju u l-muniti li jgħinu biex il-kumpless jiġi datat bir-reqqa. Skultura ta' Diana, l-alla femminili tal-kaċċa, ġiet żvelata f'Lulju 2010 minn timijiet ta' arkeologi Ġermaniżi u Serbjani, u l-esperti qalu li hemm statwa nieqsa ta' żiemel u ta' rikkieb li kienet tissimbolizza r-rebħa kontra l-Barbari. Flimkien mal-kitbiet imnaqqxa bil-Latin fil-kumpless kollu nstabu wkoll diversi kitbiet imnaqqxa bil-Grieg. Il-parti tal-Majjistral tas-sit ġiet rinnovata u matul ir-renju tal-Imperatur Ġustinjanu nbnew il-bażiliki. Parti tat-Tramuntana Tempju tat-Tramuntana It-tempju huwa tat-tip tetrastile prostilos, li huwa simili għat-tempju ta' Ġove fil-Palazz ta' Djoklezjanu fi Split, il-Kroazja, li nbena fit-305 W.K. Il-fdalijiet jinkludu pjattaforma għolja, kripta b'għamla ta' salib, taraġ u artal tas-sagrifiċċji ddedikat lill-alla femminili Libera. L-arċitravu, il-koxox tad-daħliet, il-pjattaforma u l-pilastri kienu magħmula bil-ġebel tar-ramel aħdar, il-freġju kien magħmul bil-ġebla tal-ġir ta' lewn abjad, filwaqt li l-kapitelli kienu magħmula bl-irħam. Palazz Nru 1 Il-Palazz Nru 1 jikkonsisti minn binja ottagonali ewlenija, tliet peristili u kamra tal-banjijiet iżgħar. Il-vestibolu (is-sala aċċessorja) ġiet ippreservata b'vaska tal-irħam u pilastri tal-brecha u l-granit aħmar. L-art tal-vestibolu hija miksija għalkollox b'mużajk ta' labirint fiċ-ċentru u motivi ġeometriċi. Is-sala ċentrali (x'aktarx tat-tron) hija mżejna bil-ġeometrija u b'xeni pittoreski tal-kaċċa. It-triclinum huwa mżejjen b'madum tal-ħaġar prezzjuż ikkulurit (opus sectile) u d-daħla hija mżejna b'mużajk lussuż bix-xbiha tal-alla Grieg Djoniżju. Partijiet minn skultura ta' Galerju rrappreżentat bħala Pantocrator (il-mexxej tal-univers) instabu f'diversi binjiet, id xellugija żżomm globu tal-porporju aħmar instabet fit-triclinum, u ras instabet fix-Xlokk tal-kumpless. Il-ħitan tal-palazz huma miksija bl-irħam, bil-porporju aħdar u bl-affreski. L-iskulturi tal-irħam tal-allat Griegi ġew magħmula skont l-arti skulturali tas-sekli 5 u 4 Q.K. Palazz Nru 2 Il-Palazz Nru 2 u l-binja fil-qrib b'kuritur għadhom ma ġewx irriċerkati għalkollox. Hemm peristil rettangolari fiċ-ċentru li huwa mdawwar bi stabbilimenti ta' daqsijiet u ta' funzjonijiet differenti. Preservazzjoni u turiżmu Matul il-31 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fi Christchurch, New Zealand, mit-23 ta' Ġunju tat-2 ta' Lulju 2007, ġie deċiż li s-sit ta' Gamzigrad-Romuliana, il-Palazz ta' Galerju jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Felix Romuliana hija waqfa turistika popolari fil-perkors tal-Imperaturi Rumani li tikkollega l-post tat-twelid ta' iktar minn 17-il Imperatur Ruman imwielda fit-territorju tas-Serbja moderna. Spa Fil-qrib hemm spa modern, Gamzigradska Banja, li għandu wkoll "sptar speċjali tar-riabilitazzjoni". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Siti arkeoloġiċi Serbja
29859
https://mt.wikipedia.org/wiki/Monasteru%20ta%27%20Hosios%20Loukas
Monasteru ta' Hosios Loukas
Il-Monasteru ta' Hosios Loukas (bil-Grieg: Ὅσιος Λουκᾶς) huwa monasteru storiku mdawwar bil-ħitan li jinsab qrib ir-raħal ta' Distomo, f'Boeotia, il-Greċja. Stabbilit f'nofs is-seklu 10, il-monasteru huwa wieħed mill-iżjed monumenti importanti tal-arkitettura u tal-arti Biżantina Nofsana, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1990, flimkien mal-monasteri ta' Nea Moni u ta' Dafni. Storja Il-monasteru ta' Hosios Loukas jinsab f'sit xeniku fix-xaqlibiet tal-Għolja ta' Helicon. Ġie stabbilit fil-bidu tas-seklu 10 W.K. minn eremita, il-Venerabbli (bil-Grieg: Hosios) Luqa ta' Steiris (bil-Grieg: Lukas). Ir-relikwi ta' dan l-eremita jinżammu fil-monasteru u għadhom hemm sa llum il-ġurnata. San Luqa (li ma għandux jiġi mħawwad mal-Evanġelista li kien l-awtur tal-Vanġelu ta' San Luqa) kien eremita li miet fis-7 ta' Frar 953. Huwa sar famuż peress li bassar il-ħakma ta' Kreta mill-Imperatur Romanos. Ma kienx ċar jekk kienx qed jirreferi għal Romanos I, l-imperatur ta' dak iż-żmien. Madankollu, il-gżira effettivament reġgħet inħakmet minn Nicephorus Phocas taħt Romanos II. Huwa maħsub li l-Knisja tat-Teotokos (Panagia) tal-monasteru nbniet matul ir-renju ta' dan tal-aħħar (959-963). Is-santwarju prinċipali tal-monasteru huwa l-qabar ta' San Luqa, li oriġinarjament kien jinsab fil-volta, iżda iktar 'il quddiem tqiegħed bejn iż-żewġ knejjes. Il-monasteru kiseb il-ġid kollu tiegħu (inkluż il-fondi meħtieġa għall-kostruzzjoni) mill-fatt li r-relikwi ta' San Luqa ngħad li ħareġ minnhom il-myron, xorta ta' żejt ifuħ li kien jipproduċi mirakli tal-fejqan. Il-pellegrini bit-tama li jseħħ xi miraklu kienu mħeġġa jorqdu maġenb il-qabar sabiex jiġu mfejqa permezz ta' inkubazzjoni. Il-mużajk madwar il-qabar jirrappreżenta mhux biss lil San Luqa nnifsu, iżda wkoll lill-igumenu Philotheos li jidher qed joffri mudell tal-knisja l-ġdida lill-qaddis. Taħt l-Imperu Latin fl-1206, il-legat Benedittu ta' Porto ta l-kanoni tas-Sepolkru Mqaddes lil Hosios Loukas. Arkitettura Knisja Il-knisja prinċipali tal-monasteru ta' Hosios Loukas, l-eqdem fil-kumpless kollu, hija l-unika knisja li huwa magħruf fiċ-ċert li nbniet f'postha fis-seklu 10 fil-Greċja kontinentali. Din il-binja b'għamla ta' parallelogramma ċentralizzata hija l-eqdem eżempju ta' knisja b'għamla ta' salib ġo kwadru fil-pajjiż; il-pjanta tagħha ssegwi dik tal-Monasteru ta' Lips f'Kostantinopli. Il-ħitan huma tal-opus mixtum (parti tal-brikks, parti tal-ġebel u parti tal-irħam) u fihom mudelli psewdokufiċi strambi. Il-knisja ta' Hosios Loukas tinsab biswit knisja-katidral ikbar jew Katholikon, li tmur lura bejn wieħed u ieħor għall-1011-1012. Il-Katholikon huwa l-iżjed knisja bikrija eżistenti msaqqfa b'koppla ottagonali, b'erba' pilastri rranġati madwar il-perimetru tan-naos (navata). Il-koppla emisferika (mingħajr tanbur) iserraħ fuq erba' rkejjen triangolari li joħolqu tranżizzjoni mill-bażi ottagonali taħt il-koppla sal-kwadru ddefinit permezz tal-ħitan iktar 'l isfel. Il-kubu prinċipali tal-knisja huwa mdawwar b'galleriji u b'kappelli fuq kull waħda mill-erba' naħat. Tiżjin Il-Monasteru ta' Hosios Loukas huwa l-ikbar wieħed mit-tliet monasteri eżistenti mill-perjodu Biżantin Nofsani fil-Greċja. Huwa differenti mill-Monasteru ta' Dafni u mill-Monasteru ta' Nea Moni peress li huwa ddedikat lil qaddis militari wieħed. Il-profezija ta' San Luqa dwar il-ħakma mill-ġdid ta' Kreta tiġi mfakkra permezz tax-xbieha ta' Ġoxwa fuq il-ħajt ta' barra tal-knisja tal-Panagia: Ġoxwa kien meqjus bħala mudell ta' "ġellied tal-fidi", u l-għajnuna tiegħi kienet effettiva speċjalment fil-gwerer kontra l-Għarab. Il-Katholikon fih l-aqwa mużajk ikkonservat minn żmien ir-Rinaxximent tal-Maċedonja. Madankollu, il-kumpless mhuwiex komplut: ix-xbieha oriġinali ta' Kristu Pantokrator fi ħdan il-koppla hija nieqsa, l-istess bħall-figuri tal-arkanġli li normalment kienu jitpoġġew bejn it-twieqi ta' fuq. Hemm evidenza li l-monasteru kien magħruf ma' Biżanju kollu għat-tiżjin rikk tiegħu, preżenti liberament fuq is-superfiċi kollha. Apparti t-tlibbis, it-tinqix, il-pjanċi tad-deheb u tal-fidda, l-affreski u l-mużajk (speċjalment imponenti fuq is-superfiċi b'kurvatura), fuq ġewwa kien hemm għażla mħallta ta' ikoni, kandilabri, purtieri tal-ħarir u drappijiet tal-arta. Frazzjon biss minn dawk l-oġġetti għadhom fil-post; l-iktar notevoli huma l-finituri kkuluriti tal-irħam u l-gwarniċi tat-twieqi. Minkejja t-telf, il-Katholikon "għadu jagħti l-aqwa impressjoni disponibbli kullimkien ta' kif kienet il-bixra tal-knisja minn ġewwa fl-ewwel sekli wara tmiem l-Ikonoklażma". Kripta Funebri Taħt il-Katholikon bil-koppla l-kbira huma l-kripta funebri, li hija aċċessibbli biss permezz ta' taraġ man-naħa tan-Nofsinhar. Il-kripta għandha tliet żoni distinti: id-daħla; l-ispazju prinċipali fuq ġewwa li jinkludi disa' niċeċ jew kappelli bil-volti u santwarju bil-volti u b'apsida; kif ukoll tliet passaġġi bil-volti, li qabel kienu jissejħu volti qishom kustilji. L-affreski tal-kripta sa ftit żmien ilu kienu mgħottijin b'mijiet ta' snin ta' trab u kienu moħbija, iżda fis-snin 60 tas-seklu 20 il-kripta sarilha tindif mis-Servizz Arkeoloġiku Grieg li żvela l-kundizzjoni ppreservata sew tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-apsida li tilfet il-biċċa l-kbira tat-tkaħħil tagħha u fejn issa jidhru l-brikks u l-ġebel ta' taħt, kif ukoll il-volta tad-daħla li ġarrbu ftit ħsarat mill-iskular tal-ilma u minn xi ftit vandaliżmu, l-iktar fuq il-lunetti t'isfel u qrib id-daħla. Il-kripta fiha affreski fuq id-daħla u fuq il-volta tagħha, tmien lunetti madwar il-ħitan b'rappreżentazzjonijiet tal-Passjoni u tal-Qawmien mill-Mewt ta' Kristu, u erbgħin medaljun b'ritratti tal-appostli, tal-martri, tal-qaddisin, u tal-patrijiet superjuri, fosthom Philotheos, kif ukoll bosta kitbiet imnaqqxa. C.L. Connor isostni li l-monasteru "għandu l-iżjed programm komplut ta' affreski mal-ħitan tal-perjodu Biżantin Nofsani". Huwa maħsub li l-biċċa l-kbira tal-affreski tal-kripta, jekk mhux kollha, ġew impittrin wara l-1048 W.K. u l-mewt ta' Theodore Leobachus, membru tal-elit għani tal-gvern, li jingħad li huwa wieħed mill-patruni prominenti u li iktar 'il quddiem f'ħajtu sar il-patri superjuri tal-Monasteru ta' Hosios Loukas. Is-santwarju tal-kripta fih niċċa b'prosteżi, artal, u ħajt diviżorju tal-presbiterju li kollha jindikaw li l-Ewkaristija x'aktarx li kienet iċċelebrata hawnhekk bħala parti mis-servizzi funebri u tal-kommemorazzjoni ta' figuri reliġjużi meqjuma, jew bħala parti miċ-ċerimonji marbuta mat-twemmin tal-fejqan ta' San Luqa. Meta l-Monasteru ta' Hosios Loukas kienu jżuruh il-pellegrini jew il-membri tat-twemmin tal-fejqan ta' San Luqa, il-viżitaturi kienu jorqdu mhux biss fil-Katholikon, iżda saħansitra fil-kripta nnifisha fejn kien ikun hemm il-qabar flimkien ma' tnejn oħra, li hu maħsub li kienu tal-patrijiet superjuri. San Luqa kien meqjus bħala fejjieq, levitatur, alimentatur u profeta mirakoluż matul ħajtu; wara mewtu, il-mirakli kollha assoċjati miegħu kienu jinvolvu s-setgħa tal-fejqan tal-qabar tiegħu. Connor isostni li minn Il-Ħajja ta' San Luqa, miktub minn patri anonimu, joħroġ fid-dieher li l-"aġenti fejjieqa" assoċjati mal-qabar jinkludu iżda mhumiex limitati għall-esponiment għaż-"żejt mil-lampa ta' fuq il-qabar, l-indewwa mill-qabar, u l-ħolm esperjenzat meta wieħed kien jorqod qrib il-qabar fil-prattika msejħa l-inkubazzjoni". Il-qabar kienu jżuruh in-nies kemm qabel kif ukoll wara t-tlestija tal-kumpless, iżda wara t-tlestija tiegħu sar il-qalba tat-twemmin tal-mirakli ta' San Luqa. Hemm evidenza li x-xewqa ta' xi wħud għat-twettiq tal-mirakli kienet iddum saħansitra sa sitt ijiem qrib il-qabar jew fil-kmamar fil-qrib. Sit ta' Wirt Dinji Il-Monasteru ta' Hosios Loukas ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1990 flimkien mal-Monasteri ta' Nea Moni u ta' Dafni. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monasteri Greċja
29861
https://mt.wikipedia.org/wiki/Stari%20Ras
Stari Ras
Stari Ras (biċ-Ċirilliku Serbjan: Рас; bil-Latin: Arsa), magħrufa wkoll fil-qosor bħala Ras (biċ-Ċirilliku Serbjan: Стари Рас, jiġifieri "Ras Antika"), hija fortizza Medjevali li tinsab qrib l-eks suq ta' Staro Trgovište, xi 11-il kilometru fil-Punent tal-belt moderna ta' Novi Pazar fis-Serbja. Stari Ras kienet waħda mill-ewwel bliet kapitali tal-istat Serbjan Medjevali ta' Raška, u kienet l-iżjed waħda importanti għal żmien pjuttost twil. Il-belt, li kienet tinsab fir-reġjun attwali ta' Raška, kienet ippożizzjonata fiċ-ċentru tal-istat Medjevali bikri. Il-pożizzjoni favorevoli tagħha fiż-żona magħrufa bħala Serbja l-Antika, tul il-fondoq ta' Raška, f'salib it-toroq u r-rotot kummerċjali bejn ir-reġjuni ġirien ta' Zeta u tal-Bożnija fil-Punent u tal-Kosovo fin-Nofsinhar, kompliet issaħħaħ l-importanza tal-belt. Illum il-ġurnata l-fortizza ta' Arsa tinsab fi stat ta' fdalijiet esposti u mhux protetti wisq. Madankollu, hemm pjanijiet għar-rikostruzzjoni tas-sit fil-ġejjieni. Qrib sew ta' Arsa hemm grupp impressjonanti ta' monumenti Medjevali, fosthom fortizzi, swieq antiki, knejjes u monasteri. Il-Monasteru Medjevali ta' Sopoćani qrib Arsa jfakkar il-kuntatti li kien hemm fl-imgħoddi bejn id-dinja tal-Punent u d-dinja Biżantina. Is-sit ta' Stari Ras sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien mal-Monasteru ta' Sopoćani, il-Monasteru ta' Djurdjevi Stupovi u l-Knisja ta' San Pietru u ta' San Pawl, waħda mill-eqdem knejjes Medjevali fis-Serbja. Stari Ras ġiet iddikjarata bħala Monument Kulturali ta' Importanza Eċċezzjonali fl-1990 u hija protetta mir-Repubblika tas-Serbja. Storja Is-sejbiet arkeoloġiċi ta' strutturi ffortifikati u ta' knejjes bikrin mill-inħawi ta' Stari Ras, datati bejn is-sekli 4 u 6, huma xhieda ta' dak li kiteb l-istoriku Biżantin Prokopju li l-castellum Ruman ta' Arsa fil-provinċja ta' Dardanja ġie ffortifikat mill-ġdid matul ir-renju tal-Imperatur Ġustinjanu I (527-565). It-toponimu Ras oriġina minn Arsa permezz ta' metateżi. Veskovat li jkopri partijiet mis-Serbja ġie stabbilit x'aktarx f'Ras fi żmien l-avvenimenti ekklażjastiċi maġġuri li seħħew għall-ħabta tal-Kunsill ta' Kostantinopli fl-869-870 u tal-Kunsill ta' Kostantinopli fl-879-880. Id-De Administrando Imperio tas-seklu 10 jsemmi lil Rasa bħala żoni tal-fruntiera bejn il-Bulgarija u s-Serbja lejn l-aħħar tas-seklu 9. Riċerka iktar reċenti tindika li fl-aħħar tas-seklu 9 kienet parti mill-Ewwel Imperu Bulgaru. Minn dak iż-żmien 'il quddiem, ġiet immexxija minn diversi mexxejja differenti. L-Imperatur Biżantin Ġwanni Tzimiskes reġa' stabbilixxa l-kontroll ta' Ras fid-971 u stabbilixxa l-Katepanat ta' Ras. L-istemma tal-protospatharios Ġwanni ta' Ras ta' dak iż-żmien instabet f'Ras. Sad-976, l-istat Bulgaru kien reġa' kiseb il-kontroll ta' Ras, iżda Basil II reġa' ħatafha madwar 40 sena wara fl-1016-1018. Fil-karti imperjali ta' Basil II tal-1019 u tal-1020 ġew stabbiliti d-drittijiet u l-ġurisdizzjonijiet tal-Arċiveskovat awtonomu ta' Ohrid. Wieħed mill-veskovati fil-ġurisdizzjoni tiegħu kien dak ta' Ras, bis-sede fil-Knisja ta' San Pietru u ta' San Pawl. Baqgħet żona Biżantina tal-fruntiera sa meta Ġwanni II Komnenos tilef iż-żona fil-gwerra bejn il-Biżantini u l-Ungeriżi (1127-1129). Il-fortizza ta' Ras imbagħad ingħatat in-nar mill-armata Serbjana. L-aħħar kmandant tagħha kien Kritoplos li mbagħad ġie kkastigat mill-Imperatur għall-waqgħa tal-fortizza. Fil-gwerra ta' wara (1149-1151), il-Biżantini reġgħu ħatfu lil Ras. Fir-reġjun fit-Tramuntana tal-Monasteru ta' Studenica kien jeżisti monasteru-għar tal-aħħar tas-seklu 12. Matul is-seklu 14 kien hemm suq importanti taħt il-fortizza ta' Stari Ras, Trgovište, li kien beda jiżviluppa. Sa nofs is-seklu 15, għall-ħabta tal-ħakma Ottomana finali tar-reġjun, kien beda jiżviluppa suq ieħor xi 11-il kilometru lejn il-Lvant. Is-suq l-antik kien magħruf bħala Staro Trgovište ("is-suq l-antik", bit-Tork: Eski Pazar), filwaqt li s-suq il-ġdid kien magħruf bħala Novo Trgovište ("is-suq il-ġdid", bit-Tork: Yeni Pazar). Dan tal-aħħar żviluppa fil-belt moderna ta' Novi Pazar. Monumenti Il-Knisja ta' San Pietru u ta' San Pawl hija l-eqdem knisja Medjevali bikrija fis-Serbja u ġiet stabbilita xi żmien matul is-seklu 9 fuq il-pedamenti ta' knisja Kristjana bikrija. Skont it-tradizzjoni, il-Prinċep Serbjan Petar Gojniković (li rrenja bejn it-892 u d-917) ġie midfun f'din il-knisja. Sit ta' Wirt Dinji Stari Ras ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 flimkien mal-Monasteru ta' Sopoćani, il-Monasteru ta' Djurdjevi Stupovi u l-Knisja ta' San Pietru u ta' San Pawl. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Serbja Fortizzi
29863
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lyubov%20Panchenko
Lyubov Panchenko
Lyubov Mykhailivna Panchenko (bl-Ukren: Любов Михайлівна Панченко; twieldet fit-2 ta' Frar 1938 – mietet fit-30 ta' April 2022) kienet artista viżiva u disinjatriċi tal-moda Ukrena. Hija kienet membru tal-Unjin tan-Nisa Ukreni. Kienet parti mis-Sixtiers, grupp ta' artisti tas-snin 60 tas-seklu 20 li reġa' qanqal il-kultura Ukrena matul l-Illaxkar ta' Khrushchev. Ħajja Lyubov twieldet fit-2 ta' Frar 1938 fil-villaġġ ta' Yablunka. Fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20 hija ggradwat mill-Iskola tal-Arti Applikata ta' Kiev (fid-dipartiment tar-rakkmu). Iktar 'il quddiem, hija ħadmet f'ħanut tal-ħjata u fl-istess żmien wessgħet l-orizzonti tal-għarfien tagħha rigward l-arti, u saret interessata ħafna fil-linocut. Fl-1968 hija daħlet fid-dipartiment ta' filgħaxija tal-Fakultà tal-Grafika tal-Akkademja Ukrena tal-Istampar. Fis-snin 60 tas-seklu 20 hija ngħaqdet mal-Klabb taż-Żgħażagħ Kreattivi "Сучасник" u saret membru tas-sezzjoni letterarja tagħha, Brama. Panchenko ħadmet fl-Istitut Teknoloġiku tad-Disinn u tal-Inġinerija bħala disinjatur tal-moda u fid-Dar Repubblikana tal-Mudelli. Dak iż-żmien, it-talent brillanti tagħha ffjorixxa: hija ħolqot sensiela ta' pitturi bl-akkwarelli, mudelli tal-ilbies, mudelli tar-rakkmu, grafika għall-kotba u tpinġijiet. Ħafna mix-xogħlijiet tagħha bir-rakkmu ntwerew fir-rivista "Mara Sovjetika". Hija kienet magħrufa għaliex iddefendiet il-lingwa u l-kultura Ukrena. Hija pittret bajd tal-Għid pysanka, irrakkmat kostumi nazzjonali għall-kori, u ġabret il-flus biex tgħin lill-priġunieri politiċi li kienu qed jiskontaw sentenzi għall-"azzjoni u l-propaganda tagħhom kontra l-Unjoni Sovjetika". Bil-parteċipazzjoni tagħha, it-tradizzjoni tal-innijiet koliadka u tax-xeni tan-natività vertep reġgħet ingħatat il-ħajja fi Kiev. Panchenko ngħatat il-Premju Vasyl Stus fl-2001. Minħabba l-ispirazzjonijiet Ukreni evidenti fix-xogħol tagħha, hija qatt ma kellha wirja matul l-era Sovjetika. Finanzjarjament kienet tiddependi fuq ix-xogħol tagħha tar-rakkmu u tal-moda. Panchenko mietet fir-raħal ta' Bucha fit-30 ta' April 2022, meta kellha 84 sena. Ġie rrapportat li hija mietet bil-ġuħ ikkawżat mill-invażjoni Russa tal-2022 fl-Ukrajna. Wirjiet Fl-2008, il-Mużew Nazzjonali tal-Letteratura tal-Ukrajna organizza wirja biex tiġi ċċelebrata Lyubov Panchenko. Yevhen Sverstiuk, attivist tad-drittijiet tal-bniedem u poeta ta' dak iż-żmien irrimarka: "Huwa ċar li dawn ix-xogħlijiet għandhom il-marka ta' ġenju. Hi tgħix fid-dinja tagħha, u tiftaħ din id-dinja għalina lkoll". Fl-2014, il-Mużew ta' Hrushevsky fil-belt kapitali Kiev ippreżenta l-wirja msejħa "Id-Dinja Tiegħi" («Світе мій!»). Ix-xogħlijiet ta' Panchenko jintwerew ukoll fil-kollezzjonijiet privati u fil-Mużew tas-Sixtiers fi Kiev. Referenzi Twieldu fl-1938 Mietu fl-2022 Disinjaturi Nies Ukreni
29868
https://mt.wikipedia.org/wiki/Abbazija%20ta%27%20Pannonhalma
Abbazija ta' Pannonhalma
L-Abbazija ta' Pannonhalma, magħrufa uffiċjalment bħala l-Arċiabbazija Benedittina jew Territorjali ta' Pannonhalma (bil-Latin: Archiabbatia jew Abbatia Territorialis Sancti Martini in Monte Pannoniae) hija binja Medjevali f'Pannonhalma, waħda mill-eqdem monumenti storiċi fl-Ungerija. Ġiet stabbilita fid-996 u tinsab qrib ir-raħal ta' Pannonhalma, fil-quċċata ta' għolja ta' 282 metru. Huwa maħsub li San Martin ta' Tours twieled taħt din l-għolja, u għalhekk fl-imgħoddi kienet imsejħa l-Għolja ta' San Martin (bl-Ungeriż: Márton-hegy). Dan l-isem wassal biex il-monasteru xi kultant kien jissejjaħ ukoll Márton-hegyi Apátság. Din l-abbazija hija t-tieni l-ikbar abbazija territorjali fid-dinja wara l-Abbazija ta' Monte Cassino. Fost l-attrazzjonijiet tal-kumpless hemm il-Bażilika bil-Kripta (li nbniet fis-seklu 13), il-kjostri, il-librerija monumentali bi 360,000 volum, ir-Refettorju Barokk (b'diversi eżempji ta' trompe-l'œil) u l-Kollezzjoni tal-Arċiabbazija (it-tieni l-ikbar fil-pajjiż). Illum il-ġurnata hemm madwar 50 patri jgħixu fil-monasteru. L-abbazija hija ssupplimentata mill-Iskola Superjuri Benedittina, skola fejn is-subien jistudjaw u jgħixu fiha waqt is-semestri tal-istudji tagħhom. Storja L-abbazija ġiet stabbilita bħala l-ewwel monasteru Benedittin Ungeriż fid-996 mill-Prinċep Géza, li ddeżinjaha bħala post fejn setgħu jgħixu l-patrijiet, u mbagħad f'qasir żmien saret iċ-ċentru tal-ordni Benedittina. Il-monasteru nbena f'ġieħ San Martin ta' Tours. Iben Géza, ir-Re Stiefnu I ta proprjetajiet u privileġġi lill-monasteru. Astrik (Anastażju) kien l-ewwel patri superjuri. L-eqdem dokument eżistenti bil-lingwa Ungeriża, il-Karta tal-Abbazija Benedittina ta' Tihany li tmur lura għall-1055, għadu ppreservat fil-librerija. Fl-1096, fi triqtu lejn l-artijiet imqaddsa bħala mexxej ta' waħda mit-tliet armati tal-Kruċjati, id-Duka Godfrey ta' Bouillon qatta' ġimgħa hemmhekk jinnegozja l-passaġġ sikur tal-armata tiegħu mill-Ungerija mar-Re Coloman. L-ewwel binjiet tal-komunità ġew meqruda fl-1137, u mbagħad ġew rikostruwiti. Il-pilastri tal-Bażilika u l-volta Gotika bikrija nbnew fil-bidu tas-seklu 13, billi ntużaw il-ħitan tal-knisja preċedenti. Fl-1486, l-abbazija ġiet rikostruwita bl-istil Gotiku taħt ir-Re Matthias. Il-monasteru sar arċiabbazija fl-1541, u minħabba l-inkursjonijiet tal-Ottomani fl-Ewropa fis-sekli 16 u 17 ġie ffortifikat. Madankollu, matul seklu u nofs ta' okkupazzjoni Torka, il-patrijiet kellhom jabbandunaw l-abbazija għal perjodi qosra jew twal ta' żmien. Wara dan iż-żmien biss setgħu jibdew bir-rikostruzzjoni tal-binjiet li kienu ġarrbu xi ħsarat. Matul żmien il-patri superjuri Benedek Sajghó, kienet għaddejja kostruzzjoni Barokka ewlenija fil-monasteru. Fis-sekli 17 u 18, ġew miżjuda estensjonijiet u tiżjin Barokki mal-kumpless u l-biċċa l-kbira tal-faċċati attwali jmorru lura għal dak iż-żmien. Ingħatat il-bixra attwali tagħha fl-1832, bil-librerija u bit-torri, li nbena bi stil Klassiku. Is-seklu 18, l-era tal-Illuminazzjoni influwenzat ukoll il-ħajja tal-monasteri. L-istat u l-monarki ġġudikaw l-operat tal-komunitajiet skont l-utilità immedjata, u fil-biċċa l-kbira ġew ittollerati dawk l-ordnijiet biss li kienu jipprattikaw l-indukrar u l-edukazzjoni. Fis-snin 60 tas-seklu 19, Ferenc Storno organised major renovations, mostly in the basilica. Wara l-1945, l-Ungerija saret stat Komunist, u fl-1950, il-proprjetajiet tal-ordni u l-iskejjel immexxija mill-Benedittini ġew ikkonfiskati mill-istat, u ma ġewx irritornati qabel tmiem il-Komuniżmu fl-Ungerija. Fl-1995, sena qabel l-għeluq tal-millenju tal-abbazija, il-kumpless ġie rikostruwit u rinnovat għalkollox. Fl-1996, "l-Abbazija Benedittina Millenarja ta' Pannonhalma u l-Ambjent Naturali tagħha" tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Lista ta' patrijiet superjuri Il-patrijiet superjuri mid-997 sal-preżent kienu: Asztrik 997-1015 Rasia 1015-b. 1029 San Maurus b. 1029-1036 ... 10??-1091 Péter 1091-1103 ... 1103-1124 Deda 1124-1131 Dávid 1131-1150 Rafael 1151-1175 Rajnald 1175-1180 Simili 1180-1189 Péter 1189-1192 Bálazs 1192-1198 János 1198-1201 ... 1201-1207 Uros 1207-1241 ... 1241-1249 Salamon 1249-1252 Favus 1252-1262 Bonifác 1263-1288 Herman 1288-1300 Miklós I 1300-1306 Imre (Henrik) 1306-1307 Jakab 1307-1308 János 1308-1309 László 1309-1311 Miklós II 1312-1318 Miklós III 1319-1333 Hammer Vilmos 1333-1354 Szigfrid 1355-1365 László Czudar 1365-1372 Domonkos 1372-1377 László Piaszt der Weiße 1377-1379 István 1380-1398 Miklós Ferenc Marczali Dózsa 1399-1404 János Albeni 1404-1406 Konrád Ovári 1406-1408 János Kropidló 1408-1421 Miklós Dobói 1422-1438 László Héderváry 1439-1447 Tamás Döbrentei 1447-1467 János Vitéz 1467-1472 Mátyás Király 1472-1490 Tamás Bakóc 1490-1492 László Király 1493-1500 Mátyás Tolnai 1500-1535 Mihály Giöry 1535-1542 Ferenc Bedegi Nyáry 1543-1547 János Csanády 1548-1556 László Martonfalvi 1556-1562 Péter Bocsi Thorday 1563-1566 István Fejérkövy 1567-1593 ... 1593-1638 Mátyás Pálffy 1638-1646 Placid Magger 1647-1667 ... 1667-1689 Placid Lendvay 1689-1699 Egyed Karner 1699-1708 ... 1708-1722 Benedek Sajghó 1722-1768 Sámuel Vajda 1768-1795 Dániel Somogyi 1795-1801 ... 1801-1829 Mór Czinár 1829-1841 Mihály Rimely 1842-1865 Krizosztom Károly Kruesz 1865-1885 ... 1885-1892 Lipót Fehér 1892-1910 Tibor Hajdu 1910-1918 ... 1918-1920 Remig Bárdos 1920-1932 Krizosztom Ferenc Kelemen 1933-1950 Pál Sárközy 1951-1957 Norbert Béla Legányi 1957-1969 ... 1969-1973 András Szennay 1973-1991 Asztrik Várszegi 1991-2018 Tamás Cirill Hortobágyi 2018-preżent. Avvenimenti Pannonhalma żaruha, fost l-oħrajn, Alexius II, il-Patrijarka ta' Moska fl-1994, il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1996 u l-Patrijarka Bartholomew I ta' Kostantinopli u d-Dalai Lama fis-sena 2000. Fl-2005 inħadem film dwar il-patri superjuri tal-abbazija, Asztrik Várszegi, bit-titlu A közvetítő ("Il-Medjatur"). Stéphanie, il-Prinċipessa Eredi tal-Awstrija mietet hawnhekk u l-fdalijiet tagħha ndifnu fl-abbazija fl-1945. F'Lulju 2011, il-qalb tal-eks Prinċep Eredi tal-Awstrija u tal-Ungerija Otto von Habsburg indifnet fl-Arċiabbazija ta' Pannonhalma. Sit ta' Wirt Dinji L-Abbazija Benedittina Millenarja ta' Pannonhalma u l-Ambjent Naturali tagħha ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Kumpless Bażilika u kripta Il-knisja attwali ta' Pannonhalma, kisba ewlenija tal-istil Gotiku bikri, inbniet fil-bidu tas-seklu 13 matul ir-renju tal-patri superjuri Uros, u x'aktarx li ġiet ikkonsagrata fl-1224. Xi sejbiet arkeoloġiċi reċenti minn taħt l-art tan-naħa tal-Punent tal-bażilika jmorru lura għas-seklu 11. L-eqdem segment li wieħed jista' jara attwalment fil-bażilika hu l-ħajt tal-korsija tan-Nofsinhar. Dan imur lura għas-seklu 12 u huwa fdal tat-tieni knisja li kienet inbniet fis-sit, u li ġiet ikkonsagrata fl-1137 matul ir-renju tal-patri superjuri Dávid. Matul l-iskavi arkeoloġiċi nstabu żewġ daħliet moħbija wara l-ħitan fis-sagristija. Waħda minnhom x'aktarx li kienet id-daħla tat-Tramuntana tal-knisja tal-patri superjuri Dávid, filwaqt li l-oħra kienet id-daħla tal-knisja tal-patri superjuri Uros. Taħt l-art bejn l-artal ta' quddiem u t-taraġ tas-santwarju nstab ukoll qabar, x'aktarx dak tal-patri superjuri Uros. Il-knisja ġiet estiża matul ir-renju tar-Re Matthias, meta tlestew ukoll is-saqaf attwali tas-santwarju, it-truf tal-Lvant tal-korsiji u l-Kappella ta' San Benedittu. Matul l-okkupazzjoni Torka, l-għamara tal-abbazija nqerdet għalkollox. L-iżjed rinnovazzjoni sinifikanti wara l-okkupazzjoni bdiet fis-snin 20 tas-seklu 18, taħt il-patri superjuri Benedek Sajghó. Ferenc Storno kien l-aħħar wieħed li wettaq rinnovazzjoni ewlenija tal-knisja fis-snin 60 tas-seklu 19. Dak iż-żmien żdiedu l-artal prinċipali, il-pulptu, l-affreski tas-saqaf, u t-tieqa tas-sular ta' fuq bil-ħġieġ ikkulurit ta' San Martin. Porta Speciosa u l-kjostru Fil-Medju Evu waħda mid-daħliet prinċipali tal-knisja kienet il-Porta Speciosa (daħla b'tiżjin rikk). Din id-daħla tagħti għall-knisja mill-kjostru (quadrum jew quadratura) u nħadmet fis-seklu 13 ukoll. Fir-Rinaxximent Pannonhalma kienet pjuttost tilfet parti kbira mill-popolazzjoni tagħha (fejn kien fadal biss xi sitt patrijiet jew sebgħa). Taħt it-tmexxija tar-Re Matthias, fl-1472, inħoloq il-kjostru kif nafuh illum. Il-kostruzzjoni x'aktarx li tlestiet fl-1486, kif mixhud bil-kitba mnaqqxa fuq waħda mill-ġebliet tax-xewka. X'aktarx li x-xogħol kien twettaq mill-artiġjani tal-Istudjo Rjali tal-Kostruzzjoni ta' Visegrád. Il-ġnien intern żgħir imdawwar mill-kjostru kien jissejjaħ ukoll Paradisum (Ġenna) metaforikament b'referenza għall-ġenna Bibblika fid-dinja. Fil-Medju Evu tkabbru b'mod prinċipali ħxejjex aromatiċi biex b'hekk dawk li kienu fil-bżonn setgħu jirkupraw għalkollox is-saħħa tagħhom qishom qegħdin il-ġenna. Librerija Il-librerija tlestiet fl-ewwel terz tas-seklu 19. Il-parti lonġitudinali tal-binja ġiet ippjanata u nbniet minn Ferenc Engel fis-snin 20 tas-seklu 19. Iktar 'il quddiem János Packh ġie kkummissjonat bit-tkabbir tal-binja u bena s-sala ovali. Joseph Klieber, mastru minn Vjenna ġie mitlub iżejjen il-binja minn ġewwa. Fuq l-erba' naħat tas-saqaf tas-sala ovali hemm l-allegoriji għall-erba' fakultajiet tal-università Medjevali: id-Dritt, it-Teoloġija, il-Mediċina u l-Arti. Il-volumi tal-librerija baqgħu jiżdiedu minn dak iż-żmien. F'Pannonhalma ġew ikkatalogati manuskritti minn żmien San László. Attwalment fil-kollezzjoni tal-librerija hemm 360,000 volum. Refettorju Barokk Fis-seklu 18, il-patri superjuri Benedek Sajghó (1722-1768) ordna li l-patri Karmelitan Atanáz Márton Witwer jiddisinja l-elementi Barokki tal-monasteru. Il-kostruzzjoni tas-sala rettangolari għolja żewġ sulari b'volta tat-tip cavetto x'aktarx li tmur lura għat-tieni nofs tas-snin 20 tas-seklu 18. Il-pitturi (secco) mal-ħitan inħolqu bejn l-1728 u l-1730 minn Davide Antonio Fossati, artist Żvizzeru li iktar 'il quddiem mar jgħix Venezja. Il-pittura secco tas-saqaf turi l-apoteożi tar-Re San Stiefnu. Is-sitt xeni Bibbliċi magħrufa sew mal-ħitan laterali huma tematikament marbuta mal-ikel: l-offerta tal-ħall lil Kristu fuq is-Salib; it-tentazzjoni ta' Ġesù fid-deżert; Danjel mal-iljuni; il-festa tar-Re Baltażar; il-qtugħ ir-ras ta' San Ġwann il-Battista; u xena mill-ħajja ta' San Benedittu. Monument tal-Millenju Sabiex jiġi ċċelebrat għeluq il-millenju tal-insedjament tal-Ungeriżi fit-896, inbnew seba' monumenti fil-Baċir tal-Karpazji fl-1896. Wieħed minnhom għadu preżenti sa llum il-ġurnata f'Pannonhalma. Oriġinarjament il-binja kienet imsaqqfa b'koppla b'qoxra doppja għolja 26 metru, b'riljiev kolossali tar-ram isfar fuqha, li kienet tirrappreżenta l-kuruna rjali Ungeriża. Madankollu, minħabba l-istat ta' deterjorament tagħha, il-qoxra ta' barra kellha tiżżarma fl-1937-1938, u l-binja ħadet il-bixra attwali. Id-dawl fuq ġewwa, f'kamra ċirkolari mhux diviża u msaqqfa b'koppla baxxa (jiġifieri l-qoxra ta' ġewwa oriġinali), jidħol minn żewġ twieqi. L-affresk mhux komplut li jżejjen il-ħajt tal-Lvant huwa viżjoni allegorika tal-Istabbiliment tal-istat Ungeriż u tpitter minn Vilmos Aba-Novák fl-1938. Kappella tal-Madonna Il-kostruzzjoni tal-Kappella tal-Madonna bdiet fl-1714. Oriġinarjament kienet post ta' qima għall-popolazzjoni mhux nattiva li kienet tgħix qrib l-abbazija. Il-kappella, bit-tliet artali Barokki tagħha u l-orgni żgħir tas-seklu 18, ġiet rinnovata fl-1865, meta mbagħad seħħ it-tiżjin Romantiku tal-ħitan u tad-daħla. Il-kripta taħt il-kappella ntużat bħala l-post tad-dfin tal-patrijiet għal sekli sħaħ. Ħdejn il-kappella hemm torri tal-osservazzjoni magħmul mill-injam. Arboretum (Ġnien Botaniku) Fl-1830 fl-artijiet tal-Arċiabbazija kien hemm sa 80 speċi ta' siġar u ta' arbuxxelli. Permezz tad-disinn ta' Fábián Szeder fis-snin 40 tas-seklu 19 issawwar il-ġnien botaniku jew l-arboretum attwali. Illum il-ġurnata l-arboretum fih iktar minn 400 speċi ta' siġar u ta' arbuxxelli, u bosta minnhom huma speċijiet u varjetajiet rari fl-Ungerija. Użi attwali Arkivji L-arkivji tal-Arċiabbazija Benedittina ta' Pannonhalma fihom waħda mill-iżjed kollezzjonijiet rikki u imprezzabbli ta' dokumenti mill-ewwel sekli tal-istat Ungeriż. Jinkludu l-karta interpolata tal-monasteru (1001-1002) ta' San Stiefnu, il-karta tal-istabbiliment tal-Abbazija ta' Tihany (1055), u l-ewwel test magħruf bil-miktub li jinkludi kliem u frażijiet bl-Ungeriż. Fost ir-rekords Medjevali ta' Pannonhalma, hemm dawk tal-monasteru bid-drittijiet sabiex jinħarġu dokumenti uffiċjali (locus authenticus), u r-rekords tal-abbaziji ta' Bakonybél, ta' Tihany u ta' Dömölk li jikkostitwixxu entitajiet separati. L-arkivju fih kollezzjoni ta' dokumenti mill-uffiċċju tal-patri superjuri, mill-Iskola Teoloġika u mill-eks Skola tat-Taħriġ tal-Għalliema tal-ordni, mill-eks skejjel sekondarji u minn dawk attwali, mid-djar dipendenti fuq il-Benedittini, mill-uffiċċji tal-finanzi tal-Arċiabbazija, u mid-dokumentazzjoni tal-parroċċi li jagħmlu parti mill-hekk imsejħa Abbazija Territorjali. Parzjalment bħala depożitu u parzjalment bħala wirt, l-arkivji tal-familji Guary, Somogyi, Chernel, Kende, Erdődy u Lónyay żdiedu mal-kollezzjoni tal-arkivji tal-Arċiabbazija. Id-daqs tal-arkivji jlaħħaq il-192 metru. Kulleġġ tat-Teoloġija ta' Szent Gellért Fl-Arċiabbazija hemm Kulleġġ tat-Teoloġija ddedikat lil San Gerard ta' Csanád. Produzzjoni tal-inbid Il-produzzjoni tal-inbid bdiet fir-reġjun ta' Pannonhalma-Sokoróalja meta l-patrijiet Benedittini stabbilew il-monasteru ta' Pannonhalma fid-996. L-għawġ soċjali u politiku wara t-Tieni Gwerra Dinjija għamilha impossibbli li jitkomplew it-tradizzjonijiet antiki sekli sħaħ, peress li kemm il-proprjetajiet kif ukoll il-kantina tal-produzzjoni tal-inbid ittieħdu f'idejn l-istat Komunist. Fid-deċennji ta' wara, il-patrijiet li kienu jgħixu f'Pannonhalma ma qatgħux qalbhom li jerġgħu jqanqlu t-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid. Mill-waqgħa tal-Komuniżmu, il-patrijiet reġgħu qanqlu t-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid u l-kantini tal-inbid. Fis-sena 2000, l-abbazija reġgħet xtrat il-vinji li kienu ġew ikkonfiskati mill-Komunisti u reġgħu bdew ikabbru d-dwieli fl-istess sena. L-inbid jiġi prodott f'erja ta' 2,000 m² b'kapaċità ta' 3,000 hls. Il-varjetajiet prinċipali tal-għeneb huma Rhine Riesling, Sauvignon blanc, Gewürztraminer, Welschriesling, Ezerjó u Sárfehér. Barra minn hekk, jitkabbru wkoll varjetajiet iktar internazzjonali ta' għeneb bħal Chardonnay, Pinot blanc, Pinot noir, Merlot u Cabernet Franc. Attwalment hemm 37 ettaru ta' vinji ġodda u l-ewwel ħsad seħħ fil-ħarifa tal-2003. Fil-madwar Madwar il-monasteru wieħed jista' jsib dawn li ġejjin: il-Posti tas-Salib (Barokk, 1724), it-Torri tal-Osservazzjoni ta' San Maurice fil-boskijiet fil-qrib. Iktar qari Csóka G., Szovák K., Takács I. (2000): Pannonhalma - Képes kalauz a bencés Főapátság történetéhez és nevezetességeihez. (Guide to Pannonhalma Archabbey: history and sightseeings). Pannonhalmi Főapátság, Pannonhalma. Hapák J. (2000): Pannonhalma. Magyar Könyvklub, Pannonhalmi Főapátság (ISBN 963 547 158 0). Hapák J., Sólymos Sz. (2008): Pannonhalma. Kossuth Könyvkiadó, Pannonhalmi Főapátság (ISBN 978-963-09-5750-2). Gerevich T. (1938): Magyarország románkori emlékei. (Die romanische Denkmäler Ungarns.) Egyetemi nyomda. Budapest. Szőnyi O. (É.n.): Régi magyar templomok. Alte Ungarische Kirchen. Anciennes églises Hongroises. Hungarian Churches of Yore. A Műemlékek Országos Bizottsága. Mirályi Magyar Egyetemi Nyomda, Budapest. Henszlmann, I. (1876): Magyarország ó-keresztyén, román és átmeneti stylü mű-emlékeinek rövid ismertetése, (Old-Christian, Romanesque and Transitional Style Architecture in Hungary). Királyi Magyar Egyetemi Nyomda, Budapest. Genthon I. (1959): Magyarország műemlékei. (Architectural Heritage of Hungary). Budapest. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monasteri Ungerija
29872
https://mt.wikipedia.org/wiki/P%C3%A9cs
Pécs
Pécs (pronunzja: /peɪtʃ/ PAYTCH, bl-Ungeriż: [peːt͡ʃ]; bil-Kroat: Pečuh; bil-Ġermaniż: Fünfkirchen, pronunzjata [fʏnfˈkɪʁçn̩]; magħrufa wkoll b'ismijiet oħra) hija l-ħames l-ikbar belt fl-Ungerija, u tinsab fuq ix-xaqlibiet tal-muntanji Mecsek fil-Lbiċ tal-pajjiż, qrib il-fruntiera mal-Kroazja u mas-Serbja. Hija ċ-ċentru amministrattiv u ekonomiku tal-Kontea ta' Baranya, u s-sede tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Pécs. Il-belt tmur lura għal żmien il-qedem, ġiet insedjata miċ-Ċeltiċi u mir-Rumani, u saret sede episkopali fi żmien l-Ungerija Medjevali bikrija. Għandha l-eqdem università fil-pajjiż u hija waħda miċ-ċentri kulturali ewlenin tal-Ungerija. Il-belt għandha wirt kulturali rikk minn żmien l-okkupazzjoni Ottomana li damet 150 sena. Storikament il-belt kienet u għadha multietnika fejn bosta kulturi interaġixxew matul 2,000 sena ta' storja. Dan l-aħħar, il-belt ġiet rikonoxxuta għall-wirt kulturali tagħha, u ġiet imsemmija bħala waħda mill-bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura. Etimoloġija L-iżjed isem bikri għat-territorju kien l-isem Ruman ta' Sopianæ. L-isem x'aktarx oriġina mill-plural tal-kelma Ċeltika sop li tfisser "marġ". Kuntrarjament għat-twemmin popolari, l-isem ma kienx jirreferi għal belt unika, u ma hemm l-ebda traċċa ta' ħajt madwar il-belt mill-era Rumana bikrija, imma mis-seklu 4 biss. Il-belt Medjevali ssemmiet għall-ewwel darba fit-871 bl-isem ta' Quinque Basilicae ("ħames katidrali"). L-isem jirreferi għall-fatt li meta kienu qed jibnu l-knejjes tal-belt, il-bennejja użaw il-materjal minn ħames kappelli Kristjani antiki tal-belt. F'dokumenti Latini iktar 'il quddiem, il-belt issemmiet bħala Quinque Ecclesiae ("ħames knejjes", isem identiku fit-tifsira għall-isem Ġermaniż Fünfkirchen u għall-isem Slovakk Päťkostolie). L-isem Pécs tfaċċa fid-dokumenti fl-1235 fil-kelma Pechyut (spellut illum il-ġurnata bħala pécsi út, li tfisser "triq lejn/minn Pécs") li wisq probabbli oriġinat mill-Proto-Slaviku *pęčь jew mill-Illirjan *penče, li t-tnejn ifissru ħames/ħamsa. B'lingwi oħra: bil-Latin, Quinque Ecclesiae; bit-Taljan, Cinquechiese; bil-Kroat, Pečuh; bis-Serbjan, Печуј (Pečuj); bis-Slovakk, Päťkostolie; biċ-Ċek, Pětikostelí; bl-Olandiż, Vijfkerken; bil-Ġermaniż, Fünfkirchen; u bit-Tork, Peçuy. Ġeografija Pécs tinsab fil-Baċir tal-Karpazji tal-Ewropa Ċentrali, fiċ-ċentru tal-Kontea ta' Baranya, fin-Nofsinhar tal-Ungerija. Hija mdawra bl-għoljiet ta' Mecsek fit-Tramuntana u bil-pjanura fin-Nofsinhar. Pécs għandha passat sinifikanti fix-xogħol tal-estrazzjoni. L-ilma dolomitiku ta' Mecsek huwa famuż għad-densità għolja ta' minerali tiegħu b'ekwilibriju kostanti. Il-belt ta' Pécs tinsab qrib il-fruntiera mal-Kroazja u mas-Serbja. Il-parti tan-Nofsinhar tagħha hija pjuttost ċatta filwaqt li l-parti tat-Tramuntana tagħha tinsab qrib ix-xaqliba tal-muntanji Mecsek. Għandha klima favorevoli ħafna, u madwarha għandha għadd ta' boskijiet. Matul l-iljieli sħan tas-sajf, flussi ta' arja friska jinżlu mill-muntanji Mecsek u jnaddfu l-arja tal-belt. Pécs hija mdawra bil-pjanura fin-Nofsinhar (b'elevazzjoni ta' 120-130 metru), filwaqt li l-muntanji Mecsek jibqgħu telgħin sa elevazzjonijiet ta' 400-600 metru wara l-belt. L-għolja ta' Jakab, li tinsab fil-Punent tal-muntanji Mecsek, hija għolja 592 metru (1,942 pied), Tubes, eżatt fuq Pécs, hija għolja 612-il metru (2,008 pied), u Misina hija għolja 535 metru (1,755 pied). Partijiet iktar għoljin tal-belt jitilgħu sa 200-250 metru (656-820 pied), l-iktar Pécsbánya, Szabolcsfalu, Vasas u Somogy. Il-boskijiet ġeneralment jibdew minn elevazzjonijiet ta' madwar 300 metru (984 pied). L-għoljiet ta' Mecsek huma kkaratterizzati b'bosta widien li jaqdu rwol ewlieni fit-titjib tal-klima tal-belt, ladarba ma hemmx lagi u xmajjar fil-qrib. L-ilmijiet jinżlu mill-għoljiet ta' Mecsek, inixxu fin-nixxiegħa ta' Pécsi taħt il-linja ferrovjarja mil-Lvant għall-Punent u eventwalment jaslu fix-xmara Danubju. Storja Belt Rumana Antika L-inħawi tal-belt ilhom abitati minn żmien il-qedem, u l-eqdem sejbiet arkeoloġiċi li nstabu għandhom 6,000 sena. Qabel żmien ir-Rumani l-inħawi kienu abitati miċ-Ċeltiċi. Il-belt ta' Sopianae ġiet stabbilita mir-Rumani fil-bidu tas-seklu 2, f'żona popolata miċ-Ċeltiċi u mit-tribujiet Pannoni. Mis-seklu 4 saret il-belt kapitali tal-provinċja ta' Valeria u ċentru Kristjan bikri sinifikanti. In-nekropoli Kristjana bikrija minn dak iż-żmien saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Diċembru 2000. Meta l-Punent tal-Ungerija kienet provinċja tal-Imperu Ruman (imsejħa Pannonia), ir-Rumani stabbilew diversi kolonji li kienu jipproduċu l-inbid bl-isem kollettiv ta' Sopianae fejn issa hemm Pécs, fil-bidu tas-seklu 2. Iċ-ċentru ta' Sopianae kien fejn issa hemm il-Palazz tal-Isqof. Xi partijiet tal-akkwedott Ruman għadhom viżibbli. Meta l-provinċja ta' Pannonia ġiet maqsuma f'erba' diviżjonijiet amministrattivi, Sopianae kienet il-belt kapitali tad-diviżjoni msemmija Valeria. Fl-ewwel nofs tas-seklu 4, Sopianae saret belt Kristjana importanti. L-ewwel ċimiterji Kristjani, li jmorru lura għal dak iż-żmien, tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Sal-aħħar tas-seklu, it-tmexxija Rumana fl-inħawi ddgħajfet, l-iktar minħabba l-attakki mill-Barbari u mill-Unni. Belt Medjevali Bikrija Meta Karlu Manju wasal fl-inħawi fis-791, il-belt kienet immexxija mill-Avari. Karlu Manju, wara li ħakem l-inħawi, annetta l-belt mal-Imperu Ruman Sagru. Kienet tagħmel parti mid-Djoċesi ta' Salzburg. Dokument miktub f'Salzburg fit-871 huwa l-ewwel dokument li fih tissemma l-belt Medjevali bikrija bl-isem ta' Quinque Basilicae. Matul is-seklu 9, il-belt kienet abitata mill-popli Slaviċi u mill-Avari u kienet parti mill-Prinċipat ta' Balaton, stat vassall tal-Franki. Belt Medjevali Ungeriża Skont it-teorija tat-toponimi ta' György Györffy, wara li l-Ungeriżi ħakmu l-Baċir tal-Karpazji, żammew l-istil ta' ħajja seminomadiku tagħhom, u kienu jirgħu f'postijiet differenti fix-xitwa u fis-sajf. Il-kwartieri tax-xitwa ta' Árpád – ovvjament wara l-okkupazzjoni ta' Pannonia fid-900 – x'aktarx li kienu f'Pécs. Iktar 'il quddiem, meta ġie stabbilit il-Comitatus ta' Baranya, il-belt kapitali tal-comitatus ma kinitx Pécs iżda kastell fil-qrib imsejjaħ Baranyavár ("il-Kastell ta' Baranya"). Madankollu, Pécs saret ċentru reliġjuż u sede episkopali importanti. Fid-dokumenti bil-Latin, il-belt issemmiet bħala Quinque Ecclesiae. Għall-ħabta tas-sena 1000, iż-żona ġiet abitata mill-Ungeriżi (Magyar) Suwed. Il-Patt tal-Istabbiliment tad-Djoċesi ta' Pécs inħareġ fl-1009. Id-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Pécs ġiet stabbilita fl-1009 minn Stiefnu I, u l-ewwel università fl-Ungerija ġiet stabbilita f'Pécs fl-1367 minn Lwiġi I il-Kbir. L-ikbar università għadha tinsab f'Pécs u tilqa' madwar 34,000 student. Peter Orseolo, it-tieni re tal-Ungerija, indifen fil-katidral fl-1046. Il-pożizzjoni tal-qabar tiegħu mhix magħrufa. Dan għaliex fl-1064, meta r-Re Solomon għamel paċi ma' kuġinuh, li iktar 'il quddiem sar ir-Re Géza I, huma ċċelebraw l-Għid flimkien f'Pécs. Ftit wara, il-katidral ħa n-nar. Il-katidral attwali huwa rikostruzzjoni li saret fit-tieni nofs tas-seklu 11. Diversi ordnijiet reliġjużi stabbilew ruħhom f'Pécs. L-Ordni Benedittina kienet l-ewwel waħda fl-1076. Fl-1181 diġà kien hemm sptar fil-belt. L-ewwel monasteru Dumnikan tal-pajjiż inbena f'Pécs fl-1238. Ir-Re Lwiġi l-Kbir stabbilixxa università f'Pécs fl-1367 fuq parir ta' William, l-isqof ta' Pécs, li kien ukoll il-kanċillier tar-re. Din kienet l-ewwel università fl-Ungerija. Id-dokument tal-istabbiliment huwa kważi identiku, kelma b'kelma, għal dak tal-Università ta' Vjenna, fejn jiġi ddikjarat li l-università għandha d-dritt li tgħallem l-arti u x-xjenzi, bl-eċċezzjoni tat-teoloġija. Fl-1459, Janus Pannonius, l-iżjed poeta Umanista Medjevali importanti tal-Ungerija sar l-isqof ta' Pécs. Huwa saħħaħ l-importanza kulturali tal-belt. Pécs saret waħda miċ-ċentri kulturali u tal-arti tal-pajjiż bis-saħħa tal-isqof Janus Pannonius. Pécs taħt l-Ottomani Wara l-Battalja ta' Mohács (1526) fejn l-armata Ottomana għelbet l-armati tar-Re Lwiġi II, l-armati ta' Suleiman okkupaw lil Pécs. Mhux talli parti kbira mill-pajjiż kien okkupat mill-Ottomani, talli l-opinjoni pubblika kienet diviża wkoll rigward min kellu jkun ir-re tal-Ungerija. Parti miċ-ċittadini kienu jappoġġaw lil Ferdinandu tal-Asburgi, u parti oħra inkurunat lil John Zápolya f'Székesfehérvár. Iċ-ċittadini ta' Pécs kienu jappoġġaw lill-Imperatur Ferdinandu, iżda l-bqija tal-Kontea ta' Baranya kienet tappoġġa lir-Re John. Fis-sajf tal-1527 Ferdinandu rebaħ kontra l-armati ta' Szapolyai u ġie inkurunat re fit-3 ta' Novembru. Ferdinandu kellu għal qalbu l-belt minħabba l-appoġġ li kellu, u eżenta l-belt mill-ħlas tat-taxxi. Pécs ġiet rikostruwita u ffortifikata. Fl-1529, l-Ottomani reġgħu ħakmu lil Pécs, u għamlu kampanja militari kontra Vjenna. L-Ottomani obbligaw lil Pécs taċċetta lir-Re John (li kien alleat magħhom) bħala l-mexxej. John miet fl-1540. Fl-1541, l-Ottomani okkupaw il-Kastell ta' Buda, u ordnaw lil Isabella, l-armla ta' John tagħtihom il-belt ta' Pécs, peress li l-belt kellha importanza strateġika. Iċ-ċittadini ta' Pécs iddefendew il-belt kontra l-Ottomani, u kienu leali lejn Ferdinandu. L-imperatur għen il-belt u ddefendiha minn attakki oħra tal-Ottomani, iżda l-konsulenti tiegħu pperswadewh jiffoka iktar fuq il-bliet ta' Székesfehérvár u Esztergom minflok fuq Pécs. Pécs kienet qed tħejji għall-assedju, iżda jum qabel, merċenarji Fjammingi u tal-Wallonja ħarbu mill-belt u attakkaw l-artijiet fil-qrib. L-għada f'Ġunju 1543, l-isqof innifsu mar għand l-Ottomani bl-imfietaħ tal-belt. Wara li okkupaw il-belt, l-Ottomani ffortifikawha u kkonvertewha f'belt Ottomana. Il-knejjes Kristjani ġew ikkonvertiti f'moskej; inbnew banjijiet Torok u minareti, ġew stabbiliti skejjel Iżlamiċi tat-tagħlim tal-Koran, u minflok is-suq kien hemm bażaar. Għal mitt sena l-belt kienet gżira ta' paċi f'art mifnija bil-gwerra. Għall-ewwel kienet ċentru sanjak f'Budin Eyalet u iktar 'il quddiem f'Kanije Eyalet bħala "Peçuy". L-era Ottomana wasslet għal bosta binjiet ikoniċi jew għeliem, fosthom il-Moskea ta' Paxà Qasim ir-Rebbieħ fil-Pjazza ta' Széchenyi, il-Qabar ta' İdris Baba, u l-Moskea ta' Yakovalı Hasan Paşa. Il-kronista Ottoman İbrahim Peçevi (Ibrahim ta' Pécs), li x-xogħol tiegħu jifforma l-korp ewlieni ta' referenza għall-istorja Ottomana bejn l-1520 u l-1640, twieled fil-belt. Fl-1664, in-nobbli Kroat-Ungeriż Nicholas Zrínyi wasal f'Pécs flimkien mal-armata tiegħu. Peress li l-belt kienet parti sew mit-territorji Ottomani, kienu jafu li anke jekk jirnexxilhom jokkupawha, ma kinux se jżommuha wisq fit-tul, u għalhekk ippjanaw li jisirqu r-rikkezzi tagħha biss. Huma ħarbtu l-belt u tawha n-nar iżda ma setgħux jokkupaw il-kastell. Il-belt Medjevali ta' Pécs inqerdet għalkollox, għajr il-ħajt madwar il-belt storika, bastjun wieħed (il-Barbakán), u n-network ta' mini u ta' katakombi taħt il-belt, li partijiet minnhom huma magħluqa filwaqt li partijiet oħra huma parti mis-sjieda tal-fabbrika famuża tax-xampanja Litke u llum il-ġurnata huma miftuħa għall-pubbliku. Instabu wkoll diversi monumenti Torok, fosthom tliet moskej, żewġ minareti, il-fdalijiet ta' banju fuq l-oqbra Kristjani antiki ħdejn il-katidral, u diversi djar, waħda minnhom saħansitra b'balla ta' kanun imwaħħla fil-ħajt. Wara li l-Kastell ta' Buda nħeles minn taħt l-Ottomani fl-1686, l-armati ħakmu l-kumplament ta' Pécs. Il-gwardji li avvanzaw setgħu jidħlu fil-belt u jisirqu r-rikkezzi tagħha. Kif l-Ottomani raw li ma setgħux jibqgħu jżommu l-belt, tawha n-nar u rtiraw fil-kastell. L-armata mmexxija minn Lwiġi ta' Baden okkupat il-belt fl-14 ta' Ottubru u qerdet l-akkwedott li kien iwassal l-ilma lejn il-kastell. B'hekk l-Ottomani ma kellhom l-ebda għażla oħra għajr li jarrendu, u hekk għamlu fit-22 ta' Ottubru. Il-belt kienet taħt il-liġi marzjali taħt il-kmand ta' Karl von Thüngen. Il-qorti ta' Vjenna riedet teqred il-belt għall-ewwel, iżda iktar 'il quddiem iddeċidiet li żżommha bħala kontrobilanċ għall-importanza ta' Szigetvár, li kienet għadha taħt tmexxija Ottomana. Bil-mod il-mod il-belt reġgħet bdiet tiffjorixxi, iżda fis-snin 90 tas-seklu 17 faqqgħu żewġ epidemiji tal-pesta u mietu ħafna nies. Fl-1688 waslu l-insedjaturi Ġermaniżi. Madwar kwart biss tal-popolazzjoni tal-belt kienu Ungeriżi, il-kumplament kienu Ġermaniżi jew Slavi tan-Nofsinhar. Ċensiment ta' min ħallas it-taxxi fl-1698 jelenka 637 familja u Janja Živković Mandić jikkonkludi li 308 familji kellhom nazzjonalità Kroata (Kroati Kattoliċi, Racs, Šokci, Bunjevci, Illirjani, Slavi, Bożnijaċi) u t-329 l-oħra kienu Ungeriżi, Ġermaniżi, Serbjani jew Griegi. Skont l-istess ċensiment, István Tabo jsemmi 171 Ungeriż, 349 Slav u 79 Ġermaniż, filwaqt li Đuro Šarošac isemmi li dak iż-żmien fil-belt kienu jgħixu 325 Kroat, 139 Ungeriż, 92 Ġermaniż, 53 Vlach u 28 Serb. Skont id-data tal-1698, is-Slavi tan-Nofsinhar kienu jirrappreżentaw iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-belt. Minħabba li l-Ungeriżi kienu biss minoranza tal-popolazzjoni, Pécs ma kinitx tappoġġa r-rivoluzzjoni kontra l-Asburgi mmexxija minn Francis II Rákóczi, u l-armati tiegħu serqu r-rikkezzi tal-belt fl-1704. Pécs fil-bidu taż-żminijiet moderni Wara l-1710 bdiet era iktar paċifika. L-industrija, il-kummerċ u l-vitikultura ffjorixxew, ġew stabbiliti l-manifatturi, u nbena muniċipju ġdid għall-belt. Il-mexxej fewdali tal-belt kien l-Isqof ta' Pécs, iżda l-belt riedet teħles mill-kontroll episkopali. L-Isqof George Klimó, raġel għaref li stabbilixxa l-ewwel librerija pubblika tal-pajjiż, kien jaqbel li jċedi d-drittijiet li kellu fuq il-belt, iżda s-Santa Sede pprojbietu milli jagħmel dan. Meta Klimó miet fl-1777, ir-Reġina Marija Tereża mill-ewwel elevat lil Pécs għal belt irjali ħielsa qabel ma ġie elett isqof ġdid. Dan sewa lill-belt 83,315-il fjorin. Skont l-ewwel ċensiment tal-1787 mill-Ordni ta' Josef II, f'Pécs kien hemm 1,474 dar u 1,834 familja, u b'kollox kien hemm 8,853 resident, li minnhom 133 kienu patrijiet u 117 kienu nobbli. Fl-1785, l-Akkademja ta' Győr ġiet ittrasferita f'Pécs. Din l-akkademja eventwalment evolviet fi skola tad-dritt. L-ewwel teatru tal-ġebel tal-belt inbena fl-1839. Dak iż-żmien ta' Marija Tereża u binha Josef II, fil-belt insedjaw ruħhom ukoll nies mis-Swabja tul id-Danubju, il-Ġermanja. Pécs matul is-seklu 19 u wara L-industrija żviluppat ħafna fit-tieni nofs tas-seklu 19. Sal-1848, kien hemm 1,739 ħaddiem industrijali. Uħud mill-manifatturi kienu famużi fuq livell nazzjonali. Il-fabbriki tal-ħadid u tal-karta kienu fost l-iżjed moderni ta' dak iż-żmien. L-estrazzjoni tal-faħam kienet rilevanti. Inbnew ukoll fabbrika taz-zokkor u birrerija. Dak iż-żmien il-belt kellha 14,616-il resident. Matul ir-rivoluzzjoni tal-1848-1849, Pécs ġiet okkupata mill-armati Kroati għal żmien qasir, iżda nħelset minnhom bis-saħħa tal-armati tal-Asburgi f'Jannar 1849. Wara l-Kompromess Awstrijak-Ungeriż tal-1867, il-belt ta' Pécs żviluppat ferm, bħall-bliet u l-irħula l-oħra kollha tal-pajjiż. Mill-1867, Pécs ġiet ikkollegata mar-raħal fil-qrib ta' Barcs permezz ta' linja ferrovjarja, u mill-1882 ġiet ikkollegata wkoll ma' Budapest. Fl-1913 ġiet stabbilita sistema tat-tramm, iżda ma baqgħetx topera mill-1960. Lejn l-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Kontea ta' Baranya ġiet okkupata mit-truppi Serbjani, u damet sa Awwissu 1921 biex tiżgura li baqgħet parti mill-Ungerija. L-Università ta' Pressburg (illum il-ġurnata Bratislava, is-Slovakkja) ġiet ittrasferita f'Pécs wara li l-Ungerija tilfet lil Pressburg skont it-Trattat ta' Trianon. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Pécs inħatfet mit-truppi Sovjetiċi tat-Tielet Front Ukren fid-29 ta' Novembru 1944 matul l-Offensiva ta' Budapest. Il-belt ġarrbet ħsarat żgħar biss, minkejja li seħħet battalja kbira bit-tankijiet tal-gwerra xi 20-25 kilometru (12-16-il mil) fin-Nofsinhar tal-belt, qrib l-inħawi ta' Villány, meta l-Armata Ħamra avvanzat lejn l-Awstrija. Sa tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, il-maġġoranza tal-abitanti kienu nies mis-Swabja tul id-Danubju. Uħud mill-eks insedjaturi Ġermaniżi tkeċċew lejn il-Ġermanja u l-Awstrija fl-1945-1948, bis-saħħa tal-Ftehim ta' Potsdam. Il-Ġermaniżi tal-Ungerija xorta waħda għadhom minoranza fil-belt. Wara l-gwerra, l-iżvilupp reġa' qabad malajr ġmielu, u l-belt kibret u assorbiet diversi rħula fil-qrib. Fis-snin 80 tas-seklu 20, Pécs diġà kellha 180,000 abitant. Wara t-tmiem tal-era Soċjalista (1989-1990), Pécs u l-kontea tagħha, bħal ħafna inħawi oħra, ġew affettwati ħażin mit-tibdil: ir-rata tal-qgħad kienet għolja, il-minjieri u diversi fabbriki għalqu, u l-gwerra fl-eks Jugoslavja fis-snin 90 tas-seklu 20 affettwat it-turiżmu. Pécs kienet ukoll iċ-ċentru tal-Grupp tal-Appoġġ Nordiku (NSG) li kien jikkonsisti minn unitajiet mid-Danimarka, min-Norveġja, mill-Iżvezja, mill-Finlandja u mill-Polonja, bħala parti mill-iskjeramenti IFOR u mbagħad SFOR tan-NATO, wara l-Ftehim ta' Dayton u wara li nkisbet il-paċi fl-eks Jugoslavja; l-ewwel unitajiet ġew skjerati f'Pécs lejn l-aħħar tal-1995 u l-bidu tal-1996. L-NSG ħadet ħsieb it-twassil tal-provvisti u tal-persunal u ħadet ħsieb kompiti loġistiċi oħra bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-forzi skjerati tagħhom fil-Bożnija-Ħerzogovina. Fl-1998 Pécs ingħatat l-premju tal-UNESCO "Bliet għall-Paċi" talli żammet il-minoranzi kulturali tagħha, u anke għall-attitudni tolleranti u ta' għajnuna fil-konfront tar-refuġjati tal-Gwerer tal-Jugoslavja. Fl-2007 Pécs ġiet ikklassifikata fit-tielet post, u fl-2008 ġiet ikklassifikata fit-tieni post bħala "Belt li Tgħix Fiha" (il-Premjijiet LivCom) fil-kategorija ta' bliet b'bejn 75,000 u 200,000 abitant. Fl-2010, Pécs intgħażlet bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura flimkien ma' Essen u Istanbul. Il-motto tal-belt huwa "Il-Belt Mingħajr Fruntieri". Wara li ngħatat dan it-titlu, il-belt bdiet tiġi rinnovata ferm. Ġew iddisinjati u rinnovati l-postijiet pubbliċi, it-toroq, il-pjazez u l-kwartieri tal-belt, u nbnew ċentri kulturali ġodda, sala ġdida tal-kunċerti, librerija ġdida u kwartier kulturali ġdid sħiħ. Sit ta' Wirt Dinji In-Nekropoli Kristjana Bikrija ta' Pécs (Sopianae) ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Attrazzjonijiet prinċipali Eżempju tajjeb tal-istorja tal-belt u tal-imgħoddi interessanti tagħha joħroġ fid-dieher fil-pjazza prinċipali, fejn għad hemm il-Moskea ta' Gazi Kasim, u għalkemm ġiet ikkonsagrata bħala knisja wara li t-Torok Ottomani rtiraw sekli ilu, in-nofs qamar tal-Iżlam għadu viżibbli fuq il-koppla, u fuqu hemm salib. Tabilħaqq, Pécs hija l-iżjed belt rikka f'termini ta' arkitettura Torka, permezz tal-fdalijiet notevoli tal-Banjijiet ta' Memi Pasa u l-mawżolew ta' Idris Baba, fost l-oħrajn. Il-Moskea ta' Yakovalı Hasan Paşa, li tmur lura għal nofs is-seklu 16, għadha tiffunzjona bħala moskea attiva u hija miftuħa għall-pubbliku għajr waqt is-servizzi tal-Ġimgħa mis-2.30 sat-3.30 ta' waranofsinhar. Dawn ta' hawn taħt huma l-attrazzjonijiet prinċipali tal-belt: in-Nekropoli ta' Sopianae (Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO); iċ-Cella Septichora (tas-seklu 4); il-Katidral (tas-seklu 11, rinnovat fis-seklu 19); il-Palazz tal-Isqof Ungeriż (tas-seklu 12) l-Università ta' Pécs (1367), il-binja tal-Fakultà tax-Xjenza u tal-Fakultà tal-Umanitajiet fit-Triq Ifjúság, u Ġnien Botaniku; il-Librerija ta' Klimo (1774), l-ewwel librerija pubblika fl-Ungerija, li ġiet stabbilita mill-isqof George Klimo; it-"Torri" tal-Barbakán (tas-seklu 15); il-Fdalijiet f'Tettye (1505-1521); il-Pjazza ta' Széchenyi (il-pjazza prinċipali); il-Moskea tal-Paxà Qasim (1543-1546), oriġinarjament knisja Gotika: il-Katidral ta' San Bertalan mis-seklu 13; il-Moskea ta' Yakovalı Hasan Paşa (tas-seklu 16); iċ-Ċentru Storiku (djar Medjevali, Barokki, Klassiċi, Rokokò u tal-Art Nouveau); il-Lukanda Nádor (1846) fil-Pjazza ta' Széchenyi; il-Muniċipju tal-Kontea fil-Pjazza ta' Széchenyi; il-Muniċipju tal-Belt fil-Pjazza ta' Széchenyi; is-Sinagoga (1869); il-Binja tal-Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi (1884); it-Teatru Nazzjonali ta' Pécs (Nemzeti Színház), inawgurat fl-1895; il-Funtana ta' Zsolnay; il-Palazz tal-Posta; id-Dar tal-Hungaricum; il-Mużew ta' Janus Pannonius; il-Mużew tar-Rinaxximent; il-Mużew ta' Csontváry; il-Mużew ta' Zsolnay; il-Mużew ta' Victor Vasarely; il-Mużew ta' Amerigo Tot; il-Mużew Etnografiku ta' Pécs; il-Mużew tal-Istorja Naturali ta' Pécs; il-Mużew tal-Ispiżjar ta' Szerecsen; il-Gallerija ta' Pécs; it-Triq tal-Mużewijiet; il-Mawżolew ta' Zsolnay; Bóbita (spettaklu ta' Punch u Judy); it-Teatru ta' Janus (Pannonius); it-Teatru Kroat f'Pécs; it-Tielet Teatru; il-Ġnien Żooloġiku ta' Pécs; il-lukketti tal-imħabba; Magasház (fl-imgħoddi; twaqqa' fl-2016); it-Torri tat-televiżjoni fuq il-muntanja Mecsek (1960). Demografija Il-maġġoranza taċ-ċittadini (84.0 %) huma Ungeriżi skont iċ-ċensiment tal-2011. Il-Ġermaniżi fil-belt huma l-ikbar minoranza (4.2 %), segwiti mir-Rom (2.0 %), mill-Kroati (1.2 %) u mir-Rumeni (0.2 %). L-ikbar grupp reliġjuż huma l-Kattoliċi b'39.7 % Kattoliċi Rumani u 0.3 % Kattoliċi Griegi. It-tieni l-ikbar denominazzjoni huma l-Kalvinisti (5.2 %) u t-tielet huma l-Luterani (1.3 %). 27.8 % tal-popolazzjoni mhumiex reliġjużi. Minħabba l-għadd ta' studenti internazzjonali li jistudjaw u jgħixu f'Pécs, hemm diversità notevoli ta' ċittadini mhux permanenti. Klima Ekonomija Storikament Pécs kienet magħrufa sew fl-Ungerija għall-industrija tagħha b'diversi fabbriki, iżda wara l-waqgħa tal-Purtiera tal-Ħadid ħafna minnhom ma felħux għat-tranżizzjoni ekonomiku u fallew (eż. Pécsi Kesztyűgyár, Pécsi Bőrgyár, Littke Pezsgőgyár, eċċ.). Sa ftit snin ilu, il-belt kellha minjiera tal-faħam u tal-uranju, iżda issa baqgħet teżisti biss il-minjiera tar-ramel li tiġi operata mill-kumpanija tal-estrazzjoni Ungeriża msejħa Quartz. Il-fabbrika tal-porċellana tant famuża nazzjonalment (u sa ċertu punt internazzjonalment ukoll), Zsolnay Porcelain hija l-mimmi ta' għajnejn Pécs. Il-ħitan u s-soqfa ta' diversi binjiet pubbliċi u privati fil-belt huma mżejna bil-porċellana tal-kumpanija u b'hekk joħolqu l-pajsaġġ urban uniku ta' Pécs. Il-Pécsi Sörfőzde (il-Birrerija ta' Pécs) hija waħda mill-erba' birreriji Ungeriżi prinċipali (l-oħrajn huma l-Birreriji ta' Dreher, Borsod u Heineken Hungária), iżda l-unika waħda minnhom b'sjieda Ungeriża għalkollox. Tipproduċi birra speċjali, li hija magħrufa għax ma tissaffiex qabel l-ibbottiljar. Il-manifattur Ungeriż tat-tessuti Rovitex Hungária, il-manifattur Amerikan tal-krejnijiet Terex, il-manifattur Ungeriż tal-imwieżen Pécsi Mérlegstúdió, il-manifattur Ungeriż tal-għamara Megyeri Bútor, il-manifattur Ungeriż tal-għodda għall-qtugħ FORSZ, il-manifattur Ġermaniż tal-iswiċċbords HB-Kapcsolószekrénygyártó (parti minn Bader Gruppe), il-kumpanija Ungeriża tar-riċiklaġġ Alcufer, il-manifattur agrikolu Ungeriż HIDROT, il-manifattur Ungeriż tal-għodda tat-trobbija tal-annimali Önitató, il-fabbrika tat-tabakk Pécsi Dohánygyár (bis-sjieda f'idejn il-British American Tobacco), il-manifattur Ungeriż tal-ispare parti tal-karozzi Matro, il-manifattur Ungeriż tal-kaxxaforti Strauss Metal, il-manifattur Ungeriż tal-makkinarji tal-ippakkjar SOMAPAK, il-produttur Ungeriż tal-plastik Termoplast, l-Istamperija Bocz, il-manifattur Ungeriż tal-pikles Babina, il-manifattur Ungeriż tal-prodotti tal-plastik Karsai Pécs, u l-manifattur Ungeriż tal-metall Riner Metal, huma bbażati hemmhekk u għandhom faċilitajiet tal-produzzjoni fil-belt. Hemm żvilupp gradwali tal-industrija moderna tat-teknoloġija avvanzata, pereżempju bil-kumpanija Finlandiża tal-manifattura tal-elettronika Elcoteq, li hija l-ikbar impjegatur industrijali fil-belt, flimkien mal-manifattur Ungeriż tal-elettronika Z Elektronika u mal-manifattur Ungeriż tan-networks informatiċi TG Netcom. Il-kumpanija Ġermaniża tat-trasport, Dachser, għandha ċentru tal-loġistika f'Pécs. Il-kumpanija tal-immaniġġjar u tar-riċiklaġġ tal-iskart Biokom (b'sjieda f'idejn il-belt) hija responsabbli għat-trasport u għar-riċiklaġġ tal-iskart fit-territorju kollu ta' Pécs u fl-inħawi tal-madwar. L-enerġija li tintuża fl-insedjament tiġi prodotta l-iktar miż-żewġ impjanti tal-bijomassa ta' Pannonpower (parti minn Veolia) li jikkonsistu minn impjant tal-enerġija mħaddem bil-laqx tal-injam ta' 49,9 MW u minn impjant tal-enerġija mħaddem bil-prodotti agrikoli sekondarji ta' 35 MW. L-ikbar għalqa b'ċelloli solari tal-pajjiż tinsab f'Pécs ukoll, bis-saħħa tal-pożizzjoni tal-belt fin-Nofsinhar u l-ammont ta' sigħat ta' xemx fil-belt, u din tista' tipproduċi madwar 10 MW ta' enerġija fis-sena. L-impjant tal-enerġija solari huwa operat minn MVM Hungarowind (parti mill-Grupp MVM). Iċ-Ċentru Expo ta' Pécs għall-Wirjiet u l-Konferenzi jipprovdi spazju għall-wirjiet u għall-konferenzi internazzjonali. Edukazzjoni L-Università ta' Pécs ġiet stabbilita minn Lwiġi I tal-Ungerija fl-1367. Hija l-eqdem università fl-Ungerija, u hija fost l-ewwel universitajiet Ewropej. Dan l-aħħar kienet maqsuma f'żewġ entitajiet, waħda għall-Mediċina u l-Ortodontika (POTE) u oħra ikbar għal studji oħra: JPTE (Janus Pannonius Tudományegyetem). Il-POTE (l-Iskola Medika tal-Università ta' Pécs, issa magħrufa bħala l-Iskola Medika) għandha programm kbir bl-Ingliż għall-mediċina ġenerali u għad-dentistrija (bi studenti mill-Amerka, mill-Asja, mill-Afrika u mill-Ewropa, inkluż bosta Skandinavi) u programm ġdid bil-Ġermaniż. Fl-1 ta' Jannar 2000, dawn iż-żewġ entitajiet ġew imwaħħda bl-isem ta' Università ta' Pécs (bl-akronimu: PTE - Pécsi Tudományegyetem - l-Università ta' Pécs). Illum il-ġurnata, l-Università ta' Pécs saret l-iżjed università internazzjonalizzata fl-Ungerija b'madwar 5,000 student internazzjonali minn total ta' madwar 20,000 student (madwar 25 %). Politika Is-sindku attwali ta' Pécs huwa Attila Péterffy (Pécs Jövője, Öt Torony). L-Assemblea Muniċipali lokali, eletta fl-elezzjonijiet tal-gvern lokali fl-2019, hija magħmula minn 26 membru (Sindku, 18-il kostitwenza individwali jew MEPs u seba' MEPs mil-Lista ta' Kumpens), maqsuma f'partiti u f'alleanzi politiċi kif ġej: Il-politiki mfassla minn Fidesz f'Pécs inkludew liġi tal-2014, li permezz tagħha huwa illegali li tgħix fil-belt mingħajr saqaf fuq rasek, u sejħa uffiċjali tal-2017 biex is-sidien tal-proprjetà ma jagħtux spazju lil NGO appoġġata mill-OSF. Lista ta' sindki Lista ta' sindki tal-belt mill-1990: Trasport Toroq L-awtostrada M6/M60 tikkollega lil Pécs u Budapest b'ħin tas-sewqan bejn iż-żewġ bliet ta' madwar siegħa u nofs attwalment. L-awtostrada kollha nfetħet fil-31 ta' Marzu 2010. L-awtostrada M6 tgħaddi minn ġol-belt u b'hekk għandha assi mil-Lvant għall-Punent u tibqa' sejra lejn Barcs fil-fruntiera mal-Kroazja. Rotot sekondarji huma: Rotta 57: Pécs - Mohács, Rotta 58: Pécs - Drávaszabolcs, Rotta 66: Pécs - Kaposvár. Ferrovija Pécs hija kkollegata ma' Budapest permezz ta' Pusztaszabolcs, u għandha kollegamenti diretti ma' Mohács u ma' Nagykanizsa. Iddisinjat minn Ferenc Pfaff, l-istazzjon ferrovjarju prinċipali nbena fl-1900 u sar binja elenkata fl-2008. Il-binja stess inbniet bl-istil tal-Ekklettiċiżmu Rinaxximentali, u fiha riljievi ta' James Watt u ta' George Stephenson iddisinjati minn Klein Ármin u magħmula mill-fabbrika ta' Zsolnay. Fil-pjazza quddiem l-istazzjon ferrovjarju hemm ċentru kbir ta' tranżitu, inkluż venda tal-karozzi tal-linja, waqfa tal-karozzi tal-linja u żona tat-taksis. Tramm Bejn l-1914 u l-1960 fil-belt kien jopera t-tramm ukoll. Karozzi tal-linja Il-karozzi tal-linja huma l-mezz primarju tat-trasport pubbliku fil-belt. Ajruport F'Marzu 2006 infetaħ ajruport ġdid f'Pécs, imsejjaħ l-Ajruport Internazzjonali ta' Pécs-Pogány. It-traffiku prinċipali tiegħu huwa fornut minn ajruplani żgħar mikrija. Sport Pécsi MFC, klabb tal-futbol li jilgħab fin-Nemzeti Bajnokság II; Pécsi Vasutas SK, klabb tal-futbol li jilgħab fil-lig reġjonali ta' Baranya megye; PEAC-Pécs, tim tal-basketball professjonali tan-nisa tal-ewwel diviżjoni; Pécsi VSK, tim tal-water polo tal-irġiel; Pécsi Indiánok SK, klabb tar-rugby. Nies notevoli li twieldu f'Pécs Károly Balogh Mankóbüki, il-President tal-Qorti Rjali ta' Pécs; Marcel Breuer, arkitett u disinjatur tal-għamara; Pál Dárdai, plejer tal-futbol; Petar Dobrović, pittur u President Serbjan tal-eks Repubblika ta' Baranya-Baja; József Eötvös, kitarrist u mużiċist; Dezső Ernster, bassist tal-Opera Metropolitana; Sigismund Ernuszt, isqof ta' Pécs; Lipót Fejér, matematiku; Alfréd (Fred) Forbát, arkitett tal-Bauhaus; Zoltán Gera, plejer tal-futbol; Leopold Hirschfeld, produttur tal-birra u fundatur tal-Pécsi Sörfőzde; János Horvay, skultur; Katinka Hosszú, għawwiema u rebbieħa ta' tliet medalji tad-deheb fil-Logħob Olimpiku tal-2016; Zsuzsanna Jakabos, għawwiema; Jenő Jandó, pjanist; György Klimó, isqof ta' Pécs u fundatur tal-istamperija u tal-librerija pubblika; Dezső Lauber, sportiv u arkitett; László Lénárd, newroxjenzat u fiżiku; Kató Lomb, interpretu u lingwist; Maximinus, Prefett Pretorjan; Farkas Molnár (1897-1945), arkitett, pittur, saġġist u artist grafiku Ungeriż; Janus Pannonius, isqof ta' Pécs; İbrahim Peçevi (Ibrahim ta' Pécs), storiku u kronista Ottoman; Karl (Freiherr) von Pflanzer-Baltin; Anton von Rosas, oftalmologu; Joe Rudán, kantant; László Sólyom, President tal-Ungerija; Béla Tarr, reġista; Olga Tass, ġinnasta Olimpika; Victor Vasarely, artist; Balázs Zamostny (twieled fl-1992), plejer tal-futbol Ungeriż. Ġemellaġġ Pécs hija ġemellata ma': Arad, ir-Rumanija; Beyoğlu, it-Turkija; Cluj-Napoca, ir-Rumanija; Fellbach, il-Ġermanja; Graz, l-Awstrija; Krakovja, il-Polonja; Kütahya, it-Turkija; Lahti, il-Finlandja; Novi Sad, is-Serbja; Olomouc, iċ-Ċekja; Osijek, il-Kroazja; Seattle, l-Istati Uniti; Shiraz, l-Iran; Shkodër, l-Albanija; Sliven, il-Bulgarija; Terracina, l-Italja; Tucson, l-Istati Uniti; Tuzla, il-Bożnija-Ħerzegovina; Żagreb, il-Kroazja. Il-belt għandha rabta amikevoli informali ma' Peterborough, l-Ingilterra. Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet Ewropej Ungerija
29876
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bansk%C3%A1%20%C5%A0tiavnica
Banská Štiavnica
Banská Štiavnica (pronunzja bis-Slovakk: [ˈbanskaː ˈʂcɪɐʋɲitsa]; bil-Ġermaniż: Schemnitz; bl-Ungeriż: Selmecbánya (Selmec), pronunzja: [ˈʃɛlmɛd͡zbaːɲɒ]) huwa raħal fis-Slovakkja ċentrali, fin-nofs ta' krater enormi maħluq miċ-ċediment ta' vulkan antik. Minħabba d-daqs tiegħu, il-krater huwa magħruf bħala l-Muntanji ta' Štiavnica. Banská Štiavnica għandu popolazzjoni ta' iktar minn 10,000 ruħ. Huwa raħal Medjevali li ġie ppreservat għalkollox. Minħabba l-valur storiku tagħhom, ir-raħal u l-inħawi tal-madwar tiegħu tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-11 ta' Diċembru 1993. Storja Id-destin ta' Banská Štiavnica kien marbut mill-qrib mal-isfruttament tar-riżorsi abbundanti tiegħu ta' minerali tal-fidda. Skont evidenza mill-iskavi, is-sit ġie insedjat matul in-Neolitiku. L-ewwel insedjament li wettaq xogħol tal-estrazzjoni ġie stabbilit miċ-Ċeltiċi fis-seklu 3 Q.K. X'aktarx ġie okkupat mit-tribù Ċeltika tal-Cotini. Awturi Rumani semmew l-attivitajiet tal-estrazzjoni tat-tribù tal-Cotini li kienu jgħixu fis-Slovakkja ċentrali attwali sa ma ġew deportati lejn il-Pannonja fil-Gwerer Markomanniċi minn Ruma. Is-sit ġie insedjat ukoll minn Slavi bikrin u fis-sekli 10 u 11 kien hemm insedjament iffortifikat Slovakk. Is-sit kien jissejjaħ terra banensium (l-art tal-minaturi) diġà mill-1156. Il-popolazzjoni lokali tat l-isem Štiavnica (nixxiegħa aċiduża) lill-insedjament fil-wied, u l-insedjament ta' fuq l-għolja Ligotavá hora jew Glanzenberg (il-muntanja li tleqq) kienet tissejjaħ Bana (minjiera). L-isem komuni uniku Schebnyzbana ġie ddokumentat għall-ewwel darba fl-1255. Flimkien mal-popolazzjoni Slavika lokali ngħaqdu insedjaturi Ġermaniżi bil-ħiliet fis-seklu 13. Dawn adattaw l-isem lokali għall-isem Ġermaniż Schemnitz. Banská Štiavnica kiseb l-istatus ta' raħal irjali fl-1238, bħala wieħed mill-ewwel irħula fir-Renju tal-Ungerija. Fil-qalba u fl-aħħar tal-Medju Evu, ir-raħal kien il-produttur prinċipali tal-fidda u tad-deheb fir-Renju tal-Ungerija. Matul il-Gwerer Ottomani, it-Torok għamlu sforzi kbar biex jaħkmu l-irħula sinjuri li kellhom il-minjieri fin-naħa ta' fuq tar-Renju tal-Ungerija (Banská Štiavnica, Banská Bystrica u Kremnica). Fis-seklu 16, din it-theddida ġdida wasslet biex f'Banská Štiavnica jinbnew fortifikazzjonijiet qawwijin, inkluż żewġ kastelli. Bħala wieħed mill-iżjed ċentri importanti tar-Riformazzjoni tal-Protestantiżmu fil-pajjiż, ir-raħal kien parti mil-"Lega Protestanta tas-Seba' Rħula tal-Minjieri" flimkien ma' Banská Belá, Banská Bystrica, Kremnica, Ľubietová, Nová Baňa u Pukanec. Ir-raħal kien ukoll ċentru ewlieni ta' innovazzjoni fl-industrija tax-xogħol tal-estrazzjoni. Fl-1627, intużaw il-porvli f'minjiera għal waħda mill-ewwel drabi fid-dinja (wara Le Thillot, Franza). Fis-seklu 18, ix-xjenzati lokali Jozef Karol Hell, Maximilian Hell u Samuel Mikovíny iddisinjaw u bnew sistema sofistikata ta' ġibjuni u ta' kanali tal-ilma, magħrufa bħala tajchy, sabiex jitbattal l-ilma mill-minjieri mgħerrqa. It-tajchy mhux biss salvat il-minjieri milli jingħalqu, talli pprovdiet ukoll l-enerġija għall-fażi bikrija ta' industrijalizzazzjoni. L-Akkademja tax-Xogħol fil-Minjieri tar-raħal, stabbilita hemmhekk fl-1735 minn Samuel Mikovíny, kienet l-ewwel skola tax-xogħol fil-minjieri fir-Renju tal-Ungerija. Mill-1763, il-Hofkammer fi Vjenna bl-appoġġ mir-Reġina Marija Tereża, ittrasformat l-iskola fl-Akkademja tax-Xogħol fil-Minjieri. Fl-1807, Istitut tal-Forestrija ġie "stabbilit permezz ta' deċiżjoni tal-Imperatur Franz I"; fl-1848 l-istitut beda jissejjaħ l-Akkademja tax-Xogħol fil-Minjieri u l-Forestrija, prattikament "l-ewwel università teknika fid-dinja". Fl-1919, wara l-ħolqien taċ-Ċekoslovakkja, l-Akkademja ġiet ittrasferita lejn Sopron fl-Ungerija. It-tradizzjonijiet tal-istudenti tal-Akkademja (it-tradizzjonijiet skolastiċi ta' Selmec) għadhom ħajjin fis-suċċessuri tagħha, l-Università ta' Miskolc u l-Università Slovakka tat-Teknoloġija fi Bratislava, kif ukoll fil-kulleġġi f'Sopron, f'Székesfehérvár u f'Dunaújváros. Fl-1782, Banská Štiavnica kien it-tielet l-ikbar raħal fir-Renju tal-Ungerija (bi 23,192 abitant jew b'40,000 abitant jekk jiġu inklużi s-subborgi), wara Pozsony (illum il-ġurnata Bratislava) u Debrecen. Iżda l-iżvilupp tar-raħal kien marbut wisq mill-qrib mal-attività tal-estrazzjoni li progressivament kienet qed tmajna mit-tieni nofs tas-seklu 19. Illum il-ġurnata, Banská Štiavnica huwa ċentru importanti għar-rikreazzjoni u għat-turiżmu, bis-saħħa tal-wirt storiku rikk tiegħu. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Banská Štiavnica ttieħed mit-truppi Sovjetiċi tat-53 Armata fis-7 ta' Marzu 1945. Attrazzjonijiet Il-qalba tar-raħal hija l-Pjazza storika tat-Trinità (bis-Slovakk: Trojičné námestie) iddominata minn kolonna monumentali tal-pesta. Il-pjazza tintuża spiss għal avvenimenti kulturali u fiha hemm ukoll mużew mineraloġiku. Fir-raħal hemm żewġ kastelli, l-hekk imsejjaħ "l-antik" (bis-Slovakk: Starý zámok) u "l-ġdid" (bis-Slovakk: Nový zámok), li ġew ittrasformati f'mużewijiet. Il-mużew tal-estrazzjoni fil-beraħ joffri eskursjoni taħt l-art twila 1.5 km (0.93 mili) f'minjieri li jmorru lura għas-seklu 17. Il-viżitaturi jingħataw elmi, ġagagi u lampi biex jużawhom waqt l-eskursjoni. Wieħed jista' jitlob bil-quddiem għal gwida bl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bl-Ungeriż. Minjiera antika oħra li hija miftuħa għall-pubbliku (bis-Slovakk: Glanzenberg) hija saħansitra eqdem. Din il-minjiera, li tinsab eżatt taħt iċ-ċentru tar-raħal, attirat bosta viżitaturi famużi fl-imgħoddi, mill-Imperatur Josef II għall-Prinċep Albert ta' Monaco. Ir-raħal huwa mdawwar b'ġibjuni artifiċjali antiki tal-ilma msejħa tajchy li kienu jintużaw għax-xogħol tal-estrazzjoni. Bejn is-sekli 15 u 18 inbnew sittin ġibjun sabiex jipprovdu l-enerġija għall-industrija tal-estrazzjoni li kienet qed tikber ġmielha dak iż-żmien. Il-ġibjuni huma kkollegati permezz ta' network ta' kanali twal iktar minn 100 kilometru (62 mil). Dawn il-monumenti storiċi straordinarji issa jintużaw l-iktar għar-rikreazzjoni. Knejjes Il-Knisja ta' Santa Katarina Fil-Kalvarju ta' Banská Štiavnica hemm kumpless ta' knejjes u kappelli qrib Ostry vrch li nbnew fis-seklu 18 mill-Ġiżwiti. Demografija Banská Štiavnica għandha popolazzjoni ta' 10,674 ruħ (skont iċ-ċensiment tal-31 ta' Diċembru 2005). Skont iċ-ċensiment tal-2001, 93.9 % tal-abitanti kienu Slovakki u 2 % kienu Rom. Bosta nies huma dixxendenti tal-Ġermaniżi mill-Karpazji, li kellhom rwol importanti ħafna fl-istorja Medjevali tar-raħal. Il-kompożizzjoni reliġjuża tar-raħal hi: 65 % Kattoliċi Rumani, 18.9 % mingħajr affiljazzjoni reliġjuża, u 7.6 % Luterani. Ġemellaġġ Banská Štiavnica hija ġemellata ma': Hünenberg, l-Iżvizzera; Moravská Třebová, iċ-Ċekja; Olsztynek, il-Polonja; Ptuj, is-Slovenja; Sopron, l-Ungerija; Tatabánya, l-Ungerija. Nies notevoli Ulrika Babiaková, astronomu; Jozef Karol Hell, inventur u inġinier tal-estrazzjoni Ungeriż; Maximilian Hell, astronomu Ungeriż; Dezo Hoffmann, fotografu; Anton Hykisch, kittieb, diplomatiku u politiku; Nikolaus Joseph von Jacquin, xjenzat Awstrijaku; Andrej Kmeť, xjenzat; Domokos Kosáry, storiku Ungeriż; Ľudovít Lačný, kompożitur tal-problemi taċ-ċess; Mastru MS, pittur Ungeriż; Samuel Mikovíny, matematiku, inġinier u kartografu; Alexander Pituk, kompożitur tal-problemi taċ-ċess Ungeriż; Emília Vášáryová, attriċi; Magdaléna Vášáryová, attriċi u diplomatika Andrej Sládkovič, predikatur Luteran, poeta, kritiku, pubblikatur u traduttur. Riżorsi ġenealoġiċi Ir-rekords għar-riċerka ġeneoloġika huma disponibbli fl-arkivju statali Statny Archiv f'Banska Bystrica, is-Slovakkja. Rekords tal-Knisja Kattolika Rumana (twelid/żwieġ/mewt): 1627-1892 (paroċċa A); Rekords tal-Knisja Luterana (twelid/żwieġ/mewt): 1594-1925 (paroċċa A). Sit ta' Wirt Dinji Ir-Raħal Storiku ta' Banská Štiavnica u l-Monumenti Tekniċi fil-Qrib ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1993. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Bliet Ewropej Villaġġi fis-Slovakkja
29878
https://mt.wikipedia.org/wiki/Yarmak
Yarmak
Oleksandr Yarmak magħruf fil-qosor bħala Yarmak (bl-Ukren: Олександр Валентинович Ярмак, twieled fl-24 ta' Ottubru 1991) huwa mużiċist Ukren tal-ġeneru mużikali hip-hop. Yarmak ikanta kemm bir-Russu kif ukoll bl-Ukren. It-temi tal-kanzunetti tiegħu jvarjaw minn kanzunetti umoristiċi għal kanzunetti dwar l-imħabba għal kanzunetti dwar l-inġustizzja soċjali. Yarmak deher ukoll fis-sensiela Yak hartuvavsya Style. Karriera Fis-sajf tal-2011, Oleksandr beda joħroġ id-diski tiegħu fuq VK (network soċjali simili għal Facebook), u iktar 'il quddiem ġew irrilaxxati fuq YouTube. F'Diċembru dik is-sena huwa ħareġ l-ewwel filmat mużikali tiegħu, li ġie segwit iktar minn 50,000 darba f'lejla waħda u miljun darba fi żmien ġimagħtejn. Matul l-2012, Yarmak ippreżenta diversi filmati mużikali oħra ta' suċċess u album sħiħ. Fl-2013, il-mużiċist appoġġa l-protesti favur id-drittijiet ta' Pavlichenko u kiteb il-kanzunetta Freedom to honest fuq dan is-suġġett. Oleksandr wettaq ukoll bosta spettakli f'ħin reali bi ħlas u żar bosta bliet fl-Ukrajna. Fl-2013, il-filmat mużikali tal-kanzunetta Serdze pazana telgħet fil-quċċata fost l-artisti kollha li jitkellmu r-Russu fuq YouTube, u barra minn hekk, il-portal "New Rap" innomina l-filmat mużikali bħala l-"Filmat tas-Sena". It-tieni album tal-artist ġie ppreżentat dik is-sena wkoll. Fis-26 ta' Ottubru 2013 l-istazzjon televiżiv "NLO" nieda l-kummiedja b'24 episodju "Yak hartuvavsya Style", li kienet turi l-ħajja u l-iżvilupp ta' Oleksandr Yarmak. Fl-24 ta' Ottubru 2014 ġie rrilaxxat it-tieni staġun tas-sensiela. Yarmak ħa sehem fl-avvenimenti tal-Euromaidan u l-konfrontazzjonijiet fit-Triq Hrushevsky. Fi Frar 2014, flimkien ma' MC TOF (Andriy Tofetsky), huwa rrilaxxa filmat mużikali msejjaħ "22", fejn irnexxielu jżewweġ il-lirika patrijotta u l-hip-hop. Għal dan il-filmat Yarmak ġabar filmati li kienu jiddokumentaw l-avvenimenti tal-Euromaidan u editjahom. Il-kanzunetta kisbet popolarità kbira u saret magħrufa sew. Fil-21 ta' Marzu 2015 fuq in-networks soċjali ġie ppreżentat it-tielet album irreġistrat fi studjo, imsejjaħ "Made in UA". Fis-7 ta' April 2017 Yarmak irrilaxxa r-raba' album tiegħu msejjaħ "Restart", li kien jinkludi 16-il kanzunetta, inkluż l-ewwel kanzunetta bl-Ukren imsejħa "Tvoi sny". Fil-11 ta' Novembru 2017 Yarmak iċċelebra l-ħames snin ta' attività mużikali tiegħu, u għamel l-ewwel spettaklu kbir f'waħda mill-ikbar areni tal-kunċerti fi Kiev, STEREOPLAZA. Fis-6 ta' Diċembru 2018, f'Jum il-Forzi Armati tal-Ukrajna, Yarmak u l-kantanta Ukrena Svitlana Tarabarova rrilaxxaw il-kanzunetta "VOIN", li kienet iddedikata lill-militar Ukren. Fit-22 ta' Awwissu 2021 huwa rrilaxxa filmat mużikali għall-kanzunetta "Potriben zhyvym", iddedikata lil-leġġendi ħajjin tal-Ukrajna. Fil-filmat ħadu sehem Serhiy Zhadan, Yevheniy Yanovych, Denys Bihus, Oleksandr Polozhynskyi, Oleh Mykhailyuta (Fahot), Oleksandr Sydorenko (Fozzy), Svitlana Tarabarova, Valerii Markus, Vitaliy Deineha, Maksym Yermokhin, Zhan Beleniuk u Denys Berinchyk. Matul l-invażjoni Russa fl-Ukrajna fl-2022, Yarmak ingħaqad mal-Forzi tad-Difiża Territorjali, li huma parti mill-Forzi Armati tal-Ukrajna. Diskografija Referenzi Kantanti Ukreni Twieldu fl-1991 Nies ħajjin
29880
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sibila%20Petlevski
Sibila Petlevski
Sibila Petlevski (twieldet fil-11 ta' Mejju 1964) hija kittieba Kroata ta' dixxendenza Maċedona, kif ukoll poeta, drammaturga u Professur fl-Akkademja tal-Arti Drammatika fl-Università ta' Żagreb. Bijografija Petlevski twieldet f'Żagreb fil-11 ta' Mejju 1964. Missierha kien il-pittur famuż Ordan Petlevski, u ommha kienet il-pittriċi Biserka Baretić. Hija ggradwat b'lawrija fil-Letteratura Komparattiva u l-Lingwa Ingliża fil-Fakultà tal-Filosofija f'Żagreb fl-1988, u kisbet il-lawrija tal-Masters tagħha fl-1991. Hija kisbet id-dottorat tagħha fl-1996 bit-teżi "Moderniżmu: Eżempji mit-Teatru u mid-Drammi Kroati u l-Kuntest tal-Ewropa Ċentrali tagħhom". Hija membru ta' L'Académie Mallarmé u ta' l'Académie Européenne de Poésie tal-lingwa Franċiża, kienet President taċ-Ċentru PEN Kroat (2001-2005), u kienet Membru tal-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali tal-PEN (2002-2007). Hija nħatret ukoll bħala ġurija tal-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea. Petlevski hija Professur fl-Akkademja tal-Arti Drammatika fl-Università ta' Żagreb. Il-poeżija tagħha li rebbħitha l-premjijiet ġiet imqabbla ma' dik ta' Adriana Škunca, Gordana Benić, Milana Vuković Runjić u Dubravka Oraić-Tolić. Premjijiet Il-Premju Vladimir Nazor, il-Premju Nazzjonali Annwali għal-Letteratura u l-Arti (1993); Il-Premju Petar Brečić għall-Istudji tat-Teatru (2001); Il-Premju tportal għall-Aqwa Rumanz Kroat; Il-Premju Teatar.hr, Persuna tas-Sena (2013). Referenzi Kittieba Kroati Poeti Kroati Twieldu fl-1964
29882
https://mt.wikipedia.org/wiki/Dimitrana%20Ivanova
Dimitrana Ivanova
Dimitrana Ivanova, kunjomha xebba Petrova (bil-Bulgaru: Димитрана Иванова, 1881–1960), kienet riformista, suffraġista u attivista tad-drittijiet tan-nisa Bulgara. Hija kienet il-President tal-Unjoni tan-Nisa mill-1926 sal-1944. Bijografija Ivanova twieldet fl-1 ta' Frar 1881 f'Rousse, il-Bulgarija. Hija kienet bint merkant u ġiet edukata fl-iskola lokali u fl-iskola tal-edukazzjoni għolja tal-bniet. Fil-Bulgarija, in-nisa kienu jitħallew jisimgħu l-lekċers fl-Università ta' Sofija mill-1896, iżda ma setgħux ikunu studenti regolari hemmhekk qabel l-1901, u anke wara xorta waħda kienet iebsa, peress li l-iskejjel tal-edukazzjoni għolja tal-bniet kienu joffru sitta biss mis-seba' snin tal-iskola sekondarja meħtieġa għad-dħul fl-università. Dimitrana Ivanova ġiet imċaħħda post biex tistudja d-dritt f'Sofija minħabba din ir-raġuni, iżda saret l-ewwel mara li studjat l-edukazzjoni u l-filosofija fl-Università ta' Zürich. Meta reġgħet lura l-Bulgarija fl-1900, hija ġiet impjegata bħala għalliema, li dak iż-żmien kienet prattikament l-unika professjoni miftuħa għan-nisa (għalkemm sal-1904, baqgħet ipprojbita għan-nisa miżżewġin). Fl-1914 hija żżewġet lill-għalliem Doncho Ivanov, iżda kompliet il-ħajja professjonali tagħha (il-projbizzjoni kontra l-għalliema nisa miżżewġin tneħħiet fl-1904). Fl-1921 applikat biex tistudja fil-Fakultà tad-Dritt fl-Università ta' Sofija, u eventwalment tħalliet tagħmel dan u ggradwat fl-1927. Suffraġju tan-nisa Fl-1926 kienet is-suċċessur ta' Julia Malinova bħala President tal-organizzazzjoni ewlenija tad-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż, l-Unjoni tan-Nisa Bulgari, li kienet ġiet stabbilita fl-1901. Fl-1935-1940 kienet membru tal-bord tal-Alleanza Internazzjonali tan-Nisa. Hija saret figura kontroversjali magħrufa sew fid-dibattitu pubbliku u spiss kienet tingħata karikatura tagħha fl-istampa. Matul il-mandat tagħha bħala President tal-Unjoni, żewġ kwistjonijiet ingħataw importanza l-iktar: il-permess li n-nisa jipprattikaw id-dritt, li kienet titqies bħala kwistjoni simbolika importanti li kienet tissimbolizza d-dritt tan-nisa li jidħlu għal professjonijiet oħra tal-istess tip; u d-dritt tas-suffraġju (id-dritt tal-vot) tan-nisa. In-nisa Bulgari kisbu d-dritt kondizzjonali li jivvutaw fl-1937, iżda huma stess ma setgħux jikkontestaw fl-elezzjoni jekk kienu jkunu romol, miżżewġin jew divorzjati. Ivanova ġiet arrestata wara l-ħakma Komunista tal-Bulgarija fl-1944, meta l-organizzazzjonijiet ċivili kollha tal-"borgeżija" ġew aboliti. Hija nħelset bis-saħħa tal-intervent ta' wieħed mill-kuntatti tagħha fil-moviment Komunista fl-1945. Referenzi Twieldu fl-1886 Mietu fl-1960 Drittijiet Nies Bulgari
29884
https://mt.wikipedia.org/wiki/Palazz%20ta%27%20Ishak%20Pa%C5%9Fa
Palazz ta' Ishak Paşa
Il-Palazz ta' Ishak Paşa (bit-Tork: İshak Paşa Sarayı) huwa palazz u kumpless amministrattiv nofs irvinat li jinsab fid-distrett ta' Doğubeyazıt tal-provinċja ta' Ağrı fil-Lvant tat-Turkija. Il-Palazz ta' Ishak Paşa huwa palazz ta' żmien l-Ottomani u l-kostruzzjoni tiegħu nbdiet fl-1685 mill-bey tal-provinċja ta' Beyazit, Colak Abdi Paşa taċ-Cildirogullari, li kienet familja ta' Paxà ereditarji marbuta mal-familja Jaqeli. Il-kostruzzjoni tkompliet minn Ishak Paşa, dixxendent ta' Abdi Paşa. Il-palazz ingħata ismu u huwa sar il-Paxà ta' Çıldır mill-1790 sal-1791. Skont il-kitba mnaqqxa mad-daħla tal-palazz, is-sezzjoni tal-Ħarem tal-palazz tlestiet minn Ishak (Iżakk) Paşa fl-1784. Il-Palazz ta' Ishak Paşa huwa wieħed mill-ftit eżempji ta' palazzi Torok li għadu jeżisti. Il-palazz intuża fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus Torka l-ġdida ta' 100 lira tal-2005-2009. Storja Il-kostruzzjoni tal-palazz bdiet fl-1685 u kompliet għal deċennji sħaħ. Ix-xogħol tlesta fl-1784 jew fl-1785 W.K. Il-palazz ġarrab ħsarat minħabba terremot fl-1840 u għal xi żmien ġie abbandunat, iżda mbagħad ġie rrestawrat matul l-20 sena ta' wara. Reġa' ġarrab ħsarat matul il-Gwerra bejn ir-Russja u t-Turkija tal-1877-1878. L-istruttura iktar 'il quddiem intużat mir-Russi u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija meta ġarrbet xi ħsarat mill-użu tal-armi tan-nar. Iktar 'il quddiem, il-palazz intuża bħala ċ-ċentru amministrattiv tal-inħawi, u mbagħad bħala forti militari sal-1937. Il-palazz ġarrab iktar ħsarat meta beda jittieħed il-ġebel minnu biex jinbnew djar ġodda. Fis-sena 2000 il-palazz ġie miżjud fil-lista tas-Siti Indikattivi tal-UNESCO biex fil-ġejjieni forsi jsir Sit ta' Wirt Dinji. Is-sommarju deskrittiv tal-UNESCO jistqarr li huwa:Palazz tul it-Triq tal-Ħarir qrib il-fruntiera Iranjana ... Mhuwiex turija tat-tradizzjoni Ottomana iżda iktar huwa taħlita tat-tradizzjoni arkitettonika tal-Anatolja, tal-Iran u tat-Tramuntana tal-Mesopotamja. Il-mudell tradizzjonali li ntuża fil-kostruzzjoni tal-Palazzi Rjali fil-bliet kapitali bħal Bursa, Edirne u Istanbul ittieħed bħala eżempju fid-disinn tal-Palazz ta' Ishak Paşa. Wieħed jista' josserva l-influwenza tal-Punent fl-arkitettura Ottomana matul il-perjodu post-Klassiku... (traduzzjoni mhux uffiċjali).Matul restawr li sar fl-2004 nstabu bosta problemi strutturali kbar u ma ġewx imsewwija għalkollox. Matul restawr sussegwenti, żdied saqaf ġdid kif ukoll irpar fuq xi partijiet tal-palazz, magħmul mill-injam u mill-ħġieġ. Naturalment, dan biddel il-bixra storika tal-palazz. Fl-2011 sar restawr ieħor. Il-palazz huwa miftuħ għall-viżitaturi. Il-biljett tad-dħul jinkludi ż-żjara tal-palazz kif ukoll l-oqbra tal-blat Urartjani li ġew skoperti fl-1830 u li jingħad li huma ta' sekli sħaħ ilu, x'aktarx bejn is-sekli 13 u 19 Q.K. Sezzjonijiet tal-palazz Il-kumpless tal-palazz jikkonsisti mis-sezzjonijiet li ġejjin: il-faċċati esterni; l-ewwel u t-tieni bitħa interni; il-kwartier tal-irġiel (selamlık); il-moskea; il-kċina tas-sopop (Darüzziyafe); il-banju; il-ħarem; is-sala taċ-ċerimonji u tad-divertiment; id-daħliet bil-ħnejjiet; l-imħażen u l-kamra tal-munizzjon; il-mawżolew; il-kamra tal-furnar; il-kantini; is-sistema ċentrali tat-tisħin. L-iżjed karatteristika li tispikka tal-palazz hi l-istil arkitettoniku mħallat tiegħu b'elementi Ottomani, Persjani u Armeni. Gallerija Referenzi Palazzi Turkija
29886
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mileva%20Filipovi%C4%87
Mileva Filipović
Mileva Jovanova Filipović (kunjomha xebba Kalezyc; twieldet fl-4 ta' Settembru 1938 - mietet fil-11 ta' Lulju 2020) kienet soċjologa Montenegrina, u kienet Professur tad-Dritt fl-Università tal-Montenegro, fejn minkejja l-isforzi tagħha ma rnexxilhiex tistabbilixxi Dipartiment tal-Istudji dwar il-Ġeneri. Bijografija Mileva Kalezyc twieldet fl-4 ta' Settembru 1938 fi Spuž. Hija ggradwat mid-Dipartiment tas-Soċjoloġija tal-Università ta' Belgrad fl-1973, u sussegwentement kisbet il-lawrija tal-Masters tagħha fl-1976. Fl-1983 ingħatat id-Dottorat tagħha mill-École normale supérieure, taħt is-superviżjoni parzjali ta' Louis Althusser. Mill-1974 hija bdiet taħdem fl-Università tal-Montenegro (li dak iż-żmien kienet imsejħa l-Università ta' Titograd) bħala professur temporanju. Hija ġiet promossa bħala professur permanenti fl-1998 fil-Fakultà tad-Dritt tal-Università tal-Montenegro, u baqgħet taħdem hemmhekk sa meta rtirat fl-2004. Minkejja l-isforzi tagħha ma rnexxilhiex tistabbilixxi programm tal-Istudji dwar in-Nisa fl-università. Hija mietet fil-11 ta' Lulju 2020 f'Podgorica, u ndifnet fiċ-ċimeterju ta' Dobrska Župa. Riċerka Filipović ħadmet fuq riċerka soċjoloġika, strutturalista u epistemoloġika. L-interess tagħha fl-Istudji dwar il-Ġeneri u fil-femminiżmu żdied għall-ħabta tas-sena 2000. Hija ġiet akkreditata li introduċiet il-kunċett tal-ġeneru fid-diskors akkademiku tal-Montenegro. Hija ġiet deskritta bħala soċjologa teorika "straordinarja" fix-Xjenza Soċjali fix-Xlokk tal-Ewropa. Matul l-ewwel deċennju tas-seklu 21 hija kienet l-unika riċerkatur li esplorat ir-rwoli tan-nisa fil-Montenegro wara s-Soċjaliżmu, u wriet li fis-seklu 20 id-drittijiet tan-nisa komplew jitnawru fil-pajjiż. Għażla ta' xogħlijiet Filipović, Mileva. "Sociologija i postpozitivističke paradigme: neke saznajne teškoće savremene sociologije." Sociologija 50.3 (2008): 251-266. Filipović, Mileva. "Moška dominacija Pierra Bourdieuja." Ars & Humanitas 2.1 (2008): 121-132. Filipović, Mileva. "Paradigma za konstrukciju nacionalnih identiteta." Sociologija 43.4 (2001): 309-318. Ħajja personali Filipović kellha tliet subien: Vladimir, Nebojša u Slobodan. Referenzi Nies mill-Montenegro Soċjoloġija Twieldu fl-1938 Mietu fl-2020
29888
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fl-Ungerija
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ungerija
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. L-Ungerija ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta' Lulju 1985, u b'hekk is-siti storiċi u naturali tagħha saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Mill-2021, l-Ungerija għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, seba' kulturali u wieħed naturali, l-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja. L-ewwel żewġ siti fl-Ungerija tniżżlu fil-lista fil-11-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li kien sar f'Pariġi, Franza fl-1987. Wieħed minn dawn iż-żewġ siti kien il-villaġġ ta' Hollókő, u l-ieħor kien Budapest u x-Xtut tad-Danubju bid-distrett tal-Kastell ta' Buda (dan is-sit tal-aħħar ġie estiż fl-2002). L-iżjed sit reċenti li żdied mal-lista huwa l-Pajsaġġ Kulturali Storiku tar-Reġjun tal-Inbid ta' Tokaj, li tniżżel fl-2002. Fl-2003, it-tmien siti kollha ngħataw ismijiet ġodda kif elenkat hawn taħt. Żewġ siti huma transnazzjonali. Il-Pajsaġġ Kulturali ta' Fertö / Neusiedlersee huwa kondiviż mal-Awstrija u l-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja huma kondiviżi mas-Slovakkja. Siti ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal) Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Ungerija
29894
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fis-Slovakkja
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Slovakkja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. Is-Slovakkja ffirmat il-Konvenzjoni fil-31 ta' Marzu 1993, u b'hekk is-siti storiċi u naturali tagħha saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Mill-2021 is-Slovakkja għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel tliet siti fis-Slovakkja żdiedu mal-lista fl-1993. Dawn is-siti kienu Vlkolínec, ir-Raħal Storiku ta' Banská Štiavnica u l-Monumenti Tekniċi Qribu, u Spišský Hrad. Dan is-sit tal-aħħar ġie estiż fl-2009 biex jinkludi wkoll lil Levoča u l-monumenti kulturali assoċjati. L-iżjed sit reċenti li żdied mal-lista kienu l-Fruntieri Rumani tad-Danubju The most recent site added to the list was the Danube Limes, in 2021. Six sites in Slovakia are cultural and two are natural. Three sites are transnational, the Caves of Aggtelek Karst and Slovak Karst are shared with Hungary, the Danube Limes is shared with Germany and Austria, and the Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe are shared with 17 other countries. Siti ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal) Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Slovakkja
29900
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7erien%20Karsti%C4%8Bi%20ta%27%20Aggtelek%20u%20tas-Slovakkja
Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja
L-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jikkonsisti minn 712-il għar mifruxa f'erja totali ta' 55,800 ettaru (138,000 akru) tul il-fruntiera tal-Ungerija u tas-Slovakkja. Sfond Dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinkludi seba' komponenti. Dawn huma Aggtelek, l-Għolja ta' Szendrő-Rudabánya u Esztramoill fl-Ungerija, u l-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná, il-promontorju ta' Koniar, il-promontorju ta' Plešivec, u l-viċinat ta' Silica u ta' Jasov fis-Slovakkja. L-għerien inklużi huma: il-kumpless tal-għerien ta' Baradla u Domica; l-Għar ta' Gombasek; l-Għar tas-Silġ ta' Silica; l-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná; l-Għar tal-Aragonit ta' Ochtinská; u l-Għar ta' Jasovská. Deżinjazzjonijiet Għerien prinċipali Il-kumpless tal-Għar ta' Baradla-Domica huwa twil 21 kilometru (13-il mil) u bejn wieħed u ieħor kwart minnu jinsab fis-Slovakkja u l-kumplament fl-Ungerija. L-ewwel dokumentazzjoni bil-miktub fejn jissemma l-għar ta' Baradla tmur lura għall-1549 u mill-1920 l-għar jintuża bħala attrazzjoni turistika. Ján Majko skopra l-Għar ta' Domica (il-parti Slovakka tal-kumpless) fl-1926 u ċ-ċirkwit turistiku nfetaħ għall-pubbliku fl-1932 b'tul ta' iktar minn 1,700 metru (5,600 pied). L-għar kien abitat diġà fil-5000 Q.K. u huwa sit arkeoloġiku importanti tal-kultura Bükk. It-temperatura fil-parti Slovakka tvarja bejn 10 u 12.3 °C (50.0 u 54.1 °F) b'umdità li taqbeż il-95 %. L-Għar ta' Gombasek ġie skopert fl-1951 u 530 metru mill-1,525 metru (5,003 pied) tal-għar infetħu għall-pubbliku mill-1955. L-għar jintuża bħala esperiment għall-"ispeleoterapija" bħala sanatorium, iffukata fuq il-mard respiratorju bis-saħħa tat-temperatura kostanti ta' 9 °C (48 °F), l-umdità għolja ta' 98 % u l-mikroklima favorevoli. Ġeomorfoloġikament huwa wieħed mill-iżjed għerien reċenti iżda xorta waħda huwa wieħed mill-iżjed għerien impressjonanti fis-Slovakkja b'tiżjin straordinarju li wassal biex jitlaqqam bħala "l-għar tal-ħrejjef". L-Għar tas-Silġ ta' Dobšiná żdied fil-lista ta' komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. L-għar ġie skopert fl-1870 minn Eugen Ruffinyi, għalkemm id-daħla tal-għar kienet magħrufa fost ir-rgħajja lokali ferm qabel. Infetaħ għall-pubbliku sena wara biss li ġie skopert, u fl-1887 sar l-ewwel għar imdawwal bl-elettriku fl-Ewropa. Bejn wieħed u ieħor terz mit-tul tiegħu ta' 1,483 metru (4,865 pied) ikun miftuħ minn Mejju sa Settembru kull sena. Il-ħxuna tas-silġ mal-art tlaħħaq il-25 metru (82 pied), b'erja totali ta' 11,200 m2 (121,000 pied kwadru) u volum stmat ta' 145,000 m3 (5,100,000 pied kubu) ta' silġ. It-temperatura medja tal-għar tkun −1 °C (30 °F) u l-umdità relattiva tkun bejn 96 u 99 %. Dan l-għar huwa fost l-iżjed għerien b'tiżjin naturali rikk fid-dinja. Għalkemm l-Għar tal-Aragonit ta' Ochtinská huwa twil 300 metru (980 pied) biss b'ċirkwit turistiku ta' 230 metru (750 pied), huwa famuż għall-aragonit rari li hemm fih peress li hemm tliet għerien tal-aragonit biss fid-dinja li ġew skoperti sa issa. Fl-hekk imsejħa Sala tat-Triq ta' Sant'Anna, l-attrazzjoni prinċipali tal-għar, hemm bosta friegħi bojod u raggruppamenti tal-aragonit ileqqu qishom stilel fit-Triq ta' Sant'Anna. L-għar ġie skopert fl-1954 u nfetaħ għall-pubbliku fl-1972. It-temperatura fl-għar tkun madwar 7 °C (45 °F) b'umdità relattiva ta' bejn 92 u 97 %. L-Għar ta' Jasovská nfetaħ parzjalment għall-pubbliku fl-1846, u b'hekk huwa l-għar li ilu aċċessibbli għall-pubbliku l-iktar fis-Slovakkja. Il-partijiet t'isfel tal-għar ġew skoperti bejn l-1922 u l-1924. Iktar minn terz tat-tul totali tiegħu ta' 2,148 metru (7,047 pied) huwa miftuħ għall-pubbliku. Fl-għar instabu artefatti arkeoloġiċi Paleolitiċi u Neolitiċi flimkien ma' artefatti tal-kultura ta' Hallstatt. Sit ta' Wirt Dinji L-Għerien Karstiċi ta' Aggtelek u tas-Slovakkja ġew iddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Għerien Slovakkja Ungerija
29902
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C5%BDehra
Žehra
Žehra (bil-Ġermaniż: Schigra; bl-Ungeriż: Zsigra) huwa villaġġ u muniċipalità fid-Distrett ta' Spišská Nová Ves fir-Reġjun ta' Košice fiċ-ċentru/fil-Lvant tas-Slovakkja. Ġeografija Il-villaġġ jinsab f'altitudni ta' 426 metru u jkopri erja ta' 9.66 km². Għandu popolazzjoni ta' madwar 2,650 ruħ. Sit ta' Wirt Dinji Il-Knisja tal-Ispirtu s-Santu f'Žehra hija parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu "Levoča, il-Kastell ta' Spiš u l-monumenti kulturali assoċjati" li ġie ddeżinjat fl-1993. Inizjalment is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien jinkludi biss il-Kastell ta' Spiš iżda mbagħad ġie estiż fl-2009 biex jinkludi l-komponenti l-oħra inkluż il-Kunvent ta' Spiš. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Knisja tal-Ispirtu s-Santu Il-villaġġ issemma għall-ewwel darba fir-rekords lokali fl-1245, meta l-Konti Johann ta' Žehra ngħata l-permess biex jibni knisja hemmhekk mill-awtoritajiet tal-knisja ta' Spiš. Il-Knisja tal-Ispirtu s-Santu tlestiet fl-1275. Hija notevoli għad-dehra pittoreska tagħha fil-quċċata ta' għolja żgħira 'l fuq mill-villaġġ, u għall-affreski tal-għaġeb tagħha. L-affreski waslu sa żminijietna minkejja l-ħsarat li ġarrbet il-binja matul is-snin, inkluż nirien fis-seklu 15 li ħakmu l-binja u qerdu s-saqaf oriġinali. Il-kumplament tal-binja huwa magħmul minn struttura b'navata unika, imsaqqfa b'koppli b'għamla ta' basal tas-seklu 17. L-eqdem affreski mal-ħitan huma sett ta' tmien slaleb tal-konsagrazzjoni, li jimmarkaw il-punti fejn il-binja oriġinali kienet ġiet imbierka bl-ilma mqaddes u jmorru lura għas-seklu 13. Iktar 'il quddiem fis-seklu 13, stadju ieħor ta' tpittir huwa kkaratterizzat mix-xbieha tal-Golgota fuq it-timpanu tad-daħla tan-Nofsinhar tal-knisja. Fost l-affreski fis-santwarju, li jmorru lura għas-seklu 14, b'influwenza Biżantina, hemm rappreżentazzjonijiet tal-Aħħar Ġudizzju, tal-Aħħar Ċena, tat-Tneħħija mis-Salib u ta' San Cosmas u San Damjan, il-qaddisin patruni tat-tobba. Mal-ħajt tat-Tramuntana hemm żewġ affreski notevoli qishom f'"gwarniċ", wieħed tal-Pjetà, u l-ieħor simboliku bis-Siġra tal-Ħajja li jiddrammatizza t-trijonf tal-Knisja fuq is-Sinagoga. L-affreski li saru wara jmorru lura għas-seklu 15. Dawn il-pitturi ġew ippreservati peress li wara tifqigħa tal-pesta fis-seklu 17, il-knisja minn ġewwa ġiet miksija bit-tkaħħil tal-ġebla tal-ġir għad-diżinfettar. L-affreski reġgħu ġew skoperti fis-snin 50 tas-seklu 20 meta t-tkaħħil tneħħa bl-użu tal-ġobon rurali, teknika effettiva għal dan l-iskop minħabba li fih il-każeina. Il-knisja ġiet iddikjarata Monument Nazzjonali taċ-Ċekoslovakkja fl-1985, u fl-1993 tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien mal-Kastell ta' Spiš, il-Kunvent ta' Spiš, ir-Riżerva Naturali Nazzjonali ta' Dreveník (formazzjoni tat-travertin), u mill-2009 ir-raħal ta' Levoča fil-qrib. Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Villaġġi fis-Slovakkja
29904
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fis-Serbja
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Serbja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. Is-Serbja ffirmat il-Konvenzjoni fil-11 ta' Settembru 2001, wara l-isfaxxar tal-Jugoslavja. Mill-2021, is-Serbja għandha ħames siti fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit li tniżżel fil-lista mis-Serbja kien dak ta' Stari Ras u Sopoćani, matul it-tielet sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Is-siti l-oħra tniżżlu fil-lista fl-1986, fl-2004, fl-2007 u fl-2017. Is-siti kollha tas-Serbja huma siti kulturali, kif stabbilit skont il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. Erbgħa minn ħames siti jmorru lura għall-Medju Evu, filwaqt li l-ħames sit, il-kumpless ta' Gamzigrad, imur lura għall-aħħar ta' żmien il-qedem. Is-sit tal-Monumenti Medjevali fil-Kosovo, li tniżżel fil-lista fl-2004 u ġie estiż sentejn wara, tniżżel ukoll fil-lista ta' siti tal-UNESCO fil-periklu mill-2006 minħabba d-diffikultajiet fil-ġestjoni u fil-konservazzjoni tas-sit li jirriżultaw minn nuqqas ta' stabbiltà politika fir-reġjun. Is-sit tal-Istećci Medjevali huwa sit transnazzjonali kondiviż ma' tliet pajjiżi ġirien. Siti ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal) Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Serbja
29906
https://mt.wikipedia.org/wiki/Monasteru%20ta%27%20Sopo%C4%87ani
Monasteru ta' Sopoćani
Il-Monasteru ta' Sopoćani (bis-Serbjan: Манастир Сопоћани / Manastir Sopoćani, pronunzjata [sǒpotɕani]), wegħda tar-Re Stefan Uroš I tas-Serbja, inbena mill-1259 sal-1270, qrib il-bokka tax-xmara Raška fir-reġjun ta' Ras, iċ-ċentru tal-istat Serbjan Medjevali. Ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 flimkien ma' Stari Ras. Il-monasteru jinsab 15-il kilometru fil-Punent tar-raħal ta' Novi Pazar. Storja Fis-snin 60 tas-seklu 12, iz-Zupan il-Kbir Stefan Nemanja kkonsolida l-poter tiegħu fuq it-tron f'Raska. Minkejja li ulied Nemanja ngħataw it-titlu ta' re u stabbilew il-knisja bħala indipendenti billi għamluha awtoċefala, u żviluppaw is-sistema ekonomika u zzekkaw il-muniti, ix-xogħol ta' Stefan Nemanja baqa' mudell u eżempju li baqa' jiġi emulat mill-ġenerazzjonijiet ta' warajh. Il-Monasteru ta' Sopoćani kien wegħda tar-Re Serbjan Stefan Uroš I, iben Stefan l-ewwel neputi ta' Nemanja li ġie inkurunat. Inbena fl-1260 mir-Re Uroš I Nemanjić bħala knisja li mbagħad kellha sservi bħala l-post fejn kellu jindifen, u ġie estiż u rinnovat f'nofs is-seklu 14 mill-proneputi tiegħu Dušan. Il-knisja hija ddedikata lit-Trinità Mqaddsa. Mill-kumpless ikbar preċedenti tal-monasteru, li kien jinkludi bosta strutturi (kmamar tal-ikel, binjiet residenzjali u oħrajn), illum il-ġurnata għad fadal biss il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa. Fl-imgħoddi l-monasteru kien imdawwar b'ħajt għoli tal-ġebel li kellu żewġ daħliet. It-tlestija tal-affreski tal-partijiet ewlenin tal-knisja jistgħu b'mod indirett jiġu datati għal bejn l-1263 u l-1270. Fil-Monasteru ta' Sopoćani tħejja pjan ta' tiżjin li twettaq matul is-seklu 13. Fil-presbiterju hemm xeni liturġiċi, fin-navata hemm xeni tas-salvazzjoni ta' Kristu permezz ta' ċiklu ta' Festi Kbar, u fin-narthex hemm xeni mit-Testment l-Antik b'temi eskatoloġiċi u dogmatiċi. Barra minn hekk, hemm ir-ritratti ikonografiċi tal-familja Nemanjic u xeni storiċi ta' Simeon Nemanja u San Sava. Wara Gradac (għall-ħabta tal-1275), il-wegħda tar-Reġina Elena ta' Anjou, il-mara tal-fundatur tal-Monasteru ta' Sopoćani, ir-Re Uros I, il-pitturi wrew kreattività kbira fejn x'aktarx li ntlaħqet il-quċċata tal-arti kreattiva fis-Serbja. L-Arċisqof Sava II, li sar il-kap tal-Knisja Ortodossa Serbjana fl-1263, huwa rrappreżentat fil-purċissjoni tal-arċisqfijiet qrib l-artal. L-affreski tal-Monasteru ta' Sopoćani jitqiesu minn xi esperti tal-arti Medjevali Serbjana bħala l-isbaħ ta' dak il-perjodu. Mal-ħajt tal-Punent tan-navata hemm affresk famuż tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna. Fis-seklu 16, il-patrijiet kellhom jitilqu temporanjament mill-monasteru f'diversi okkażjonijiet minħabba t-theddida tal-Ottomani. Finalment, matul wieħed mill-attakki fl-1689, it-Torok Ottomani taw in-nar lill-monasteru u serqu ċ-ċomb mis-saqaf tal-knisja. Il-patrijiet laħqu ħarbu u ħadu magħhom uħud mir-relikwi importanti tal-monasteru lejn il-Kosovo, iżda qatt ma reġgħu lura fil-Monasteru ta' Sopoćani. Il-monasteru baqa' abbandunat għal iktar minn mitejn sena sas-seklu 20. Bil-mod il-mod il-knisja bdiet tiddeterjora: il-volti tagħha ċedew, il-koppla tagħha waqgħet, u l-fdalijiet tal-binjiet tal-madwar tgħattew bir-radam u bil-ħamrija. Finalment, matul is-seklu 20 il-monasteru ġie rrestawrat u llum il-ġurnata jgħixu fih fratellanza ta' patrijiet iddedikati. Il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-affreski tal-Monasteru ta' Sopoćani għadhom jispikkaw fl-isbuħija tagħhom wara iktar minn żewġ sekli ta' esponiment estrem għall-elementi huwa tassew notevoli. Il-Monasteru ta' Sopoćani ġie ddikjarat bħala Monument tal-Kultura ta' Importanza Eċċezzjonali fl-1979, u huwa protett mir-Repubblika tas-Serbja. Storja u influwenza tal-arti L-arti fil-Monasteru ta' Sopoćani ġiet implimentata perjodikament matul is-snin wara t-tlestija tiegħu fl-1260. Is-suġġetti tal-arti jinkludu qaddisin Kristjani, qaddisin nazzjonali, kif ukoll ġrajjiet episkopali u ta' illuminazzjoni tal-Kristjaneżmu. Dawn il-ġrajjiet isegwu l-ordni tan-narrazzjoni mix-xellug għal-lemin, u jirrikjedu li wieħed iħares lejhom f'ordni speċifika biex jifhem il-grajjiet sew. L-istil artistiku Klassiku tal-knisja huwa influwenzat l-iktar mill-arti Biżantina aħħarija, bħal dik tal-Bażilika ta' San Vitale f'Ravenna u knejjes Biżantini oħra. Uħud mill-affreski fil-knisja jirrappreżentaw tranżizzjoni fil-perjodi tal-arti Biżantina, mill-Komnenjan għall-Palaiologan, peress li bosta affreski tlestew bejn l-1263 u l-1268. L-affresk tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, bil-kompożizzjonijiet kolossali u l-figuri monumentali tiegħu, huwa eżempju ċar ta' din it-tranżizzjoni. Il-perjodu ta' wara l-ikonoklażma ġab miegħu rivoluzzjoni f'dawn l-istili artistiċi sal-bidu tas-seklu 13, fil-perjodu tal-kostruzzjoni tal-monasteru. Motivi oħra preżenti fil-knisja (bħall-għasafar tal-ilma u l-użu ta' għadd ta' lotus speċifiċi) jindikaw l-influwenzi mill-arti Biżantina bikrija tal-era ta' Ġustinjanu I, għalkemm dawn l-influwenzi huma preżenti b'mod inqas prominenti fil-knisja. L-implimentazzjoni ta' din l-arti tista' tiġi sseparata f'diversi perjodi distinti. Fl-1263-1268 saru diversi affreski, inkluż dawk tal-ulied subien ta' Stefan Uroš I, Dragutin u Milutin. Fl-1331-1346, matul ir-renju tar-Re Stefan Dušan, il-knisja ġiet imkabbra u ħadet il-bixra ta' katidral, u b'hekk tkabbru wkoll l-arti u t-tiżjin li wieħed jista' jara fl-exonarthex tal-knisja. Fl-1335-1371, x'aktarx li l-affreski tal-knisja kienu tlestew, kif joħroġ fid-dieher mill-istili tat-tpittir fi knejjes oħra fil-qrib. Fl-1370-1375 sar l-ewwel eżempju ta' tpittir mill-ġdid tal-affreski fil-knisja, u l-ikkopjar tal-affreski tal-Monasteru ta' Sopoćani ħoloq l-istil ta' Sopoćani li nfirex u influwenza l-affreski ta' knejjes oħra. Fil-bidu tas-seklu 20, l-arti tal-Monasteru ta' Sopoćani serviet bħala ispirazzjoni għall-artisti Serbjani moderni. Rikostruzzjoni tal-arti Fl-1689, diversi fatturi wasslu għal ħsara mifruxa fil-knisja kollha. Il-gwerra mat-Torok Ottomani wasslet biex il-monasteru ġie skonsagrat. Barra minn hekk, il-maltemp u l-esponiment fit-tul għax-xemx wasslu għal ħsarat oħra għall-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tal-arti. Fil-bidu tas-seklu 20 kien hemm żewġ perjodi (1925-1929 u 1949-1958) li matulhom bdew isiru kampanji ta' rikostruzzjoni fuq skala kbira. B'mod partikolari, ġew irrestawrati l-kulur u ċ-ċarezza tal-affreski, iżda l-biċċa l-kbira tal-kontorni bil-folji tad-deheb diffiċli ferm li wieħed jagħrafhom fiċ-ċert fl-affreski tal-knisja. Arti u tekniki notevoli Affreski L-affreski fil-Monasteru ta' Sopoćani tpittru bi stil simili għal dak tal-artisti Biżantini, għalkemm l-oriġini tal-artisti stess għadha mhux magħrufa. Kien hemm sett riġidu ta' passi (it-tlestija tat-tkaħħil, id-disinn bil-karbonju, l-użu tal-opsis f'diversi passati, eċċ.) li normalment kienu jiġu segwiti minn dawn l-artisti. Madankollu, kien hemm l-eċċezzjonijiet għal dan il-metodu, bħal fil-każ tal-affresk tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, li kien ġie mpitter fuq linji viżibbli ta' diviżjoni li mbagħad kienu jitħassru. Xi storiċi jemmnu li dan huwa r-riżultat ta' żvista min-naħa tal-artist. L-affresk tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna huwa eżempju ieħor ta' affresk tal-perjodu Komnenjan aħħari, ikkaratterizzat mill-użu ta' stil ta' narrattiva lineari. Uħud mill-affreski iktar prominenti fil-knisja kellhom tesseri ta' folji tad-deheb impoġġija fuq il-kontorni tagħhom, abbażi ta' deċiżjoni li kien ħa Stefan Uroš I biex jingħata sens ikbar ta' kobor viżiv. Ikonografija Minħabba l-influwenza Biżantina u l-introduzzjoni tal-ikonostażi fil-knejjes inħolqot domanda għal ikoni portabbli. L-ikoni fil-Monasteru ta' Sopoćani jirrappreżentaw ideoloġija matriarkali u fost l-oħrajn juru l-ħajja u l-mewt tal-Madonna. Ir-ritratti ta' dawn l-ikoni kienu jinkorporaw tekniki u simboliżmu mill-istil Biżantin u mill-istil Ruman iktar bikri, b'enfasi fuq il-pożizzjonament tar-ras, kif ukoll fuq il-kwalitajiet maskili u femminili tal-idejn. Pereżemju, l-id ix-xellugija spiss kienet titqies femminili, u kienet tiġi rrapppreżentata żżomm xi kotba jew skritturi. L-id il-leminija kienet titqies maskili, u kienet tiġi rrappreżentata żżomm xi xabla, xi salib jew xi lanza. Dawn il-kwalitajiet joħorġu fid-dieher fl-ikoni tal-martri, tal-qaddisin, tal-appostli u tal-evanġelisti tal-Monasteru ta' Sopoćani. Ir-rappreżentazzjoni ta' figuri f'dawn l-ikoni mexiet paripassu mal-iżvilupp tan-naturaliżmu fil-pittura, preżenti f'ikoni u f'mużajk Biżantini oħra bħad-Deiżi fil-Hagia Sophia. Sit ta' Wirt Dinji Il-Monasteru ta' Sopoćani ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 flimkien ma' Stari Ras, il-Monasteru ta' Djurdjevi Stupovi u l-Knisja ta' San Pietru u ta' San Pawl. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Difniet Stefan Uroš I tas-Serbja; Anna Dandolo; Joanikije I. Kultura popolari Sopoćani, żewġ episodji tas-sensiela tad-dokumentarju "Witnesses of Times" prodotta mis-servizz tax-xandir RTB fl-1999-2000, ġew maħluqa minn Petar Savkovića, taħt it-tmexxija tar-reġisti Stevan Stanić u Radoslav Moskovlović, u bil-mużika komposta minn Zoran Hristić. Gallerija Ara wkoll Monasteru ta' Studenica Monasteru ta' Gračanica Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Monasteri Serbja
29908
https://mt.wikipedia.org/wiki/Kastell%20ta%27%20Paphos
Kastell ta' Paphos
Il-Kastell ta' Paphos jinsab fit-tarf tal-Punent tal-port tal-belt ta' Paphos, f'Ċipru. Oriġinarjament kien fortizza Biżantina li nbniet biex tħares il-port. Illum il-ġurnata min iżuru jista' jara t-Torri tal-Punent tal-Franki biż-żidiet Venezjani kif irrestawrat mill-Ottomani fl-1592, skont kitba mnaqqxa rilevanti fuq id-daħla tal-kastell. Din il-kitba tinsab fuq plakka tal-irħam abjad ta' 150 cm b'40 cm fuq id-daħla tat-torri u tirreferi għar-rikostruzzjoni fl-1592 mill-gvernatur Tork ta' Ċipru Ahmet Pasha (1589-1593). Il-fortizza prinċipali tal-belt kienet tinsab f'Saranta Kolones, madwar 600 metru fil-Punent, u nqerdet minn terremot fl-1222. Storja Il-fortizza Biżantina oriġinali nqerdet f'terremot fl-1222. Reġgħet inbniet u tkabbret mil-Lusinjani fis-seklu 13. Dawn bnew ukoll l-hekk imsejħa "Torrijiet ta' Ġenova". Il-fortizza fil-verità hi kastell li jikkonsisti minn kumpless ta' żewġ torrijiet. Il-fdalijiet ta' dawn tal-aħħar jinsab 80 metru fil-Lvant tal-kastell, eżatt fid-daħla tal-port, u kienu jintużaw bħala l-aqwa difiża. Għalkemm dawn it-torrijiet kienu jitqiesu bħala żidiet tal-kastell, ma kellhom l-ebda kuntatt ma' xulxin u x'aktarx kienu jitqiesu bħala kastell separat. Ingħataw isimhom minħabba l-importanza tagħhom fil-battalja kontra Ġenova fl-1373, fejn kellhom rwol importanti fid-difiża tal-port tal-belt, ladarba l-għadu minn Ġenova kien prinċipalment forza navali. Kienu importanti wkoll fil-battalja kontra l-Mamluk fl-1426, fejn ġarrbu ħsarat estensivi u minn dak iż-żmien 'l hawn ma reġgħux inbnew. It-torrijiet inqerdu wara terremot qawwi fl-1491, iżda l-fdalijiet tagħhom għadhom viżibbli. Il-kastell għadda f'idejn il-Venezjani li għamlu xi żidiet. Il-kastell irreżista l-invażjoni tal-għadu minn Ġenova fl-1373 u kien wieħed mill-ftit li ma nħakimx mill-Mamluk fl-1426, taħt il-gwida tal-għassies tiegħu, Sforza, li kien merċenarju Spanjol akkanit. F'Awwissu 1570, meta t-Torok żbarkaw, id-difensuri tiegħu ma ħarbux, bħalma kien il-każ fi drabi oħra. Minkejja l-qlubija tad-difensuri li damu 16-il jum jiġġieldu u jirreżistu u minkejja l-pożizzjoni tajba tal-kastell, il-kastell xorta waħda nqered. L-Ottomani wettqu t-tiswijiet fuq il-fdalijiet tal-kastell, abbażi tal-binja oriġinali, peress li bis-saħħa tal-kostruzzjoni b'saħħitha tal-kastell ma kienx inqered għalkollox. Matul l-okkupazzjoni Torka l-kastell kellu għassa ta' 100 suldat u 12-il kanun li baqgħu hemm sal-wasla tal-Brittaniċi fl-1878. Arkitettura Il-parti prinċipali tal-kastell tikkonsisti minn torri rettangolari kbir ta' 40 metru b'20 metru, b'bitħa interna msaqqfa fin-nofs. Il-pjanta tal-kastell tikkonsisti minn sala ċentrali bi kmamar żgħar u bi kmamar kbar fuq kull waħda miż-żewġ naħat kbar tiegħu, li kienu jintużaw bħala ħabs u bħala barrakki matul il-ħakma tal-Ottomani. Fuq il-bejt hemm torri kwadru żgħir ta' 15-il metru b'10 metri li fih tliet kmamar kbar li fihom kien jgħix l-għassies tal-kastell. Fl-istess sular madwar il-perimetru hemm 12-il bastjun mal-bejt, li kienu jifilħu sa 12-il kanun matul l-okkupazzjoni Torka. Fl-1878, mal-wasla tal-Brittaniċi, il-kastell ma baqax jintuża għal skopijiet militari u sar maħżen tal-melħ sal-1935, meta ġie ddikjarat bħala monument antik taħt l-Att dwar l-Antikitajiet. Minn dak iż-żmien 'l hawn sar jirrappreżenta waħda mill-iktar binjiet ikoniċi u karatteristiċi tal-belt ta' Paphos. Fl-1938-1939 diversi konsenturi fil-ħitan tal-kastell u l-breakwater ġew imsewwija. Il-kastell ġarrab ħsarat estensivi fit-terremot tal-1953 u t-tiswijiet tlestew fl-1969. Il-kastell intlaqat ukoll mill-forzi navali u tal-ajru Torok matul l-ibbumbardjar tal-port ta' Paphos fil-21 ta' Lulju 1974, iżda ma ġarrabx ħsarat kbar. Iktar reċentement, il-kastell jintuża bħala sfond għall-Festival Kulturali Annwali ta' Paphos fil-Beraħ li jsir f'Settembru. Diversi skavi arkeoloġiċi twettqu biex jiġi investigat l-imgħoddi ta' dan il-kastell. Turiżmu Attwalment, il-kastell jintuża bħala attrazzjoni turistika u okkażjonalment jittellgħu wirjiet tematiċi fih. Id-dħul jiswa € 2.50, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-8:30 sal-17:00 fix-xitwa u mit-8:30 sas-19:30 fis-sajf. Il-pjan terran tal-kastell huwa aċċessibbli għall-persuni bis-siġġu bir-roti, iżda mhux is-sular ta' fuq. Referenzi Kastelli Ċipru
29914
https://mt.wikipedia.org/wiki/Intelli%C4%A1enza%20artifi%C4%8Bjali
Intelliġenza artifiċjali
L-intelliġenza artifiċjali (IA) hija intelliġenza — li tipperċepixxi, tisintetizza, u tiddeduċi informazzjoni — murija mill-magni, għall-kuntrarju tal-intelliġenza naturali murija mill-annimali u bnedmin. Eżempji ta' kompiti li fihom jintuża IA jinkludu r-rikonoxximent awtomatiku tad-diskors mitkellem, l-vista tal-kompjuter, u t-traduzzjoni awtomatika bejn lingwi (naturali). L-applikazzjonijiet tal-IA jinkludu magni tat-tfittix avvanzati (eż. Google), sistemi ta' rakkomandazzjoni (użati minn YouTube, Amazon, u Netflix), kompjuters li jifhmu d-diskors mitkellem u miktub uman (bħal Siri u Alexa), karozzi li jsuqu waħedhom (eż. Tesla), teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u kompjuters li jikkompetu fl-ogħla livelli f'sistemi ta' logħob strateġiki (bħaċ-ċess u Go). L-intelliġenza artifiċjali twaqqfet bħala dixxiplina akkademika fl-1956, u fis-snin ta' wara esperjenzat diversi mewġ ta' ottimiżmu, segwit minn diżappunt u telf ta' finanzjament (magħruf bħala "Ix-xitwa tal-IA"), segwit minn strateġiji ġodda, suċċessi, u finanzjament imġedded. Ir-riċerka tal-IA ppruvat u warrbet ħafna strateġiji differenti sa mit-twaqqif tagħha, inkluż is-simulazzjoni tal-moħħ, il-loġika formali, bażijiet tad-dejta kbar ta' għarfien u l-imitazzjoni tal-imġieba annimaleska. Fl-ewwel deċennji tas-seklu 21, it-tagħlim awtomatiku ddomina l-qasam, u din it-teknika wriet suċċess kbir, u għenet biex issolvi ħafna problemi ta' sfida fl-industrija u l-akkademja. L-intelliġenza ġenerali (l-abbiltà li ssolvi problemi arbitrarji) hija fost l-għanijiet fit-tul tal-qasam. Biex isolvu dawn il-problemi, riċerkaturi fl-IA adattaw u integraw firxa wiesgħa ta' metodi għas-soluzzjoni tal-problemi – inklużi tfittxija u ottimizzazzjoni matematika, loġika formali, netwerks newrali artifiċjali, u metodi bbażati fuq statistika, probabbiltà, u ekonomija. L-IA tibbaża wkoll fuq ix-xjenza tal-kompjuter, il-psikoloġija, il-lingwistika, il-filosofija, u ħafna oqsma oħra. Il-qasam kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li saret f'proposta għal proġett ta' riċerka f'Darthmouth fil-1955 fejn qalu "L-istudju għandu jipproċedi fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li kull aspett tat-tgħalim jew kwalinkwa aspett ieħor ta' intelliġenza jista' teoretikament jkun deskritt tant preċiżament li tkun possibbli ssir magna li tissimulah." Dan qajjem argumenti filosofiċi dwar il-moħħ u l-konsegwenzi etiċi ta' li jinħolqu ħlejjaq artifiċjali b'intelliġenza bħal tal-bniedem; dawn il-kwistjonijiet kienu diġa ġew esplorati fil-ħrejjef u mitoloġiji, finzjonijiet, u filosofija sa mill-antikità. Xjentisti tal-kompjuter u filosfi issuġġerew li l-IA tista' ssir riskju eżistenzjali għall-umanità jekk il-kapaċitajiet razzjonali tagħha ma jiġux immexxija lejn miri ta' benefiċċju uman. Storja Ħlejjaq artifiċjali b'intelliġenza dehru bħala strumenti tar-rakkont fl-antikità, u kienu komuni fil-finzjoni, bħal Frankenstein ta' Mary Shelley jew R.U.R. ta' Karel Čapek. Dawn il-karattri u d-destini tagħhom qajmu ħafna kwistjonijiet li issa ġew diskussi fl-etika tal-intelliġenza artifiċjali. L-istudju tar-raġunament formali jew mekkaniku beda mal-filosfi u l-matematiċi fl-antikità. L-istudju tal-loġika matematika wassal direttament għat-teorija tal-komputazzjoni ta' Alan Turing, li ssuġġeriet li magna, billi timmanipola simboli sempliċi bħal "0" u "1" b'modi sempliċi, tista' tissimula kull att konċepibbli ta' deduzzjoni matematika. Dan il-kunċett li l-kompjuters diġitali jistgħu jissimulaw kwalunkwe proċess ta' raġunament formali huwa magħruf bħala t-teżi Church–Turing. Dan, flimkien ma' skoperti fin-newroxjenza, it-teorija tal-informazzjoni u ċ-ċibernetika, wassal lir-riċerkaturi biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jibnu moħħ elettroniku. L-ewwel xogħol li issa huwa ġeneralment rikonoxxut bħala IA kien dak li McCullouch u Pitts għamlu fl-1943 fejn kienu ħarġu b'disinn formali għal "newroni artifiċjali" li huma Turing-kompleti. Sas-snin ħamsin, ħarġu żewġ viżjonijiet dwar kif tinkiseb l-intelliġenza mekkanika. Waħda mil-viżjonijonijiet, magħrufa bħala IA simbolika jew GOFAI, kienet li tuża kompjuters biex toħloq rappreżentazzjoni simbolika tad-dinja u sistemi li jistgħu jirraġunaw dwar id-dinja. Proponenti ta' din kienu jinkludu Allen Newell, Herbert A. Simon, u Marvin Minsky. Assoċjazzjoni viċin ta' din l-istrateġija hija dik ta' tfittxija ewristika, li xxebbaħ l-intelliġenza mal-problema ta' li tesplora spazju ta' possibbiltajiet għal tweġibiet. It-tieni viżjoni, magħrufa bħala l-istrateġija konnessjonista, fittxet li tikseb l-intelliġenza permezz tat-tagħlim. Proponenti ta' din l-istrateġija, l-aktar prominenti minnhom kien Frank Rosenblatt, fittxew li jużaw perceptrons b'modi ispirati minn konnessjonijiet ta' newroni. James Manyika u oħrajn qabblu ż-żewġ strateġiji mal-menti (IA simbolika) u mal-moħħ (konnessjoniżmu). Manyika targumenta li l-istrateġiji simboliċi ddominaw l-ispinta għall-intelliġenza artifiċjali f'dan il-perjodu, parzjalment minħabba l-konnessjoni tagħha ma' tradizzjonijiet intellettwali ta' René Descartes, George Boole, Gottlob Frege, Bertrand Russell, u oħrajn. L-istrateġiji konnessjonisti bbażati fuq iċ-ċibernetika jew netwerks newrali artifiċjali kienu ġew imbuttati fl-isfond iżda kisbu prominenza enormi f'dawn l-aħħar deċennji. Il-qasam tar-riċerka tal-IA twieled f'workshop fil-Kulleġġ ta' Dartmouth fl-1956 (Daniel Crevier kiteb "il-konferenza hija ġeneralment mgħarufa bħala d-data tat-twelid offiċjali tax-xjenza l-ġdida"). Dawk li attendew saru l-fundaturi u l-mexxejja tar-riċerka tal-IA. Huma u l-istudenti tagħhom ipproduċew programmi li tal-istampa ddeskrivew bħala "tal-għaġeb": il-kompjuters kienu qed jitgħallmu strateġiji għal-logħoba checkers, isolvu problemi matematiċi miktubin bl-alġebra, jippruvaw teoremi loġiki, u jitkelmu bl-Ingliż. Sa nofs is-sittinijiet, ir-riċerka fl-Istati Uniti kienet iffinanzjata bil-kbir mid-Dipartiment tad-Difiża u laboratorji sħaħ tal-IA kienu ġew stabbiliti madwar id-dinja. Riċerkaturi fis-sittinijiet u sebgħinijiet kienu konvinti li l-istrateġija simbolika eventwalment se toħloq magna b'intelliġenza artifiċjali ġenerali u qiesu dan bħala l-għan tal-qasam tagħhom. Herbert Simon bassar li "il-magni se jkunu kapaċi, fi żmien għoxrin sena, jagħmlu kull xogħol li bniedem jista' jagħmel". Marvin Minsky qabel, u kiteb "fi żmien ġenerazzjoni [...] il-problema tal-ħolqien ta' 'intelliġenza artifiċjali' se tissolva sostanzjalment". Dawn naqsu milli jirrikonoxxu d-diffikultà ta' xi wħud mill-kompiti li kien fadal. Il-progress naqas u fl-1974, bi tweġiba għall-kritika ta' Sir James Lighthill u l-pressjoni kontinwa mill-Kungress Amerikan biex jiffinanzja proġetti aktar produttivi, kemm il-gvernijiet tal-Istati Uniti kif ukoll dawk Ingliżi qatgħu r-riċerka esploratorja fl-IA. Il-ftit snin ta' wara kienu jissejħu "ix-xitwa tal-IA", perjodu meta l-kisba ta' finanzjament għal proġetti tal-IA kienet diffiċli. Fil-bidu tat-tmeninijiet, ir-riċerka tal-IA reġgħet ġiet imqajma bis-suċċess kummerċjali tas-sistemi esperti, forma ta' programm tal-IA li jissimula l-għarfien u l-ħiliet analitiċi tal-esperti umani. Sal-1985, is-suq għall-IA kien laħaq aktar minn biljun dollaru. Fl-istess ħin, il-proġett tal-kompjuter tal-ħames ġenerazzjoni tal-Ġappun ispira lill-gvernijiet tal-Istati Uniti u Ingliżi biex jirrestawraw il-finanzjament għar-riċerka akkademika. Madankollu, wara li beda il-kollass tas-suq tal-Magna Lisp fl-1987, l-IA għal darb'oħra waqgħet f'diżreputazzjoni, u bdiet it-tieni xitwa li damet aktar. Ħafna riċerkaturi bdew jiddubitaw li l-istrateġija simbolika tkun kapaċi timita l-proċessi kollha tal-konjizzjoni tal-bniedem, speċjalment il-perċezzjoni, ir-robotika, it-tagħlim u r-rikonoxximent tal-mudelli. Għadd ta' riċerkaturi bdew iħarsu lejn strateġiji "sotto-simboliċi" għal problemi speċifiċi tal-IA. Ir-riċerkaturi tar-robotika, bħal Rodney Brooks, irrifjutaw l-IA simbolika u ffukaw fuq il-problemi bażiċi tal-inġinerija li jippermettu li r-robots jiċċaqilqu, jgħixu, u jifmu l-ambjent tagħhom. L-interess fin-netwerks newrali u "konnezjoniżmu" reġa' tqajjem minn Geoffrey Hinton, David Rumelhart u oħrajn f'nofs is-snin tmenin. Għodod tal-komputazzjoni ratba ġew żviluppati fis-snin tmenin, bħal netwerks newrali, sistemi sfumati, teorija tas-sistemi griżi, komputazzjoni evoluzzjonarja u ħafna għodod meħuda mill-istatistika jew mill-ottimizzazzjoni matematika. L-IA gradwalment irrestawrat ir-reputazzjoni tagħha fl-aħħar tad-disgħinijiet u l-bidu tas-seklu 21 billi sabet soluzzjonijiet speċifiċi għal problemi speċifiċi. L-applikazzjoni dejqa ppermettiet lir-riċerkaturi jipproduċu riżultati verifikabbli, jisfruttaw aktar metodi matematiċi, u jikkollaboraw ma' oqsma oħra (bħall-istatistika, l-ekonomija, u l-matematika). Sas-sena 2000, is-soluzzjonijiet żviluppati minn riċerkaturi tal-IA kienu qed jintużaw ħafna, għalkemm fis-snin disgħin rarament kienu deskritti bħala "intelliġenza artifiċjali". Kompjuters aktar b'saħħithom, titjib algoritmiku, u aċċess għal ammonti kbar ta' dejta ppermettew avvanzi fit-tagħlim tal-magni u l-perċezzjoni; il-metodi tat-tagħlim profond li jkollhom bżonn ħafna dejta bdew jiddominaw bħala l-iktar metodi b'riżultati tajbin madwar l-2012. Skont Jack Clark ta' Bloomberg, l-2015 kienet sena importanti għall-intelliġenza artifiċjali, fejn in-numru ta' proġetti li jużaw l-IA fi ħdan Google żdied minn "użu sporadiku" fl-2012 għal aktar minn 2,700 proġett. Clark kiteb: "Wara nofs deċenju ta' avvanzi siekta fl-intelliġenza artifiċjali, 2015 kienet sena fejn inqeleb kollox. Il-kompjuters huma iktar intelliġenti u jitgħalmu iktar malajr minn qatt qabel." Huwa jattribwixxi dan għal żieda fin-netwerks newrali affordabbli, minħabba żieda fl-infrastruttura tal-cloud computing u għal żieda fl-għodod tar-riċerka u d-dejta. Fi stħarriġ tal-2017, waħda minn kull ħames kumpaniji rrapportat li "inkorporaw IA f'xi offerti jew proċessi". L-ammont ta' riċerka fl-IA (imkejla mill-pubblikazzjonijiet totali) żdied b'50% fis-snin 2015–2019. Bosta riċerkaturi akkademiċi tħassbu li l-IA ma kinitx għadha qed issegwi l-għan oriġinali li toħloq magni versatili u kompletament intelliġenti. Ħafna mir-riċerka attwali tinvolvi IA statistika li tintuża b'mod qawwi biex issolvi problemi speċifiċi, b'mod speċjali it-tagħlim profond li għandu suċċess kbir. Dan it-tħassib wassal għas-sottoqasam tal-intelliġenza ġenerali artifiċjali (jew "IAG"), li kellu diversi istituzzjonijiet iffinanzjati sew sas-snin 2010. Noti spjegatorji Referenzi Teknoloġija Informatika Kompjuter Intelliġenza artifiċjali
29915
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0ibjun%20ta%27%20Bovilla
Ġibjun ta' Bovilla
Il-Ġibjun ta' Bovilla (bl-Albaniż: Ujëmbledhësi i Bovillës) huwa ġibjun ta' 4.6 kilometri kwadri (1.8 mil kwadru) fl-Albanija, li jinsab madwar disa' mili (14-il kilometru) fil-Grigal ta' Tirana u fix-Xlokk ta' Kruja, fi ħdan il-Park Nazzjonali tal-Muntanja ta' Dajt. Il-ġibjun jipprovdi l-biċċa l-kbira tal-ilma tax-xorb għall-belt kapitali Tirana. Ġeografija Il-ġibjun ifforma minħabba diga fix-xmara Tërkuzë, tributarja tax-xmara Ishëm. Ix-xmara Tërkuzë għandha l-bokka tagħha fil-Lvant tal-parti esterna tal-katina muntanjuża kostali, u tnixxi minn ġol-fondoq fond ta' Shkallë e Bovillës bejn il-Muntanja ta' Maja e Gomtitit (1,268 metru) u l-Muntanja ta' Mali i Bjeshit (1,239 metru). Id-diga tinsab fid-daħla ta' dan il-fondoq u huwa magħmul minn konglomerat lokali biż-żrar u r-ramel. Il-ġibjun huwa wiesa' 91 metru u twil 130 metru. Oriġinarjament ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-ġibjun beda fl-1988, iżda twaqqaf minħabba l-waqgħa tal-Komuniżmu. F'Ottubru 1993, ix-xogħol tkompla bis-saħħa tal-appoġġ tal-Italja. Wara t-tlestija tal-kostruzzjoni fl-1996, il-ġibjun dam sal-1998 biex jimtela u jibda jaqdi l-funzjoni tiegħu. Il-livell tal-ilma jvarja matul is-sena b'bejn seba' metri u 10 metri, u l-ogħla livell tal-ilma jintlaħaq fix-xhur tax-xitwa meta jkun hemm l-iktar xita. Skont il-kejl mill-2006 sal-2008, l-iżjed punt fond kien ilaħħaq madwar 45 metru. Id-differenza mill-fond oriġinali ta' 53 metru x'aktarx li hija dovuta għas-sedimenti li akkumulaw minn iktar 'il fuq fix-xmara. Ix-xmara Tërkuzë tipprovdi madwar 105,000,000 m3 ta' ilma fis-sena minn baċir idrografiku ta' madwar 98 km2 (38 mil kwadru). Il-konsum tal-ilma annwali hu ta' madwar 78,000,000 m3, bejn wieħed u ieħor id-daqs tal-ġibjun. Madwar 1,800 litru ta' ilma jitwassal fl-impjant tal-ipproċessar mill-ġibjun fis-sekonda, permezz ta' pajp tal-azzar (madwar 50 sa 57 miljun m3 fis-sena). Minbarra dan l-ilma tas-superfiċe, il-provvista tal-ilma tax-xorb ta' Tirana tiġi ssupplimentata minn bjar artiġjanali u naturali ta' taħt l-art, sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta' 2.8 m3 fis-sekonda (skont stima tal-2009). Il-pajp tal-azzar li jikkollega l-ġibjun mal-impjant tal-ipproċessar f'Kodra Kuqe, fit-Tramuntana ta' Tirana, għandu dijametru ta' madwar 90 cm. Ftit minn dan l-ilma fil-ġibjun jintuża għall-irrigazzjoni. Preservazzjoni tan-natura Il-ġibjun jinsab fi ħdan il-Park Nazzjonali tal-Muntanja ta' Dajt, ftit fin-Nofsinhar tal-Park Nazzjonali tal-Mogħdija Muntanjuża ta' Shtamë. Ix-xaqlibiet tal-irdumijiet madwar il-fondoq u d-diga joffru prospettivi tajbin għat-tixbit. L-għawm fil-ġibjun huwa pprojbit. Il-ġibjun fih ftit tipi ta' ħut: il-karpjun ta' Schneider (Alburnoides bipunctatus) u l-karpjun Barbus huma l-iktar komuni. Ġlejjeb kbar ta' karpjun tal-ħaxix jinqabdu mis-sajjieda. Il-karpjun fiddien (Hypophthalmichthys molitrix) spiss reġa' ġie introdott biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma. Disa' villaġġi remoti b'iktar minn ħamest elef abitant jinsabu qrib jew madwar il-ġibjun. L-abitanti jaqilgħu l-għajxien tagħhom primarjament mill-agrikoltura. Madwar 400 familja kellhom jiġu rilokati biex inħoloq il-ġibjun. Huma ngħataw kumpens għal arthom, iżda r-rilokazzjoni xorta waħda ġiet opposta b'mod vjolenti. F'Settembru 2001, ġew innutati riħa tinten u togħma ħażina mill-ilma tal-ġibjun. Sussegwentement, investigazzjoni bir-reqqa ddeterminat li l-kwalità tal-ilma bażikament kienet tajba. Ġie ssuġġerit li r-riħa tinten kienet ġejja minn aktinobatterji u streptomiċi li jiddependu fuq l-ossiġenu. L-esperti ssuġġerew it-teħid ta' miżuri biex tittaffa din il-problema: tisġir mill-ġdid biex titnaqqas l-erożjoni, żona protetta tul ix-xatt tal-ġibjun, u l-ipproċessar tal-ilma mormi mill-insedjamenti u mill-irziezet tal-madwar. Biblijografija Aleko Miho, Alqiviadh Çullaj, Reinhard Bachofen (Ed.), Bovilla (Albania) – Limnological Study / Studim Limnologjik. Julvin 2, Tirana 2009, ISBN 978-99956-14-29-4. Referenzi Albanija Lagi
29918
https://mt.wikipedia.org/wiki/Si%C4%A1ra%20tal-ballut%20ta%27%20Tamme-Lauri
Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri
Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri oak (bl-Estonjan: Tamme-Lauri tamm, bil-lingwa tal-Võros: Tammõ-Lauri tamm) hija siġra kbira tal-ballut fl-Estonja. Fil-fatt din is-siġra hija l-eħxen u l-eqdem siġra fl-Estonja u tinsab fil-Parroċċa ta' Antsla, il-Kontea ta' Võru. Is-siġra hija għolja 17-il metru (56 pied) u għandha ċirkonferenza ta' 831 ċentimetru (327 pulzier), imkejla 130 ċentimetru (51 pulzier) mill-art. Skont ir-riċerkaturi, is-siġra tħawlet għall-ħabta tal-1326. Is-siġra tal-ballut intlaqtet kemm-il darba mis-sajjetti, u b'hekk ġarrbet ħsara fil-friegħi u żvujtat fiċ-ċentru tagħha. Matul ir-restawr fis-snin 70 tas-seklu 20, instabet moħba antika tal-Aħwa tal-Foresta fl-istess siġra. Saħansitra seba' persuni setgħu joqogħdu ġos-siġra qabel ma mtliet bi tmien tunnellati (18,000 libbra) ta' konkos rinfurzat. Is-siġra għadha vijabbli, għalkemm tilfet il-parti ta' fuq tagħha minħabba s-sajjetti. Isem is-siġra ġej mir-razzett ta' Tamme-Lauri, li min-naħa tiegħu ġab ismu mill-ispirtu li kien maħsub li kien jgħammar fis-siġra tal-ballut, u ġieli jġib xorti tajba u ġieli xorti ħażina. Dan l-ispirtu tan-nar kien magħruf bħala Laurits. Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri ntużat fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus Estonjana tal-għaxar kroon. L-art fejn tinstab is-siġra nxtrat mill-Ministeru Estonjan għall-Ambjent fl-2006 u s-siġra tal-ballut ilha protetta mill-1939. Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri ħadet sehem fil-kompetizzjoni tal-2016 tas-Siġra Ewropea tas-Sena bħala rappreżentant tal-Estonja, fejn ġiet irrakkontata l-ġrajja tal-leġġenda li s-siġra bdiet tikber minn parti minn karozzin li tkisser minn re Żvediż. Gallerija Referenzi Ambjent Võro Estonja
29920
https://mt.wikipedia.org/wiki/Alois%20Dry%C3%A1k
Alois Dryák
Alois Dryák (twieled fl-24 ta' Frar 1872 f'Olšany – miet fis-6 ta' Ġunju 1932 fi Praga) kien arkitett u professur Ċek tad-disinn ornamentali. Dryák huwa famuż l-iktar għad-disinn ornamentali tiegħu fuq kapulavuri tal-Art Nouveau bħad-disinn mill-ġdid tal-1905 tal-binja magħrufa bħala Hotel Europa (magħrufa wkoll bħala Hotel Evropa, li qabel kienet il-Hotel Šroubek) fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, flimkien mal-arkitett sieħbu Bedřich Bendelmeier u l-iskultur arkitettoniku Ladislav Šaloun. Il-Hotel Europa u kummissjoni oħra ta' Dryák, il-Hotel Garni, it-tnejn li huma jinsabu fil-Pjazza ta' Wenceslas, li hija ddominata mill-istatwa ta' San Wenceslas riekeb iż-żiemel. Dryák iddisinja l-pedestall imżejjen ta' dik l-istatwa. Ix-xogħol tiegħu pparteċipa fl-avveniment arkitettoniku tal-kompetizzjoni tal-arti tal-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-1932. Nies oħra bl-istess isem Alois Vaclav Dryak, in-neputi ta' Alois Dryák l-arkitett. Referenzi Arkitetti Ċekja Twieldu fl-1872 Mietu fl-1932
29922
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ludmila%20tal-Boemja
Ludmila tal-Boemja
Ludmila tal-Boemja jew Santa Ludmila tal-Boemja (twieldet għall-ħabta tat-860 – mietet fil-15 ta' Settembru 921) hija qaddisa u martri Ċeka meqjuma mill-Ortodossi u mill-Kattoliċi Rumani. Hija twieldet f'Mělník bħala bint il-prinċep tas-Sorbi Slavibor. Santa Ludmila kienet in-nanna ta' San Wenceslaus, li ġeneralment huwa magħruf l-iktar bħala r-Re t-Twajjeb Wenceslaus. Santa Ludmila ġiet kanonizzata ftit wara mewtha. Bħala parti mill-proċess ta' kanonizzazzjoni fid-925, Wenceslaus ċaqlaq il-fdalijiet tagħha lejn il-Bażilika ta' San Ġorġ fi Praga. Żwieġ Ludmila żżewġet lil Bořivoj I tal-Boemja, l-ewwel Duka Kristjan tal-Boemja, fit-873. Il-koppja kkonvertiet għall-Kristjaneżmu permezz tal-isforzi ta' Metodju. L-isforzi tagħhom biex il-Boemja tikkonverti għall-Kristjaneżmu inizjalment ma ntlaqgħux tajjeb, u l-pagani keċċewhom minn pajjiżhom għal xi żmien. Eventwalment il-koppja reġgħet lura u rrenjat għal diversi snin qabel ma rtirat f'Tetín, qrib Beroun. Bořivoj ħadlu postu ibnu Spytihněv, li mbagħad ħadlu postu ħuh Vratislav. Meta Vratislav miet fid-921, ibnu Wenceslas sar il-mexxej li jmiss tal-Boemja. Primarjament kienet Ludmila li rabbiet lin-neputi tagħha, u hi għamlitha ta' reġġent għalih. Ludmila u Drahomíra Omm Wenceslaus, Drahomíra, bdiet tgħir għall-influwenza li kellha Ludmila fuq Wenceslaus. B'hekk qabbdet lil żewġ irġiel nobbli, Tunna u Gommon (x'aktarx ta' dixxendenza Franka jew Varangjana) joqtlu lil Ludmila f'Tetín, u parti mill-ġrajja ta' Ludmila ssostni li ġiet fgata bil-velu tagħha stess. Inizjalment, Ludmila ndifnet fil-Knisja ta' San Mikiel f'Tetín. Ludmila ġiet kanonizzata ftit wara mewtha. Bħala parti mill-proċess ta' kanonizzazzjoni, fid-925 Wenceslaus ċaqlaq il-fdalijiet tagħha lejn il-Bażilika ta' San Ġorġ fi Praga. Ludmila hija meqjuma bħala l-patruna tal-Boemja. Hija titqies bħala l-qaddisa patruna tal-Boemja, ta' dawk li jikkonvertu, tad-dukessi, ta' dawk li jkollhom diżgwidi ma' qrabathom, u tar-romol. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fis-16 ta' Settembru. Antonín Dvořák ikkompona l-oratorju tiegħu msejjaħ Santa Ludmila bejn Settembru 1885 u Mejju 1886. Dan ix-xogħol ġie kkummissjonat mill-pubblikatur Littleton għall-Festival ta' Leeds. Referenzi Qaddisin nisa Qaddisin Qaddisin Kattoliċi Twieldu fis-seklu 9 Mietu fis-seklu 10
29926
https://mt.wikipedia.org/wiki/Partit%20Laburista%20So%C4%8Bjali%20Demokratiku%20Russu
Partit Laburista Soċjali Demokratiku Russu
Il-Partit Laburista Soċjali Demokratiku Russu ( RSDLP ; bir- Russu : Российская социал-демократическая рабочая партия (РСДРП), magħrufa wkoll bħala Partit Demokratiku Russu jew Partit Demokratiku Russu (RSD ) kien partit politiku soċjalista mwaqqaf fl-1898 f'Minsk (fil -Majjistral Krai tal- Imperu Russu, illum il- Belarus). Partiti politiċi Russja
29929
https://mt.wikipedia.org/wiki/Knarik%20Vardanyan
Knarik Vardanyan
Knarik Grigori Vardanyan (bl-Armen: Քնարիկ Վարդանյան; twieldet fl-24 ta' Novembru 1914 – mietet fil-25 ta' Diċembru 1996) kienet artista Sovjetika Armena, magħrufa l-iktar bħala pittriċi u tipografa. Hija ngħatat it-titlu ta' Artist Onorat tar-Repubblika Sovjetika Armena fl-1967. Bijografija Knarik Vardanyan twieldet fl-24 ta' Novembru 1914 fil-villaġġ ta' Kaftarli (issa magħruf bl-isem ta' Panik), f'Alexandropol, fit-territorju tal-Viċirè tal-Kawkażi, fl-Imperu Russu. Hija ggradwat fl-1933 mill-Kulleġġ Tekniku tal-Kostruzzjoni ta' Leninakan (issa magħruf bħala l-Kulleġġ Tekniku Statali ta' Gyumri). Is-sena ta' wara, mill-1933 sal-1934, Vardanyan ħadmet fl-istudjo arkitettoniku ta' Alexander Tamanian bħala assistenta. Fl-1941 hija ggradwat mill-Kulleġġ Statali tal-Belle Arti ta' Panos Terlemezyan; imbagħad fl-1950 iggradwat mill-Istitut Statali tal-Belle Arti u tat-Teatru ta' Yerevan; u fl-aħħar temmet l-istudji tagħha mill-1950 sal-1952 fid-dipartiment tal-pittura fid-Dar tal-Kultura Armena f'Moska, taħt B. V. Johanson. Mill-1942 sal-1944 ħadmet bħala l-artista prinċipali fit-Teatru tal-Pupazzi ta' Hovhannes Tumanyan f'Yerevan, u għenet biex jittellgħu għadd ta' spettakli. Mill-1950, Vardanyan kienet membru tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (CPSU). Hija żżewġet lill-kantant tal-opri Davit Poghossian (1911-2004). Vardanyan kienet tpitter fuq it-tema tal-ħajja ta' kuljum tal-ħaddiema. Fis-snin 60 u 70 tas-seklu 20, hi bdiet tibdel il-mod kif tpitter u l-kuluri li tuża biex tibda tirrifletti fuq in-natura. Kellha wirjiet bħala solista f'Yerevan (fl-1965, fl-1978 u fl-1981), f'Leninakan (1981), f'Kirovakan (1981), f'Yeghegnadzor (1982), u fi Tbilisi (1982). Ħafna mill-opri tal-arti tagħha jistgħu jinstabu fil-kollezzjonijiet tal-mużewijiet, inkluż kollezzjoni estensiva fil-Gallerija Nazzjonali tal-Armenja. Hija mietet f'Jum il-Milied fl-1996 f'Yerevan, l-Armenja. Referenzi Artisti Armeni Pitturi Armeni Twieldu fl-1914 Mietu fl-1996 Nies Armeni
29931
https://mt.wikipedia.org/wiki/Leyla%20Mammadbeyova
Leyla Mammadbeyova
Leyla Alasgar gizi Mammadbeyova, kunjomha xebba Zeynalova (bl-Ażerbajġani: Leyla Ələsgər qızı Məmmədbəyova; twieldet fis-17 ta' Settembru 1909 – mietet fl-4 ta' Lulju 1989), kienet l-ewwel bdot mara mill-Ażerbajġan. Hija kienet ukoll l-ewwel bdot mara tat-Transkawkasja, tan-Nofsinhar tal-Ewropa u tal-Lbiċ tal-Asja. Karriera Missier Mammadbeyova, Alasgar Zeynalov, kien il-kuġin ta' wieħed mill-atturi pijunieri tal-films fl-Ażerbajġan, Huseyn Arablinski. Il-familja tagħha kienet orjentata lejn l-arti, u bħala adolexxenti setgħet iddoqq il-pjanu u t-tar (strument mużikali). Meta kellha 14-il sena żżewġet l-eks sid tal-artijiet Bahram Mammadbeyov ta' Kurdakhany, li iktar 'il quddiem sar il-kap tal-Bank tal-Unions Professjonali fil-belt kapitali, Baku. Mammadbeyova ġiet imħarrġa bħala bdot professjonali fil-Klabb tal-Ajru ta' Baku u għamlet l-ewwel titjira tagħha fl-1931. Hija kompliet l-edukazzjoni tagħha fi skola tal-bdoti f'Moska fl-1932. Fis-17 ta' Marzu 1933, Mammadbeyova saret it-tieni paraxutista mara fl-Unjoni Sovjetika (wara Nina Kamneva) wara li qabżet minn ajruplan tat-tip Polikarpov Po-2 fil-Mitjar ta' Tushino f'Moska. Fl-1934 rebħet il-kompetizzjoni tal-qbiż bil-paraxut li saret fost ir-rappreżentanti tan-nazzjonijiet tan-Nofsinhar tal-Kawkasu. Sal-1941 saret il-Kap tal-Iskwadra tal-Armata Sovjetika. Mammadbeyova kompliet il-karriera tagħha bħala bdot u ħarrieġa fil-Klabb tal-Ajru ta' Baku. Hija ġiet imċaħħda tiġġieled fit-Tieni Gwerra Dinjija peress li dak iż-żmien kienet qed trabbi erbat itfal (b'kollox kellha sitt itfal). Minkejja li l-Klabb tal-Ajru ta' Baku għalaq minħabba l-kundizzjonijiet tal-gwerra, Mammadbeyova rnexxielha tvara korsijiet tagħha stess għat-titjir tal-glajders u għall-paraxutisti, fejn ħarrġet mijiet ta' bdoti tal-ġlied u madwar 4,000 paraxutisti. Iktar 'il quddiem tnejn mill-istudenti tagħha saru Eroj tal-Unjoni Sovjetika. Mammadbeyova għamlet l-aħħar titjira tagħha fl-1949 u ħadmet bħala Viċi President tal-fergħa tad-DOSAAF f'Baku sal-1961. L-iben il-kbir ta' Mammadbeyova, Firudin, iġġieled fit-Tieni Gwerra Dinjija, u binha ż-żgħir Khanlar ħa sehem fl-Ewwel Gwerra ta' Nagorno-Karabakh, it-tnejn li huma bħala bdoti tal-gwerra. Leyla Mammadbeyova saret ikona ħajja meta kellha madwar għoxrin sena. Il-kuraġġ u l-ħiliet tagħha ġew iċċelebrati mill-midja u mill-arti. Il-karattru tagħha ispira x-xogħlijiet letterarji ta' Mikayil Mushfig (Afshan, 1933 u Shoyla, 1934) u ta' Samad Vurgun (Leyla, 1935), kif ukoll il-film Ismat (tar-reġista Mikayil Mikayilov, 1934). F'dan il-film tal-aħħar, Mammadbeyova ħadmet bħala stuntwoman f'xeni tat-titjir tal-ajruplani. Fl-1995 inħadem dokumentarju dwar il-ħajja u l-karriera ta' Mammadbeyova bit-titlu Leyla tar-reġista Nazim Rza Israfiloglu li nħareġ minn Azerbaijantelefilm. Referenzi Militar Twieldu fl-1909 Mietu fl-1989 Nies Ażerbajġani
29935
https://mt.wikipedia.org/wiki/Katsiaryna%20Barysevich
Katsiaryna Barysevich
Katsiaryna Barysevich (twieldet fit-2 ta' Awwissu 1984) hija ġurnalista mill-Belarussja. Hija korrispondent impjegata mas-sit indipendenti tal-aħbarijiet Tut.By. Hija ħadmet għar-Radju Ewropew għall-Belarussja u għal mezzi oħra tax-xandir. Fl-2020 għamlet rapportaġġ dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka. Fid-19 ta' Novembru 2020 ġiet arrestata fil-belt kapitali, Minsk. Detenzjoni Fl-24 ta' Novembru 2020, l-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Amnesty International semmietha bħala priġunier tal-kuxjenza fil-każ ta' Bandarenka. Fl-istess jum, għaxar organizzazzjonijiet (iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Viasna, l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, il-Kumitat Belarussu ta' Ħelsinki u oħrajn) għamla stqarrija konġunta u kklassifikawha bħala priġunier politiku. Boris Haretski, il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, qal li l-awtoritajiet ma kinux qed jiġġieldu kontra l-problema, iżda l-mezzi tax-xandir kienu qed iwettqu dak ix-xogħol: "Huma jaħsbu li jekk l-istampa ma tiktibx dwar Bandarenka, in-nies mhumiex se jsiru jafu dwaru. Ovvjament, huma jkunu jafu kollox, iżda l-mezzi tax-xandir xorta għadhom taħt attakk". Fl-10 ta' Diċembru 2020, issemmiet bħala l-Ġurnalista tas-Sena (2020). Fis-16 ta' Diċembru 2020, ingħatat ġieħ bħala priġunier politiku minn Cem Özdemir, Membru Parlamentari tal-Bundestag. Fit-2 ta' Marzu 2021, Barysevich ingħatat sentenza ta' sentejn u nofs ħabs u multa f'100 unità bażika talli rrapportat data personali dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka matul il-protesti tal-2020-2021 fil-Belarussja kontra l-President Alexander Lukashenko. Fost l-oħrajn, is-sentenza ta' ħabs mogħtija lil Barysevich ġiet ikkundannata mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti u mill-Istitut Internazzjonali tal-Istampa. Flimkien ma' Darya Chultsova u Katsyaryna Andreeva, fid-9 ta' April 2021 ingħatat il-premju "Unur tal-Ġurnaliżmu" f'isem il-fundatur ta' BelaPAN, Aleś Lipaj. Fl-14 ta' Lulju 2021 ingħatat il-Premju Internazzjonali CPJ għal-Libertà tal-Istampa u fit-12 ta' Awwissu 2021 ingħatat il-Premju tal-Midja Libera. Referenzi Ġurnalisti Nies mill-Belarussja Twieldu fl-1984
29938
https://mt.wikipedia.org/wiki/Magda%20%C5%A0aturov%C3%A1-Seppov%C3%A1
Magda Šaturová-Seppová
Magda Šaturová-Seppová (twieldet fl-4 ta' Lulju 1929 – mietet fl-10 ta' Settembru 2016) kienet Esperantista u traduttriċi Slovakka, li ttraduċiet diversi kotba mis-Slovakk għall-Esperanto u kienet l-awtriċi ta' bosta dizzjunarji mill-Esperanto għas-Slovakk. Fl-2004, matul id-89 Kungress Dinji dwar l-Esperanto f'Beijing, iċ-Ċina, hija ġiet eletta bħala Membru Onorarju tal-Assoċjazzjoni Universali tal-Esperanto. Hija ttraduċiet ukoll kotba mill-Esperanto, mill-Ingliż u mill-Ungeriż għas-Slovakk. Šaturová studjat il-letteratura Ingliża fl-Università ta' Comenius u ggradwat fl-1952. Hija kellha ħakma tajba tas-Slovakk, tal-Ungeriż, tal-Ingliż, tal-Franċiż u tal-Esperanto. Hija żżewġet lill-Esperantista František Šatura u flimkien kellhom tlett itfal. Referenzi Esperanto Tradutturi għall-Esperanto Twieldu fl-1929 Mietu fl-2016
29940
https://mt.wikipedia.org/wiki/Iremel
Iremel
Iremel (bil-Baxkir: Ирәмәл, bir-Russu: Иремель) hija muntanja kumpatta fil-katina muntanjuża tan-Nofsinhar tal-Ural fir-Repubblika tal-Baxkortostan fil-Federazzjoni Russa (tmiss mal-fruntiera tal-Oblast ta' Chelyabinsk fil-Majjistral). L-ogħla quċċata, Bolshoy Iremel (Iremel il-Kbira), jew sempliċement Iremel, tlaħħaq għoli ta' 1,589 metru (5,200 pied). Maly Iremel (Iremel iż-Żgħira), xi sitt kilometri fil-Grigal, tlaħħaq għoli ta' 1,449 metru. Hija s-sors tax-xmara Belaya. L-ogħla quċċata tal-katina muntanjuża tan-Nofsinhar tal-Ural, il-muntanja Yamantaw (1,638 metru) tinsab 53 kilometru fil-Lbiċ minn Bolshoy Iremel. Referenzi Muntanji Baxkortostan Russja
29947
https://mt.wikipedia.org/wiki/Helena%20Kottler%20Vurnik
Helena Kottler Vurnik
Helena Vurnik, kunjomha xebba Kottler, jew Helena Kottler Vurnik (1882-1962) kienet artista Slovena li twieldet fl-Imperu Awstrijak-Ungeriż. Hija magħrufa l-iktar għall-pitturi dekorattivi tagħha fuq il-faċċata tal-Bank Kummerċjali tal-Kooperattivi u fuq ġewwa tal-binja. Ħajja Hija twieldet fi Vjenna. Missierha kien Moritz Kottler, avukat tal-Uffiċċju Postali, u ommha kienet Bronislawa, li kienet mill-Polonja. Ingħatat l-edukazzjoni tagħha l-ewwel fil-"Graphische Lehr und Versuchsanstalt", imbagħad fil-"Kunstschule für Frauen und Mädchen", u fl-aħħar fl-Iskola tal-Arti u l-Artiġjanat ta' Vjenna. Xogħol Wara l-istudju li wettqet, fl-1910 rebħet borża ta' studju biex tistudja l-arti qrib Modena fl-Italja għal ħames xhur. Hija bigħet il-pitturi li pittret l-Italja meta reġgħet lura fi Vjenna u kriet studjo tal-arti. Fl-1913 iltaqgħet mar-raġel futur tagħha, Ivan Vurnik, meta t-tnejn li huma kienu qed ipinġu s-salamandri għall-bijologu Franc Megušar f'daru. Hi telqet mill-impjieg tagħha bħala illustratriċi mal-gazzetta "Illustrirtes Wiener Extrablatt", u marret tgħix ma' Ivan Vurnik u ħadmet miegħu l-ewwel fi Trieste, imbagħad f'Ljubljana, u fl-aħħar mill-aħħar f'Radovljica. Fil-midja u fil-kotba Boris Leskovec kiteb skritt għall-film dokumentarju "Iskalca" tar-reġista Alma Lapajne li xxandar fuq RTV Slovenia u ktieb dwarha u dwar ir-raġel tagħha. Referenzi Pitturi Twieldu fl-1882 Mietu fl-1962
29949
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sophie%20Liebknecht
Sophie Liebknecht
Sophie Liebknecht (kunjomha xebba Ryss; twieldet fit-18 ta' Jannar 1884 – mietet fil-11 ta' Novembru 1964) kienet soċjalista u femminista Ġermaniża mwielda r-Russja. Hija kienet it-tieni mara ta' Karl Liebknecht, li kellu tlett itfal mill-ewwel żwieġ tiegħu ma' Julia Liebknecht. Imwielda f'Rostov-on-Don, Sophie ngħatat l-edukazzjoni tagħha fil-Ġermanja Imperjali, fejn saret lekċerer u storika tal-arti. Fl-1912 iżżewġet lill-ħassieb Marxista li wara ftit sar mexxej rivoluzzjonarju, Karl Liebknecht. Oriġinarjament kienet membru tal-Partit Soċjalista Demokratiku Ġermaniż (SPD), iżda segwiet lir-raġel tagħha meta stabbilixxa l-Partit Komunista tal-Ġermanja fl-1918. Karl Liebknecht inqatel fil-15 ta' Jannar 1919, wara l-falliment tar-rewwixta Spartacista. Sophie ttrasferiet ruħha Londra, u iktar 'il quddiem reġgħet lura l-Ġermanja matul il-perjodu ta' Weimar. Il-membri tal-familja Liebknecht ġew allarmati mit-tlugħ għall-poter tal-Partit Nażista fis-snin 30 tas-seklu 20, u beżgħana għal ħajjithom taħt ir-reġim Faxxista stabbilit minn Adolf Hitler, għażlu li jemigraw matul dan iż-żmien. Sophie, li kienet imwielda r-Russja, telqet lejn l-Unjoni Sovjetika fl-1934 u marret tgħix f'Moska għall-kumplament ta' ħajjitha. Għall-funeral tagħha fl-1964 attendew Robert u Wilhelm, l-ulied tar-rispett ta' Sophie Liebknecht mill-ewwel żwieġ ta' Karl Liebknecht. Il-gvern Sovjetiku organizza ċerimonja pubblika bi gwardja tal-unur. Il-biċċa l-kbira tal-korrispondenza tagħha ma' Rosa Luxemburg ġiet ippubblikata. Referenzi Politiċi Ġermaniżi Twieldu fl-1884 Mietu fl-1964 Politiċi Russi
29953
https://mt.wikipedia.org/wiki/Quito
Quito
Quito (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈkito]; bil-Quechua: Kitu), formalment San Francisco de Quito, hija l-belt kapitali tal-Ekwador, b'popolazzjoni stmata li tlaħħaq it-2.8 miljun ruħ fiż-żona urbana tagħha. Hija wkoll il-belt kapitali tal-provinċja ta' Pichincha. Quito tinsab f'wied max-xaqlibiet tal-Lvant ta' Pichincha, stratovulkan attiv fil-katina muntanjuża tal-Andes, f'elevazzjoni ta' 2,850 metru (9,350 pied); b'hekk hija t-tieni l-ogħla belt kapitali fid-dinja. Quito hija ċ-ċentru politiku u kulturali tal-Ekwador peress li l-istituzzjonijiet governattivi, amministrattivi u kulturali ewlenin jinsabu kollha fi ħdan il-belt. Il-maġġoranza tal-kumpaniji transnazzjonali bi preżenza fl-Ekwador għandhom is-sede tagħhom fil-belt. Hija wkoll wieħed miż-żewġ ċentri industrijali ewlenin tal-pajjiż — il-belt portwali ta' Guayaquil hija t-tieni ċentru. Id-data tal-ewwel insedjament mhix magħrufa, iżda l-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ġiet insedjata għall-ewwel darba minn popolazzjonijiet sedentarji bejn l-4400 u l-1600 Q.K. Fl-aħħar tas-seklu 15, l-Imperatur tal-Inka Huayna Capac rebaħ kontra l-abitanti oriġinali tar-reġjun, il-poplu Quitu, inkorpora lil Quito fl-Imperu Inka, u ddeżinjaha bħala l-belt kapitali tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Imperu Inka. Il-konkwista Spanjola tal-belt fl-1534 hija l-iktar data kkwotata spiss bħala d-data tal-istabbiliment uffiċjali tal-belt, u b'hekk Quito hija l-eqdem belt kapitali fl-Amerka t'Isfel. Iċ-ċentru storiku ta' Quito huwa fost l-ikbar u l-iktar ippreservati tajjeb fl-Amerki. Fl-1978, Quito u Krakovja kienu l-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Quito hija l-iktar belt kapitali qrib l-ekwatur, u l-limiti tat-Tramuntana tal-belt iwasslu sa madwar kilometru (0.62 mili) fin-Nofsinhar tal-linja tal-ekwatur. Fl-2008 il-belt ġiet iddeżinjata bħala l-kwartieri ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerka t'Isfel. Storja Perjodu Pre-Kolumbjan L-eqdem traċċi ta' preżenza umana f'Quito ġew skavati mill-arkeologu Amerikan Robert E. Bell fl-1960, fix-xaqlibiet tal-vulkan Ilaló, li jinsab bejn il-widien tal-Lvant ta' Los Chillos u ta' Tumbaco. Poplu ta' ġemmiegħa u kaċċaturi ħallew warajhom għodod tal-ossidjana, li jmorru lura għat-8,000 Q.K. Dan is-sit arkeoloġiku, imsejjaħ EI Inga, ġie rreferut lil Robert Bell minn Allen Graffham. Meta kien impjegat bħala ġeologu fl-Ekwador, Graffham kompla jrawwem l-interess dilettantesk tiegħu fl-arkeoloġija. Huwa ġabar l-artefatti tal-wiċċ fis-sit fl-1956. L-iskoperta ta' ponot qishom ta' vleġeġ, b'mod partikolari eżemplari mnaqqxa, qanqlulu l-interess, u hu wettaq diversi żjarat fis-sit biex jiġbor il-materjali tal-wiċċ. L-interess preċedenti ta' Graffham fil-fdalijiet Paleo-Indjani, u l-esperjenza tiegħu fil-materjali umani bikrin f'Kansas u f'Nebraska fil-Pjanuri Ċentrali tal-Istati Uniti, wassluh biex jemmen li s-sit kien skoperta importanti. It-tieni fdalijiet importanti ta' insedjament uman instabu fil-viċinat attwali ta' Cotocollao (1500 Q.K.), fil-Majjistral ta' Quito. Il-villaġġ preistoriku kien ikopri erja ta' iktar minn 26 ettaru li kienet tiġi irrigata minn bosta qaliet. Qrib id-djar rettangolari tal-qedem, instabu fdalijiet funebri b'offerti tal-fuħħar u tal-ġebel. Il-poplu Cotocollao kien iwettaq l-estrazzjoni u l-esportazzjoni tal-ossidjana lejn ir-reġjun kostali. Il-patrijiet u l-istoriċi kolonjali bikrin kitbu dwar il-poplu Quitu u r-Renju ta' Quito. Fir-rakkonti tagħhom qalu li poplu ieħor, magħruf bħala l-poplu Cara jew Schyris, ġie mill-kosta u ħa l-kontroll tar-reġjun sat-890 W.K. Dan il-poplu rrenja l-hekk imsejjaħ renju tal-Cara-Quitu sa meta l-Inka ħadu t-territorju f'idejhom fis-seklu 15. Id-dixxendenti tal-Quitu baqgħu jgħixu fil-belt saħansitra wara l-konkwista Spanjola. Iżda sas-seklu 20, xi storiċi prominenti li bdew studji iktar akkademiċi, iddubitaw ir-rakkonti dwar ir-renju tal-Cara-Quitu. Ma tantx kienet instabet wisq evidenza arkeoloġika ta' xi monumenti jew artefatti ta' dak ir-renju. Għaldaqstant bdew jaħsbu li kien rakkont pre-Ispaniku leġġendarju tal-artijiet għoljin. Fil-bidu tas-seklu 21, instabu sejbiet spettakolari ġodda ta' oqbra fondi 20 metru fil-kwartier ta' La Florida f'Quito. Dawn imorru lura għat-800 W.K. u jipprovdu evidenza tal-kwalità kbira tal-artiġjanat fost il-poplu Quitu, kif ukoll tan-natura elaborata u kumplessa tar-riti funebri tiegħu. Fl-2010 il-Mużew tas-Sit Arkeoloġiku ta' La Florida fetaħ sabiex jippreserva l-artefatti mill-oqbra u jispjega din il-kultura kumplessa. Perjodu kolonjali Ir-reżistenza tal-Inka indiġeni għall-kolonizzazzjoni Spanjola baqgħet għaddejja fl-1534. Il-konkwistatur Diego de Almagro stabbilixxa l-belt ta' Santiago de Quito (illum il-ġurnata f'Colta, qrib Riobamba) fil-15 ta' Awwissu 1534, li mbagħad saret San Francisco de Quito fit-28 Awwissu 1534. Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita mill-ġdid fil-pożizzjoni attwali tagħha fis-6 ta' Diċembru 1534 minn 204 insedjaturi mmexxija minn Sebastián de Benalcázar, li ħataf il-mexxej Rumiñahui, u effettivament temm kull reżistenza organizzata. Rumiñahui ġie ġustizzjat fl-10 ta' Jannar 1535. Fit-28 ta' Marzu 1541, Quito ġiet iddikjarata bħala belt, u fit-23 ta' Frar 1556 ingħatat it-titlu ta' Muy Noble y Muy Leal Ciudad de San Francisco de Quito ("il-Belt Nobbli u Leali Ħafna ta' San Francisco de Quito"), li kienu l-punt tat-tluq tal-fażi suċċessiva tal-iżvilupp urban. Fl-1563 Quito saret is-sede ta' distrett amministrattiv jew Real Audiencia ta' Spanja. Ġiet ikklassifikata bħala parti mill-Viċirenju tal-Perù sal-1717, u mbagħad id-distrett sar parti mill-Viċirenju l-ġdid ta' Nueva Granada. Taħt iż-żewġ Viċirenji, id-distrett ġie amministrat minn Quito. L-Ispanjoli stabbilew il-Kattoliċiżmu Ruman f'Quito. L-ewwel knisja (El Belén) inbniet qabel l-istabbiliment uffiċjali tal-belt. F'Jannar 1535 inbena l-Kunvent ta' San Franġisk, l-ewwel minn madwar 20 kunvent u knisja li nbnew matul il-perjodu kolonjali. L-Ispanjoli kkonvertew il-popolazzjoni indiġena għall-Kristjaneżmu u użawhom għax-xogħol tal-kostruzzjoni. Fl-1743, wara kważi 210 snin ta' kolonizzazzjoni Spanjola, Quito kienet belt ta' madwar 10,000 abitant. Quito għal perjodu qasir ipproklamat l-indipendenza de facto tagħha minn Spanja bejn l-1765 u l-1766 matul ir-Rewwixta ta' Quito. Fl-10 ta' Awwissu 1809, reġa' nbeda moviment f'Quito biex tintrebaħ l-indipendenza minn Spanja. Dakinhar ġie żvelat pjan ta' gvern, li ħatar lil Juan Pío Montúfar bħala President u lil figuri prominenti oħra favur l-indipendenza f'karigi oħra tal-gvern. Dan il-moviment inizjali ġarrab telfa fit-2 ta' Awwissu 1810, meta t-truppi kolonjali waslu minn Lima, il-Perù, u qatlu lill-mexxejja tar-rewwixta u lil madwar 200 insedjaturi oħra. Sensiela ta' kunflitti laħqu l-qofol tagħhom fl-24 ta' Mejju 1822, meta Antonio José de Sucre, taħt il-kmand ta' Simón Bolívar, mexxa t-truppi fil-Battalja ta' Pichincha, fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan. Ir-rebħa tagħhom stabbiliet l-indipendenza ta' Quito u tal-inħawi tal-madwar. Ekwador Repubblikan Fl-1833, membri tas-Soċjetà tal-Abitanti Ħielsa ta' Quito nqatlu mill-gvern wara li kkonfoffaw kontrih. Fis-6 ta' Marzu 1845 bdiet ir-Rivoluzzjoni ta' Marzu. Fl-1875, il-President tal-pajjiż Gabriel García Moreno nqatel f'Quito. Sentejn wara, fl-1877, l-Arċisqof José Ignacio Checa y Barba nqatel bil-velenu waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa f'Quito. Fl-1882 reġa' kien hemm irvellijiet kontra r-reġim tad-dittatur Ignacio de Veintimilla. Madankollu, dawn ma temmewx il-vjolenza li tfaċċat mal-pajjiż kollu. Fid-9 ta' Lulju 1883, il-kmandant liberali Eloy Alfaro pparteċipa fil-Battalja ta' Guayaquil, u wara iktar kunflitti sar il-President tal-Ekwador fl-4 ta' Settembru 1895. Wara li temm it-tieni mandat tiegħu fl-1911, huwa mar jgħix fl-Ewropa. Huwa reġa' lura l-Ekwador fl-1912 u pprova jerġa' jikseb il-poter iżda ma rnexxilux; ġie arrestat fit-28 ta' Jannar 1912 u ntefa' l-ħabs, u mbagħad ħebbew għalih f'attakk fil-ħabs. Ġismu ġie mkaxkar mit-toroq ta' Quito sa park tal-belt, fejn ingħata n-nar. Fl-1932 faqqgħet il-Gwerra tal-Erbat Ijiem. Din kienet gwerra ċivili li faqqgħet wara l-elezzjoni ta' Neptalí Bonifaz u wara li ħareġ li kellu passaport Peruvjan. Fit-12 ta' Frar 1949 xandira realistika tar-rumanz ta' H. G. Wells, Il-Gwerra tad-Dinjiet, wasslet għal paniku sħiħ fil-belt u għall-imwiet ta' iktar minn għoxrin ruħ li mietu fin-nirien li tqabbdu fil-belt. Seklu 21 Fl-2011 il-popolazzjoni tal-belt laħqet iż-2,239,191 ruħ. Mill-2002 sar tiġdid taċ-ċentru storiku tal-belt. L-ajruport antik, li nbena wara l-mili ta' laguna bir-radam, ingħalaq għat-traffiku tal-ajru fid-19 ta' Frar 2013. Iż-żona ġiet żviluppata mill-ġdid bħala l-"Parque Bicentenario" (Park Biċentenarju). L-Ajruport Internazzjonali l-ġdid ta' Mariscal Sucre, li jinsab tliet kwarti miċ-ċentru ta' Quito, infetaħ għat-traffiku tal-ajru fl-20 ta' Frar 2013. Matul l-2003 u l-2004 inbnew il-linji tal-Metrobus (Ecovia), li jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-belt mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Ħafna toroq prinċipali u sekondarji ġew estiża u mkabbra, inbnew passaġġi differenti, u t-toroq ġew strutturati mill-ġdid ġeometrikament sabiex jittejjeb il-fluss tat-traffiku u bdiet tinbena sistema ta' subway. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku ta' Quito ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Nies notevoli Jorge Carrera Andrade (twieled fl-1902, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), poeta; Jorge Icaza (twieled fl-1906, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), rumanzier; Sebastián Cordero (twieled fl-1972, f'Quito); reġista; Oswaldo Guayasamín (twieled fl-1919, f'Quito – miet fl-1999, f'Baltimore, l-Istati Uniti), pittur; Christian Benitez (twieled fl-1 ta' Mejju 1986, f'Quito – miet fid-29 ta' Lulju 2013, f'Doha, il-Qatar); plejer tal-futbol professjonali; Santa Mariana de Jesús de Paredes (twieldet fl-1618, f'Quito – mietet fl-1645, f'Quito), qaddisa Kattolika; Eugenio Espejo (twieled fil-21 ta' Frar 1747 – miet f'Diċembru 1795), xjenzat; Byron Sigcho-Lopez (twieled fis-7 ta' Lulju 1983), politiku u attivist tal-komunità ta' Chicago; Teodelinda Terán Hicks (1889-1959); vjolinċellista; Manuela Saenz (twieldet fis-27 ta' Diċembru 1797, f'Quito, mietet fit-23 ta' Novembru 1856, f'Paita, il-Perù), rivoluzzjonarja; Juan Manuel Correa (twieled fid-9 ta' Awwissu 1999, f'Quito), sewwieq tal-Formula 2; Juana Miranda (1842–1914), qabla u professur. Ġemellaġġ Quito hija ġemellata ma': Bogotá, il-Kolombja; Cádiz, Spanja; Doha, il-Qatar; Guangzhou, iċ-Ċina; Guarulhos, il-Brażil; Krakovja, il-Polonja; Lima, il-Perù; Louisville, l-Istati Uniti; Madrid, Spanja; Managua, in-Nikaragwa; Medellín, il-Kolombja; Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku; La Paz, il-Bolivja; Taipei, it-Tajwan. Referenzi Bliet kapitali fl-Amerika Ekwador Siti ta' Wirt Dinji
29954
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lima
Lima
Lima (/ˈliːmə/ LEE-mə; pronunzja bl-Ispanjol: [ˈlima]), li oriġinarjament ġiet stabbilita bħala Ciudad de Los Reyes (Belt ir-Rejiet) hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-Perù. Tinsab fil-widien tax-xmajjar Chillón, Rímac u Lurín, fiż-żona tad-deżert tal-parti kostali ċentrali tal-pajjiż, faċċata tal-Oċean Paċifiku. Flimkien mal-belt kostali ta' Callao, tifforma żona urbana kontigwa magħrufa bħala ż-Żona Metropolitana ta' Lima. B'popolazzjoni ta' iktar minn 9.7 miljun ruħ fiż-żona urbana tagħha u ta' iktar minn 11-il miljun fiż-żona metropolitana tagħha, Lima hija waħda mill-ikbar bliet fl-Amerki. Isem il-belt oriġina mir-reġjun agrikolu fil-qrib magħruf bħala Limaq fost il-Peruvjani nattivi. Lima saret il-belt kapitali u l-iżjed belt importanti fil-Viċirenju tal-Perù. Wara l-Gwerra Peruvjana tal-Indipendenza, il-belt saret il-kapitali tar-Repubblika tal-Perù (República del Perú). Madwar terz tal-popolazzjoni nazzjonali issa tgħix fiż-żona metropolitana tagħha. Il-belt ta' Lima titqies bħala ċ-ċentru politiku, kulturali, finanzjarju u kummerċjali tal-Perù. Lima tospita waħda mill-eqdem istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja: l-Università Nazzjonali ta' San Marcos, li ġiet stabbilita fit-12 ta' Mejju 1551, u b'hekk hija l-ewwel università li ġiet stabbilita uffiċjalment u baqgħet tiffunzjona b'mod kontinwu fid-Dinja l-Ġdida. Lima hija wkoll waħda mill-iżjed tletin agglomerazzjoni urbana popolata fid-dinja. Minħabba l-importanza ġeostrateġika tagħha, in-Network tar-Riċerka tal-Globalizzazzjoni u tal-Bliet Dinjin ikkategorizzaha bħala belt "beta". Ġurisdizzjonalment, il-metropoli hija estiża l-iktar fi ħdan il-provinċja ta' Lima u ftit ukoll lejn il-Punent fi ħdan il-provinċja kostituzzjonali ta' Callao, fejn hemm il-port marittimu u l-Ajruport Internazzjonali ta' Jorge Chávez. Iż-żewġ provinċji għandhom awtonomija reġjonali mill-2002. F'Ottubru 2013, Lima ntgħażlet biex tospita l-Logħob Pan-Amerikan tal-2019; dan il-logħob sar fi stabbilimenti f'Lima u fil-madwar, u kien l-ikbar avveniment sportiv li qatt ġie ospitat mill-pajjiż. Lima ospitat ukoll il-Laqgħat tal-APEC tal-2008 u tal-2016, il-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Grupp tal-Bank Dinji f'Ottubru 2015, il-Konferenza tat-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti f'Diċembru 2014, u l-Konkors ta' Miss Universe tal-1982. Storja Żmien Pre-Kolumbjan Għalkemm l-istorja tal-belt ta' Lima bdiet bl-istabbiliment tagħha mill-Ispanjoli fl-1535, it-territorju ffurmat mill-widien tax-xmajjar Rímac, Chillón u Lurín kien ġie okkupat minn insedjamenti qabel żmien l-Inka, li kienu raggruppati taħt it-tmexxija ta' Ichma. Il-kultura Maranga u l-kultura ta' Lima kienu dawk li stabbilew u sawru l-identità tat-territorju. F'dak iż-żmien inbnew is-santwarji ta' Lati (attwalment Puruchuco) u ta' Pachacámac (is-santwarju prinċipali tal-pellegrinaġġi fi żmien l-Inka). Dawn il-kulturi nħakmu mill-Imperu Wari fil-qofol tat-tkabbir imperjali tiegħu. F'dak iż-żmien inbena ċ-ċentru ċerimonjali ta' Cajamarquilla. Meta l-importanza tal-Imperu Wari battiet, il-kulturi lokali reġgħu kisbu l-awtonomija, u spikkat il-kultura Chancay. Iktar 'il quddiem, fis-seklu 15, dan it-territorju ġie inkorporat fl-Imperu Inka. Minn dak iż-żmien insibu varjetà kbira ta' huacas fil-belt kollha, u wħud minnhom għadhom qed jiġu investigati. L-iżjed importanti jew l-iżjed magħrufa fosthom huma dawk ta' Huallamarca, Pucllana u Mateo Salado. Dawn kollha jinsabu fin-nofs tad-distretti ta' Lima bi tkabbir urban kbir ħafna, għaldaqstant huma mdawra b'binjiet kummerċjali u residenzjali. Madankollu, dan ma jtellifx mill-istat perfett ta' konservazzjoni tagħhom. Fil-periferiji tal-belt hemm il-fdalijiet ta' Pachacámac, ċentru reliġjuż importanti li nbena mis-seklu 3 sas-seklu 15 minn diversi ċivilizzazzjonijiet, u li ntuża saħansitra fi żmien il-wasla tal-konkwistaturi Spanjoli. Stabbiliment ta' Lima Fl-1532, l-Ispanjoli u l-alleati indiġeni tagħhom (mill-gruppi etniċi influwenzati mill-Inka) taħt il-kmand ta' Francisco Pizarro ħatfu lill-monarka Atahualpa bħala priġunier fil-belt ta' Cajamarca. Għalkemm tħallas rahan, xorta waħda ġie ġustizzjat għal raġunijiet politiċi u strateġiċi. Wara xi battalji, l-Ispanjoli kkonkwistaw l-imperu tagħhom. Il-Kuruna Spanjola sejħet lil Francisco Pizarro bħala l-gvernatur tal-artijiet li huwa kkonkwista. Pizarro ddeċieda li jistabbilixxi l-belt kapitali fil-wied tax-xmara Rímac, wara li ma rnexxilux jistabbiliha f'Jauja. Huwa kkunsidra li Lima kienet tinsab f'pożizzjoni strateġika, qrib kosta favorevoli għall-kostruzzjoni ta' port iżda prudentement 'il bogħod sabiex jiġu evitati l-attakki mill-pirati u mis-setgħat barranin, b'artijiet għammiela u bi klima friska idonea. Għalhekk, fit-18 ta' Jannar 1535, Lima ġiet stabbilita bl-isem ta' "Belt tar-Rejiet", f'ġieħ l-epifanija f'territorji li kienu tal-kuraka Taulichusco. Huwa maħsub li dan l-isem ingħata "għall-ħabta tal-istess żmien f'Jannar, meta l-Ispanjoli kienu qed ifittxu post biex jistabbilixxu l-belt il-ġdida, [...] mhux 'il bogħod mis-santwarju ta' Pachacámac, qrib ix-xmara Rímac". Madankollu, bħalma kien ġara bir-reġjun, li inizjalment kien issejjaħ Kastilja l-Ġdida u mbagħad Perù, il-Belt tar-Rejiet wara ftit saret magħrufa bħala "Lima". Pizarro, bil-kollaborazzjoni ta' Nicolás de Ribera, Diego de Agüero u Francisco Quintero, fassal personalment il-pjazza prinċipali, Plaza Mayor, u l-kumplament tal-pjanta tal-belt, u bena l-Palazz tal-Viċirè (li llum il-ġurnata ġie ttrasformat fil-Palazz tal-Gvern tal-Perù, iżda xorta waħda għadu jissejjaħ Casa de Pizarro) u l-Katidral. L-ewwel ġebla tal-katidral tpoġġiet personalment minn Pizarro nnifsu. F'Awwissu 1536, il-belt kienet qed tiffjorixxi iżda ġiet assedjata mit-truppi tal-monarka Manco Inca Yupanqui, għalkemm l-Ispanjoli u l-alleati indiġeni tagħhom irnexxielhom jirbħulhom. Fis-snin ta' wara, Lima kisbet prestiġju billi ġiet iddeżinjata bħala l-belt kapitali tal-Viċirenju tal-Perù u s-sede tar-Real Audiencia fl-1543. Peress li l-pożizzjoni tal-belt kostali kienet ikkundizzjonata mill-komunikazzjonijiet faċli li kien hemm ma' Spanja, malajr ġiet stabbilita rabta sfiqa mal-port ta' Callao. Żmien il-Viċirenju Għas-seklu ta' wara, il-belt iffjorixxiet bħala ċ-ċentru ta' network kummerċjali estensiv li integra l-Viċirenju mal-Amerki, mal-Ewropa u mal-Lvant tal-Asja. Iżda l-belt kellha l-perikli tagħha wkoll; terremoti vjolenti qerdu biċċa kbira minnha bejn l-1586 u l-1687, u dan wassal għal attività kbira ta' kostruzzjoni. F'dak iż-żmien tfaċċaw l-akkwedotti, il-bastjuni u s-swar qabel l-għargħar tax-xmajjar, tlesta l-pont fuq ix-xmara Rímac, inbena l-katidral, u nbnew bosta sptarijiet, kunventi u monasteri. Il-belt ġiet artikolata madwar il-kwartieri tagħha. Theddida oħra kienet il-preżenza tal-pirati u tal-kursari fl-Oċean Paċifiku, li wasslet għall-kostruzzjoni tas-Swar ta' Lima bejn l-1684 u l-1687. It-terremot tal-1687 kien mument ta' żvolta fl-istorja ta' Lima, peress li ħabat mar-reċessjoni kummerċjali minħabba l-kompetizzjoni ekonomika ma' bliet oħra bħal Buenos Aires, l-Arġentina. Bil-ħolqien tal-Viċirenju ta' Granada l-Ġdida fl-1717, id-demarkazzjonijiet politiċi ġew organizzati mill-ġdid, u Lima tilfet biss xi territorji li effettivament diġà kellhom l-awtonomija tagħhom. Fl-1746 terremot qawwi ġarrab ħsarat kbar fil-belt u qered lil Callao; dan ġiegħel sforz enormi ta' rikostruzzjoni mill-Viċirè José Antonio Manso de Velasco. Fit-tieni nofs tas-seklu 18, l-ideat tal-Illuminazzjoni dwar is-saħħa pubblika u l-kontroll soċjali influwenzaw l-iżvilupp tal-belt. Matul dan il-perjodu, il-belt kapitali Peruvjana ġiet affettwata mir-riformi tal-Borboni u tilfet il-monopolju li kellha fuq il-kummerċ barrani u l-kontroll li kellha fuq ir-reġjun importanti tal-estrazzjoni fin-naħa ta' fuq tal-Perù. Dan dgħajjef l-ekonomija tal-belt u b'hekk l-elit tal-belt kellhom jiddependu fuq il-karigi mogħtija mill-gvern tal-Viċirenju u mill-Knisja, li kkontribwew biex tinżamm rabta iktar sfiqa mal-Kuruna milli mal-kawża tal-indipendenza. L-ikbar impatt politiku-ekonomiku li esperjenzat il-belt dak iż-żmien seħħ bil-ħolqien tal-Viċirenju ta' Río de la Plata fl-1776, li biddel ir-rotta u l-orjentazzjonijiet imposti mit-traffiku merkantili ġdid. Fost il-binjiet li nbnew matul dan il-perjodu hemm il-Coliseo de Gallos, l-Arena tal-Ġlied tal-Barrin ta' Acho u ċ-Ċimiterju Ġenerali. L-ewwel tnejn inbnew biex jirregolaw dawk l-attivitajiet popolari, filwaqt li ċ-ċimiterju nbena biex itemm darba għal dejjem il-prattika tad-dfin tal-mejtin fil-knejjes, li tqieset bħala prattika mhux sana mill-awtoritajiet pubbliċi. Indipendenza Spedizzjoni ta' ġellieda Arġentini u Ċileni f'daqqa għall-indipendenza, immexxija mill-Ġeneral Don José de San Martín, żbarkat fin-Nofsinhar ta' Lima fl-1820, iżda ma attakatx il-belt. Meta sab ruħu quddiem imblokk navali u azzjoni ta' gwerrilja fuq l-art, il-Viċirè José de la Serna ġie mġiegħel jaħrab mill-belt f'Lulju 1821 sabiex isalva l-armata Rjali. Minħabba l-biża' ta' rewwixta popolari u n-nuqqas ta' mezzi biex jimponi l-ordni, il-Kunsill tal-Belt stieden lil San Martín jidħol fil-belt, u ffirma Dikjarazzjoni tal-Indipendenza fuq talba tiegħu. Wara li l-Ġeneral San Martín ipproklama l-indipendenza tal-Perù fl-1821, Lima saret il-belt kapitali tar-Repubblika l-Ġdida tal-Perù. Għaldaqstant, saret ukoll is-sede tal-gvern tal-liberatur kif ukoll is-sede tal-ewwel Kungress Kostitwenti li kellu l-pajjiż. Il-gwerra damet għal iktar minn sentejn, li matulhom il-belt għaddiet minn mexxej għal ieħor diversi drabi u ġarrbet abbużi miż-żewġ naħat. Meta l-gwerra ġiet deċiża fil-Battalja ta' Ayacucho tad-9 ta' Diċembru 1824, Lima kienet ftaqret b'mod konsiderevoli. Żmien Repubblikan Wara l-Gwerra tal-Indipendenza, Lima saret il-belt kapitali tar-Repubblika tal-Perù, iżda l-istaġnar ekonomiku u d-diżordni politiku tal-pajjiż ipparalizza l-iżvilupp urban tagħha. Din is-sitwazzjoni ġiet inversa fis-snin 50 tas-seklu 19, meta żdied l-introjtu pubbliku u privat li rriżulta mill-esportazzjoni tal-ħmieġ tal-għasafar ippermetta t-tkabbir rapidu tal-belt. Fl-għoxrin sena ta' wara, l-Istat iffinanzja l-kostruzzjoni ta' binjiet pubbliċi kbar biex jissostitwixxu l-istabbilimenti l-antiki tal-Viċirenju, fosthom is-Suq Ċentrali, il-Biċċerija Ġenerali, l-Isptar tal-Mard Mentali, il-Ħabs u l-Isptar ta' Dos de Mayo. Sar titjib ukoll fil-kollegamenti; fl-1850 tlestiet linja ferrovjarja bejn Lima u Callao u fl-1870 ġie inawgurat pont tal-ħadid fuq ix-xmara Rímac River, bl-isem ta' Puente Balta. Fl-1872 is-swar tal-belt twaqqgħu fid-dawl tat-tkabbir urban mistenni fil-futur. Madankollu, dan il-perjodu ta' tkabbir ekonomiku wessa' wkoll id-divarju bejn is-sinjuri u l-foqra, u b'hekk wassal għal bosta rvelli soċjali. Matul il-Gwerra tal-Paċifiku (1879-1883), l-armata Ċilena okkupat il-belt ta' Lima wara li rebħet kontra t-truppi u r-riżervi Peruvjani fil-Battalji ta' San Juan u ta' Miraflores. Il-belt batiet taħt l-invażuri, li serqu r-rikkezzi mill-mużewijiet, mil-libreriji pubbliċi u mill-istituzzjonijiet edukattivi. Fl-istess ħin, seħħew attakki vjolenti fuq xi ċittadini sinjuri u l-kolonja Asjatika, u nsterqu l-proprjetajiet u n-negozji tagħhom. Seklu 20 Fil-bidu tas-seklu 20, bdiet il-kostruzzjoni tat-toroq li mbagħad servew bħala qafas għall-iżvilupp tal-belt. It-toroq kienu Paseo de la República, Leguía (illum imsejħa Arequipa), Brasil u Salaverry li kienu jagħtu lejn in-Nofsinhar, u Venezuela u Colonial li kienu jagħtu lejn il-Punent sal-port ta' Callao. Fis-snin 30 tas-seklu 20 bdew kostruzzjonijiet kbar, fosthom l-immudellar mill-ġdid tal-Palazz tal-Gvern tal-Perù u l-Palazz Muniċipali. Dawn il-kostruzzjonijiet laħqu il-qofol tagħhom fis-snin 50 tas-seklu 20, matul il-gvern ta' Manuel A. Odría, meta nbnew il-binjiet maestużi tal-Ministeru għall-Ekonomija u tal-Ministeru għall-Edukazzjoni (il-Binja ta' Javier Alzamora Valdez, attwalment is-sede tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta' Lima), tal-Ministeru għas-Saħħa, tal-Ministeru tal-Impjieg u tal-Isptarijiet tal-Assigurazzjoni tal-Ħaddiema u tal-Impjegati, kif ukoll l-Istadium Nazzjonali u diversi unitajiet kbar tal-akkomodazzjoni. F'dawk is-snin ukoll beda fenomenu li biddel il-konfigurazzjoni tal-belt, jiġifieri l-immigrazzjoni tal-massa tal-abitanti min-naħa ta' ġewwa tal-pajjiż, u dan ipproduċa t-tkabbir esponenzjali tal-popolazzjoni tal-belt kapitali u b'konsegwenza ta' dan, it-tkabbir urban. Il-popolazzjonijiet il-ġodda bdew jinsedjaw l-artijiet qrib iċ-ċentru tal-belt li kienet tintuża bħala żona agrikola. B'hekk ġew popolati d-distretti attwali ta' Lince, La Victoria fin-Nofsinhar; Breña u Pueblo Libre fil-Punent; El Agustino, Ate u San Juan de Lurigancho fil-Lvant, u San Martín de Porres u Comas fit-Tramuntana. Bħala punt emblematiku ta' dan it-tkabbir, fl-1973 inħolqot il-komunità awtoġestita ta' Villa El Salvador (id-distrett attwali ta' Villa El Salvador), li tinsab 30 km fin-Nofsinhar taċ-ċentru tal-belt, li attwalment hija integrata fiż-żona metropolitana. Fis-snin 80 tas-seklu 20, il-vjolenza tat-terroriżmu żdiedet mat-tkabbir diżordinat tal-belt, u flimkien mal-insedjaturi tal-artijiet żdiedu wkoll il-persuni spustjati internament. Fis-snin 40 tas-seklu 20, Lima għaddiet minn perjodu ta' tkabbir rapidu xprunat mill-migrazzjoni mir-reġjun tal-muntanji Andes, peress li n-nies miż-żoni rurali bdew ifittxu opportunitajiet ta' xogħol u ta' edukazzjoni. Il-popolazzjoni, li kien stmat li kienet tlaħħaq is-600,000 ruħ fl-1940, laħqet il-1.9 miljun ruħ sal-1960 u l-4.8 miljun ruħ sal-1980. Fil-bidu ta' dan il-perjodu, iż-żona urbana kienet ikkonfinata f'żona triangolari madwar iċ-ċentru storiku tal-belt, Callao u Chorrillos; fid-deċennji ta' wara l-insedjamenti nfirxu lejn it-Tramuntana, lil hinn mix-xmara Rímac, lejn il-Lvant, tul l-Awtostrada Ċentrali, u lejn in-Nofsinhar. Il-migranti l-ġodda, li għall-ewwel kienu kkonfinati f'abitazzjonijiet żdingati fiċ-ċentru ta' Lima, xprunaw dan it-tkabbir permezz ta' invażjonijiet tal-art fuq skala kbira, li evolvew f'irħula żdingati magħrufa bħala pueblos jóvenes. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku ta' Lima ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Ġemellaġġ Lima hija ġemellata ma': Akhisar, it-Turkija; Austin, l-Istati Uniti; Beijing, iċ-Ċina; Bogotá, il-Kolombja; Bordeaux, Franza; Brasilia, il-Brażil; Buenos Aires, l-Arġentina; Caracas, il-Venezwela; Cleveland, l-Istati Uniti; Guadalajara, il-Messiku; Karaçoban, it-Turkija; Kiev, l-Ukrajna; Madrid, Spanja; Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku; Miami, l-Istati Uniti; Montreal, il-Kanada; Pescara, l-Italja; Santa Ana, Costa Rica; São Paulo, il-Brażil; Shanghai, iċ-Ċina; Stamford, l-Istati Uniti; Taipei, it-Tajwan; Tegucigalpa, il-Ħonduras. Referenzi Bliet kapitali fl-Amerika Perù Siti ta' Wirt Dinji
29955
https://mt.wikipedia.org/wiki/Xtatol
Xtatol
Xtatol, imsejħa wkoll xtatol Erżjana (bl-Erżjan: Štatol, ěrzäń štatol) hija xemgħa tax-xama' li tinżamm f'reċipjent ornamentali tal-injam li jintuża fir-ritwali tradizzjonali Erżjani (erzja Ineškipazněń Kemema). Etimoloġija It-terminu "xtatol" oriġina mill-Erżjan: šta ("xama'") u tol ("nar"). L-eqdem użu magħruf ta' dan it-terminu hu f'sors mhux bl-Erżjan iżda bil-lingwa Russa, Dizzjunarju Spjegattiv tal-Lingwa Russa Ħajja u Kbira, ippubblikat mil-lessikografu Russu Vladimir Dal fl-1863. Użu u simboliżmu Ix-xtatol hija simbolu tal-ħajja, tar-reverenza lejn l-antenati u tat-trapass taż-żmien. Ir-reċipjent tal-injam li fih titqiegħed ix-xemgħa jissejjaħ ġandava (bl-Erżjan: jandava). Il-ġandava tiġi mnaqqxa minn zkuk mastizzi tat-tilju u jkollha għamla qisha ta' papra. Ix-xtatol u l-ġandava jintużaw spiss matul diversi ritwali Erżjani, fosthom ir-Ras'ken' Ozks u l-Verya Ozks. Referenzi Russja Folklor Tradizzjonijiet
29964
https://mt.wikipedia.org/wiki/Joshua%20Bassett
Joshua Bassett
Joshua Taylor Bassett (imwieled fit-22 ta' Diċembru 2000) huwa attur u kantant Amerikan. Filmografija 2017: Lethal Weapon 2018: Game Shakers 2018: Dirty John 2018: Stuck in the Middle 2019: Grey's Anatomy 2019–present High School Musical: The Musical: The Series 2020: The Disney Family Singalong 2020: Nickelodeon's Unfiltered 2020: High School Musical: The Musical: The Holiday Special 2021: Limbo 2021: A Night With Joshua Bassett 2022: Celebrity Family Feud 2022: Better Nate Than Ever 2022: Night at the Museum: Kahmunrah Rises Again Diskografija Joshua Bassett (2021) Crisis / Secret / Set Me Free (2021) Sad Songs in a Hotel Room (2022) Different (2022) Referenzi Nies ħajjin Twieldu fl-2000 Atturi Amerikani Kantanti Amerikani
29967
https://mt.wikipedia.org/wiki/Knisja%20ta%27%20Santa%20Margerita
Knisja ta' Santa Margerita
Il-Knisja ta' Santa Margerita (bl-Ingliż: Church of St. Margaret) tinsab fuq l-artijiet tal-Abbazija ta' Westminster fil-Pjazza tal-Parlament, Londra, l-Ingilterra. Il-knisja hija ddedikata lil Margerita ta' Antjokja, u tifforma parti minn Sit ta' Wirt Dinji uniku tal-UNESCO flimkien mal-Palazz ta' Westminster u l-Abbazija ta' Westminster. Storja u deskrizzjoni Il-knisja ġiet stabbilita fis-seklu 12 minn patrijiet Benedittini, sabiex in-nies li kienu jgħixu fl-inħawi qrib l-Abbazija setgħu jagħtu qima separatament fil-knisja parrokkjali iktar sempliċi tagħhom stess, u storikament kienet fi ħdan il-"mija ta' Ossulstone" fil-kontea ta' Middlesex. Fl-1914, fid-daħla ta' Memorials of St. Margaret's Church, Westminster, eks Rettur tal-Knisja ta' Santa Margerita, Hensley Henson, irrapporta dwar tradizzjoni Medjevali li l-knisja kienet antika daqs l-Abbazija ta' Westminster, u l-oriġini tagħha kienu marbuta mal-istess qaddis irjali, kif ukoll li "Iż-żewġ knejjes, kunventwali u parrokkjali, ilhom maġenb xulxin għal iktar minn tmien sekli - ovvjament, mhux il-verżjonijiet eżistenti, iżda knejjes iktar antiki li l-knejjes eżistenti huma s-suċċessuri tagħhom fl-istess sit". Il-Knisja ta' Santa Margerita ġiet rikostruwita mill-1486 sal-1523, fuq l-istigazzjoni tar-Re Enriku VII, u l-knisja l-ġdida, li fil-biċċa l-kbira tagħha għadha teżisti sa llum il-ġurnata, ġiet ikkonsagrata fid-9 ta' April 1523. Issejħet bħala "l-aħħar knisja f'Londra mżejna skont it-tradizzjoni Kattolika qabel ir-Riformazzjoni", u fuq kull naħa ta' ħajt diviżorju kbir kien hemm statwi mpittrin b'mod rikk ta' Santa Marija u ta' San Ġwann, filwaqt li l-binja kellha diversi kappelli interni. Fis-snin 40 tas-seklu 16, il-knisja l-ġdida kważi twaqqgħet, meta Edward Seymour, l-Ewwel Duka ta' Somerset, ippjana li jwaqqa' l-knisja biex b'hekk ikollu materjali ta' kwalità tajba għall-Palazz ta' Somerset, il-palazz il-ġdid tiegħu f'The Strand. Bis-saħħa tar-reżistenza tal-parruċċani armati ma wettaqx il-pjanijiet li kellu. Fl-1614, il-Knisja ta' Santa Margerita saret l-ewwel knisja parrokkjali tal-Palazz ta' Westminster, meta l-Puritani tas-seklu 17, li ma kinux kuntenti bl-Abbazija wisq liturġika, għażlu li jwettqu s-servizzi parlamentari tagħhom fi knisja li skonthom kienet iktar adattata: prattika li tkompliet minn dak iż-żmien 'l hawn. Bejn l-1734 u l-1738, it-torri tal-Majjistral ġie rikostruwit skont id-disinn ta' John James; dak iż-żmien, l-istruttura kollha kienet miksija bil-ġebel ta' Portland. Il-portali tal-Lvant u tal-Punent ġew miżjuda wara meta J. L. Pearson kien l-arkitett. Fl-1878, il-knisja minn ġewwa ġiet irrestawrata sew u ġiet mibdula għad-dehra attwali tagħha minn Sir George Gilbert Scott, għalkemm bosta karatteristiċi tal-familja Tudor inżammu. Fl-1863, waqt l-esplorazzjonijiet preliminari ta' tħejjija għal dan ir-restawr, Scott sab li diversi bibien kienu miksija x'aktarx b'ġilda umana. Wara li t-tobba eżaminaw il-ġilda, l-istoriċi Vittorjani ħarġu bit-teorija li l-ġilda x'aktarx kienet ta' William is-Sagristan, li organizza klikka kriminali li fl-1303 serqet mingħand ir-Re l-ekwivalenti ta' $100 miljun skont il-valur tal-lum. Kienet ħadma kumplessa, fejn kienu involuti diversi membri tal-klikka kriminali lebsin taparsi patrijiet iħawlu l-arbuxxelli fil-palazz. Wara sitt xhur mis-serqa kbira, l-oġġetti misruqa ġew moħbija f'dawk l-arbuxxelli. L-istoriċi kienu jemmnu li William is-Sagristan ġie mqaxxar ħaj bħala kastig u l-ġilda tiegħu ntużat biex jiġu miksija dawn il-bibien irjali, li inizjalment x'aktarx kienu jinsabu fil-Palazz ta' Westminster. Studju sussegwenti żvela li l-ġlud kienu ta' annimali tal-ifrat u mhux ta' bniedem. Sas-snin 70 tas-seklu 20, l-għadd ta' nies li kienu jgħixu qrib il-knisja laħaq il-mijiet. Ir-responsabbiltà ekkleżjastika tal-parroċċa ġiet allokata mill-ġdid lill-parroċċi ġirien permezz tal-Att dwar l-Abbazija ta' Westminster u l-Knisja ta' Santa Margerita f'Westminster tal-1972, u l-knisja ġiet taħt l-awtorità tad-Dekan u tal-Konfraternità tal-Abbazija ta' Westminster. F'Ottubru ta' kull sena tiġi ċċelebrata quddiesa tas-sena l-ġdida għall-Knisja Ortodossa Koptika fir-Renju Unit, u fl-2016 qaddes l-Isqof Angaelos. Ir-Rettur tal-Knisja ta' Santa Margerita spiss ikun kanonku tal-Abbazija ta' Westminster. Twieqi kommemorattivi Fost it-twieqi notevoli tal-knisja hemm it-tieqa tal-Lvant magħmula fl-1509 bil-ħġieġ ikkulurit Fjamming, li nħolqot biex tikkommemora l-wegħda taż-żwieġ ta' Katerina ta' Aragona lil Enriku VIII. Din kellha storja partikolari. Ingħatat minn Enriku VII lill-Abbazija ta' Waltham f'Essex, u max-Xoljiment tal-Monasteri, l-aħħar Patri Superjuri bagħatha lil kappella privata f'New Hall, Essex. Din spiċċat fil-pussess ta' Thomas Boleyn, l-Ewwel Konti ta' Wiltshire, missier Anne Boleyn, imbagħad f'idejn Thomas Radclyffe, it-Tielet Konti ta' Sussex, imbagħad f'idejn George Villiers, l-Ewwel Duka ta' Buckingham, imbagħad f'idejn Oliver Cromwell, imbagħad reġgħet lura għand it-Tieni Duka ta' Buckingham, imbagħad f'idejn il-Patri Ġeneral, id-Duka ta' Albemarle, imbagħad f'idejn John Olmius, u mbagħad f'idejn is-Sur Conyers ta' Copt Hall, Essex. Ibnu bigħ it-tieqa lill-parroċċa tal-Knisja ta' Santa Margerita fl-1758 għal erba' mitt guinea. Il-flus ġew minn għotja ta' £4,000 mingħand il-parlament lill-parroċċa dik is-sena għar-rinnovazzjoni tal-knisja u għar-rikostruzzjoni tal-presbiterju. Twieqi oħra jikkommemoraw lil William Caxton, l-ewwel stampatur tal-Ingilterra, li ndifen fil-knisja fl-1491, lil Sir Walter Raleigh, li ġie ġustizzjat fil-bitħa interna tal-Palazz l-Antik u mbagħad indifen fil-knisja fl-1618, lill-poeta John Milton, parruċċan tal-knisja, u lill-Ammirall Robert Blake. Sit ta' Wirt Dinji Il-Palazz ta' Westminster u l-Abbazija ta' Westminster, inkluż il-Knisja ta' Santa Margerita, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Żwiġijiet Apparti ż-żwiġijiet tal-parruċċani tagħha, il-knisja kemm-il darba ntużat għal diversi żwiġijiet komunitarji ta' Membri Parlamentari, kif ukoll pari u uffiċjali tal-House of Lords u tal-House of Commons. Fost iż-żwiġijiet notevoli: il-5 ta' Lulju 1631: Edmund Waller u Anne Banks, li kienet werrieta u membru tal-Qorti tal-Aldermen, iżżewġu fil-knisja kontra l-ordnijiet tal-Qorti u tal-Kunsill Privat tal-Ingilterra. Waller preċedentement kien ħa l-għarusa iżda ġie mġiegħel jirritornaha. Minkejja l-ilment tal-Kamra Superjuri (Star Chamber), Waller ingħata l-maħfra mir-Re Karlu I; it-13 ta' Mejju 1654: Lady Mary Springett (l-omm tar-rispett ta' William Penn) u Isaac Pennington; l-1 ta' Diċembru 1655: Samuel Pepys u Elisabeth Marchant de St. Michel; it-12 Novembru 1656: John Milton u Katherine Woodcock; it-12 ta' Ġunju 1895: William Hicks u Grace Lynn Joynson; it-12 ta' Settembru 1908: Winston Churchill u Clementine Hozier; il-21 ta' April 1920: Harold Macmillan u Lady Dorothy Cavendish; it-18 ta' Lulju 1922: Lord Louis Mountbatten u Edwina Ashley; it-8 ta' Ottubru 1993: David Armstrong-Jones, il-Viskonti Linley, u l-Onorevoli Serena Stanhope. Żwiġijiet notevoli oħra jinkludu uħud taż-"Żgħażagħ Għorrief". Magħmudijiet Charles Weston, it-Tielet Konti ta' Portland, id-19 ta' Mejju 1639; Barbara Villiers, l-unika wild ta' Lord Grandison u l-maħbuba rjali futura tar-Re Karlu II, ġiet mgħammda fil-knisja fis-27 ta' Novembru 1640; Charles Montagu, l-Ewwel Konti ta' Halifax, ġie mgħammed fil-knisja fit-12 ta' Mejju 1661; Charles FitzRoy, it-Tieni Duka ta' Cleveland, l-ikbar iben ta' Barbara Villiers, ġie mgħammed fil-knisja fis-16 ta' Ġunju 1662, meta isem il-missier ingħata lir-raġel tagħha, Lord Castlemaine, minflok ir-Re, li iktar 'il quddiem irrikonoxxa l-wild bħala tiegħu. F'Ottubru 1850 The Gentleman's Magazine rrapportat din l-entrata u sostniet li kienet "verità mhux magħrufa" u "fatt ġdid fl-istorja sigrieta ta' Karlu II"; Thomas Pelham-Clinton, it-Tielet Duka ta' Newcastle, it-28 ta' Lulju 1752; Olaudah Equiano, skjav li xtara l-ħelsien tiegħu stess, u li sar abolizzjonist ewlieni, ġie mgħammed bħala Gustavus fid-9 ta' Frar 1759, meta ġie deskritt fir-reġistru parrokkjali bħala "Gustavus Vassa, persuna ta' karnaġjon sewda li twieled f'Carolina 12-il sena ilu". Difniet William Caxton, 1491; John Sutton, it-Tielet Baruni Dudley, "Lord Quondam", it-18 ta' Settembru 1553; u martu Lady Cicely Grey, it-28 ta' April 1554; Nicholas Ludford, 1557; John Sheppard, Diċembru 1558, kompożitur; Blanche Parry, 1590; Thomas Churchyard, 1604, poeta, suldat u membru tal-qorti ta' Eliżabetta; Sir Walter Raleigh, 1618; William Murray, it-Tieni Konti ta' Tullibardine, it-30 ta' Lulju 1627; Edward Grimeston, l-14 ta' Diċembru 1640; Wara r-Restawr tal-Monarkija, fl-1661 diversi Parlamentari li kienu ndifnu fl-Abbazija ta' Westminster, l-Ammirall Robert Blake, Denis Bond, Nicholas Boscawen, Mary Bradshaw, Sir William Constable, l-Ammirall Richard Deane, Isaac Dorislaus, Anne Fleetwood, Thomas Hesilrige, Humphrey Mackworth, Stephen Marshall, Thomas May, John Meldrum, Admiral Edward Popham, John Pym, Humphrey Salwey, William Strong, William Strode, u William Twisse, kellu tneħħew minn hemm u ndifnu mill-ġdid f'fossa mhux immarkata fl-art madwar il-Knisja ta' Santa Margerita, fuq ordni tar-Re Karlu II. Fil-ħajt estern fuq ix-xellug tad-daħla prinċipali tal-Punent hemm mafkar għalihom. Mary [Davies] [imwielda fl-1675], armla ta' Sir Thomas Grosvenor, it-Tielet Barunett; indifnet fl-art madwar il-knisja, qrib il-portal tat-Tramuntana; Wenceslas Hollar, Marzu 1677; Thomas Blood, 1680; John West, is-Sitt Baruni De La Warr, 1723; l-Isqof Nicholas Clagett, 1746; Elizabeth Elstob, femminista bikrija, 1756; Henry Constantine Jennings, 1819; Ignatius Sancho, kompożitur, kittieb, abolizzjonista tal-iskjavitù. Funerali u servizzi funebri Jeremy Thorpe, eks mexxej tal-Partit Liberali; Antony Armstrong-Jones, l-Ewwel Konti ta' Snowdon; Lady Elizabeth Shakerley. Avvenimenti notevoli oħra Jum l-Għid tal-1555 matul ir-renju ta' Marija I, patri Protestant eks Benedittin, William Flower darab lill-patri li kien qed jagħti s-sagrament. Huwa nidem talli darab lill-patri iżda ma nidimx għar-raġuni li wasslitu biex iwettaq dak l-att, li kienet ir-rifjut tad-duttrina tat-trasformazzjoni tal-ġisem u d-demm ta' Kristu. B'hekk ġie ġustizzjat għal ereżija u ġimgħa wara qatgħulu idejh u tawh in-nar quddiem il-knisja. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, Edward Lyttelton, is-surmast ta' Eton, ta omelija fil-knisja dwar it-tema tal-"imħabba għall-għadu", u ppromwova l-fehma li kwalunkwe trattat ta' wara l-gwerra mal-Ġermanja kellu jkun wieħed ġust u mhux vendikattiv. Wara l-quddies, kellu jitlaq il-knisja mill-bieb ta' wara, filwaqt li għadd ta' dimostranti bdew ikantaw Viva l-Gran Brittanja! bħala protesta għall-attitudni tiegħu. Korijiet Il-korijiet tal-Knisja ta' Santa Margerita jiġu fornuti mill-Iskola ta' Westminster. Il-knisja ospitat ukoll l-ewwel spettaklu tal-Kor tal-Parlament tar-Renju Unit taħt Simon Over fis-sena 2000. Orgni Fl-1806 ġie installat orgni minn John Avery. L-orgni attwali nbena minn J. W. Walker & Sons Ltd. Speċifikazzjoni tal-orgni tista' tinstab fir-Reġistru Nazzjonali tal-Orgnijiet. Retturi Mackenzie Walcott jelenka dawn li ġejjin bħala membri tal-kleru fit-tmun: għall-ħabta tal-1503: Sir John Conyers, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1509: Sir John Symes, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1519: is-Sur Hall, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1521: Sir Robert Danby, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1530: William Tenant, membru tal-kleru; 1594: William Drap; għall-ħabta tal-1610: William Murrey; għall-ħabta tal-1621: Prosper Styles, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1622: Isaac Bargrave, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1638: Gilbert Wymberly, membru tal-kleru; 1640: Stephen Marshall, lekċerer; 1642: Samuel Gibson; 1644: is-Sur Eaton, membru tal-kleru; 1649: John Binns; 1657: is-Sur Wyner / is-Sur Warmstree, lekċerer; 1661: William Tucker, membru tal-kleru; għall-ħabta tal-1670: William Owtram (membru tal-kleru wkoll fl-1664); 1679-1683: Thomas Sprat; 1683-1724†: Nicholas Onley; 1724-1730†: Edward Gee; 1730-1734: James Hargrave; 1734-1753†: Scawen Kenrick; 1753-1784†: Thomas Wilson; 1784-1788†: John Taylor; 1788-1796†: Charles Wake; 1796-1827†: Charles Fynes-Clinton; 1828-1835: James Webber. Skont l-Att dwar il-Kummissarji Ekkleżjastiċi tal-1840, dan ir-rwol ta' rettur kien anness mar-rwol ta' kanonku tal-Abbazija ta' Westminster li dak iż-żmien kien okkupat minn Henry Hart Milman. Fil-fatt hu u s-suċċessuri tiegħu bħala kanoniċi kienu jkunu retturi ex officio. Dan l-arranġament baqa' sal-1978. Ir-Rettur spiss (u kontinwament mill-1972 sal-2010) kien ikun ukoll il-Kappillan tal-iSpeaker tal-House of Commons. 1835-1849: Henry Hart Milman; 1849-1864†: William Cureton; 1864-1876†: William Conway; 1876-1895: Frederic Farrar (Kappillan tal-iSpeaker ukoll mill-1890); 1895-1899: Robert Eyton; 1899-1900: Joseph Armitage Robinson; 1900-1912: Hensley Henson; 1912-1936†: William Hartley Carnegie (Kappillan tal-iSpeaker ukoll mill-1916); 1936-1940†: Vernon Storr; 1941-1946: Alan Don (Kappillan tal-iSpeaker ukoll mill-1936); 1946-1956: Charles Smyth; 1957-1969: Michael Stancliffe (Kappillan tal-iSpeaker ukoll mill-1961); 1970-1978: David Edwards (Kappillan tal-iSpeaker ukoll mill-1972); 1978-1982: John Baker (Kappillan tal-iSpeaker ukoll); 1982-1987: Trevor Beeson (Kappillan tal-iSpeaker ukoll); 1987-1998: Donald Gray (Kappillan tal-iSpeaker ukoll); 1998-2010: Robert Wright (Kappillan tal-iSpeaker ukoll); 2010-2016: Andrew Tremlett; 2016-2020: Jane Sinclair; 2020-preżent: Anthony Ball. † Ir-rettur miet waqt li kien fil-kariga. Organisti Fost l-organisti li daqqew l-orgni fil-Knisja ta' Santa Margerita hemm: Robert Whyte, 1570-1574; John Egglestone; John Parsons, 1616-1621 (l-organista tal-Abbazija ta' Westminster ta' dak iż-żmien); John Hilton, 1628-1657(?); John Blow, 1695-????; Bernard Smith, 1676-1708; Henry Turner, 1708-????; John Illam, ????-1726; Edward Purcell, iben Henry Purcell, 1726-1740; James Butler, 1740-1772; William Rock, 1774-1802; Michael Rock, 1802-1809; John Bernard Sale, 1809-1838; T.G. Baines, għall-ħabta tal-1864; Walter Galpin Alcock, ????-1896; Edwin Lemare, 1897-1902; Reginald Goss-Custard, 1902-1914; Edwin Stephenson, 1914-1922 (l-eks organista tal-Katidral ta' San Filep, Birmingham); Edgar Stanley Roper, ????-1929 (organista u kompożitur ukoll tal-Kappella Rjali tal-Maestà Tiegħu fil-Palazz ta' San Ġakbu); Herbert Dawson, 1929-1965; Martin Neary, 1965-1972; Richard Hickox, 1972-1982; Thomas Trotter, 1982-????. Gallerija Referenzi Knejjes Renju Unit Siti ta' Wirt Dinji Londra
29980
https://mt.wikipedia.org/wiki/G%C4%A7id
Għid
L-Għid jew l-Għid il-Kbir jew Ħadd l-Irxoxt (bl-Ingliż: Easter, bl-Aramajk, bil-Grieg u bil-Latin: Pascha, huwa festa u btala kulturali Kristjana li tfakkar lil Kristu jirxoxta mill-mewt, deskritt fit-Testment il-Ġdid bħala avveniment li seħħ fit-tielet jum wara li ndifen, wara li kien issallab mir-Rumani fil-Kalvarju għall-ħabta tat-30 W.K. Huwa l-qofol tal-Passjoni ta' Ġesù Kristu u qablu jiġi r-Randan, li huwa perjodu ta' sawm, talb u penitenza. Il-Kristjani li jiċċelebraw l-Għid spiss jirreferu għall-ġimgħa ta' qabel l-Għid bħala l-Ġimgħa Mqaddsa, li fil-Kristjaneżmu tal-Punent tibda b'Ħadd il-Palm (li tfakkar id-daħla ta' Ġesù f'Ġerusalemm) u tinkludi l-Erbgħa Mqaddes (meta jitfakkar it-tradiment ta' Ġuda), Ħamis ix-Xirka (meta jitfakkar il-Ħasil tas-Saqajn u l-Aħħar Ċena), il-Ġimgħa l-Kbira (meta jitfakkru t-tislib u l-mewt ta' Ġesù) u Sibt il-Ġħid (meta jitfakkar il-mewt ta' Ġesù fuq is-salib). Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-istess jiem u avvenimenti jitfakkru bl-aġġettiv "(I)mqaddes/(I)mqaddsa" jew "il-Kbir(a)" wara isem il-jiem; u l-Għid innifsu jista' jissejjaħ ukoll "Pascha Mqaddsa/il-Kbira", "Ħadd il-Għid" jew "Pascha". Fil-Kristjaneżmu tal-Punent, l-Istaġun jew iż-Żmien tal-Għid, jibda f'Ħadd l-Irxoxt u jdum seba' ġimgħat, u jintemm fil-ħamsin jum, fil-Pentekoste jew l-Għid il-Ħamsin. Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-Istaġun tal-Pascha jintemm fil-Pentekoste wkoll, iżda l-Festa l-Kbira tal-Pascha tiġi ċċelebrata fid-39 jum, il-jum ta' qabel il-Festa tat-Tlugħ is-Sema. L-Għid u l-vaganzi relatati miegħu huma festi li ma jinzertawx dejjem fl-istess data fissa; id-data tal-Għid tiġi komputata abbażi tal-kalendarju lunisolari (is-sena solari u żżid magħha l-fażi tal-Qamar), simili għall-kalendarju Lhudi. L-Ewwel Kunsill ta' Niċea (325) stabbilixxa żewġ regoli biss, jiġifieri l-indipendenza mill-kalendarju Lhudi u l-uniformità dinjija. Ma ġie spjegat l-ebda detall għall-komputazzjonijiet; dawn kienu jinħadmu fil-prattika, proċess li ħa s-sekli u ġġenera għadd ta' kontroversji. Il-komputazzjoni li qabdet l-iktar irriżultat fl-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta ekkleżjastiku li jseħħ l-ewwel wara l-21 ta' Marzu. Anke jekk dan jiġi kkalkulat abbażi tal-kalendarju Gregorjan iktar preċiż, id-data ta' dak il-qamar kwinta xi kultant ivarja minn dak tal-ewwel qamar kwinta astronomiku wara l-ekwinozju ta' Marzu. It-terminu bl-Ingliż "Easter" oriġina mill-festival tal-alla femminili Anglo-Sassona tar-rebbiegħa Ēostre. It-terminu "Pascha" huwa marbut ukoll mal-Pèsach tal-Lhud (bl-Ebrajk: פֶּסַח pesach, bl-Aramajk: פָּסחָא pascha), kemm bħala oriġini (skont il-Vanġeli sinnottiċi, kemm it-tislib kif ukoll il-qawmien mill-mewt seħħeħ matul il-ġimgħa tal-Pèsach) u permezz tal-biċċa l-kbira tas-simboliżmu tiegħu, kif ukoll permezz tal-pożizzjoni tiegħu fil-kalendarju. Fil-biċċa l-kbira tal-lingwi Ewropej, kemm l-Għid Kristjan kif ukoll il-Pèsach Lhudi jissejħu bl-istess isem; u pereżempju fil-verżjonijiet iktar antiki tal-Bibbja bl-Ingliż, it-terminu "Easter" kien jintuża bħala traduzzjoni ta' "Pèsach". Id-drawwiet tal-Għid ivarjaw minn post għal ieħor fid-dinja Kristjana, u jinkludu l-quddies mat-tbexbix, purċissjoni ta' nofsillejl, it-tislimiet u l-iskambju ta' tislijiet tal-Għid, it-tħaddin tal-knejjes, u t-tiżjin u t-tkissir tal-bajd (ta' vera jew taċ-ċikkulata) tal-Għid bħala komunità (simbolu tal-qabar vojt). Il-ġilju tal-Għid, simbolu tal-irxoxt fil-Kristjaneżmu tal-Punent, tradizzjonalment iżejjen iż-żona tal-presbiterju tal-knejjes f'jum l-Għid u għall-bqija tal-Istaġun tal-Għid. Drawwiet oħra li saru assoċjati mal-Għid u jiġu osservati kemm mill-Kristjani kif ukoll minn minn oħrajn li mhumiex Kristjani jinkludu l-parati tal-Għid, iż-żfin fil-komunità (fil-Lvant tal-Ewropa), il-Fenek tal-Għid u l-kaċċa tal-bajd. Hemm ukoll ikel tradizzjonali tal-Għid li jvarja skont ir-reġjun u l-kultura. Pereżempju f'Malta fost l-ikel tradizzjonali tal-Għid ta' min isemmi l-figolli u l-qagħaq tal-appostli (kif ukoll il-kwareżimal u l-ħelu tal-ħarrub jew il-karamelli fir-Randan). Referenzi Kristjaneżmu Festi pubbliċi Għid
29981
https://mt.wikipedia.org/wiki/Figolla
Figolla
Figolla hija tip ta' ħelu Malti b'mili qisu marżipan li tittiekel fi żmien l-Għid. Spiss il-figola tingħata forma ta' qalb, salib, stilla, ħuta, fenek, u kwalunkwe simbolu b'rabta mal-Kristjaneżmu, b'mod partikolari l-Kattoliċiżmu, iżda dan l-aħħar saret tingħata kull tip ta' forma skont il-gosti ta' dak li jkun. Il-bażi tal-ħelu ssir l-iktar bid-dqiq, bil-butir/marġarina, zokkor ismar, essenza tal-vanilja, bajd, qxur tal-lumi u ilma. Il-mili qisu marżipan isir bil-lewż mitħun, zokkor ismar, abjad tal-bajd u essenza tal-lewż. Hemm min iżid ukoll il-qxur tal-larinġ jew iktar lumi. Il-figolli ġeneralment ikunu miksija bl-icing sugar jew biċ-ċikkulata mdewba u bil-"hundreds-and-thousands" ikkuluriti fil-wiċċ, u spiss titpoġġa nofs bajda taċ-ċikkulata mqartsa wkoll. F'Malta, il-figolli jinħmew matul il-Ġimgħa Mqaddsa fid-denominazzjoni Kattolika tal-Kristjaneżmu, u jingħataw lit-tfal jew lill-qrabat biex jittieklu fl-Għid il-Kbir. Xi rħula Maltin għandhom it-tradizzjoni tat-tberik tal-figolli minn qassis fil-pjazza jew fiz-zuntier tal-knisja, flimkien mal-bajd tal-Għid taċ-ċikkulata. Huwa maħsub li l-figolli għandhom għeruq Sqallin tal-qedem, peress li t-terminu "figolla" x'aktarx li ġej mit-terminu Sqalli "figulina", li tfisser "figura". Dawn kien jinħmew ukoll għal skopijiet reliġjużi u anke bħala ċelebrazzjoni tar-rebħa kontra l-invażuri bħat-Torok. Dawn il-"figulina" li kienu jinħmew fi Sqallija fil-qedem mhumiex daqshekk popolari fi Sqallija llum il-ġurnata, iżda f'Malta t-tradizzjoni baqgħet u evolviet. Referenzi Kċina Maltija Għid
29987
https://mt.wikipedia.org/wiki/Zlata%20Kolari%C4%87-Ki%C5%A1ur
Zlata Kolarić-Kišur
Zlata Kolarić-Kišur (twieldet fid-29 ta' Ottubru 1894 – mietet fl-24 ta' Settembru 1990) kienet kittieba Kroata. Kolarić-Kišur twieldet f'Slavonski Brod, iżda flimkien mal-familja tagħha mbagħad marret tgħix f'Požega. Hija ddeskriviet it-tfulija tagħha fil-ktieb Moja Zlatna dolina (Il-Wied tad-Deheb Tiegħi). Mill-1919 sal-1990 hija għexet f'Żagreb, il-belt kapitali Kroata, u żżewġet lil Hinko Kolarić Kišur. Hija mietet f'Żagreb fl-24 ta' Settembru 1990 tal-età ta' 96 sena. Xogħlijiet Naš veseli svijet (1933) Iz dječjeg kutića (1935) Smijte se djeco! (1935) Priča i zbilja (1940) Od zore do mraka (1950) Zimska priča (1950) Po sunčanim stazama (1951) Dječje igre (1953, 1956, 1963) Neostvarene želje (1954) Cvijeće (1955, 1958) Ptičji festival (1958, 1959, 1961) Uz pjesmu i šalu na jadranskom žalu (1961) Moja Zlatna dolina (1972) Moje radosti (1981) Hrvatski dječji pisci – Pet stoljeća hrvatske književnosti, 181/III (1991) Izabrana djela (1994) Referenzi Kittieba Kroati Twieldu fl-1894 Mietu fl-1990
29989
https://mt.wikipedia.org/wiki/%C4%A0onna%20Botani%C4%8Bi%20Rjali%20ta%27%20Kew
Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew
Il-Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew jew fil-qosor il-Ġonna ta' Kew huma ġonna botaniċi fil-Lbiċ ta' Londra li jospitaw l-"ikbar u l-iżjed kollezzjonijiet botaniċi u mikoloġiċi varjati fid-dinja". Stabbiliti fl-1840 mill-ġnien eżotiku fil-Park ta' Kew, fost il-kollezzjonijiet ħajjin tal-ġonna hemm xi 27,000 unità tassonomika li tieħu ħsiebhom l-amministrazzjoni uffiċjali Royal Botanic Gardens, Kew, filwaqt li l-herbarium, wieħed mill-ikbar fid-dinja, fih iktar minn 8.5 miljun eżemplar ippreservat ta' pjanti u fungi. Il-librerija fiha iktar minn 750,000 volum, u l-kollezzjoni tal-illustrazzjonijiet fiha iżjed minn 175,000 stampa u tpinġija ta' pjanti. Il-ġonna huma waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin ta' Londra u huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-Ġonna ta' Kew, flimkien mal-ġonna botaniċi ta' Wakehurst f'Sussex, jiġu amministrati minn Royal Botanic Gardens, Kew, istituzzjoni tal-edukazzjoni u tar-riċerka botanika importanti f'livell internazzjonali li timpjega persunal ta' iktar minn 1,100 ruħ u hija korp pubbliku mhux dipartimentali sponsorjat mid-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali. Il-Ġonna ta' Kew huwa maħsub li bdew formalment fl-1759, għalkemm ġew traċċati li jmorru lura għall-ġnien eżotiku tal-Park ta' Kew, u ġew iffurmati minn Henry, Lord Capell ta' Tewkesbury. Jikkonsistu minn 132 ettaru (330 akru) ta' ġonna u serer botaniċi, erba' binjiet elenkati bħala tal-Grad I, u 36 struttura elenkati bħala tal-Grad II, kollha kemm huma ambjentati f'pajsaġġ sinifikanti internazzjonalment. Il-ġonna huma elenkati bħala tal-Grad I fir-Reġistru tal-Parks u l-Ġonna Storiċi. Il-Ġonna ta' Kew għandhom il-forza tal-pulizija tagħhom, Kew Constabulary, which has been in operation since 1845. Storja Kew tikkonsisti l-iktar mill-ġonna stess u komunità żgħir madwarhom. Ir-residenzi rjali fl-inħawi iktar 'il quddiem influwenzaw il-konfigurazzjoni tal-ġonna u l-kostruzzjoni bdiet fl-1299 meta Edward I ittrasferixxa l-qorti tiegħu f'residenza f'Richmond (li dak iż-żmien kienet imsejħa Sheen) fil-qrib. Dik ir-residenza iktar 'il quddiem ġiet abbandunata; madankollu, Enriku VII bena l-Palazz ta' Sheen fl-1501, li mbagħad sar il-Palazz ta' Richmond u sar residenza rjali permanenti ta' Enriku VII. Għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 16, membri tal-qorti tiegħu fil-Palazz ta' Richmond bdew joqogħdu fi Kew u bnew djar kbar. Fost ir-residenzi rjali bikrin fi Kew kien hemm id-dar ta' Mary Tudor, li nbniet sal-1522 meta nbniet triq biex tiġi kkollegata mal-Palazz ta' Richmond. Għall-ħabta tal-1600, l-art li mbagħad intużat għall-ġonna kienet magħrufa bħala l-Għalqa ta' Kew, u din kienet għalqa kbira b'raba' maħdum minn waħda mir-residenzi privati ġodda. Il-ġnien eżotiku fil-Park ta' Kew, li ġie ffurmat minn Henry Capell, l-Ewwel Baruni ta' Tewkesbury, ġie mkabbar u estiż minn Augusta, il-Prinċipessa ta' Wales u l-armla ta' Federiku, il-Prinċep ta' Wales. L-oriġini tal-Ġonna ta' Kew imorru lura għall-fużjoni tar-residenzi rjali ta' Richmond u ta' Kew fl-1772. William Chambers bena diversi strutturi tal-ġonna, inkluż il-Pagoda l-Kbira fl-1761 li għadha teżisti sa llum il-ġurnata. Ġorġ III kompla jsebbaħ il-ġonna, bl-għajnuna ta' William Aiton u ta' Sir Joseph Banks. Il-Park l-antik ta' Kew (li sa dak iż-żmien beda jissejjaħ id-Dar il-Bajda), twaqqa' fl-1802. Is-"Serra Olandiża" biswit inxtrat minn Ġorġ III fl-1781 bħala skola tan-nuna għat-tfal irjali. Din hija struttura sempliċi tal-brikks li issa hija magħrufa bħala l-Palazz ta' Kew. L-Almanakk ta' Epikurju jsemmi aneddotu tal-ħajt tal-ġonna mill-1815: "Inti u tiela' Dreary Lane li twassal sa Richmond, tgħaddi tul il-ħajt tal-konfini tal-Lvant tal-Ġonna ta' Kew, li jibqa' sejjer għal iktar minn mil bħala tul. Dan il-ħajt mejjet kien ikollu effett tedjanti u kien iqanqal il-kurżità ta' min kien jimxi ħdejh; iżda baħri magħtub, tallabi u fqir, xi snin ilu, tah il-ħajja billi pinġa fuqu, bil-ġibs, kull membru tal-flotta navali Brittanika. Hu jerġa' lura hemmhekk kull sena biex isewwi u jarma l-bastimenti tiegħu, jingħata provvisti konsiderevoli bħala karità mingħand min jiltaqa' miegħu fit-triq minn u lejn Richmond". Xi pjanti bikrin ġew mill-ġnien imdawwar b'ħajt, li ġie stabbilit minn William Coys f'Stubbers f'North Ockendon. Il-kollezzjonijiet kibru kemxejn b'mod aleatorju sal-ħatra tal-ewwel kollezzjonist, Francis Masson, fl-1771. Capability Brown, li sar l-iżjed arkitett tal-pajsaġġi rinomat fl-Ingilterra, applika għall-kariga ta' ġardinar ewlieni fi Kew u ġie rrifjutat. Fl-1840, il-ġonna ġew adottati bħala ġonna botaniċi nazzjonali, l-iktar bis-saħħa tal-isforzi tas-Soċjetà Ortikulturali Rjali u l-President tagħha William Cavendish. Taħt id-direttur ta' Kew, William Hooker, il-ġonna tkabbru għal 30 ettaru (75 akru) u l-artijiet għad-divertiment bis-siġar jew l-arboretum, ġew estiżi għal 109 ettari (270 akru), u iktar 'il quddiem għad-daqs attwali ta' 121 ettaru (300 akru). L-ewwel kuratur kien John Smith. Is-Serra tal-Palm inbniet mill-arkitett Decimus Burton u mill-ħaddied Richard Turner bejn l-1844 u l-1848, u kienet l-ewwel struttura fuq skala kbira fejn intuża l-ħadid ferrobattut. Titqies bħala "l-iżjed struttura Vittorjana importanti eżistenti tal-ħġieġ u tal-ħadid". Il-panewijiet tal-ħġieġ tal-istruttura ntefħu kollha manwalment. Is-Serra Miti, li hija kbira d-doppju tas-Serra tal-Palm, inbniet iktar 'il quddiem fis-seklu 19. Issa hija l-ikbar serra Vittorjana eżistenti. Fis-seklu 19, fi Kew irnexxa l-isforz ta' propagazzjoni tas-siġar tal-gomma għall-kultivazzjoni 'l barra mill-Amerka t'Isfel. Fi Frar 1913, id-Dar tat-Te ngħatat in-nar mis-suffraġisti Olive Wharry u Lilian Lenton matul sensiela ta' attakki bin-nar f'Londra. Il-Ġonna ta' Kew tilfu mijiet ta' siġar fil-Maltempata l-Kbira tal-1987. Mill-1959 sal-2007, il-Ġonna ta' Kew kellhom l-ogħla arblu tal-bandiera fir-Renju Unit. Kien magħmul minn zokk uniku ta' siġra tal-abit ta' Douglas mill-Kanada, li ngħata biex jitfakkar iċ-ċentenarju tal-provinċja Kanadiża ta' British Columbia u l-biċentenarju tal-Ġonna ta' Kew. L-arblu tneħħa wara li sar perikoluż minħabba l-ħsara li ġarrab minħabba t-temp u mill-bulebbieta. F'Lulju 2003, il-Ġonna ta' Kew tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Proġett ta' rinnovazzjoni ta' £41 miljun fuq ħames snin tas-Serra Miti tlesta f'Mejju 2018. Għad hemm ħames siġar minn żmien l-istabbiliment tal-ġonna botaniċi fl-1762. Flimkien dawn is-siġar huma magħrufa bħala l-"Ħames Iljuni" u jikkonsistu minn: siġra tal-ginkgo (Ginkgo biloba), siġra tal-pagoda (Styphnolobium japonicum), platanu Orjentali (Platanus orientalis), akaċja falza (Robinia pseudoacacia), u elmu tal-Kawkasu jew zelkova (Zelkova carpinifolia). Karatteristiċi Mogħdija tal-mixi minn fuq is-siġar Fl-2008 infetħet mogħdija tal-mixi minn fuq is-siġar, fejn il-viżitaturi jistgħu jimxu għal 200 metru (660 pied) 18-il metru (59 pied) 'il fuq mill-art f'bosk żgħir. Il-viżitaturi jistgħu jitilgħu u jinżlu bit-taraġ jew b'lift. L-art tal-mogħdija hi tal-metal imtaqqab u hija flessibbli meta wieħed jimxi minn fuqha; l-istruttura kollha tixxejjer ftit 'l hemm u 'l hawn bir-riħ. Il-mogħdija ġiet iddisinjata minn David Marks. Fir-ritratt ta' hawn taħt tidher sezzjoni mill-mogħdija, inkluż ir-riffieda tal-azzar, li ġew iddisinjati biex jissaddu biex ikollhom dehra qisha ta' zkuk tas-siġar biex b'hekk il-mogħdija ma tistonax wisq mal-kumplament tal-pajsaġġ. Filmat qasir bid-dettalji tal-kostruzzjoni tal-mogħdija huwa disponibbli online. Pont minn naħa għall-oħra tal-lag Il-pont minn naħa għall-oħra tal-lag, magħmul mill-granit u mill-bronż, infetaħ f'Mejju 2006. Ġie ddisinjat minn Buro Happold u John Pawson, u jaqsam minn naħa għall-oħra tal-lag. Fl-imgħoddi kien issemma f'ġieħ Dr Mortimer u Theresa Sackler. Il-pont għandu stil minimalista u ġie ddisinjat bħala kurva doppja partikolari tal-granit iswed. Il-ġnub tal-pont huma magħmula minn pilastri tal-bronż li jagħtu l-impressjoni, minn ċerti angoli, li jiffurmaw ħajt solidu, filwaqt li minn angoli oħra, u għal dawk li jkunu fuq il-pont, jidher ċar li huma entitajiet individwali li joffru veduta tal-ilma tal-lag. Il-pont jifforma parti minn mogħdija ddisinjata biex tħeġġeġ lill-viżitaturi jżuru parti ikbar mill-ġonna mill-parti l-iktar popolari u jikkollega ż-żewġ galleriji tal-arti, permezz tas-Serra Miti u s-Serra tal-Evoluzzjoni f'bosk żgħir, mad-Dar ta' Minka u l-Ġnien tal-Bambù. Il-pont rebaħ premju speċjali mill-Istitut Irjali tal-Arkitetti Brittaniċi fl-2008. Ix-Xehda Ix-Xehda nfetħet fl-2016 u hija esperjenza multisensorjali ddisinjata biex tagħel enfasi fuq il-ħajja straordinarja tan-naħal. Hija għolja 17-il metru (56 pied) u tinsab f'bur tal-fjuri selvaġġi. Ix-Xehda ġiet iddisinjata mill-artist Ingliż Wolfgang Buttress. Ix-Xehda nħolqot billi ntużaw eluf ta' biċċiet tal-aluminju rranġati fl-għamla ta' xehda tan-naħal. Inizjalment ġiet installata bħala eżibizzjoni temporanja, iżda saret permanenti fil-Ġonna ta' Kew minħabba l-popolarità tagħha. Żjara b'ferrovija turistika tat-triq Il-Kew Explorer huwa servizz li jdawwar lit-turisti f'rotta ċirkolari madwar il-ġonna, permezz ta' żewġ ferroviji turistiċi tat-triq li jesgħu 72 passiġġier kull waħda u li jitħaddmu bil-gass biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tniġġis. Is-sewwieq jagħti kummentarju u hemm diversi waqfiet. Mappa tal-ġonna hija disponibbli fis-sit web tal-Ġonna ta' Kew. Tumbata tal-kompost Fil-Ġonna ta' Kew hemm waħda mill-ikbar tumbati tal-kompost fl-Ewropa, magħmula minn skart ekoloġiku u tal-injam mill-ġonna u d-demel mill-istalel tal-Household Cavalry. Il-kompost jintuża l-iktar fil-ġonna, iżda xi kultant ġie mibjugħ b'irkant bħala parti minn avveniment tal-ġbir ta' fondi għall-ġonna. It-tumbata tal-kompost hija żona tal-ġonna li mhix aċċessibbli għall-pubbliku, iżda nbniet pjattaforma ta' osservazzjoni, magħmula mill-injam li kien ġie kkummerċjalizzat illegalment iżda kien ġie ssekwestrat mill-uffiċjali tad-dwana fl-HMRC, sabiex b'hekk il-viżitaturi jkunu jistgħu jaraw it-tumbata tul iċ-ċiklu tagħha. Mixjiet gwidati Kuljum isiru mixjiet gwidati minn voluntiera mħarrġin. Serer Serra tal-Alpi F'Marzu 2006 infetħet is-Serra tal-Alpi ta' Davies, it-tielet verżjoni ta' serra tal-Alpi mill-1887. Minkejja li twila 16-il metru (52 pied), l-apiċi tal-ħnejja fuq is-saqaf jestendi għal għoli ta' 10 metri (33 pied) sabiex jitħalla fluss tal-arja naturali biex jgħin il-ventilazzjoni tant importanti meħtieġa għat-tip ta' pjanti fis-serra. Is-serra l-ġdida fiha sett ta' blinds operati awtomatikament li jipprevjenu li tisħon wisq meta x-xemx tkun sħuna wisq għall-pjanti, flimkien ma' sistema li tonfoħ fluss kontinwu ta' arja kiesħa fuq il-pjanti. Id-disinn prinċipali tas-serra għandu l-għan li jippermetti li jidħol kemm jista' jkun dawl naturali. Għalhekk, il-ħġieġ huwa ta' tip speċjali li jippermetti li jgħaddi 90 fil-mija tad-dawl ultravjola mid-dawl tax-xemx. Is-serra hija mirfuda minn kejbils tal-azzar b'tensjoni għoli biex l-ebda dawl ma jiġi ostakolat mill-qafas tradizzjonali tal-ħġieġ. Sabiex tiġi kkonservata l-enerġija, l-arja kiesħa ma tiġix imkessħa artifiċjalment iżda titkessaħ billi tingħadda minn labirint ta' pajpijiet mirduma taħt is-serra f'fond fejn it-temperatura tibqa' idonea s-sena kollha. Is-serra hija ddisinjata apposta biex it-temperatura massima ma taqbiżx l-20 °C (68 °F). Il-kollezzjoni ta' pjanti tal-Alpi tal-Ġonna ta' Kew (definiti bħala pjanti li jikbru 'l fuq mil-linja tas-siġar fil-ħabitat naturali tagħhom – mil-livell tal-art fil-poli sa iktar minn 2,000 metru (6,562 pied)), u saħansitra sa iktar minn 7,000 metru. Peress li s-Serra tal-Alpi tista' tospita madwar 200 pjanta biss f'daqqa, dawk esposti jinbidlu b'rotazzjoni regolarment. Konservatorju ta' Nash Oriġinarjament iddisinjat għall-Palazz ta' Buckingham, dan ġie ttrasferit lejn il-Ġonna ta' Kew fl-1836 mir-Re William IV. Il-binja qabel kienet magħrufa bħala s-Serra tal-Araceae Nru 1 u kienet tintuża għall-wiri tal-ispeċijiet ta' Araceae; il-binja ġiet elenkata bħal binja tal-Grad II fl-1950. Il-binja tgawdi minn abbundanza ta' dawl naturali u issa tintuża għal diversi wirjiet, tiġijiet u avvenimenti privati. Issa tintuża wkoll għall-wirja tar-rebbieħa ta' kompetizzjoni tal-fotografija. Serra tas-Siġar taċ-Ċitru Is-Serra tas-Siġar taċ-Ċitru ġiet iddisinjata minn Sir William Chambers, u tlestiet fl-1761. Id-daqs tagħha hu ta' 28 metru b'10 metri (92 pied bi 33 pied). Maż-żmien instab li kienet mudlama wisq għall-iskop maħsub tagħha li jitkabbru s-siġar taċ-ċitru u b'hekk tneħħew minn hemm fl-1841. Wara bosta bidliet fl-użu tagħha, attwalment tintuża bħala ristorant. Serra tal-Palm Is-Serra tal-Palm (1844-1848) kienet frott il-kooperazzjoni bejn l-arkitett Decimus Burton u l-ħaddied Richard Turner, u nbniet skont il-prinċipji tad-disinn tas-serer żviluppati minn John Claudius Loudon u Joseph Paxton. Qafas magħmul minn ħnejjiet tal-ħadid ferrobattut, miżmuma flimkien permezz ta' strutturi qishom tubi orizzontali b'kejbils twal b'tensjoni għolja prestabbilita, jappoġġa l-panewijiet tal-ħġieġ li oriġinarjament kienu ħodor skuri bl-ossidu tar-ram sabiex jitnaqqas l-effett sinifikanti tat-tisħin. In-navata ċentrali għolja 19-il metru (62 pied) hija mdawra b'mogħdija tal-mixi f'għoli ta' disa' metri (30 pied), li tippermetti lill-viżitaturi jagħtu titwila minn fuq is-siġar tal-palm. Quddiem is-Serra tal-Palm, fuq in-naħa tal-Lvant, hemm l-Annimali tar-Reġina, sensiela ta' għaxar statwi ta' annimali b'tarka kull wieħed. Huma repliki tal-ġebel ta' Portland tal-istatwi oriġinali magħmula minn James Woodford u tpoġġew hemmhekk fl-1958. Is-Serra tal-Palm oriġinarjament kienet imsaħħna permezz ta' żewġ bojlers imħaddma bil-faħam, b'ċumnija għolja 107 piedi (33 metru), magħrufa bħala x-"Xaft tal-Forn tas-Serra l-Kbira tal-Palm", u li issa hija magħrufa bħala l-Kampnar jew Campanile, qrib id-Daħla ta' Victoria. Il-faħam kien jiġi ttrasport permezz ta' ferrovija ħafifa, li kienet tgħaddi minn ġo mina, u li kellha vaguni li kienu jitmexxew mill-bniedem. Il-mina kienet isservi bħala kanal bejn il-bojlers u ċ-ċumnija, iżda d-distanza kienet kbira wisq għal tħaddim effiċjenti, u b'hekk żdiedu żewġ ċmieni żgħar mas-Serra tal-Palm. Fl-1950 il-linja ferrovjarja ġiet elettrifikata. Issa l-mina tintuża għall-ġarr tal-misħun lejn is-Serra tal-Palm, permezz ta' pajpijiet mill-bojlers imħaddma biż-żejt, li jinsabu qrib iċ-ċumnija oriġinali li għadha teżisti u li ġiet elenkata bħala binja tal-Grad II. Konservatorju tal-Prinċipessa ta' Wales It-tielet l-ikbar konservatorju tal-Ġonna ta' Kew, il-Konservatorju tal-Prinċipessa ta' Wales, iddisinjat mill-arkitett Gordon Wilson, infetaħ fl-1987 minn Diana, il-Prinċipessa ta' Wales bħala kommemorazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-predeċessur tagħha Awgusta mal-Ġonna ta' Kew. Il-binja ħadet post 26 binja iżgħar. Fl-1989 il-konservatorju ngħata l-premju Europa Nostra għall-konservazzjoni. Il-konservatorju jospita għaxar żoni mikroklimatiċi kkontrollati bil-kompjuter, u l-biċċa l-kbira tal-volum tas-serra huwa magħmul minn pjanti tat-Tropiċi Nexfin u tat-Tropiċi bix-Xita. Għadd sinifikanti ta' orkidej, galletti, kaktus, litopi, pjanti karnivori u bromelijadi huma ospitati f'diversi żoni. Il-kollezzjoni tal-kaktus testendi wkoll barra l-konservatorju fejn jinstabu xi speċijiet iktar reżistenti. Il-konservatorju għandu erja ta' 4,499 metru kwadru (48,430 pied kwadru; 0.4499 ettari; 1.112 akru). Peress li huwa ddisinjat biex jitħaddem bl-inqas ammont ta' enerġija possibbli, iż-żoni iktar kesħin huma raggruppati lejn barra u ż-żoni iktar tropikali jinsabu fiż-żona ċentrali fejn tiġi kkonservata s-sħana. Is-saqaf tal-ħġieġ huwa estiż sal-art, u b'hekk il-konservatorju għandu dehra li tispikka. Barra minn hekk, dan jgħin biex jiġi mmassimizzat l-użu tal-enerġija mix-xemx. Matul il-kostruzzjoni tal-konservatorju ntradmet kapsula tal-ħin. Din fiha ż-żrieragħ ta' għelejjel bażiċi u ta' speċijiet ta' pjanti mhedda, kif ukoll pubblikazzjonijiet ewlenin dwar il-konservazzjoni. Serra Miti Is-Serra Miti, li reġgħet infetħet f'Mejju 2018 wara li kienet ingħalqet għar-restawr, hija serra bid-doppju tal-erja tas-Serra tal-Palm u hija l-ikbar struttura Vittorjana eżistenti tal-ħġieġ fid-dinja. Fiha pjanti u siġar mir-reġjuni miti kollha tad-dinja, u wħud minnhom huma tassew rari. Ġiet ikkummissjonata fl-1859 u ġiet iddisinjata mill-arkitett Decimus Burton u mill-ħaddied Richard Turner. Tkopri erja ta' 4,880 metru kwadru, u hija għolja 19-il metru (62 pied). Kienet maħsuba biex fiha tinżamm il-kollezzjoni dejjem tikber ta' pjanti miti u reżistenti tal-Ġonna ta' Kew, u damet 40 sena biex inbniet. Matul dan iż-żmien il-kostijiet żdiedu wkoll. Il-binja ngħalqet għar-restar fl-1980-1982. Imbagħad ġiet irrestawrata wkoll fl-2014-2015 minn Donald Insall Associates, abbażi tal-pjan ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tagħhom. Fis-sezzjoni ċentrali hemm gallarija ta' osservazzjoni li minnha l-viżitaturi jistgħu jħarsu 'l isfel lejn parti mill-kollezzjoni fis-serra. Serra tal-Galletti Is-Serra tal-Galletti hija l-iżjed serra sħun u umduża mis-serer tal-Ġonna ta' Kew u fiha għadira kbira b'varjetajiet ta' galletti, imdawra b'wirja ta' pjanti għaljin li jħobbu s-sħana. Is-serra tagħlaq matul ix-xhur tax-xitwa. Inbniet biex tospita l-Victoria amazonica, l-ikbar galletta tal-familja tan-Nymphaeaceae. Oriġinarjament din il-pjanta ġiet ittrasportata lejn il-Ġonna ta' Kew fi vjali ta' ilma nadif u waslet fi Frar 1849, wara diversi tentattivi preċedenti li ma rnexxewx ta' trasport taż-żrieragħ u tal-għeruq. Minkejja li diversi membri oħra tal-familja tan-Nymphaeaceae kibru sew, is-serra ma kinitx adattata għall-Victoria, x'aktarx minħabba sistema batuta ta' ventilazzjoni, u dan l-eżemplar ġie ttrasferit lejn serra iżgħar (is-Serra tal-Victoria amazonica Nru 10). Ix-xogħol tal-ħadid għall-proġett tas-Serra tal-Galletti ġie pprovdut minn Richard Turner u l-kostruzzjoni inizjali tlestiet fl-1852. Is-sħana għas-serra inizjalment kienet miksuba permezz ta' kanal mis-Serra tal-Palm fil-qrib iżda iktar 'il quddiem ġiet mgħammra bil-bojler tagħha stess. Serra tal-Evoluzzjoni Din is-serra qabel kienet magħrufa bħala s-Serra Awstraljana. Is-serra kienet rigal mill-gvern Awstraljan. Ġiet iddisinjata minn S L Rothwell (il-Ministeru għax-Xogħlijiet), flimkien mal-inġinier konsulenti J E Temple, u nbniet minn Crittall Manufacturing Company Ltd. u nfetħet fl-1952. Mill-1995 saret magħrufa bħala s-Serra tal-Evoluzzjoni. Il-binja ġiet elenkata permezz tal-Att dwar l-Ippjanar tal-1990 (tal-Binjiet Elenkati u taż-Żoni ta' Konservazzjoni) għall-interess arkitettoniku jew storiku speċjali tagħha. Serra tal-Bonsaj Is-Serra tal-Bonsaj qabel kienet magħrufa bħala s-Serra tal-Alpi Nru 24, qabel il-kostruzzjoni tas-Serra tal-Alpi ta' Davies. Serer preċedenti Is-serer preċedenti li ġejjin baqgħu jintużaw sal-1974. Minn dak iż-żmien 'l hawn kollha twaqqgħu. Is-Serra tal-Araceae (issa magħrufa bħala l-Konservatorju ta' Nash) ġiet iddeżinjata bħala s-Serra Nru 1 u s-Serra tal-Galletti kienet is-Serra Nru 15. Sit ta' Wirt Dinji Il-Ġonna Botaniċi Rjali ta' Kew ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Referenzi Ġonna Londra Renju Unit Siti ta' Wirt Dinji
29991
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fl-Albanija
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Albanija
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. L-Albanija rratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji fl-10 ta' Lulju 1989, u b'hekk saret eliġibbli biex iżżid is-Siti ta' Wirt Dinji tagħha fil-lista tal-UNESCO. Mill-2021 l-Albanija għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit fl-Albanija li żdied mal-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien dak tal-belt antika ta' Butrint li tniżżlet mal-lista fis-16-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992. Iċ-ċentru storiku ta' Gjirokastër tniżżel fl-2005 bħala l-Belt-Mużew ta' Gjirokastra. Fl-2008 żdied iċ-ċentru storiku ta' Berat mal-istess sit, li b'hekk sar iċ-Ċentri Storiċi ta' Berat u Gjirokastër. Fl-2017, ir-reġjuni tax-xmara Gashi u Rrajcë tniżżlu bħala parti mill-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa li huwa sit transnazzjonali kondiviż ma' 17-il pajjiż ieħor. Fl-2019, is-sit tal-Wirt Kulturali u Naturali tar-reġjun ta' Ohrid, li kien ilu li tniżżel fil-lista bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Maċedonja ta' Fuq mill-1979, ġie estiż biex tiġi inkluża wkoll il-parti Albaniża tal-kosta. Sit ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal) Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Albanija
29993
https://mt.wikipedia.org/wiki/Identifikatur%20tal-Isem%20Standard%20Internazzjonali
Identifikatur tal-Isem Standard Internazzjonali
L-identifikatur tal-Isem Standard Internazzjonali magħruf ukoll bħala International Standard Name Identifier jew sempliċiment ISNI, huwa sistema ta' identifikazzjoni għall-identifikazzjoni unika tal-identitajiet pubbliċi ta' kontributuri għall-kontenut tal-midja bħal kotba, programmi televiżivi, u artikli tal-gazzetti. Dan l-identifikatur jikkonsisti minn 16-il ċifra. Jista' jintwera ukoll maqsum f'erba' blokki. ISNI jista' jintuża biex jiddiżambigwa entitajiet imsemmija jistgħu jiġu konfużi ma xulxin, u jgħaqqad id-dejta dwar ismijiet li jinġabru u jintużaw fis-setturi kollha tal-industriji tal-midja. Is-sistema ġiet żviluppata taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO - International Standards Organization) bħala Abbozz ta' Standard Internazzjonali 27729; l-istandard validu ġie ppubblikat fil-15 ta’ Marzu 2012. Il-kumitat tekniku ISO 46, sottokumitat 9 (TC 46/SC 9) huwa responsabbli għall-iżvilupp tal-istandard. Format ISNI Il-FAQ tal-websajts isni.org tgħid "ISNI huwa magħmul minn 16-il ċifra, l-aħħar karattru jkun karattru ta' kontroll." Format bla spazju MARC: ġie propost li l-ISNI jinħażen mingħajr spazji, eż.(isni)1234567899999799 isni.org URL: bla spazji, eż http://www.isni.org/isni/000000012146438X (antik) https://isni.org/isni/000000012146438X (attwali) https://isni.org/000000012146438X (alternattiv) viaf.org: URL https://viaf.org/viaf/sourceID/ISNI%7C000000012146438X URL https://viaf.org/processed/ISNI%7C000000012146438X id-dumps tad-data fihom fil-forma ISNI|000000012146438X Format bl-ispazju Spiss jintewereb bi spazji. isni.org viaf.org Użi ta' ISNI L-ISNI jippermetti li identità waħda (bħal psewdonimu ta' awtur jew l- istampa użata minn pubblikatur ) tiġi identifikata permezz ta' numru uniku. Dan in-numru uniku jista' mbagħad jiġi konness ma' kwalunkwe identifikaturi oħra numerużi li huma użati fl-industriji tal-midja biex jidentifikaw ismijiet u forom oħra ta' identità. Eżempju tal-użu ta’ numru bħal dan huwa l-identifikazzjoni ta’ artist mużikali li huwa wkoll kittieb kemm tal-mużika kif ukoll tal-poeżiji. Filwaqt li jistgħu jiġu identifikati f'diversi databases bl-użu ta' bosta sistemi ta' identifikazzjoni privati u pubbliċi, taħt is-sistema ISNI, ikollhom rekord ISNI wieħed li jgħaqqad. Il-ħafna databases differenti jistgħu mbagħad jiskambjaw dejta dwar dik l-identità partikolari mingħajr ma jirrikorru għal metodi mħawda bħal tqabbil ta' partijiet minn test. Eżempju spiss ikkwotat fid-dinja Anglofona hija d-diffikultà li tiffaċċja meta tidentifika 'John Smith' f'database. Filwaqt li jista' jkun hemm ħafna rekords għal 'John Smith', mhux dejjem huwa ċar liema rekord jirreferi għall-'John Smith' speċifiku li huwa meħtieġ. Jekk awtur ikun ippubblikat taħt diversi ismijiet jew psewdonimi differenti, kull isem bħal dan jirċievi l-ISNI tiegħu stess. ISNI jista' jintuża minn libreriji u arkivji meta jaqsmu l-informazzjoni tal-katalgu; għal tfittxija aktar preċiża għall-informazzjoni onlajn u f’bażijiet ta’ dejta, u tista’ tgħin fil-ġestjoni tad-drittijiet bejn il-fruntieri nazzjonali u fid-dinja diġitali. ORCID L-identifikaturi ORCID (Open Researcher and Contributor ID) jikkonsistu fi blokk riservat ta' identifikaturi ISNI għal riċerkaturi akkademiċi u huma amministrati minn organizzazzjoni separata. Riċerkaturi individwali jistgħu joħolqu profil u jitolbu l-identifikatur ORCID tagħhom stess. Iż-żewġ organizzazzjonijiet jikkoordinaw l-ħidma tagħhom. Aġenziji ta' Reġistrazzjoni ISNI Aġenzija tar-reġistrazzjoni tipprovdi l-interface bejn l-applikanti tal-ISNI u l-Aġenzija tal-Assenjament tal-ISNI. Fl-2018, YouTube sar reġistru ISNI, u ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jibda joħloq ISNI IDs għall-mużiċisti li l-vidjows tagħhom fih. L-ISNI antiċipa li n-numru ta' IDs ISNI jiżdid "3-5 miljun matul is-snin li ġejjin" bħala riżultat. Fl-2020, Sound Credit, flimkien ma' ISNI, ħabbret li r-reġistrazzjonijiet ISNI tf-industrija tal-mużika kienu bla ħlas u awtomatizzati. Is-sistema ta’ reġistrazzjoni b’xejn hija parti mill-ħolqien tal-profil tal-utent fuq Sound Credit, użata mis-sistema akbar tagħha għall-ikkreditar tal-mużika. Dan jinkludi tfittxija awtomatizzata biex jiġu evitati ISNIs duplikati u ċertifikat iġġenerat mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-Sound Credit biex tirreġistra allokazzjonijiet godda tal-ISNI. Referenzi Ħoloq esterni Identifikaturi
29997
https://mt.wikipedia.org/wiki/Munich
Munich
Munich (/ˈmjuːnɪk / MEW-nik; Ġermaniż: München [ˈmʏnçn̩] hija l-belt kapitali u l-aktar popolata tal-Istat Ħieles tal-Bavarja. B'popolazzjoni ta' 1,558,395 abitant fil-31 ta' Lulju 2020, hija t-tielet l-akbar belt fil-Ġermanja, wara Berlin u Hamburg, u għalhekk l-akbar li ma tikkostitwixxix l-istat tagħha stess, kif ukoll il-11-il l-akbar belt fl-Unjoni Ewropea. Fir-reġjun metropolitan tal-belt jgħixu madwar 6 miljun ruħ. F'nofs ix-xtut tax-xmara Isar fit-Tramuntana tal-Alpi, Munich hija s-sede tar-reġjun amministrattiv tal-Bavarja ta' Fuq, filwaqt li hija l-muniċipalità l-aktar popolata fil-Ġermanja b'4,500 ruħ kull km2. Munich hija t-tieni l-akbar belt fiż-żona tad-djalett tal-Bavarja, wara l-kapitali Awstrijaka, Vjenna. Il-belt issemmiet għall-ewwel darba fl-1158. Munich Kattolika irreżistiet bil-qawwa r-Riforma u dan kien punt politiku ta' diverġenza matul il-Gwerra ta' Tletin Sena li rriżultat minn dan id-diżgwid. Madankollu baqgħet fiżikament mhux mittiefsa minkejja okkupazzjoni mill-Protestanti Żvediżi. Meta l-Bavarja ġiet stabbilita bħala r-Renju tal-Bavarja fl-1806, Munich saret ċentru Ewropew ewlieni tal-arti, l-arkitettura, il-kultura u x-xjenza. Fis-snin għoxrin, Munich rat fiha diversi fazzjonijiet politiċi, fosthom il-Partit Nazista. Wara li n-Nazi telgħu fil-poter, Munich ġiet iddikjarata bħala l-"Kapitali tal-Moviment". Il-belt kienet ibbumbardjata ħafna matul it-Tieni Gwerra Dinjija, iżda ħafna mill-belt il-qadima tagħha kienet rrestawrata wara l-gwerra. Wara t-tmiem tal-okkupazzjoni Amerikana ta' wara l-gwerra fl-1949, kien hemm żieda kbira fil-popolazzjoni u s-setgħa ekonomika matul is-snin tal-Wirtschaftswunder (tkabbir ekonomiku kbir). Il-belt ospitat l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1972. Illum, Munich hija ċentru globali tax-xjenza, it-teknoloġija, il-finanzi, l-innovazzjoni, in-negozju u t-turiżmu. Munich tgawdi minn standard u kwalità ta' għajxien għoljin ħafna, u laħqet l-ewwel fil-Ġermanja u t-tielet madwar id-dinja skont l-istħarriġ tal-Mercer tal-2018, u hija kklassifikata bħala l-aktar belt abitabbli fid-dinja mill-Istħarriġ tal-Kwalità tal-Ħajja tal-Monocle tal-2018. Munich hija kklassifikata b'mod konsistenti bħala waħda mill-ibliet l-aktar għaljin fil-Ġermanja f'termini ta' prezzijiet tal-proprjetà immobbli u spejjeż tal-kiri. Referenzi Sorsi CS1 bil-Ġermaniż (de) Bliet tal-Ġermanja Bavarja Bliet Ewropej
29998
https://mt.wikipedia.org/wiki/Torri%20tax-Xebba%20%28Baku%29
Torri tax-Xebba (Baku)
It-Torri tax-Xebba (bl-Ażerbajġani: Qız qalası; bil-Persjan: قلعه دختر; bl-Ingliż: Maiden Tower) huwa monument tas-seklu 12 li jinsab fiċ-ċentru storiku ta' Baku, il-belt kapitali tal-Ażerbajġan. Flimkien mal-Palazz tax-Shirvanshah tas-seklu 15 jifforma grupp ta' monumenti storiċi li fl-2001 tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. It-torri huwa wieħed mill-iżjed monumenti nazzjonali ikoniċi tal-Ażerbajġan u jidher fuq il-karti tal-flus u d-dokumenti uffiċjali tal-Ażerbajġan. It-Torri tax-Xebba jospita mużew li jippreżenta l-istorja tal-evoluzzjoni storika tal-belt ta' Baku u fih ukoll ħanut fejn wieħed jista' jixtri xi tifkiriet. Mill-bejt wieħed ikollu veduta panoramika tat-toroq u tal-minareti taċ-ċentru storiku tal-belt, it-triq prinċipali ta' Baku, id-dar ta' Isa bek Hajinski u tal-Bajja ta' Baku. It-torri għandu wkoll sensiela ta' misteri u leġġendi marbuta miegħu, li nibtu mill-istorja u mill-kultura tal-Ażerbajġan. Tabilħaqq, xi ġrajjiet saru t-tema għax-xenarji taż-żfin klassiku u tat-teatru. It-Torri tax-Xebba (żfin klassiku) huwa kapulavur dinji taż-żfin klassiku tal-Ażerbajġan, maħluq mill-kompożitur Afrasiyab Badalbeyli fl-1940, u l-ispettaklu taż-żfin klassiku reġa' ttella' fl-1999. B'konsegwenza tat-treġġigħ lura tal-kosta tal-Baħar Kaspju, tfaċċat biċċa art. Din l-art ġiet żviluppata bejn is-sekli 9 u 15, u nbnew is-swar taċ-ċentru storiku u l-palazz, inkluż il-bastjun il-kbir tat-Torri tax-Xebba. Storja Xi sorsi xjentifiċi jindikaw li t-Torri tax-Xebba huwa eżempju importanti taż-Żoroastrijaniżmu u l-arkitettura pre-Iżlamika fl-Iran u fl-Ażerbajġan. Il-Professur Davud A. Akhundov jipprovdi evidenza arkeoloġika u arkitettonika u jsostni li t-torri kien it-Torri Sagru tan-Nar taż-Żoroastrijaniżmu li kellu seba' ħarġiet għan-nar fil-quċċata tiegħu. Iż-Żoroastrijani kienu jemmnu li hemm Seba' Stadji jew Seba' Smewwiet li wieħed irid jgħaddi minnhom biex jilħaq il-ġenna. Skont Davud A. Akhundov u Hassan Hassanov dan it-Tempju Sagru tan-Nar imur lura għall-ħabta tas-seklu 8-7 Q.K. It-Torri tax-Xebba jinsab fil-parti tax-Xlokk ta' Icheri Sheher u għandu storja misterjuża u mimlija leġġendi marbuta ma' żewġ perjodi, għalkemm ma ġewx stabbiliti b'ċertezza. L-inħawi tat-torri ġew insedjati għall-ewwel darba fil-preistorja, preċiżament fil-Paleolitiku. Sara Ashurbeyli, professur u storiku prominenti tal-istorja ta' Baku kkalkulat li l-pedamenti tat-torri, estiżi għal 15-il metru taħt l-art, u l-ewwel tliet sulari ta' fuq l-art, oriġinarjament inbnew bejn is-sekli 4 u 6 W.K. u tindika d-differenza ċara fil-ġebel li ntużaw fit-torri mqabbla mal-ġebel li ntużaw fil-belt Medjevali ta' madwaru. Din il-konklużjoni hija parzjalment appoġġata mill-istoriku u Professur Bretanitskiy li sostna li t-torri nbena parzjalment fis-sekli 5 u 6 u mbagħad iktar 'il quddiem fis-seklu 12. Huwa maħsub li s-sit oriġinarjament intuża matul żmien is-Sassanidi bħala tempju taż-Żoroastrijaniżmu. Hemm kitba mnaqqxa f'għoli ta' 14-il metru mal-ħajt tan-Nofsinhar li b'kalligrafija Kufika antika ssemmi lil Qubbeye Masud ibn Davud jew Kubey Mesud ibn Da’ud, arkitett li kien attiv fis-seklu 12; hu u missieru kienu l-arkitetti li bnew ukoll it-Torri Tond ta' Mardakan. Madankollu, hemm nuqqas ta' qbil peress li l-kitba mnaqqxa tat-Torri tax-Xebba, għad-differenza tal-kitba mnaqqxa tat-Torri ta' Mardakan, fil-fatt ma tiżvelahx tassew bħala l-arkitett, għalkemm hemm qbil ġenerali li l-biċċa l-kbira tat-torri modern tmur lura għas-seklu 12. Il-Professur Ahmadov jemmen li t-torri kien jintuża bħala osservatorju astronomiku minn żmien ir-rikostruzzjoni tiegħu, minħabba l-fatt li hemm 30 marka fil-ġebel tal-parti t'isfel tat-torri u 31 marka oħra fil-ġebel tal-parti ta' fuq tat-torri, ikkollegati flimkien b'qisu ċintorin tal-ġebel, li skontu huma marbuta mal-jiem tax-xahar. Skont skavi arkeoloġiċi reċenti, li twettqu fl-1962-1963 fil-pjan terran tal-mina, it-torri nbena fuq xaqliba kbira tal-blat orjentata lejn il-baħar, u l-istruttura riffieda li ġejja 'l barra mit-torri prinċipali pprovdiet stabbiltà għat-torri. Skavi ulterjuri żvelaw ukoll xorok tal-injam ta' 14-il metru (46 pied), fil-pedamenti tat-torri. Huwa maħsub li dan x'aktarx kien disinn biex il-binja tkun reżistenti għat-terremoti. Huwa maħsub ukoll li x'aktarx l-għamla ċilindrika tat-torri b'ħitan fil-bażi ħoxnin ħames metri (16-il pied) li jsiru 4.5 metri (15-il pied) u erba' metri (13-il pied) iktar 'il fuq ipprovdew pedamenti sodi li wasslu biex l-istruttura baqgħet teżisti tul is-sekli. Jissemma wkoll li t-torri nbena f'daqqa u mhux fi żminijiet differenti kif isostnu studjużi oħra. It-torri u strutturi oħra bil-ħitan tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u matul it-tmexxija Russa fl-1806 ġew imsaħħa u b'hekk waslu sa żminijietna. It-Torri tax-Xebba jidher ukoll fuq in-naħa ta' wara tal-karti tal-flus tal-Ażerbajġan ta' 1 sa 250 manat tal-1992-2006, fuq il-karta tal-flus tal-10 manat maħruġa mill-2006, kif ukoll fuq in-naħa ta' wara tal-munita ta' 50 qəpik izzekkata bejn l-1992 u l-2006 u tal-munita ta' 5 qəpik izzekkata mill-2006. Leġġendi u misteri Hemm diversi misteri u leġġendi marbuta mat-Torri tax-Xebba ta' Baku. Madankollu, il-misteru prinċipali hu d-disinn u l-iskop tat-torri. B'kollox hemm xi 20 leġġenda marbuta mat-Torri tax-Xebba ta' Baku. Għadd kbir minnhom huwa marbut mal-perjodu Iżlamiku u Medjevali tal-istorja ta' Baku. Iżda oħrajn għandhom għeruq fondi fiż-Żoroastrijaniżmu jew l-istorja, ir-reliġjon u l-kultura pre-Iżlamika tal-Ażerbajġan. X'aktarx li l-iżjed leġġenda famuża hi dik tat-tfajla verġni tax-xagħar aħmar li salvat lill-poplu ta' Baku mill-iskjavitù. Il-ġrajja għandha għeruq marbuta mat-twemmin u mal-kultura Żoroastrijani tal-pajjiż u twasslet sa żminijietna. Leġġenda tat-tfajla tax-xagħar aħmar Darba fost l-oħrajn, kien hemm raħal-fortizza tal-qedem jismu Baku. Il-fortizza kellha Tempju-Torri tan-Nar. Fil-qedem, l-għadu ċċirkonda l-fortizza u ordna lill-poplu ta' Baku jarrendi, iżda l-poplu rrifjuta. B'hekk l-għadu vara assedju biex iġarraf il-fortizza u qabad l-abitanti kollha bħala lsiera. Bosta difensuri tal-fortizza mietu huma u jippruvaw iwaqqfu l-attakki tal-għadu. Sadanittant, il-kmandant tal-għadu ordna li l-provvisti tal-ilma jitkissru. B'hekk kull min kien fil-fortizza bata l-għatx. Ma kien hemm l-ebda ikel u xorb, iżda tixrid tad-demm u mwiet biss. Il-Maġi Supremi, flimkien ma' patrijiet oħra, talbu lin-Nar Imqaddes fit-Tempju-Torri tan-Nar tal-fortizza, u talbu lill-alla ta' Ahura Mazda biex jgħin lin-nies. Huma talbu lejl u nhar biex Ahura Mazda isalvalhom ħajjithom u biex jifilħu jirreżistu lill-għadu. Finalment, it-talb tagħhom instema'. L-għada, in-nies raw biċċa kbira min-Nar Imqaddes taqa' mill-quċċata tat-Tempju-Torri tan-Nar. Tfajla sabiħa ħarġet min-nar u kellha xagħar twil aħmar nar. Il-folla niżlet għarkopptejha minnufih u bdiet titlob. Hija qalet: "Tinkwetawx. Se ngħinkom u se nħariskom. Tuni xabla u elmu. L-għadu ma għandux jara x-xagħar tiegħi ta' tfajla, iftħu x-xatba tal-fortizza". Sadanittant, il-kmandant tal-għadu kien qed jistenna barra għall-pahlevan tal-fortizza biex jiġġieldu wieħed kontra l-ieħor. Jekk jirbaħ il-ġlieda l-pahlevan tal-fortizza, l-armata tal-għadu kellha tirtira. Iżda jekk jirbaħ l-għadu, allura jkunu ħakmu l-fortizza u l-abitanti ħajjin kollha jsiru lsiera. Ix-xatba tal-fortizza nfetħet u l-kmandant tal-għadu ra pahlevan ġej għall-ġlied. Għaldaqstant, bdiet battalja qalila. Darba minnhom, il-pahlevan tal-fortizza rnexxielu jwaqqa' lill-għadu minn fuq iż-żiemel u ressaq sikkina direttament ma' għonq l-għadu. Il-kmandant tal-għadu werżaq: "Irbaħt inti! Min int? Neħħi l-elmu minn fuq rasek. Irrid nara wiċċek, pahlevan!". Kif tneħħa l-elmu induna li l-pahlevan tal-fortizza kienet it-tfajla sabiħa tax-xagħar aħmar twil. Maħsud stqarr: "O, inti tfajla! Inti tfajla qalbiena u sabiħa! Jekk it-tfajliet ta' Baku huma daqstant qalbiena, qatt mhu se naħkem il-fortizza tiegħek! Toqtolnix, ja sbejħa!". L-għadu ssaħħar quddiem is-sbuħija u l-qlubija tagħha u talabha tiżżewġu. It-tfajla ma qatlitux u saret tħobbu għax rat li kellu qalbu tajba. B'hekk, l-għadu ma ħakimx lil Baku u l-poplu lokali sejjaħ it-torri bħala t-Torri tax-Xebba. Leġġenda dwar il-waqfien tan-nirien Il-leġġenda li jmiss għandha għeruq Żoroastrijani wkoll. Darba fost l-oħrajn, kien hemm għadu li assedja l-fortizza ta' Baku. Madankollu, il-poplu ta' Baku rrifjuta li jarrendi. Il-poplu ddeċieda li jiġġieled sal-aħħar u li jibqa' jiddefendi l-fortizza u l-għajxien tiegħu. B'hekk il-poplu ta' Baku ġġieled bi qlubija kbira iżda s-sitwazzjoni fi ħdan il-fortizza kompliet issir dejjem iktar perikoluża. L-għadu implimenta assedju aħrax kontra d-difensuri tal-fortizza billi kisser il-provvista tal-ilma. B'hekk mingħajr ikel u xorb, id-difensuri ma kellhom l-ebda ċans ta' għajxien. Sadanittant, il-Maġi Supremi flimkien ma' patrijiet oħra talbu fit-Tempju-Torri tan-Nar tal-fortizza. Kollha flimkien talbu lill-alla Ahura Mazda u talbuh jgħinhom. Wara diversi jiem ta' talb bla heda, it-talba tagħhom instema' u seħħ terremot qawwi u devastanti. Eluf ta' għedewwa mietu u b'hekk l-għedewwa l-oħra li baqgħu ħajjin ħarbu. Għaldaqstant, il-poplu ta' Baku ħeles mill-jasar iżda n-Nar Sagru tneħħa mill-quċċata tat-Tempju-Torri tan-Nar. Oriġini tal-isem Il-Professur Mahir Khalifa-zadeh jemmen li apparti l-leġġendi, kienet biċċa xogħol diffiċli li jinstabu spjegazzjonijiet storiċi jew evidenza arkeoloġika jew bil-miktub għaliex it-torri ssejjaħ it-Torri tax-Xebba. Minbarra l-isfondi epiċi, huwa maħsub li t-terminu "xebba" jindika li t-torri ma nqeridx minn xi għadu u għaldaqstant mill-puntidivista reliġjuż iffisser li qatt ma ntmess mill-ħażen ta' Angra Mainyu u allura baqa' tempju-torri "verġni" tal-alla Ahura Mazda taż-Żoroastrijaniżmu. Arkitettura It-torri ġie deskritt bħala "l-iżjed monument maestuż u misterjuż ta' Baku, il-Gyz Galasy", mibni fuq pedamenti sodi tal-blat. Mibni direttament mal-linja tal-kosta, huwa xhieda ta' fużjoni ta' influwenzi Għarab, Persjani u Ottomani. Inbena biswit bir naturali taż-żejt. Huwa struttura ċilindrika ta' tmien sulari b'għoli ta' 29.5 metru (97 pied) u b'dijametru fil-bażi ta' 16.5-il metru (54 pied). L-ispazju intern disponibbli fit-torri jingħad li jesa' sa 200 ruħ. Orjentata lejn il-Lvant hemm biċċa twila u soda orjentata lejn iż-żerniq u tipponta lejn l-ekwinozji. Din wasslet għall-konklużjoni li t-torri kien inbena bħala torri astronomiku; filwaqt li r-riffieda tħares lejn il-Lvant, id-daħla tat-torri tħares lejn ix-Xlokk. Kull sular tat-torri għandu saqaf baxx bil-volti, b'"koppla tal-ġebel" b'fetħa ċentrali. Il-ħxuna tal-ħitan tvarja minn ħames metri (16-il pied) fil-bażi u ċilindrikament tonqos għal 3.2-4.2 metri (10-14-il pied) fis-sulari ta' fuq nett. Is-sulari kollha huma kkollegati b'garigor taraġ li jmiss mal-ħajt ċirkolari u huma mdawla bi twieqi dojoq jew niċeċ ġejjin 'il ġewwa. L-istruttura tal-ġebel fiha wċuħ f'finituri differenti, magħmula bil-ġebla tal-ġir griża lokali. Il-kisjiet fuq il-ġebel bi tkaħħil tal-ġibs jagħti effett li jvarja bejn l-iswed u l-abjad. Il-parti tal-Majjistral tat-torri għad għandha l-kisi oriġinali fil-wiċċ. It-torri għandu wkoll biċċa minnu ħierġa 'l barra, qisha riffieda kurva tal-ġebel. L-iżjed xogħol tal-ġebel bikri għandu rkejjen kwadri. Analiżi bir-reqqa tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tat-torri mill-arkeologi tissuġġerixxi li x-xogħol tal-ġebel, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-istruttura, għandu għamla ta' maqrut jew djamant u dan joħroġ fid-dieher kemm fin-naħa ta' fuq kif ukoll fin-naħa ta' isfel tal-ħajt tat-torri. Il-qatgħa b'għamla ta' djamant titqies bħala karatteristika dekorattiva, b'mod partikolari fuq in-naħa ta' barra tal-ħajt tal-Punent. Din il-karatteristika tul it-torri kollu tindika li milli jidher it-torri kien inbena f'daqqa f'perjodu wieħed. Madankollu, wieħed ma jistax jgħid b'ċertezza għaliex ir-rinnovazzjonijiet reċenti ma sarux bl-iżjed mod xjentifiku. Bir tal-Ilma Struttura notevoli oħra fit-torri hi bir tal-ilma b'dijametru ta' 0.7 metri (2.3 piedi), fond 21 metru (69 pied) sal-akwifer ta' taħtu, li ġie skopert fit-tieni sular tat-torri. Għandu daħla wkoll fil-pjan terran li ġiet skoperta mill-arkeologu Abbas Islamov waqt studju reċenti tat-torri. Dan il-bir ġie interpretat bħala struttura għall-ħżin tal-ilma tax-xita u jingħad li l-ilma huwa nadif u frisk (għalkemm jinsab qrib il-baħar). Il-katusa taċ-ċeramika (b'dijametru ta' 30 ċentimetru (12-il pulzier)) li tinżel 'l isfel min-niċeċ tat-torri għal ġol-bir kienet is-sors tal-provvista tal-ilma. Peress li din is-sistema antika tal-ilma jingħad li hija oriġinali, jeħtieġ li titnaddaf u l-konfigurazzjoni tagħha għadha trid tiġi aċċertata minn studji oħra biex jiġi deskritt in-network tad-dranaġġ li oriġinarjament kien parti mit-torri. Iċ-ċeramika tas-sistema u s-sedimenti ddepożitati fiha jistgħu jgħinu biex tiġi stabbilita l-età tat-torri permezz tat-teknika tal-luminixxenza termika. Fit-torri wkoll, bejn it-tieni u s-seba' sular, hemm gandott bil-katusi b'għamla semiċirkolari f'kull sular. Huwa magħmul mill-katusi taċ-ċeramika mdaħħla f'xulxin waħda fuq l-oħra u ssiġillati bit-tkaħħil tal-ġibs. Il-katusi x'aktarx li ġew prodotti bl-idejn u għandhom dijametru ta' 20-25 ċentimetru (7.9-9.8 pulzier) b'ħitan ħoxnin 2.2 ċentimetri (0.87 pulzieri) u kull segment huwa twil 40-45 ċentimetru (16-18-il pulzier). Hemm gandotti simili bil-katusi mill-pjan terran sal-livell tal-pedamenti, iżda b'erba' katusi taċ-ċeramika fl-irkejjen, ta' 22 ċentimetru (8.7 pulzieri) bi 18-il ċentimetru (7.1 pulzieri), li jibqgħu sejrin 'il barra minn ġol-ħajt. Restawr Wara li t-Torri tax-Xebba ta' Baku sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien mas-swar u mal-Palazz tax-Shirvanshah, seħħ terremot fis-sena 2000 li ġarrab xi ħsarat fis-sit. L-UNESCO nnotata nuqqas ta' sforzi ta' konservazzjoni adegwati mill-awtoritajiet nazzjonali, u b'hekk niżżlet dan il-wirt kulturali mal-monumenti fil-"Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu" mill-2004 sal-2009 minħabba "telf ta' awtentiċità parzjalment minħabba t-terremot tas-sena 2000 u parzjalment minħabba l-pressjoni tal-iżvilupp urban". Madankollu, wara li l-awtoritajiet ikkonċernati ħejjew Pjan Direzzjonali ta' Konservazzjoni u żguraw li jkun hemm konservazzjoni u ġestjoni xierqa tas-sit, l-UNESCO neħħiet lil dan is-Sit ta' Wirt Dinji mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2009. Intalab ukoll biex sal-1 ta' Frar 2010 l-Ażerbajġan jibgħat rapport aġġornat dwar l-istat ta' konservazzjoni tas-sit u dwar il-progress li jkun sar biex il-Kumitat tal-Wirt Dinji jkun jista' jqisu fl-34 sessjoni tiegħu. Fl-2011-2013 it-torri ġie rrestawrat. Waqt dan ir-restawr, fl-2011 twaħħlu panewijiet tal-plexiglass madwar il-pjattaforma ta' osservazzjoni tat-torri biex jiġu evitati s-suwiċidji. Sit ta' Wirt Dinji Il-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Kultura popolari Il-ġrajja leġġendarja tar-re li jġiegħel lil bintu tiżżewweġ lil raġel li ma tħobbx, u li mbagħad taħrab mid-destin tagħha impost minn missierha billi titolbu jibnilha torri u meta jitlesta tagħmel suwiċidju billi taqbeż minn fuq għal isfel, issemmiet f'diversi poeżiji u reċti tal-Ażerbajġan. Iż-żfin klassiku msejjaħ "Torri tax-Xebba", kien l-ewwel spettaklu taż-żfin klassiku fl-Ażerbajġan tal-kompożitur Afrasiyyab Badalbayli fl-1940. Dan l-ispettaklu taż-żfin klassiku jsir fit-Teatru tal-Opri ta' Baku u fit-Teatru taż-Żfin Klassiku ta' Baku. Madankollu, il-ġrajja taż-żfin klassiku hija verżjoni mmodifikata tal-leġġenda. Skont din il-verżjoni mmodifikata taż-żfin klassiku, malli r-re reġa' lura mill-kampanja militari tiegħu sab li martu kienet welldet bint minflok iben. B'hekk inkorla u ordna li bintu tinqatel minnufih. Madankollu, il-qaddejja li kienet tieħu ħsieb it-tarbija ħaditha f'post sigriet fejn għexet, kibret u saret mara sabiħa. Meta għalqet sbatax-il sena tgħarrset ma' maħbub. F'dan il-mument, ir-re kumbinazzjoni ltaqa' magħha u kif raha ried jiżżewiġha u għalhekk ħadha u sakkarha fit-Torri tax-Xebba. Il-maħbub tat-tfajla rrabja ferm minħabba kif żvolġew l-affarijiet u rnexxielu joqtol lir-re. Imbagħad mar jiġri lejn it-Torri tax-Xebba biex isalva lill-maħbuba tiegħu. Madankollu, meta t-tfajla semgħet il-ħoss tal-passi resqin lejha fit-torri, ħasbet li kienu tar-re li kien ġej biex jaraha u minnufih għamlet suwiċidju billi qabżet mit-torri għal isfel. Mill-2011 'l hawn, it-torri jipparteċipa wkoll fis-"Siegħa tad-Dinja", kampanja kontra t-tibdil fil-klima li matulha binjiet kbar jintfew għal siegħa biex titrawwem kuxjenza dwar dan is-suġġett. Gallerija Referenzi Monumenti Torrijiet Ażerbajġan Siti ta' Wirt Dinji
30000
https://mt.wikipedia.org/wiki/Pajsa%C4%A1%C4%A1%20Kulturali%20tat-Tinqix%20fuq%20il-Blat%20f%27Gobustan
Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan
Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan jirrappreżenta l-flora u l-fawna, il-kaċċa, l-istili ta' ħajja u l-kultura tal-preistorja u tal-Medju Evu f'Gobustan, l-Ażerbajġan. It-tinqix fuq il-blat juri rġiel primittivi, żfin ritwali, irġiel bil-lanez f'idejhom, annimali, ġlied tal-barrin, karovani tal-iġmla, u rappreżentazzjonijiet tax-xemx u tal-istilel. Dan it-tinqix fuq il-blat imur lura għal 5,000-20,000 sena ilu. Dan is-sit sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007. Deskrizzjoni Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan jirrappreżenta l-istorja tal-umanità mill-Paleolitiku Superjuri sal-Medju Evu fl-Ewrasja. Jinsab fin-naħa tax-Xlokk tal-katina muntanjuża tal-Kawkażi l-Kbar fl-Ażerbajġan, madwar 64 kilometru (40 mil) fil-Lbiċ miċ-ċentru tal-belt kapitali ta' Baku. Is-sit huwa mifrux fuq 537 ettaru. Il-pajsaġġ kulturali jkopri tliet artijiet għoljin bil-blat fit-territorju semideżert tal-Ażerbajġan ċentrali. B'kollox hemm iktar minn 6,000 tinqixa fuq iktar minn 1,000 superfiċe tal-blat, li jirriflettu 40,000 sena ta' storja tal-arti tat-tinqix fuq il-blat. Matul skavi arkeoloġiċi, instabu wkoll 104 ġebliet żgħar imnaqqxin fi stadji arkeoloġiċi differenti. It-tinqix fuq il-blat f'Gobustan li jmorru lura għal madwar 5,000 sa 8,000 sena ilu fihom bastimenti twal qishom tal-Vikingi. L-iskoperta ta' illustrazzjonijiet ta' bastimenti fost it-tinqix fuq il-blat f'Gobustan turi li kien hemm rabta mal-Mediterran u mal-kontinent Ewropew. Il-muntanji ta' Jingirdag, Boyukdash u Kichikdash, u l-għolja ta' Yazili, kollha kemm huma jinsabu f'Gobustan, u fihom instab għadd ta' tinqix fuq il-blat ta' żmien il-qedem. Il-biċċa l-kbira tat-tinqix fuq il-blat instab fis-superfiċe ta' fuq tal-muntanji ta' Boyukdash u Kicikdash. It-tinqix fuq il-blat imur lura xi 3,000-4,000 sena ilu u jirrifletti l-iktar xeni tal-kaċċa. Fuq in-naħat iktar imkennija tal-muntanji nstab tinqix fuq il-blat ta' bnedmin (żeffiena, kaċċaturi u rġiel lebsin elmi eżotiċi) u ta' annimali (ċriev u mogħoż). It-tinqixiet fuq il-blat f'Gobustan ta' annimali jvarjaw skont il-perjodu meta saru minħabba t-tibdil tal-annimali kkaċċjati (minn annimali kbar estinti u żwiemel selvaġġi (matul il-Plejstoċen) għal annimali iżgħar tal-Oloċen bħal ċriev, ċingjali u għasafar selvaġġi), fid-dawl tat-tibdil fil-klima li kien hemm fil-bidu tal-Oloċen. It-tinqix fuq il-blat fil-postijiet imsejħa "Firuz-1", "Firuz-2", "Gaya-arasi", "Gaya-Arasi-2" fil-muntanja ta' Kicikdash, u "Kaniza", "Ana-Zaga" fil-muntanja ta' Boyukdash, huwa simili għat-tinqix fuq il-blat fuq xi ġebliet li nstabu f'Gobustan kollu. Waħda minn dawn il-ġebliet għandha kitba mnaqqxa bil-Latin ta' żmien ir-renju tal-Imperatur Ruman Domizjanu (81-96 W.K.), li tindika s-soġġorn temporanju tat-12-il Leġjun Ruman immexxi minn Fulminat fix-xtut tal-Baħar Kaspju. Fdal ieħor ta' dan iż-żmien bikri hija l-hekk imsejħa gaval chalan dash jew ġebla tat-tamburin, strument mużikali antik deskritt fit-tinqix fuq il-blat f'Gobustan. Fl-1996, permezz tad-digriet tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Sovjetika tal-Ażerbajġan, il-muntanji ġew iddikjarati bħala r-Riżerva Artistika Storika tal-Istat ta' Gobustan. Permezz tad-digriet tal-President, il-muntanji ġew iddikjarati Riżerva Nazzjonali fl-2007. Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007 għall-kwalità u għad-densità tat-tinqix fuq il-blat. Storja Il-pajsaġġ kulturali ġie skopert għall-ewwel darba minn minatur lokali fl-1939-1940. It-tinqixiet fuq il-blat ta' ċriev, mogħoż u bhejjem tal-ifrat li jmorru lura għal bejn is-sekli 12 u 8 Q.K. jirriflettu n-Neolitiku f'Gobustan. It-tinqixiet fuq il-blat ta" Gobustan ġew studjati minn Isak Jafarzadeh li analizza mas-750 blata b'iktar minn 3,500 tinqix fuq il-blat fl-1947 u iktar 'il quddiem dawn ġew raggruppati f'sitt perjodi minn żmien il-qedem sal-Medju Evu: in-Neolitiku (tinqix ta' rġiel u nisa bil-qaws u bil-vleġeġ fuq spallejhom); in-Neolitiku Aħħari (tinqix ta' biżonti, bastimenti u arċiera); l-Eneolitiku (tinqix kbir ta' mogħoż, iljuni u ċriev); Żmien il-Bronż (tinqix ta' annimali selvaġġi, fosthom żwiemel u ħnieżer); Żmien il-Ħadid (tinqix ta' bnedmin, mogħoż u ċriev, kif ukoll tinqix ta' kitbiet Rumani); il-Medju Evu (tinqix ta' karovani tal-iġmla, ta' ġellied b'arma f'idu, ta' simboli, u ta' kitbiet bl-Għarbi u bil-Persjan). Iktar 'il quddiem, F. Muradova u J. Rustamov għamlu skoperti ġodda ta' iżjed minn 1,500 tinqixa oħra. Matul l-iskavi arkeoloġiċi nstabu bosta strutturi ta' Żmien il-Bronż ukoll. Dawk l-iskavi arkeoloġiċi kienu appoġġati mill-Istitut tal-Arkeoloġija u tal-Etnografija tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenza tal-Ażerbajġan. Fl-1966, fl-1988 u fl-2001, l-iskoperti kollha tat-tinqix fuq il-blat ġew iddokumentati b'ritratti taħt il-protezzjoni statali. Sit ta' Wirt Dinji Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Preistorja Medjuevu Siti arkeoloġiċi Ażerbajġan
30002
https://mt.wikipedia.org/wiki/Sheki
Sheki
Sheki (bl-Ażerbajġani: Şəki), magħrufa wkoll bħala Shaki (spelluta wkoll bħala Xeki jew Xaki), hija belt fil-Majjistral tal-Ażerbajġan, imdawwar bid-distrett bl-istess isem. Tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-katina muntanjuża tal-Kawkasi l-Kbar, 240 kilometru (150 mil) mill-belt kapitali ta' Baku. Mill-2020 għandha popolazzjoni ta' 68,400 ruħ. Iċ-ċentru tal-belt u l-Palazz tal-Khan ta' Sheki tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019 minħabba l-arkitettura unika u l-istorja tas-sit bħala ċentru kummerċjali importanti tul it-Toroq tal-Ħarir. Etimoloġija Skont l-istoriċi tal-Ażerbajġan, isem il-belt imur lura għal isem is-Saka, li waslu fit-territorju modern tal-Ażerbajġan fis-seklu 7 Q.K. u għexu hemmhekk għal diversi sekli. Skont sorsi Medjevali, isem il-belt jingħata b'diversi forom, fosthom Sheke, Sheki, Shaka, Shakki, Shakne, Shaken, Shakkan u Shekin. Il-belt kienet magħrufa wkoll bħala Nukha (bl-Ażerbajġani: Nuxa; bir-Russu: Нуха) sal-1968. Storja Żmien il-qedem Hemm traċċi ta' insedjamenti fuq skala kbira f'Sheki li jmorru lura għal iktar minn 2,700 sena ilu. Is-Saka kienu poplu Iranjan li kien jimraħ min-naħa tat-Tramuntana tal-Baħar Iswed mill-passaġġ ta' Derbend san-Nofsinhar tal-Kawkasi u minn hem sal-Asja Minuri fis-seklu 7 Q.K. Huma okkupaw għadd kbir ta' artijiet għammiela fin-Nofsinhar tal-Kawkasi f'żona msejħa Sakasena. Il-belt ta' Sheki kienet waħda miż-żoni okkupati mis-Saka. L-insedjament oriġinali jmur lura għal Żmien il-Bronż Aħħari. Sheki ġiet stabbilita fis-seklu 8 Q.K. u kienet waħda mill-ikbar bliet tal-istati Albaniżi tal-Kawkasi fis-seklu 1. Ir-renju ta' Sheki kien maqsum fi 11-il provinċja amministrattiva. It-tempju prinċipali tal-Albaniżi tal-qedem kien jinsab hemmhekk. L-Albaniżi adottaw il-Kristjaneżmu fi stadju bikri mill-Armeni, u l-influwenza kulturali u reliġjuża ssaħħet sew f'Sheki. Bis-saħħa tal-iskavi arkeoloġiċi li saru fl-1902 fil-villaġġ ta' Boyuk-Dakhna fir-reġjun ta' Sheki, ġew skoperti diversi prodotti taċ-ċeramika u lapida tal-ġebel li jmorru lura għas-seklu 2 W.K. b'kitbiet imnaqqxa bil-Grieg. Sheki kienet waħda mill-bliet politiċi u ekonomiċi importanti qabel l-invażjoni tal-Għarab. Iżda wara l-invażjoni fis-654, Sheki ġiet annessa mat-tielet emirat ta' Arminiya. Mas-seklu 9, meta l-kaliffat Għarbi kien dgħajjef, Sheki ngħaqdet ma' Kambisen u tmexxiet mill-prinċpijiet Smbateani Armeni bħala parti mill-prinċipat indipendenti ta' Sheki jew Hereti, vassall tar-renju Bagratida Armen. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni kellha oriġini Armena u kienet titkellem bl-Armen. L-ewwel prinċep Armen ta' Sheki kien Sahl Smbatean, li rrenja b'awtonomija relattiva mill-Kaliffat tal-Abbasidi. Sas-seklu 10, il-ġeografu Għarbi Ibn Haukal isemmi li Sheki kienet immexxija mill-prinċep Armen Ishkhanik. Mill-1038 sal-1105, id-dinastija Armen Kiurikian mexxiet lil Sheki bħala parti mir-Renju ta' Kakheti-Hereti. Fl-1117 ir-reġjun inħataf mill-armata tar-re David IV mill-Georgia. Il-belt ġiet immexxija wkoll mill-Atabegi tal-Ażerbajġan u mill-Imperu Kwarażmjan, qabel l-invażjoni tal-Mongoli. Era fewdali Fis-sekli 13 u 14, it-territorju tad-distrett attwali ta' Sheki kien parti mill-istat tax-Shirvanshah. Il-ġestjoni ta' Sheki ġiet inkarigata lil iben Rashid al-Din Hamadani – Jalat. Fis-snin 30 tas-seklu 14, it-tribù lokali tal-Oirat ħadu l-poter f'idejhom. Wara l-waqgħa tal-Khan ta' Hulagu fl-ewwel nofs tas-seklu 14, Sheki kisbet l-indipendenza taħt it-tmexxija ta' Sidi Ahmed Orlat. Fl-1392, Emir Timur ħakem lil Sheki, u l-mexxej ta' Sheki ta' dak iż-żmien, Seyid Ali, inqatel. Iben Seyid Ali, Seyid Ahmed, li kiseb il-poter, flimkien max-Shirvanshah Ibrahim I Derbendi, akkumpanjaw lil Timur fit-tielet kampanja militari tiegħu kontra l-Ażerbajġan fl-1399. Fl-1444, Sheki, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Nukhi, kienet immexxija minn familja Musulmana ta' oriġini Armena. Ir-renju tagħha dam sal-1551 biss. Fil-bidu tas-seklu 16, ir-Re tas-Safavidi Ismail I (li rrenja fl-1501-1524) ħakem l-inħawi, iżda r-raħal baqa' jiġi ggvernat mill-mexxejja ereditarji tiegħu taħt is-Safavidi. Iben Ismail u s-suċċessur tiegħu Shah Tahmasp (li rrenja fl-1524-1576) temm din it-tmexxija ereditarja, u fl-1551 huwa ħatar l-ewwel gvernatur tal-Qizilbash biex imexxi r-raħal. It-territorju ġie anness mad-dinastija tas-Safavidi bħala l-beylerbey indipendenti ta' Sheki mmexxi minn Toygun-bey Qajar. It-tmexxija tas-Safavidi ġiet interrotta għal żmien qasir darbtejn mill-Ottomani bejn l-1578 u l-1603 u fl-1724-1735. Fl-1734-1735 kien hemm rewwixta tal-foqra kontra l-politika ta' Nadir Shah fil-villaġġ ta' Bilecik (Sheki). Fl-1741, kien hemm rewwixta oħra kontra l-mexxej lokali, Melik Najaf. Maħtur minn Nadir Shah, Haji Chelebi, li sostna li kellu dixxendenza ereditarja mill-mexxejja Musulmani-Armeni tal-provinċja, ħabbar l-istabbiliment tal-Khanat indipendenti ta' Sheki fl-1743. Malli sema' dan, Nadir Shah Afshar bagħat l-armata tiegħu lejn Sheki. Haji Chelebi fittex il-kenn fil-fortizza ta' Gelesen-Geresen. Fl-1746, Haji Celebi ġie mġiegħel jirrikonoxxi l-awtorità ta' Nadir Shah. Madankollu, rewwixti ġodda u l-mewt ta' Nadir Shah ippermettew lil Haji Chelebi jerġa' jiddikjara lilu nnifsu bħala l-Khan. Matul l-eżistenza tal-khanat ta' Sheki, il-popolazzjoni lokali kienet involuta fl-artiġjanat u fis-sengħa tat-tnissil tad-dud tal-ħarir. Minħabba għargħar tax-xmara Kish, il-belt ta' Sheki nqerdet parzjalment u l-popolazzjoni marret tgħix fejn tinsab il-belt attwalment. B'alleanza ma' Shamakhi Khan, fl-1748 Haji Chelebi pprova jassedja l-fortizza ta' Bayat. It-telfa fil-battalja ta' Bayat, li damet għaddejja xahar sħiħ, kienet problema serja għall-alleati. Is-sultanati ta' Jaro-Balakan Jamaat, Qabala u Ares kienu jiddependu fuq il-khanat ta' Sheki. Fl-1751, Haji Chelebi rebaħ kontra l-armata tar-Re ta' Kakheti Erakliju II. Fuq inizjattiva ta' Erakliju II, tħejjiet konfoffa politika tar-Renju ta' Kakheti u tal-khanati ta' Karabakh, Ganja, Irevan, Nakhichevan u Karadag kontra l-khanat ta' Sheki. Fl-1752, fl-inħawi ta' Kyzylgaya, it-truppi tal-Georgia qabdu u attakkaw il-khanati u l-khan inqabdu. Haji Celebi stess rebaħ kontra l-armata tal-Georgia fil-battalja qrib Ganja u ġie jagħti palata lill-khan. L-armata tal-khanat ta' Sheki ħakmet lil Gazakh u lil Borchali. Fl-1767, il-parti tal-Punent tal-khanat ta' Shamakhi ġiet annessa mal-khanat ta' Sheki. Fl-1785, il-khanat ta' Sheki beda jiddependi fuq il-khanat ta' Guba. Madankollu, din is-sitwazzjoni ma damitx wisq: wara l-mewt tal-khan ta' Guba, Fatali, il-khanat ta' Sheki reġa' kiseb l-indipendenza tiegħu. Matul ir-renju tal-khan ta' Selim, it-territorju tal-khanat ġie maqsum kundizzjonalment fi tmien magal, li kienu mmexxija min-naib li nħatru direttament mill-khan innifsu. Fil-21 ta' Mejju 1805, it-Trattat ta' Kyurekchay ġie ffirmat bejn ir-Russja u l-khanat ta' Sheki. Il-kundizzjoni prinċipali tat-trattat kienet l-annessjoni tal-khanat ta' Sheki mar-Russja. Fl-1806, l-armata Russa daħlet f'Sheki. Il-khan ta' Selim tneħħa mill-karigi tal-poter u nħoloq bord temporanju ta' bek Pro-Russi. Era moderna Iż-żona ġiet annessa għalkollox mar-Russja permezz tat-Trattat ta' Gulistan fl-1813 u l-khanat ġie abolit fl-1819. Minfloku ġiet stabbilita l-provinċja ta' Sheki. Din il-provinċja ġiet imwaħħda mal-provinċji ta' Shemakha, Baku, Susha, Lankaran, Derbent u Kuban fl-1840 u nħolqot l-Oblast tal-Kaspju. Fl-istess żmien Sheki bdiet tissejjaħ Nukha. L-Oblast ġiet xolta fl-1846 u saret iċ-ċentru tar-raion tal-Governorat ta' Shemakha. Wara t-terremot f'Shemakha fl-1859, il-governorat sar il-Governorat ta' Baku. Fid-19 ta' Frar 1868, ir-raion ta' Nukha għadda għand il-Governorat il-ġdid ta' Elizavetpol bħala n-Nukha uezd. Wara l-istabbiliment tal-Unjoni Sovjetika, kienet iċ-ċentru tar-raion ta' Nukha. Dan ġie abolit fl-4 ta' Jannar 1963 u twaħħad ma' dak ta' Vartashen. Dak ta' Nukha reġa' ġie stabbilit fl-1965 u finalment il-belt u r-raion reġgħu ngħataw l-isem tradizzjonali ta' Sheki fl-1968. Matul l-istorja tagħha, il-belt għaddiet minn devastazzjoni bosta drabi u minħabba f'hekk, l-eqdem monumenti storiċi u arkitettoniċi ppreservati attwalment imorru lura għas-sekli 16-19 biss. Għal ħafna sekli, Sheki kellha komunità Armena kbira u kienet famuża bħala ċ-ċentru tat-tnissil tad-dud tal-ħarir u tal-produzzjoni lokali tal-ħarir. Oriġinarjament kienet tinsab max-xatt tax-xellug tax-xmara Kish, iktar 'l isfel fl-għolja, madankollu Sheki tressqet fejn tinsab attwalment wara għargħar devastanti li seħħ fl-1772 u saret il-belt kapitali tal-Khanat ta' Sheki. Peress li l-pożizzjoni l-ġdida kienet qrib il-villaġġ ta' Nukha, il-belt ukoll saret magħrufa b'dak l-isem sal-1968, meta mbagħad reġgħet bdiet tissejjaħ Sheki. Fl-1829 infetħet il-fabbrika ta' Khanabad f'Sheki. Il-prodotti tal-fabbrika tal-għażil tal-ħarir ta' Nukha, li nfetħet fl-1861, ingħataw medalja f'Londra fl-1862. Ir-rewwixta ta' Sheki tal-1838 kellha impatt fuq ir-riformi amministrattivi, ġudizzjarji u agrarji tas-snin 40 tas-seklu 19. Fl-1917 il-bliet Sovjetiċi tal-ħaddiema ġew iffurmati f'għadd ta' bliet tal-Ażerbajġan, inkluż Sheki. F'Mejju 1920, il-poter Sovjetiku ġie stabbilit f'Sheki, kif ukoll fi bliet oħra tal-Ażerbajġan. Fl-1930 faqqgħet rewwixta kontra l-politika tal-ġbir kollettiv fir-Repubblika Sovjetika tal-Ażerbajġan fil-villaġġ ta' Bash Goynyuk fid-distrett ta' Sheki u r-reġim Sovjetiku ġie abolit. Wara ftit daħlu l-unitajiet tal-Armata Ħamra fil-belt u r-ribelli ġew ġustizzjati. Era Repubblikana B'ittra mill-President tal-Kunsill tal-Belt ta' Kjoto, Daisaku Kadokawa, tat-8 ta' Diċembru 2008, Sheki saret membru tal-Lega tal-Bliet Storiċi Dinjin. Sheki saret membru uffiċjalment wara l-laqgħa tal-Bord tal-Lega tal-Bliet Storiċi Dinjin f'Ottubru 2008. Ġew identifikati x-xogħlijiet li kellhom isiru fil-qasam tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni. Flimkien mal-Awtorità Eżekuttiva tal-Belt ta' Sheki u l-Kumitat tal-Urbanizzazzjoni Arkitettonika, tħejja l-Pjan Ġenerali tal-Belt ta' Sheki. Skont il-Pjan Ġenerali, tħejjiet l-implimentazzjoni ta' għadd ta' proġetti tal-infrastruttura, kif ukoll it-tkabbir tal-belt lejn il-Punent, bl-inklużjoni tal-belt ta' Oxud u l-villaġġi ta' İncə, Kish u Qoxmuq f'Sheki. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli". Ġeografija Sheki hija mdawra bil-qċaċet miksijin borra tal-Kawkasi l-Kbar, li f'xi postijiet ilaħħqu t-3,00-3,600 metru. Il-klima ta' Sheki tinkludi firxa ta' ċikluni u antiċikluni, mases tal-arja u rjieħ lokali. It-temperatura annwali medja f'Sheki tkun 12 °C. F'Ġunju u f'Awwissu, it-temperatura medja tvarja bejn 20 u 25 °C. Il-foresti muntanjużi fl-inħawi jipprevjenu l-għargħar fil-belt u s-sħana eċċessiva tal-inħawi matul is-sajf. Ix-xmajjar prinċipali tal-belt huma x-xmajjar Kish u Gurjhana. Matul it-tmexxija Sovjetika tal-Ażerbajġan, bosta kienu jżuru Sheki biex jgħumu fil-fawwariet minerali prestiġjużi tal-belt. Demografija Skont il-pubblikazzjoni tal-1917 tal-Kalendarju tal-Kawkasi, Sheki, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Nukha, kellha popolazzjoni ta' 52,243 ruħ fl-1916, inkluż 33,813-il Musulman Sunniti (64.7 %), 9,588 Musulman Xiiti (18.4 %), u 8,009 Armen (15.3 %). Il-popolazzjoni attwali ta' Sheki taqbeż il-1,741,000 ruħ. Il-popolazzjoni rurali hi ta' 1,057,000 ruħ, filwaqt li l-popolazzjoni urbana hi ta' 669,000 ruħ. Id-densità tal-popolazzjoni hi ta' 72 ruħ kull kilometru kwadru. Mill-popolazzjoni totali, 864,000 ruħ jew 49.6 % huma rġiel, filwaqt li 877,000 ruħ jew 50.4 % huma nisa. 38.4 % tal-popolazzjoni jgħixu fil-belt u 61.6 % jgħixu fil-villaġġi. Reliġjon Sheki tospita għadd ta' knejjes Albaniżi antiki tal-Kawkasi. Ir-reliġjon hija ferm importanti għall-poplu ta' Sheki minħabba d-diversità reliġjuża storika tagħha. Hemm bosta knejjes u moskej fil-belt. Huwa maħsub li xi knejjes bħall-Knisja ta' Kish f'Sheki għandhom madwar 1,500 sena. Il-Moskea tal-Khan, il-Moskea ta' Omar Efendi u l-Minaret ta' Gileili jitqiesu bħala postijiet importanti ta' qima fil-belt. Ekonomija Fl-1850-1870, Sheki saret ċentru internazzjonali tal-produzzjoni tal-ħarir. Iktar minn 200 kumpanija Ewropea fetħu l-uffiċċji tagħhom fil-belt, u kull sena kienu jinbigħu d-dud tal-ħarir b'valur kumplessiv ta' 3 miljun rubli. Sheki għad għandha industrija żgħira tal-ħarir u tiddependi fuq is-settur agrikolu tagħha, li jipproduċi t-tabakk, l-għeneb, il-bhejjem tal-ifrat, il-lewż, iċ-ċereali u l-ħalib. Il-faċilitajiet prinċipali ta' Sheki huma l-fabbrika tal-ħarir, l-impjant tal-gass, il-fabbrika tal-brikks, il-fabbrika tal-inbid, il-fabbrika taz-zalzett, il-fabbrika tal-ikel tal-bott, u impjant tal-prodotti tal-ħalib b'azjenda agrikola integrata fuq skala kbira tal-produzzjoni tal-prodott tal-ħalib magħrufa bħala Pedigree Dairy Farm. Turiżmu u kummerċ Fl-2010, Sheki laqgħet madwar 15,000 turist barrani mid-dinja kollha. Kultura Sheki għandha fost l-ikbar densitajiet ta' riżorsi kulturali u monumenti li jinkludu 2,700 sena ta' storja tal-Ażerbajġan. Il-belt għandha bosta djar bis-soqfa ħomor. Fil-kultura popolari, x'aktarx li l-iżjed karatteristika famuża taċ-ċittadini ta' Sheki hi li jafu jieħdu ċajta u l-ġrajjiet komiċi tagħhom. Eroj tal-ġrajjiet komiċi ta' Sheki hu Hacı dayı (iz-Ziju Haji) li jissemma kważi fiċ-ċajt kollu tal-inħawi. Sheki dejjem kellha rwol ċentrali fl-arti tal-Ażerbajġan u b'mod iktar ġenerali fl-arti u fl-arkitettura tal-Ażerbajġan. Ir-reċta ta' Brecht The Caucasian Chalk Circle hija ambjentata fil-belt għalkemm bl-isem ta' Nukha. Fit-tieni nofs tas-seklu 19, Nukha kienet ikklassifikata fit-tieni post bħala kummerċ u żvilupp industrijali. B'hekk inħolqu tipi ġodda ta' skejjel tal-belt u tal-kontea. Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 97 tal-Kunsill tal-Ministri tal-SSR tal-Ażerbajġan tas-6 ta' Marzu 1968, iż-żona ta' "Yukhary Bash" f'Nukha ġiet iddikjarata bħala riżerva arkitettonika. Fl-1975 tlestiet il-kostruzzjoni tat-teatru ta' Sheki. Fl-1983 infetaħ il-Mużew tal-Artiġjanat ta' Sheki. Arkitettura L-arkitettura f'Sheki ssawret l-iktar mill-istorja tal-belt stess. Tmur lura għal żmien meta kienet ċentru kummerċjali bis-swieq tul it-Toroq tal-Ħarir, fejn kienet tikkollega Dagestan, ir-Russja mat-toroq kummerċjali tat-Tramuntana permezz tal-Kawkasi. Il-pjazez miftuħa ċentrali u prinċipali tal-belt huma ddominati minn żewġ torrijiet Sovjetiċi. Bosta postijiet pubbliċi u djar privati f'Sheki huma mżejna bix-shebeke, tiżjin bl-injam u l-ħġieġ ikkulurit, miżmuma ma' xulxin mingħajr il-kolla jew l-imsiemer. It-teknika hija kumplessa u magħrufa biss fost ftit artiġjani li jgħaddu din is-sengħa minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki, li kien residenza tas-sajf tal-Khan ta' Sheki, għadu wieħed mill-iżjed attrazzjonijiet importanti ta' Sheki. Inbena fl-1762 mingħajr l-użu tal-imsiemer u huwa wieħed mill-isbaħ monumenti ta' dik l-epoka. Fi ħdan il-palazz hemm għall-wiri artefatti ta' żmien il-khanat tal-Ażerbajġan, kif ukoll wirjiet tax-xena artistika, li jitqies fost l-ifjen fid-dinja. Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki flimkien mal-Palazz tal-Khan tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2019 matul it-43 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji. Il-Kastell ta' Sheki nbena mill-fundatur tal-Khanat ta' Sheki Haji Chelebi Khan (1743-1755) qrib il-villaġġ ta' Nukha fl-għoljiet tan-Nofsinhar tal-Kawkasi. Is-swar tal-fortizza huma twal kważi 1,200 metru u ħoxnin iktar minn żewġ metri. Protetta b'għadd ta' bastjuni, wieħed jaċċessa l-fortizza minn waħda miż-żewġ daħliet prinċipali mit-Tramuntana u min-Nofsinhar. Fl-eqqel żmien tal-khanat, il-fortizza kienet tħaddan kumpless ta' palazz u strutturi pubbliċi u kummerċjali tal-belt, filwaqt li l-kwartier residenzjali kien jinsab 'il barra mis-swar. Il-fortizza ġiet irrestawrata b'mod estensiv bejn l-1958 u l-1963. Għal bosta snin il-fortizza ta' Sheki ssalvagwardjat l-aċċessi għall-belt u l-atti ta' qlubija tad-difensuri tal-belt kontra l-oppressjonijiet tal-għedewwa barranin ġew deskritti f'bosta kotba tal-istorja. Ir-rumanz magħruf ta' Leo Tolstoy, Hadji Murat, huwa ambjentat fil-fortizza ta' Sheki. Attrazzjonijiet Il-fortizza (is-seklu 19); il-Moskea tal-Khan ta' Sheki (is-seklu 18); il-Karavanseraj ta' fuq (is-seklu 18); il-Karavanseraj t'isfel (is-seklu 17); id-Dar tal-Khan ta' Sheki (is-seklu 18); il-Minaret u l-Moskea ta' Gileyli (is-seklu 18); il-Minaret u l-Moskea ta' Godak (is-seklu 19); il-Moskea tal-Ġimgħa (is-seklu 19); il-Moskea ta' Omar Efendi (is-seklu 19); il-Moskea ta' "Kyshlak" (is-seklu 19); il-Banjijiet ta' taħt l-art (is-seklu 19); il-Banjijiet ta' "Aguanlar" (is-seklu 19); il-Banjijiet ta' "Kyshlak" (is-seklu 19); il-Banjijiet ta' Dara (is-seklu 19); it-Tempju Tond (is-seklu 19); il-Pont tax-xmara Gurjanachai (is-sekli 18-19); il-Fdalijiet tal-Fortizza ta' Gelesan-Goresen; id-Dar-Mużew ta' Mirza Fatali Akhundov; id-Dar-Mużew ta' Rashid Bey Efendiyev; id-Dar-Mużew ta' Sabit Rahman. Gastronomija X'aktarx li l-iżjed aspett magħruf tat-tisjir ta' Sheki huwa l-ħelu tal-belt. Tradizzjonalment Sheki titqies bħala l-post fejn issir tip speċjali ta' baklava msejħa Halva ta' Sheki. Ħelu ieħor jinkludi z-zokkor mgħolli tan-nabat u l-pesheveng. Sheki għandha wkoll ikel famuż ieħor bħal girmabadam, zilviya, piti (stuffat tal-laħam u l-patata ġo kontenitur tat-terrakotta). Djalett Il-belt ta' Shaki żviluppat id-djalett tagħha stess tal-lingwa Ażerbajġana, li hi mitkellma l-iktar fil-belt u fir-reġjun tad-Distrett ta' Sheki. Ir-residenti tal-belt huma magħrufa għall-intonazzjoni ferrieħija tal-kliem. Mużewijiet Sheki tospita firxa ta' mużewijiet storiċi u wħud mill-iżjed importanti fil-pajjiż. Il-Mużew Storiku ta' Sheki huwa wieħed mill-mużewijiet prinċipali u jitqies bħala wieħed mill-iżjed importanti għall-artefatti tal-perjodu tal-Khanat. Mis-seklu 18, ħames karavanseraj kbar (Isfahan, Tabriz, Lezgi, Ermeni u Taze) kienu attivi f'Sheki iżda tnejn biss minnhom baqgħu jeżistu. Il-karavanseraj ta' fuq u t'isfel inbnew fis-seklu 18 u kienu jintużaw mill-merkanti biex jaħżnu l-merkanzija tagħhom fil-kantini. Il-merkanti kienu jagħmlu l-kummerċ fl-ewwel sular u kienu jgħixu fit-tieni sular. Iż-żewġ karavanseraj kienu postijiet siguri għall-ħżin tal-merkanzija tal-merkanti. Mużika u midja Kull sena fil-belt isir il-Festival tal-Mugham u l-Festival tal-Mużika Internazzjonali tat-Triq tal-Ħarir. L-istazzjoni reġjonali Kanal-S u l-gazzetti Shaki u Shakinin Sasi għandhom is-sede tagħhom fil-belt. Trasport Kuljum hemm ferrovija li topera billejl minn Sheki għal Baku u lura tul ir-rotta ta' Baku-Balakan. Edukazzjoni F'Sheki joperaw 84 skola ġenerali u vokazzjonali, kif ukoll il-fergħa ta' Sheki tal-Università Pedagoġika tal-Ażerbajġan u l-Kulleġġ Reġjonali ta' Sheki. Residenti notevoli Fost ir-residenti notevoli tal-belt kien hemm: Fatali Khan Khoyski, il-Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika tal-Ażerbajġan, Ahmadiyya Jabrayilov, attivist tar-Reżistenza Franċiża, il-poeta Bakhtiyar Vahabzadeh, il-kompożitur Jovdat Hajiyev, ir-reġista Rasim Ojagov, l-attur Lutfali Abdullayev, il-mexxej reliġjuż Mahammad Hasan Movlazadeh Shakavi, u oħrajn. Ġemellaġġ Sheki hija ġemellata ma': Gabrovo, il-Bulgarija; Giresun, it-Turkija; Göynük, it-Turkija; Lapseki, it-Turkija; Meram, it-Turkija; Slutsk, il-Belarussja. Gallerija Referenzi Bliet Ewropej Ażerbajġan Siti ta' Wirt Dinji
30016
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lista%20ta%27%20Siti%20ta%27%20Wirt%20Dinji%20fl-A%C5%BCerbaj%C4%A1an
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ażerbajġan
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972. Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. L-Ażerbajġan irratifika l-Konvenzjoni fis-16 ta' Diċembru 1993. Mill-2021, l-Ażerbajġan għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien dak tal-Belt Iffortifikata ta' Baku bil-Palazz tax-Shirvanshah u t-Torri tax-Xebba fis-sena 2000. Minħabba l-ħsara mġarrba fit-terremot ta' Baku fl-istess sena, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu mill-2003 sal-2009. Il-Pajsaġġ Kulturali tat-Tinqix fuq il-Blat f'Gobustan tniżżel fl-2007. Fl-2013 dawn iż-żewġ siti ngħataw status ta' protezzjoni msaħħa mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali f'Każ ta' Kunflitt Armat. L-iżjed sit reċenti li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji kien dak taċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan fl-2019. It-tliet siti huma siti kulturali. Siti ta' Wirt Dinji L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Referenzi Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji Ażerbajġan
30023
https://mt.wikipedia.org/wiki/Yana%20Zinkevych
Yana Zinkevych
Yana Vadimyvna Zinkevych (bl-Ukren: Яна Вадимівна Зінкевич, twieldet fit-2 ta' Lulju 1995 f'Rivne) hija membru parlamentari u veteran militari parapleġika Ukrena. Fl-2022 intgħażlet bħala waħda mill-100 Nisa tas-sena tal-BBC. Ħajja Zinkevych twieldet fl-1995 f'Rivne. Ingħatat l-edukazzjoni tagħha f'kumpless edukattiv u xjentifiku u ġiet imħarrġa fil-Mediċina fl-Università Medika Statali ta' Dnipro. Matul il-Gwerra ta' Donbass, Zinkevych kienet il-kmandant tal-Battaljun Mediku tal-Hospitallers, u jingħad li salvat madwar 200 suldat. Indarbet serjament f'aċċident bil-karozza f'Diċembru 2015, u minħabba f'hekk baqgħet ipparalizzata u tuża s-siġġu bir-roti. Ingħatat ukoll l-Ordni tal-Mertu tal-Ukrajna. Fl-2022 ġiet elenkata bħala waħda mill-100 Nisa tas-sena tal-BBC. Zinkevych intgħażlet bħala rappreżentant tal-partit tas-Solidarjetà Ewropea (fid-disa' konvokazzjoni tal-Verhovna Rada) fl-elezzjoni parlamentari Ukrena tal-2019. Tpoġġiet fis-seba' post fuq il-lista elettorali tal-partit. Referenzi Twieldu fl-1995 Nies Ukreni Nies ħajjin Politiċi Ukreni
30045
https://mt.wikipedia.org/wiki/It-turi%C5%BCmu%20f%27%C4%8Aipru
It-turiżmu f'Ċipru
It-turiżmu f'Ċipru jokkupa pożizzjoni dominanti fl-ekonomija tal-pajjiż, u ħalla impatt sinifikanti fuq il-kultura u l-iżvilupp multikulturali tiegħu matul is-snin. Fl-2006, l-industrija tat-turiżmu kienet tirrappreżenta 10.7% tal-PGD tal-pajjiż u kien stmat li l-industrija tat-turiżmu kienet timpjega 113,000 ruħ. B'minimu tas-soltu ta' madwar 4 miljun wasla ta' turisti fis-sena, hija l-40 destinazzjoni l-aktar popolari fid-dinja u s-sitt l-aktar popolari per capita tal-popolazzjoni lokali. Ċipru ilu membru sħiħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu mill-1975. Storja Varosha kienet waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari fid-dinja, iffrekwentata minn stilel ta' Hollywood bħal Marilyn Monroe, qabel l-Invażjoni Torka ta' Ċipru fl-1974. Issa hija abbandunata u l-biċċa l-kbira tagħha hija mgħassa minn truppi armati. Wasliet skont il-pajjiż Il-maġġoranza tal-wasliet tat-turisti huma minn bnadi oħra fl-Ewropa. Aktar minn 80% tat-ġejjin mit-Tramuntana, mill-Punent u mil-Lvant tal-Ewropa, bit-turisti Brittaniċi jibqgħu l-aktar numerużi. Diversi fatturi jikkontribwixxu għal dan, inkluż il-fatt li l-Ingliż huwa mifrux, kif ukoll l-istorja tal-kolonjaliżmu Brittaniku u l-preżenza ta' bażijiet militari Brittaniċi f'Akrotiri u Dhekelia. It-tnaqqis fl-ekonomija Brittanika fl-aħħar tas-snin 2000 kien rifless minn tnaqqis fil-wasliet tat-turisti, li enfasizza d-dipendenza żejda tal-industrija turistika ta’ Ċipru fuq suq wieħed. Fl-2009, kienu għaddejjin sforzi biex tingħata spinta lill-wasliet minn pajjiżi oħra. F'konformità mal-iżviluppi ġeopolitiċi kontemporanji, it-turisti Russi saru t-tieni l-akbar grupp f'termini ta 'wasliet; dan beda fl-aħħar tas-snin 2000 u minn dakinhar ilu jiżdied b'rata mgħaġġla. Kompetittività Skont it-Travel and Tourism Competitiveness Report tal-2013 tal- Forum Ekonomiku Dinji, l-industrija tat-turiżmu ta' Ċipru tikklassifika fid-29 post fid-dinja f'termini ta' kompetittività ġenerali. F'termini ta' infrastruttura turistika, fir-rigward tal-industrija tat-turiżmu Ċipru jinsab fl-ewwel post fid-dinja. B'xi wħud mill-aktar bajjiet popolari u nodfa fl-Ewropa, ħafna mill-industrija tat-turiżmu tiddependi fuq ix-xemx, il-baħar u r-ramel biex tattira t-turisti. Dan jiġi rifless fid-distribuzzjoni staġjonali tal-wasliet tat-turisti b’numru sproporzjonat li jaslu matul ix-xhur tas-sajf. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tar-resorts tal-Lvant bħal Protaras u Ayia Napa jattiraw il-biċċa l-kbira tat-turisti tal-gżira minn Marzu sa Novembru, il-punent tal-gżira jibqa' miftuħ għat-turiżmu bil-promozzjoni tal-kultura tal-istorja Ċiprijotta u l-isports speċjalizzati bħall-golf u t-tixbit għandhom distribuzzjoni usa'. Investiment Ir-rapport tal-2016 tal-World Travel and Tourism Council dwar il-gżira jgħid li l-investiment totali fl-industrija tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu fl-2015 kien ta’ EUR273.7 miljun, jew 14.0% tal-investimenti totali. Jipproġetta żieda ta' 5.3% fl-2016 u ta' 2.9% fis-sena fl-għaxar snin sussegwenti għal EUR384.6 miljun fl-2026. Bnadar Blu Skont l-aħħar rapport tal-KPMG, Ċipru għandu l-akbar konċentrazzjoni densa ta’ bajjiet tal-Bandiera Blu li minnhom l-aktar fil-parti tal-Lvant, l-aktar bajjiet tal-Bandiera Blu għal kull kosta u l-aktar Bnadar Blu per capita fid-dinja. Referenzi
30046
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Bandiera%20Ukrena
Il-Bandiera Ukrena
Il-bandiera nazzjonali tal-Ukrajna (Ukren: Прапор України, romanized:Prapor Ukrayiny) tikkonsisti minn żewġ faxex mimduda blu u isfar tal-istess qies. Il-kuluri blu u isfar dehru għall-ewwel darba fir-Rebbiegħa tal-Ġnus tal-1848 fi Lviv, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Imperu Awstrijak. Ġiet adottata bħala bandiera tal-istat għall-ewwel darba wara r-Rivoluzzjoni Russa mir-Repubblika tal-Poplu tal-Ukraina, ir-Repubblika tal-Poplu tal-Ukraina tal-Punent u l-Istat tal-Ukrajna. Aktar tard ġie adottat ukoll minn Karpato-Ukrajna f' Marzu fl-1939. Meta l-Ukrajna kienet parti mill-Unjoni Sovjetika, dawn iż-żewġ kuluri kienu pprojbiti u minnflok kienet tintuża l-bandiera tar-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna. Dine il-bandiera kienet bandiera ħamra b' qiegħ kaħli b' martell u minġel tad-deheb u stilla ħamra b' tarf tad-deheb fuq nett. Matul il-qasma tal-Unjoni Sovjetika, il-kuluri isfar u blu gradwalment reġgħu bew jintużaw qabel ma ġew adottati mill-ġdid uffiċjalment fit-28 ta' Jannar 1992 mill-parlament Ukren. L-Ukrajna tiċċelebra il-Jum tal-Bandiera Nazzjonali fit-23 ta’ Awwissu mill-2004. Disinn Il-liġi tal-Ukrajna tgħid li l-kuluri tal-bandiera tal-Ukrajna huma "blu u isfar", iżda korpi oħra tal-istat iddeterminaw il-kuluri. Fit-tabella hawn taħt, il-kuluri huma ppreżentati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi DSTU 4512:2006: Referenzi Sorsi CS1 bl-Ukren (uk) Ukrajna
30047
https://mt.wikipedia.org/wiki/Inva%C5%BCjoni%20Russa%20tal-Ukrajna%20tal-2022
Invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022
Fl-24 ta' Frar 2022, ir-Russia invadiet u okkupat partijiet mill-Ukrajna f'eskalazzjoni kbira tal-Gwerra Russo-Ukrena, li bdiet fl-2014. L-invażjoni rriżultat f'għexieren ta' eluf ta' mwiet fuq iż-żewġ naħat, u instigat l-akbar kriżi tar-refuġjati fl-Ewropa mit- Tieni Gwerra Dinjija. Madwar 8 miljun Ukren kienu spostati minn pajjiżhom sa Ġunju, u aktar minn 8.1 miljun kienu ħarbu mill-pajjiż sa Marzu 2023. Għal xhur qabel l-invażjoni, it-truppi Russi kienu ilhom jinġemgħu madwar il-fruntieri tal-Ukrajna, iżda uffiċjali Russi ċaħdu pjanijiet biex jattakkaw. Fl-24 ta' Frar 2022, il-President Russu Vladimir Putin ħabba " operazzjoni militari speċjali" biex tappoġġja r-repubbliki separati kkontrollati mir-Russi ta' Donetsk u Luhansk, li l-forzi militari tagħhom kienu qed jiġġieldu l-Ukrajna fil-kunflitt ta' Donbas. Qal li l-għan kien li l-Ukrajna tiġi “demilitarizzata” u “diżażifikata”. Putin mexxa fehmiet irredentisti, ikkontesta d-dritt tal-Ukrajna għal stat, u sostna b'mod falz li l-Ukrajna kienet iggvernata minn neo-Nazisti li ppersegwitaw lill-minoranza etnika Russa. Minuti wara, il-forzi Russi varaw attakki mill-ajru u invażjoni mill-art tul il-front tat-Tramuntana mill -Belarussja lejn Kyiv, front tal-grigal lejn Kharkiv, front tan-nofsinhar mill-Krimea, u front tax-Xlokk mid-Donbas. Bi tweġiba, il-president Ukren Volodymyr Zelenskyy ippromulga l-liġi marzjali u ordna mobilizzazzjoni ġenerali. Sa April, it-truppi Russi kienu rtiraw mill-front tat-Tramuntana. Fuq il-fronti tan-Nofsinhar u tax-Xlokk, ir-Russja qabdet Kherson f'Marzu u mbagħad Mariupol f'Mejju wara assedju distruttiv. Fit-18 ta' April, ir-Russja nediet battalja oħra fuq Donbas. Il-forzi Russi komplew jibbumbardjaw miri kemm militari kif ukoll ċivili 'l bogħod mill-front tal-battalja, inkluż il-grid tal-enerġija tal-Ukrajna matul ix-xitwa. Fi tmien l-2022, l-Ukrajna nediet kontrooffensivi fin-nofsinhar u fil-lvant. Ftit wara, ir-Russja ħabbret l-annessjoni illegali ta' erba' reġjuni parzjalment okkupati. F'Novembru, l-Ukrajna reġgħet ħadet Kherson. Fis-7 ta' Frar 2023, ir-Russja mmobilizzat kważi 200,000 suldat għal offensiva mġedda lejn Bakhmut. L-invażjoni ntlaqgħet b'kundanna fuq livell internazzjonali. L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għaddiet ir-Riżoluzzjoni ES-11/1 li tikkundanna l-invażjoni u titlob l-irtirar sħiħ tal-forzi Russi. Il- Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat lir-Russja biex tissospendi l-operazzjonijiet militari u l-Kunsill tal-Ewropa keċċa lir-Russja. Ħafna pajjiżi imponew sanzjonijiet fuq ir-Russja, u fuq l-alleat tagħha l-Belarussja, u pprovdew għajnuna umanitarja u militari lill-Ukrajna . Saru protesti madwar id-dinja; dawk fir-Russja intlaqgħu b'arresti tal-massa u ċensura aktar stretta fuq il-midja. Aktar minn 1,000 kumpanija telqu mir-Russja u l-Belarussja bi tweġiba għall-invażjoni. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) fetħet investigazzjoni dwar reati possibbli kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, ħtif ta' tfal, u ġenoċidju matul l-invażjoni, u mandat ta' arrest għal Putin f'Marzu 2023. Sforzi għall-paċi Negozjati għall-paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna saru fit-28 ta' Frar, 3 ta' Marzu, u 7 ta' Marzu 2022, f'post mhux żvelat fir-Reġjun ta' Gomel fuq il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, b'taħditiet ulterjuri saret fl-10 ta’ Marzu fit-Turkija qabel ir-raba’ rawnd ta’ negozjati li beda fl-14 ta’ Marzu. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba stqarr fit-13 ta’ Lulju li t-taħditiet għall-paċi għalissa huma ffriżati. Fid-19 ta’ Lulju, l-ex President Russu u Viċi Kap attwali tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu, Dmitry Medvedev, qal: "Ir-Russja se tilħaq l-għanijiet kollha tagħha. Ikun hemm il-paċi – skond it-termini tagħna." Il-kelliem ta' Putin Dmitry Peskov u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qalu li kwalunkwe pjan ta' paċi jista' jipproċedi biss mir-rikonoxximent tal-Ukrajna tas-sovranità tar-Russja fuq ir-reġjuni li annesset mill-Ukrajna f'Settembru 2022. Sad-29 ta' Diċembru, wara l-annessjoni ddikjarata mir-Russja ta' diversi oblasts Ukrajni, it-tamiet għal taħditiet ta' paċi Ukrajni mar-Russja naqsu b'mod sinifikanti bir-Russja tieħu pożizzjoni hardline li l-okkupazzjoni Russa sħiħa tal-erba' oblasts ma tkunx negozjabbli taħt l-ebda ċirkostanza. Barra minn hekk, Zelenskyy ħabbar li l-Ukrajna mhux se tagħmel taħditiet għall-paċi mar-Russja sakemm Putin jibqa president u ffirma digriet biex jipprojbixxi tali taħditiet. F'Jannar 2023, il-kelliem ta' Putin Peskov qal li "bħalissa m'hemm l-ebda prospett għal mezzi diplomatiċi biex is-sitwazzjoni dwar l-Ukrajna tiġi solvuta" Referenzi Sorsi CS1 bir-Russu (ru) Russja Ukrajna Gwerer
30048
https://mt.wikipedia.org/wiki/Astrid%20Ivask
Astrid Ivask
Astrid Ivask (imwielda Astrīde Helēna Hartmane ; 7 ta' Awwissu, 1926 – 24 ta' Marzu, 2015) kienet poeta Latvjana-Amerikana. Bijografija Hija twieldet Astrīde Helēna Hartmane f'Riga, bint Mārtiņš Hartmanis, Ġenerali tal-Armata Latvjana, u Irma Marija Hartmane. Ħuha kien ix-xjenzat tal-kompjuter Juris Hartmanis. Wara l-okkupazzjoni Sovjetika tal-Latvja fl-1940, il-Ġeneral Hartmanis intbagħat il-ħabs mill-Unjoni Sovjetika. Huwa ġie eżegwit fl-1941, iżda l-familja tiegħu ma kinitx se ssir taf bid-destin tiegħu qabel il-waqgħa tal-USSR fl-1991. Omm Ivask, u ħuha ħallew il-Latvja għal kampijiet ta’ persuni spostati fil-Ġermanja fl-1944. Ivask studja l-lingwi fl-Università ta' Marburg. Aktar tard kitbet “"In Marburg-on-the-Laan European intellectual life was opened for me. In three years at the university, I worked with seven foreign languages, some living, some dead long ago, and I married into the area of Finno-Ugric culture” Hija temmet il-master's degree tagħha fl-1949. Fl-istess sena żżewġet lill-poeta Estonjan Ivar Ivask, li kien kiseb id-dottorat tiegħu fil-letteratura u l-istorja tal-arti hemmhekk, u marru joqogħdu fl-Istati Uniti, fejn Ivar Ivask kien ġie imqabbad bħala membru tal-fakultà fil-Kulleġġ St. Olaf f'Minnesota. Fl-1967 marru jgħixu f'Norman, Oklahoma, fejn Ivar Ivask sar professur tal-lingwi u l-letteraturi moderni fl-Università ta’ Oklahoma. Hija serviet bħala professur aġġunt fejn tgħallem ir-Russu, il-Ġermaniż u l-Franċiż. Ivar Ivask kien editur tal-ġurnal letterarju tal-università World Literature Today u l-koppja ospitat bosta awturi u kritiċi fid-dar tagħhom u pparteċipat f'qari u avvenimenti letterarji. Fl-1991, il-koppja marret tgħix fil-Kontea ta’ Cork, l-Irlanda, iżda Ivark Ivask miet fl-1992. Astrid Ivask irritornat f'Riga fl-2001. Xogħol L-ewwel ġabra ta’ poeżija ta’ Ivask kienet Ezera kristības ("Magħmudija tal-Għadira", 1966). Kollezzjonijiet oħra jinkludu Ziemas tiesa ("Il-Ġudizzju tax-Xitwa", 1968), Solis silos ("Pass fil-Foresti", 1973), Līču loki ("Bajjiet Kurving", 1981), At the Fallow's Edge (1981), Gaisma ievainoja ( "The Light Wounded", 1982). Ħafna mix-xogħol tagħha nkiteb bil-Latvjan, iżda ġabra waħda, Oklahoma Poems (1990), inkitbet bl-Ingliż. Il-poeżiji miġbura tagħha huwa Wordings (1987). Ix-xogħlijiet l-oħra tagħha jinkludu Pārsteigumi un atklājumi ("Sorpriżi u Skoperti", 1984), poeżiji u stejjer għat-tfal, u ktieb ta' abbozzi poetiċi tal-ivvjaġġar, Līču loki: Ainas un ainavas ("Curving Bays: Views and Landscapes", 1981), illustrat bil-fotografija ta' Ivar Ivask. Premjijiet u unuri Ingħatat il-Premju Zinaida Lazda għal Ziemas tiesa u l-Premju għall-Letteratura tal-Fondazzjoni Kultura tal-Latvjani għal Solis silos. Hija rebħet il -Premju għall-Proża Jānis Jaunsudrabiņš għall-abbozzi tal-ivvjaġġar. Pārsteigumi un atklājumi rebaħ il- Premju Goppers . Ix-xogħol tagħha Licu loki rebaħ il -Premju għall-Proża Jānis Jaunsudrabiņš . Hija ngħatat l-Ordni tat-Tliet Stilel tal-Latvja, l-Ordni tal-Istilla l-Bajda tal-Estonja, u l-Premju Annwali tal-Unjoni tal-Kittieba Latvjani għall-kontributi tagħha għall-promozzjoni tal-kultura u l-letteratura. Referenzi Mietu fl-2015 Twieldu fl-1926 Poeti
30050
https://mt.wikipedia.org/wiki/Ludwik%20Lejzer%20Zamenhof
Ludwik Lejzer Zamenhof
Ludwik Lejzer Zamenhof (twieled fil-15 ta' Diċembru 1859 – miet fl-14 ta' April 1917) kien oftalmologu li għex il-biċċa l-kbira ta' ħajtu f'Varsavja, il-Polonja. Huwa magħruf l-iktar bħala l-ħallieq tal-Esperanto, l-iżjed lingwa awżiljarja internazzjonali kostruwita li tintuża b'mod mifrux. Zamenhof żviluppa l-Esperanto għall-ewwel darba fl-1873 meta kien għadu l-iskola. Huwa dejjem kien affaxxinat mill-idea ta' dinja mingħajr gwerra u kien jemmen li dan seta' jitwettaq bl-għajnuna ta' lingwa awżiljarja internazzjonali ġdida. Il-lingwa kienet tkun għodda biex tgħaqqad lin-nies flimkien permezz ta' komunikazzjoni newtrali, ġusta u ekwa. Huwa rnexxielu jifforma komunità li għadha għaddejja sa llum il-ġurnata minkejja l-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija tas-seklu 20, tentattivi ta' riforma tal-lingwa, u lingwi awżiljarji internazzjonali iktar moderni (l-unika lingwa oħra bħall-Esperanto dak iż-żmien kienet il-Volapük). Barra minn hekk, l-Esperanto żviluppat bħal lingwi oħra: permezz tal-interazzjoni u l-kreattività tal-utenti tagħha. Fid-dawl tal-kisbiet tiegħu, u l-appoġġ li ta għad-djalogu interkulturali, l-UNESCO għażlet lil Zamenhof bħala wieħed mill-personalitajiet eminenti tagħha fl-2017, fil-mitt anniversarju ta' mewtu. Mill-2019, hemm mill-inqas żewġ miljun persuna li titkellem l-Esperanto, inkluż bejn wieħed u ieħor 1,000 kelliem nattiv. Isem Zamenhof ġie minn żona multilingwi. Kunjomu jiġi trażlitterat kif ġej: bil-Malti u bl-Ingliż (fost l-oħrajn): Ludwik Lejzer Zamenhof – pronunzja: [zæmənhɒf, ˈzæmɪnhɒf, -nɒv, -nɒf]; bl-Esperanto: Ludoviko Lazaro Zamenhofo – pronunzja: [ludoˈviko laˈzaro zamenˈhofo]; bil-Franċiż: Louis Lazare Zamenhof – pronunzja: [lwi la.zaʁ za.mɛn.of]; bil-Ġermaniż: Ludwig "Levi" Lazarus Samenhof – pronunzja: [ˈluːtvɪç ˈlaːtsaʁʊs ˈzaːmənhoːf]; bl-Ebrajk: אליעזר לודוויג זמנהוף, b'ittri Rumani: Eli'ezer Ludwig Zamenhof – pronunzja: [eliˈ(ʕ)ezeʁ ˈludvig ˈzamenhof]; bil-Litwan: Liudvikas Lazaris (Leizeris) Zamenhofas; bil-Pollakk: Ludwik Łazarz Zamenhof – pronunzja: [ˈludvʲik ˈwazaʃ zãˈmɛ̃nxɔf]; bir-Russu: Людвик Лазарь (Лейзер) Маркович Заменгоф, b'ittri Rumani: Lyudvik Lazar' (Leyzer) Markovich Zamengof; bil-Belarussu: Людвіг Лазар Маркавіч Заменгоф (Заменгоў), b'ittri Rumani: Liudvih Lazar Markavič Zamienhof (Zamienhoŭ); bil-Yiddish: לײזער לוי זאַמענהאָף, b'ittri Rumani: Leyzer "Leyvi" Zamenhof. Biblijografija parzjali Xogħlijiet oriġinali Unua Libro, 1887 (L-Ewwel Ktieb); Dua Libro, 1888 (It-Tieni Ktieb); Hilelismo – propono pri solvo de la hebrea demando, 1901 (Illeliżmu: Proġett b'Rispons għall-Kwistjoni tal-Lhud); Esenco kaj estonteco de la ideo de lingvo internacia, 1903 (Qofol u Futur tal-Idea ta' Lingwa Internazzjonali); Fundamenta Krestomatio de la Lingvo Esperanto, 1903 (Antoloġija Bażika tal-Esperanto); Fundamento de Esperanto, 1905 (Stabbiliment tal-Esperanto); Dikjarazzjoni ta' Boulogne, 1905; Homaranismo, 1913 (Umanitiżmu). Perjodiċi La Esperantisto, 1889-1895 (L-Esperantista); Lingvo Internacia, 1895-1914 (Lingwa Internazzjonali); La Revuo, 1906-1914 (Ir-Rieżami). Poeżiji "Al la fratoj" (Lill-Aħwa); "Ho, mia kor'" (O, Qalbi); "La Espero" (It-Tama); "La vojo" (Il-Mogħdija); "Mia penso" (Il-Ħsieb Tiegħi). Traduzzjonijiet Hamleto, Reĝido de Danujo, 1894 (Hamlet, Prinċep tad-Danimarka, ta' William Shakespeare); La batalo de l' vivo (Il-Battalja tal-Ħajja, ta' Charles Dickens); La revizoro, 1907 (L-Ispettur tal-Gvern, ta' Nikolai Gogol); La Predikanto, 1907 (traduzzjoni tal-Ekkleżjastiċi); La Psalmaro, 1908 (traduzzjoni tal-Ktieb tas-Salmi); La rabistoj, 1908 (Il-Ħallelin, ta' Friedrich Schiller); Ifigenio en Taŭrido, 1908 (Ifiġenja f'Tauris, ta' Johann Wolfgang von Goethe); La Rabeno de Baĥaraĥ, 1909 (Ir-Rabbi ta' Bacharach, ta' Heinrich Heine); La Gimnazio, 1909 (Il-Liċeo, ta' Scholem Aleichem); Marta, 1910 (Marta, ta' Eliza Orzeszkowa); Genezo, 1911 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Ġenesi); Eliro, 1912 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Eżodu); Levidoj, 1912 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Levitiku); Nombroj, 1914 (traduzzjoni tal-Ktieb tan-Numri); Readmono, 1914 (traduzzjoni tal-Ktieb tad-Dewteronomju); Malnova Testamento (partijiet mit-Testment il-Qadim). Gallerija Ara wkoll Adam Zamenhof Jum Zamenhof Referenzi Esperanto Twieldu fl-1859 Mietu fl-1917 Tobba
30052
https://mt.wikipedia.org/wiki/Jum%20Zamenhof
Jum Zamenhof
Jum Zamenhof (bl-Esperanto: Zamenhofa Tago, bil-Pollakk: Dzień Zamenhofa), imsejjaħ ukoll Jum il-Kotba bl-Esperanto, jiġi ċċelebrat fil-15 ta' Diċembru, jum twelid il-ħallieq tal-Esperanto Ludwik Lejzer Zamenhof. Huwa l-iżjed jum iċċelebrat fil-kultura tal-Esperanto. F'dan il-jum, l-Esperantisti jorganizzaw sessjonijiet ta' tagħrif u avvenimenti kulturali biex jippromwovu l-letteratura bl-Esperanto. L-istorja taċ-ċelebrazzjoni tal-Esperanto f'jum twelid Zamenhof tmur lura għas-17 ta' Diċembru 1878, meta waqt festin ta' għeluq snin Zamenhof (meta għalaq 19-il sena), huwa ppreżenta l-Lingwe uniwersala lil sħabu, li kienet l-ewwel verżjoni tal-lingwa internazzjonali tiegħu. Sal-1887, din il-lingwa kienet evolviet f'dik li issa hija magħrufa bħala l-Esperanto, meta huwa ppubblika l-Unua Libro (L-Ewwel Ktieb). Il-15 ta' Diċembru qabel kien magħruf ukoll bħala Jum l-Esperanto, iżda issa dan il-jum jiġi ċċelebrat minflok fis-26 ta' Lulju, fl-istess jum meta ġie ppubblikat l-Unua Libro. Mill-1927 'il quddiem, il-15 ta' Diċembru beda jiġi ċċelebrat fi ħdan il-moviment tal-Esperanto bħala Jum il-Kotba bl-Esperanto, peress li hija drawwa li jinxtara ktieb ġdid dwar l-Esperanto għal dik l-okkażjoni. 150 anniversarju tat-twelid ta' Zamenhof Fil-15 ta' Diċembru 2009 ġie ċċelebrat il-150 anniversarju tat-twelid ta' Zamenhof, u kien hemm diversi avvenimenti x'jiġu ċċelebrati. Dakinhar, l-awtoritajiet fir-raħal tiegħu ta' Białystok, il-Polonja, fetħu Ċentru ġdid ta' Zamenhof, u simpożju f'ġieħ Zamenhof ġie organizzat fil-Belt ta' New York, l-Istati Uniti, b'taħditiet minn Arika Okrent u Humphrey Tonkin fost professuri oħrajn. F'dak il-jum ukoll, il-magna tat-tiftix Google, ħejjiet verżjoni speċjali tal-logo tagħha (Doodle) bi 33 lingwa nazzjonali (iżda mhux dak internazzjonali bl-Ingliż), b'bandiera tal-Esperanto għall-okkażjoni, li ġġenerat, fost it-30 l-ikbar lingwi tal-Wikipedija, 1,750,000 page view tal-artikli dwar "Ludwik Lejzer Zamenhof". Referenzi Esperanto Jiem internazzjonali
30054
https://mt.wikipedia.org/wiki/Li%C4%8Benzja%20Creative%20Commons
Liċenzja Creative Commons
Liċenzja Creative Commons (CC) hija waħda minn bosta liċenzji pubbliċi tad-drittijiet tal-awtur li jippermettu t-tqassim b'xejn ta' "xogħol" li seta kien restritt bi drittijiet tal-awtur. Liċenzja CC tintuża meta awtur jkun jrid jagħti lil nies oħra d-dritt li jaqsmu, jużaw, u jibnu fuq xogħol li jkun ħoloq l-awtur. CC jipprovdi flessibbiltà lil awtur (pereżempju, jistgħu jagħżlu li jippermettu biss użi mhux kummerċjali ta' xogħol partikolari) u jipproteġi lin-nies li jużaw jew iqassmu ix-xogħol ta' awtur minn inkwiet ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur (sakemm jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma speċifikati fil-liċenzja). Hemm diversi tipi ta' liċenzji Creative Commons. Kull liċenzja tvarja skont l-għażla ta' kundizzjonijiet possibbli li japplikaw għaliha. Il-liċenzji ħarġu fis-16 ta' Diċembru 2002 minn Creative Commons, korporazzjoni bla skop ta' qliegħ fundata fil-2001. Kien hemm ħames verżjonijiet ta' dawn il-liċenzji, bejn 1.0 u 4.0. F'Novembru 2013, l-iktar verżjoni riċenti tal-liċenzji, il-veżjoni 4.0, ħarġet. Filwaqt li l-liċenzja Creative Commons kienet oriġinalment ibbażata fuq is-sistema legali Amerikana, daż-żmien hemm diversi portijiet ta' ġurisdizzjoni ta' Creative Commons li jakkomodaw liġijiet internazzjonali. F'Ottubru tal-2014, l-Open Knowledge Foundation approvat il-liċenzji CC BY, CC BY-SA, u CC0 bħala konformanti mal-"Open Definition" għal kontenut u dejta. Storja Lawrence Lessig u Eric Eldred iddisinjaw il-Liċenzja Creative Commons (CCL) fl-2001 minħabba li raw il-ħtieġa għal liċenzja li tkun bejn il-modi eżistenti tad-drittijiet tal-awtur u l-istatus tad-dominju pubbliku. Il-verżjoni 1.0 tal-liċenzji ġiet rilaxxata uffiċjalment fis-16 ta' Diċembru 2002. Oriġini Is-CCL tippermetti lill-inventuri li jżommu d-drittijiet għall-innovazzjonijiet tagħhom filwaqt li jippermetti wkoll użu relattivament ħieles tal-invenzjoni minn l-oħrajn. Is-CCL ħarġet bħala reazzjoni għad-deċiżjoni f'Eldred v. Ashcroft fejn il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ħarġet id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Att dwar l-Estensjoni tat-Terminu tad-Drittijiet tal-Awtur li estendiet it-terminu tad-drittijiet tal-awtur għal 70 sena wara li jmut l-aħħar awtur li jibqa' ħaj. Porting tal-liċenzja Il-liċenzji Creative Commons oriġinali mhumiex lokalizzati u nkitbu fil-kuntest tas-sistema legali tal-Istati Uniti; għalhekk il-kliem jista' jkun inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni lokali f'ġurisdizzjonijiet oħra, u b'hekk il-liċenzji ma jistgħux jiġu infurzati hemm. Biex tindirizza din il-kwistjoni, Creative Commons talbet lill-affiljati tagħha biex jittraduċu d-diversi liċenzji biex jirriflettu l-liġijiet lokali fi proċess imsejjaħ "porting". Minn Lulju 2011, il-liċenzji Creative Commons ġew trasferiti għal aktar minn 50 ġurisdizzjoni madwar id-dinja. Tipi ta' liċenzji Erbgħa drittijiet Il-liċenzji CC kollha jagħtu "drittijiet bażi", bħad-dritt li tqassam ix-xogħol tal-awtur madwar id-dinja għal skopijiet mhux kummerċjali u mingħajr modifika. Barra minn hekk, verżjonijiet differenti tal-liċenzja jippreskrivu drittijiet differenti, kif muri f'din it-tabella: Ara ukoll Moviment ta' kultura ħielsa Mużika b'xejn Softwer b'xejn Edukattiv u mhux kummerċjali Noti Referenzi Sorsi CS1 bl-Ispanjol (es) Liċenzji copyleft tas-software Liċenzji ta' copyright pubbliku Liġi fuq propjeta intelletwali Attiviżmu fuq propjeta intelletwali Copyleft Creative Commons
30055
https://mt.wikipedia.org/wiki/Anne%20Agius%20Ferrante
Anne Agius Ferrante
Anne Agius Ferrante (20 t'Awwissu 1925 - 5 t'April 2023) kienet politika Maltija, magħrufa l-aktar bħala l-ewwel mara fil-parlament mal-Partit Nazzjonalista. Bijografija Imwielda Anne Pullicino fl-Imdina fl-20 t'Awissu 1925, u studjat fl-iskola ta' Santa Doroteja fl-Imdina stess u l-Kulleġġ tal-Qalb Imqaddsa f'tas-Sliema. Missierha kien l-avukat ġenerali ta' Malta, Sir Philip Pullicino, fi żmien l-Ingliżi. Bejn l-1957 u l-1960 hija kienet il-Kummissarju tal-Ġżira ta' Malta għall-Girl Guides Association. Wara li kkontestat bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista l-elezzjoni ġenerali tal-1976, hija ġiet eletta f'elezzjoni każwali fl-1980 wara l-mewt tal-ex-prim ministru u mexxej tal-PN Ġorġ Borg Olivier. Hija kienet l-ewwel deputat parlamentari għall-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser ukoll li għaddew 33 sena minn meta Agatha Barbara kienet l-ewwel mara eletta fill-parlament ta' Malta biex il-PN ikollhom membru tal-parlament mara. Agius Ferrante kienet regolarment tirrakkonta kemm kien diffiċli għan-nisa li jittieħdu bis-serjeta fil-politika f'Malta, saħansitra b'esperjenza ta' ħadd preżenti għal corner meeting tagħha f'Tas-Sliema fis-snin sebgħin. Għalkemm ħarġet għall-elezzjoni generali tal-1981 u 1987 hija ma reġgħetx telgħet fil-parlament u eventwalment irtirat għall-kollox mill-politika. studied at St Dorothy's Convent and at the Sacred Heart School. Mill-1980 sal-1987 Agius Ferrante serviet ukoll bħala President tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista. Hija mietet fil-Mosta fl-5 t'April 2023. Il-president tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tat ġieħ lil Agius Ferrante mat-tħabbir ta' mewtha u stqarret li l-ewwel ħaġa li għamlet hi meta laħqet vici-president tal-Parlament Ewropew kienet propju li kitbet politikanta anzjana biex tirringrazzja tas-sehem tagħha biex in-nisa Maltin sabu posthom sew fil-politika. Il-funeral tagħha sar fil-Katidral tal-Imdina fil-11 t'April 2023. Referenzi Twieldu fl-1925 Mietu fl-2023 Politiċi Maltin Nisa
30056
https://mt.wikipedia.org/wiki/Wikipedija%20Astratta
Wikipedija Astratta
Il-Wikipedija Astratta hija proġett fl-iżvilupp tal-Fondazzjoni Wikimedia li għandu l-għan li juża Wikifunctions biex joħloq verżjoni tal-Wikipedija indipendenti mil-lingwa bl-użu tad-dejta strutturata tagħha. Il-proġett ġenerali tfassal minn Denny Vrandečić, il-ko-fundatur tal-Wikidata, f'paper ta' Google f'April 2020, propost formalment f'Mejju 2020 (bħala Wikilambda), u approvat mill-bord ta' trustees tal-Fondazzjoni Wikimedia f'Lulju 2020 bħala Wikipedija Astratta. F'Marzu 2021, Vrandečić ippubblika ħarsa ġenerali lejn is-sistema fl-artiklu ta' April 2021 "Nibnu Wikipedija Multilingwi", fil-ġurnal tax-xjenza tal-kompjuter Communications of the ACM. Ħoloq esterni Referenzi Proġetti tal-Wikimedia Wikipedija
30064
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mu%C5%BCew%20tal-Arti%20Kontemporanja%2C%20%C5%BBagreb
Mużew tal-Arti Kontemporanja, Żagreb
Il-Mużew tal-Arti Kontemporanja (Kroat: Muzej suvremene umjetnosti, spiss imqassar għal MSU) huwa mużew tal-arti kontemporanja li jinsab fi Vjal Dubrovnik f'Żagreb, il-Kroazja . Huwa l-akbar u l-aktar mużew modern fil-pajjiż. Storja Il-mużew oriġina mill-Gallerija tal-Arti Kontemporanja tal-Belt li twaqqfet fl-1954. Il-gallerija kienet tinsab fil-Palazz Kulmer fiż-żona tal-Belt ta’ Fuq u kien fiha wkoll iċ-Ċentru għall-Fotografija, Film u Televiżjoni u librerija tal-mużew. Minħabba nuqqas ta’ spazju l-mużew oriġinali qatt ma kellu wirja permanenti. Arkitettura Fl-1998, ittieħdet deċiżjoni biex il-mużew jiġi mċaqlaq għal bini ġdid fjamant fil-kantuniera ta’ toroq Dubrovnik u Većeslav Holjevac fid-distrett ta’ Novi Zagreb. Saret kompetizzjoni għad-disinn tal-bini, u d-disinn tal-perit Igor Franić intgħażel minn 85 sottomissjoni. Il-ġebla tax-xewka għall-bini l-ġdid tqiegħdet f’Novembru 2003, u l-mużew infetaħ fil-11 ta’ Diċembru 2009, wara sitt snin ta’ kostruzzjoni interrotti b’diversi raġunijiet ta' dewmien. Oriġinarjament ippjanat li jiswa madwar 200 miljun HRK, l-ispiża eventwalment ammontat għal 450 miljun HRK, investiti f'partijiet indaqs mill-Ministeru tal-Kultura u l-Belt ta' Żagreb. Il-bini għandu erja totali ta’ 14,600 m 2, li minnhom 3,500 m 2 huwa riservat għall-kollezzjoni permanenti u madwar 1,500 m 2 huwa allokati għal wirjiet temporanji. Il-binja fiha ukoll librerija, sala multimedjali, ħanut tal-kotba, kafetterija u ristorant. Kollezzjoni Permanenti Il-mużew għandu 12,000 oġġett (li minnhom madwar 600 huma għall-wiri fuq bażi permanenti) u bosta xogħlijiet minn artisti Kroati kontemporanji, inklużi Vojin Bakić, Boris Bućan, Tošo Dabac, Braco Dimitrijević, Tomislav Gotovac, Benko Horvat, Alexandar Battista, Ilić, Sanja Iveković, Anto Jerković, Julije Knifer, Zlatko Kopljar, Ivan Kožarić, Vlado Kristl, Vlado Martek, Dalibor Martinis, Ivan Picelj, Vjenceslav Richter, Edita Schubert, Mladen Stilinović, Miroslav ; kif ukoll artisti kontemporanji internazzjonali bħal Getulio Alviani, Alberto Biasi, Max Bill, Piero Dorazio, Julio Le Parc, Richard Mortensen, Otto Piene, Jesús Rafael Soto, Victor Vasarely, Marina Abramović, Dorothy Cross, Katarzyna Kozyra, eċċ. L-iskultura tal-metall Test Site ta' Carsten Höller ġiet installata fis-sala tad-dħul tal-mużew għall-ftuħ uffiċjali, flimkien ma' installazzjonijiet minn Braco Dimitrijević u Mirosław Bałka quddiem id-daħla tan-naħa tan-nofsinhar tal-bini. Referenzi Ħoloq esterni Websajt uffiċjali Fuljett b'informazzjoni bażika dwar il-mużew bl-Ingliż Artiklu dwar l-istorja tal-mużew ippubblikat f'<i id="mw8A">Vijenac</i> (bil-Kroat) Sorsi CS1 bil-Kroat (hr) Kroazja Mużewijiet tal-arti Arti moderna Arti viżiva
30067
https://mt.wikipedia.org/wiki/Giovanni%20Camocio
Giovanni Camocio
Giovanni Francesco Camocio (imwieled fl-1501, miet fl-1575) - stampatur Taljan tal-kotba u tal-mapep, u kartografu. Is-sett ta’ 4 mapep ippubblikati minnu li juru l-Assedju ta’ Malta mit-Torok fl-1565, proprjetà ta' Heritage Malta u l-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles fi Praga, iddaħħal fl-2017 mill-UNESCO fuq il-Lista Memorja tad-Dinja. Bijografija Twieled fl-ewwel nofs tas-seklu 16, probabbilment f'Asolo. Mill-1552, mexxa l-ħanut tal-kotba “Al segno della Piramide” f’Venezja f’San Lio in Merceria, fejn kien ibigħ l-aktar inċiżjonijiet u riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ arti u mapep ġeografiċi. Fl-ippubblikar ta’ mapep, huwa kkollabora ma’ inċiżuri u kartografi magħrufa bħal: Domenico Zenoi, Paolo Forlani, Giacom Gastaldi u oħrajn. Bejn l-1566 u l-1574, huwa ppubblika ħafna stampi ta’ format żgħir bl-ingrossa, li wasslu għall-ħruġ ta' ktieb magħruf bħala Isole famose (Gżejjer Famużi). Fix-xogħol tiegħu uża marka tipografika b’piramida fuq erba’ sferi, sostnuta minn pedestall bl-iskrizzjoni Prudentia perpetuat u ras ta’ serp. L-eqdem inċiżjoni ta’ Camocio ġejja mill-1566, u l-aħħar waħda mill-1574. Fit-2 ta’ Ottubru, 1567, is-Senat tar-Repubblika Venezjana tah il-privileġġ li jistampa pubblikazzjonijiet reliġjużi, ritratti u mapep. Fid-9 ta’ Settembru 1568, Camoci (flimkien mal-inċiżur Domenico Zenoi) ġie mmultat mill-Esecutori contro la Bestemmia talli kellu sett ta’ sonetti oxxeni mqassmin b’xeni oxxeni. Miet madwar l-1575, aktarx waqt il-pesta. Memorja tad-Dinja mill-UNESCO Ir-reġistru tal-Memorja tad-Dinja inħoloq fl-1997, u fih jiddaħħlu dokumenti ta' importanza partikolari għall-wirt kulturali tad-dinja. Fl-2017, 4 mapep ta' Camocio li juru l-Assedju ta’ Malta fl-1565 ġew miżjuda ma’ din il-lista. Il-mapep jiffurmaw stampa sħiħa u juru l-ġrajjiet li seħħew bejn Awwissu u Settembru 1565, bl-attakk fuq l-Isla u l-irtirar tat-truppi Ottomani. Tlieta minnhom 1, 3 u 4 huma ppreservati minn Heritage Malta, u waħda (Nru 2) instabet fl-2013 fil-kollezzjoni ta’ mapep tal-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles fi Praga. Din kienet skoperta fl-2013 mis-segretarju tal-Malta Map Society, Joseph Schiro, waqt li kien qed iqalleb online fil-kollezzjoni ta’ mapep katalogati, diġitizzati u kondiviżi tal-Università Charles. Immedjatament mar Praga fejn wara li eżamina l-mappa huwa kkonferma l-awtentiċità tagħha u l-fatt li hija l-unika kopja magħrufa li għadha teżisti fil-kollezzjonijiet Ewropej u Amerikani. Filwaqt li l-ewwel u r-raba’ mapep mill-Kollezzjoni Kartografika tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta huma wkoll ippreservati f’kollezzjonijiet privati, it-tieni u t-tielet mapep huma l-uniċi kopji li huma magħrufa li jeżistu fid-dinja kollha. Id-deċiżjoni li jkunu sottomessi għad-dħul fil-lista tal-UNESCO ttieħdet fl-2015. Il-formola ta’ reġistrazzjoni ġiet sottomessa b’mod konġunt minn Heritage Malta u Charles University fi Praga fl-2016. Wirja ta’ mapep ippreżentat fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta kienet ikkorata minn Bernadine Scicluna f'isem Heritage Malta u d-direttur tal-kollezzjoni ta’ mapep tal-Università Charles, Eva Novotna. Din dehret fil-Belt Valletta Jannar sa Mejju, imbagħad f'Ġunju u Lulju f'Għawdex, u wara, f'verżjoni tradotta għaċ-Ċek, il-wirja marret Praga f'Lulju u Awwissu. Fil-5 ta’ April 2018 fi Praga, il-Ministru tal-Kultura tar-Repubblika Ċeka ppreżenta lid-Dekan tal-Fakultà tax-Xjenzi Naturali tal-Università Charles b’ċertifikat li jikkonferma d-dħul tal-mapep Camocio mill-Assedju l-Kbir ta’ Malta fil-Registru tal-Memorja tal-Dinja tal-UNESCO. Referenzi Nies Taljani Twieldu fl-1501 Mietu fl-1575
30072
https://mt.wikipedia.org/wiki/Mario%20Serracino%20Inglott
Mario Serracino Inglott
Mario Serracino Inglott (1934–2007) kien lingwista u surmast taċ-ċess. Huwa twieled Bormla fl-4 ta’ Novembru 1934. Missieru kien il-lingwista magħruf Erin Serracino Inglott. Mario attenda l-Kulleġġ San Alwiġi u l-Liċeo, wara studja fl-Università ta’ Oxford fejn iggradwar b'BA fl-ekonomija. Missieru kien mudell ewlieni għalih. Mario segwa lil Erin fl-imħabba tiegħu lejn il-lingwa Maltija u ċ-ċess. Huwa sar ċampjin taċ-ċess ta’ Malta fl-1947 fl-età ta’ 12-il sena. Eventwalment beda jieħu sehem f’tournaments internazzjonali taċ-ċess, fosthom dawk fl-Italja u l-Jugoslavja fl-1957. Għal ħafna snin serva bħala president tal-Malta Chess Association. Kien ukoll l-ewwel Malti li ġie rikonoxxut mill-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess (FIDE) bħala arbitru internazzjonali taċ-ċess. Fl-1953 kien impjegat bħala skrivan fil-Malta Dockyard iżda sar impjegat taċ-ċivil sentejn wara. Fl-1963 ġie trasferit għal Malta House f’Londra fi żmien meta l-pajjiż kien fl-aħħar stadji li jingħata l-indipendenza mill-Gran Brittanja. Matul iż-żmien li qatta’ Londra, kiteb diversi poeżiji u stejjer qosra bil-Malti u bl-Ingliż. Meta mar lura Malta, ħadem għad-Dipartiment tal-Industrija u wara l-Ministeru tal-Edukazzjoni, fejn sar l-amministratur anzjan fid-Dipartiment tal-Isport. Fl-1980 huwa kkoordina l-Olimpjadi taċ-Ċess f’Malta – l-akbar edizzjoni sa dak iż-żmien. Irtira miċ-ċivil fl-1985. Ftit wara sar għalliem fil-Kulleġġ Stella Maris. Kien membru tal-Akkademja tal-Malti u serva bħala viċi-president tagħha għal numru ta’ snin. L-imħabba tiegħu għall-ilsien Malti saret l-aktar evidenti fl-1983, meta beda jeditja l-volumi posthumi tal-kappulavur ta’ missieru Il-Miklem Malti, li jibqa’ l-aktar studju estensiv tal-lessiku Malti. Pubblikazzjonijiet tiegħu stess jinkludu Storja taċ-Ċess f’Malta bejn l-1880 – 1990 u d-dizzjunarju u teżawru tiegħu stess Diżżjunarju Malti, ippubblikat mill-Merlin Library. Mario Serracino Inglott iżżewweġ lil Joan Antida Fsadni fl-1960 u flimkien kellhom tifla jisimha Lara. Miet fit-22 ta’ Settembru 2007 fl-età ta’ 72 sena. Referenzi Kittieba Maltin Lessikografi Maltin Ċess Twieldu fl-1934 Mietu fl-2007 Nies minn Bormla
30074
https://mt.wikipedia.org/wiki/El%20Escorial
El Escorial
El Escorial jew is-Sit Irjali ta' San Lorenzo de El Escorial (bl-Ispanjol: Monasterio y Sitio de El Escorial en Madrid) jew il-Monasterio del Escorial (pronunzja bl-Ispanjol: [el eskoˈɾjal]) huwa residenza storika tar-Re ta' Spanja li tinsab fir-raħal ta' San Lorenzo de El Escorial, 2.06 kilometri (1.28 mil) 'il fuq mill-wied (distanza ta' 4.1 km [2.5 mili] bit-triq) mir-raħal ta' El Escorial u madwar 45 kilometru (28 mil) fil-Majjistral tal-belt kapitali Spanjola ta' Madrid. Il-kumpless ta' El Escorial inbena bejn l-1563 u l-1584 skont l-ordnijiet tar-Re Filippu II (li rrenja fl-1556-1598) u huwa l-ikbar binja Rinaxximentali fid-dinja. Huwa wieħed mis-siti rjali Spanjoli u jintuża bħala monasteru, bażilika, palazz irjali, panteon, librerija, mużew, università, skola u sptar. El Escorial jikkonsisti minn żewġ kumplessi arkitettoniċi ta' importanza storika u kulturali kbira: il-monasteru rjali nnifsu u La Granjilla de La Fresneda, loġġa rjali tal-kaċċa u rtir monastiku xi ħames kilometri 'l bogħod. Dawn is-siti għandhom natura doppja: matul is-sekli 16 u 17 kienu postijiet fejn il-poter tal-monarkija Spanjola u l-predominanza ekkleżjastika tar-reliġjon Kattolika Rumana ltaqgħu arkitettonikament. El Escorial kien monasteru kif ukoll palazz irjali Spanjol, għalkemm Filippu II huwa l-unika monarka li qatt għex fil-binja prinċipali. Il-monasteru ġie stabbilit minn komunità ta' patrijiet Ġlormini tal-Ordni ta' Santu Wistin. Kien ukoll skola bid-dormitorji magħrufa bħala r-Real Colegio de Alfonso XII. Filippu II qabbad lill-arkitett Spanjol Juan Bautista de Toledo biex ikun il-kollaboratur tiegħu fil-kostruzzjoni tal-kumpless ta' El Escorial. Toledo kien qatta' l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu f'Ruma, l-Italja, fejn kien ħadem fuq il-Bażilika ta' San Pietru, u f'Napli, l-Italja, jaqdi lill-Viċirè tar-Re, u b'hekk ġie rakkomandat għal din il-kostruzzjoni wkoll. Filippu ħatru bħala arkitett irjali fl-1559, u flimkien iddisinjaw il-kumpless ta' El Escorial bħala monument għar-rwol ta' Spanja bħala ċentru tad-dinja Kristjana. Fit-2 ta' Novembru 1984, l-UNESCO ddikjarat il-kumpless ta' El Escorial bħala Sit ta' Wirt Dinji. Huwa attrazzjoni turistika popolari li spiss jilqa' viżitaturi mid-dinja kollha li jiġu fuq ġita minn Madrid – iktar minn 500,000 viżitatur iżuru l-kumpless ta' El Escorial kull sena. Disinn u kostruzzjoni Il-kumpless ta' El Escorial jinsab fl-għolja ta' Abantos fis-Sierra de Guadarrama. Dan il-post fil-beraħ u mhux imkenni, li ma tantx huwa post li wieħed jistenna li fih ikun hemm palazz irjali, intgħażel mir-Re Filippu II ta' Spanja, u kien hu li ordna l-kostruzzjoni ta' binja grandjuża hemmhekk biex tiġi mfakkra r-rebħa Spanjola tal-1557 fil-Battalja ta' San Quentin f'Picardie kontra Enriku II, ir-Re ta' Franza. Filippu kellu f'moħħu li l-kumpless jintuża bħala nekropoli biex fih jindifnu l-fdalijiet tal-ġenituri tiegħu, Karlu I u Isabella tal-Portugall, tiegħu stess, u tad-dixxendenti tiegħu. Barra minn hekk, Filippu ried li l-kumpless ta' El Escorial ikun ċentru għall-istudji ta' appoġġ għall-kawża tal-Kontroriformazzjoni. Il-ġebla tax-xewka tal-binja tpoġġiet fit-23 ta' April 1563. Id-disinn u l-kostruzzjoni ġew issorveljati minn Juan Bautista de Toledo, li laħaq miet qabel ma tlesta l-proġett. Mal-mewt ta' Toledo fl-1567, it-tmexxija għaddiet għand l-apprendist tiegħu, Juan de Herrera, sat-tlestija tal-binja fl-1584, fi ftit inqas minn 21 sena. Sa llum il-ġurnata, la obra de El Escorial ("ix-xogħol ta' El Escorial") huwa proverbju li jintuża għal xi ħaġa li ddum biex titlesta. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-kumpless ta' El Escorial intuża bħala s-sit fejn indifnu l-biċċa l-kbira tar-rejiet Spanjoli tal-aħħar ħames sekli, il-Borboni kif ukoll l-Asburgi. Il-Panteon Irjali fih l-oqbra tal-Imperatur Ruman Sagru Karlu V (li rrenja fi Spanja bħala r-Re Karlu I), ta' Filippu II, ta' Filippu III, ta' Filippu IV, ta' Karlu II, ta' Lwiġi I, ta' Karlu III, ta' Karlu IV, ta' Ferdinandu VII, ta' Isabella II, ta' Alfonso XII u ta' Alfonso XIII. Żewġ rejiet Borboni, Filippu V (li rrenja mill-1700 sal-1724 u mill-ġdid mill-1724 sal-1746) u Ferdinandu VI (1746-1759), kif ukoll ir-Re Amadeus (1870-1873), ma ndifnux fil-monasteru. Il-pjanta tal-binja għandha għamla ta' grilja. It-twemmin tradizzjonali hu li dan id-disinn intgħażel f'ġieħ San Lawrenz, li fis-seklu 3 W.K. miet martri mixwi fuq grilja. Il-festa ta' San Lawrenz tiġi ċċelebrata fl-10 ta' Awwissu, l-istess jum bħal dak tal-Battalja ta' San Quentin fl-1557. Madankollu, l-oriġini tal-pjanta tal-binja hi pjuttost kontroversjali. L-għamla ta' grilja, li ħarġet għalkollox fid-dieher meta Herrera elimina mill-pjanta oriġinali s-sitt torrijiet interni tal-faċċata, ma kinitx xi ħaġa unika tal-kumpless ta' El Escorial. Binjiet oħra kienu nbnew bi knejjes jew kappelli quddiem btieħi interni: il-Kulleġġ tar-Re, Cambridge, tal-1441; u l-Isptar Ewlieni l-antik, l-ewwel sptar ta' Milan, li nbena fl-1456 minn Antonio Filarete. Fil-fatt, il-palazzi ta' dan id-disinn partikolari kienu komuni fid-dinja Biżantina u Għarbija. Il-pjanta tal-Alcázar ta' Sivilja u d-disinn tal-Alhambra fi Granada huma simili għall-pjanta u d-disinn tal-kumpless ta' El Escorial, b'żewġ btieħi wara xulxin li jisseparaw il-portal prinċipali tal-kumpless minn post ta' qima kkonfinat għalkollox. L-iżjed teorija persważiva dwar l-oriġini tal-pjanta hi dik ibbażata fuq id-deskrizzjonijiet tat-Tempju ta' Salamun mill-istoriku Ruman-Lhudi Flavius Josephus: portiku segwit minn bitħa fil-beraħ, segwita minn portiku ieħor u bitħa oħra, ikkonfinati kollha kemm huma minn arkati u mogħdijiet imsaqqfa, li jagħtu għall-maqdes ewlieni. Statwi ta' David u ta' Salamun fuq iż-żewġ naħat tad-daħla tal-bażilika ta' El Escorial jagħtu iktar piż lil din it-teorija. Rabta iktar personali tista' tinsilet bejn il-figura ta' David bħala ġellied, li tirrappreżenta lil Karlu V, u lil ibnu, Filippu II. Fuq l-istess tema, affresk fiċ-ċentru tal-librerija tal-kumpless ta' El Escorial, tfakkira tal-għerf leġġendarju ta' Salamun, jafferma t-tħassib ta' Filippu li jiġi rrappreżentat ir-re Lhudi, in-natura loġika u ta' ħosbiena tiegħu, u t-tempju monumentali tiegħu. Id-disinn tat-Tempju ta' Salamun, jekk tabilħaqq kien il-bażi għall-kumpless ta' El Escorial, ġie mmodifikat b'mod estensiv biex jakkomoda l-funzjonijiet addizzjonali li Filippu II ried li taqdi l-binja. Apparti monasteru, il-kumpless ta' El Escorial huwa wkoll panteon, bażilika, kunvent, skola, librerija u palazz irjali. Dawn il-funzjonijiet kollha rriżultaw fl-irduppjar tad-daqs tal-binja skont il-pjanta oriġinali. Il-kumpless ta' El Escorial inbena primarjament minn granit griż mill-barrieri lokali u għandu dehra awstera minn barra, kważi qisu iktar fortizza milli monasteru jew palazz. Għandu għamla kwadra ġganteska, bejn wieħed u ieħor 224 metru b'153 metru (735 pied b'502 piedi), u jħaddan sensiela ta' mogħdijiet u btieħi interkonnessi. F'kull waħda mill-erba' rkejjen hemm torri kwadru bi spira fil-quċċata, u qrib iċ-ċentru tal-kumpless (itwal mill-bqija), hemm torrijiet ippuntati tal-kampnari u koppla tonda tal-bażilika. L-istruzzjonijeit ta' Filippu lil Toledo kienu sempliċi u ċari, u ordna biex l-arkitetti jipproduċu "kostruzzjoni sempliċi, serja, nobbli mingħajr arroganza, u maestuża mingħajr lussu sfaċċat". Apparti l-funzjonijiet espliċiti tiegħu, il-kumpless huwa wkoll maħżen enormi tal-arti. Fih jintwerew kapulavuri ta' Tizjanu, Tintoretto, Benvenuto Cellini, El Greco, Velázquez, Rogier van der Weyden, Paolo Veronese, Bernini, Alonso Cano, José de Ribera, Claudio Coello, fost l-oħrajn. Giambattista Castello ddisinja l-garigor taraġ ewlieni tal-kumpless. Il-librerija fih eluf ta' manuskritti imprezzabbli: pereżempju, il-kollezzjoni tas-sultan Zidan Abu Maali, li rrenja l-Marokk mill-1603 sal-1627, tinsab hemmhekk. Relikwarji Sabiex isegwi regola approvata mill-Kunsill ta' Trento dwar il-venerazzjoni tal-qaddisin, Filippu II ta wieħed mill-ikbar relikwarji tal-Kristjaneżmu Kattoliku dinji bħala donazzjoni lill-monasteru. Il-kollezzjoni tar-relikwarji tikkonsisti minn xi 7,500 relikwa, maħżuna f'570 relikwarji skolpiti ddisinjati minn Juan de Herrera, u l-biċċa l-kbira nbnew mill-artiġjan Juan de Arfe Villafañe. Dawn ir-relikwarji fihom għamliet varji (busti, dirgħajn, piramidi, sniedaq, eċċ.) u huma distribwiti fil-monasteru kollu. L-iżjed importanti huma kkonċentrati fi ħdan il-bażilika. Binjiet fil-qrib Juan de Herrera ddisinja wkoll il-Binjiet Uffiċjali (Casas de Oficios) fuq in-naħa opposta tal-faċċata tat-Tramuntana tal-monasteru; u s-suċċessur tiegħu, Francisco de Mora, iddisinja l-Kwartieri tal-"Kumpanija" (Casa de la Compaña). Sit ta' Wirt Dinji El Escorial ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1984. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Gallerija Referenzi Siti ta' Wirt Dinji Spanja Monasteri Palazzi Monarkija Spanjola
30079
https://mt.wikipedia.org/wiki/Peri-Khan%20Sofiyeva
Peri-Khan Sofiyeva
Peri-Khan Sofieva (bl-Ażerbajġani: Pərixan Sofiyeva, bil-Georgian: ფერიხან სოფიევა; twieldet fl-1884 – mietet fl-1953) kienet l-ewwel mara Musulmana li ġiet eletta. Bijografija Sofiyeva twieldet fl-1884 fir-raħal ta' Karajala fil-Georgia, li dak iż-żmien kien parti mir-reġjun tal-Governorat ta' Tiflis fl-Imperu Russu. Hija kienet l-unika tifla f'familja ta' tmienja. Fi żmien l-Imperu Russu, Sofiyeva kienet fit-tmun u b'hekk kisbet il-popolarità. Permezz ta' self li ħadet minn bank, hija fetħet orfanatrofju fil-villaġġ fejn twieldet. Karriera politika Georgia indipendenti Wara r-Rivoluzzjoni ta' Frar 1917, it-tranżizzjoni min-Nofsinhar tal-Kawkasi bdiet b'riforma tal-gvernijiet lokali. Fis-26 ta' Mejju 1918, il-Georgia ddikjarat l-indipendenza tagħha. Iktar tard dik is-sena, fl-elezzjonijiet lokali, Sofiyeva ġiet eletta kunsillier f'Karajala. Għalkemm Sofiyeva kienet persuna attiva, ma tantx nafu wisq dwar ħajjitha. Invażjoni tal-Unjoni Sovjetika Skont Rashgan Sofieva, il-mara tan-neputi ta' Peri-Khan Sofiyeva, Sofiyeva kienet tobgħod lill-Bolxeviki u lill-gvern Sovjetiku. Minħabba t-Tisfija l-Kbira, hi kienet tkun armata bil-pistola antika tagħha tat-tip Mauser C96, wara li tmien kumpanni nqatlu u ndifnu f'waħda mill-oqbra komuni minħabba li oriġinaw minn familja sinjura u kienu meqjusa bħala tradituri. Mewt Sofiyeva mietet fl-1953 b'attakk tal-qalb wara li semgħet bid-detenzjoni ta' wieħed min-neputijiet tagħha. Ħoloq esterni İlk müsəlman, azərbaycanlı qadın deputat - "Kişi Pəri" kimdir? (Bijografija f'BBC Azerbaijan) Referenzi Politiċi Ġeorġja Twieldu fl-1884 Mietu fl-1953
30081
https://mt.wikipedia.org/wiki/Bordeaux
Bordeaux
Bordeaux (pronunzjata: /bɔːrˈdoʊ/ bor-DOH, bil-Franċiż: [bɔʁdo]; bl-Oċċitan ta' Gascon: Bordèu [buɾˈðɛw]; bil-Bask: Bordele) hija belt portwali max-xmara Garonne fid-dipartiment Franċiż ta' Gironde, fil-Lbiċ ta' Franza. Hija l-belt kapitali tar-reġjun ta' Nouvelle-Aquitaine, kif ukoll tal-prefettura tad-dipartiment ta' Gironde. L-abitanti tal-belt jissejħu "Bordelais" (bil-maskil) jew "Bordelaises" (bil-femminil). It-terminu "Bordelais" jista' jirreferi wkoll għall-belt u għar-reġjun tal-madwar. Il-belt ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 259,809 ruħ fl-2020 fi ħdan territorju muniċipali żgħir ta' 49 km2 (19-il mil kwadru), iżda flimkien mas-subborgi tagħha u l-irħula tal-madwar, iż-żona metropolitana ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 1,376,375 ruħ fl-istess sena (skont iċ-ċensiment ta' Jannar 2020), jiġifieri s-sitt belt l-iżjed popolata fi Franza wara Pariġi, Lyon, Marsilja, Lille u Toulouse. Bordeaux u 27 muniċipalità suburbani jiffurmaw flimkien il-Metropoli ta' Bordeaux, awtorità metropolitana eletta indirettament li issa hija responsabbli għal kwistjonijiet metropolitani usa'. Il-Metropoli ta' Bordeaux, b'popolazzjoni ta' 819,604 ruħ fiċ-ċensiment ta' Jannar 2020, hija l-ħames metropoli l-iktar popolata fi Franza wara dawk ta' Pariġi, Marsilja, Lyon u Lille. Bordeaux hija kapitali dinjija tal-inbid: hemm bosta kastelli u vinji fix-xaqlibiet tal-għoljiet tal-Gironde, u l-belt tospita l-ikbar fiera ewlenija dinjija tal-inbid, Vinexpo. Bordeaux hija wkoll wieħed miċ-ċentri tat-turiżmu gastronomiku u kummerċjali għall-organizzazzjoni ta' kungressi internazzjonali. Hija post ċentrali u strateġiku għas-settur tal-ajrunawtika militari u spazjali, fejn għandhom is-sede tagħhom kumpaniji internazzjonali bħal Dassault Aviation, Ariane Group, Safran u Thalès. Ir-rabta mal-avjazzjoni tmur lura għall-1910, is-sena meta tar l-ewwel ajruplan fuq il-belt. Tinsab f'salib it-toroq għall-għarfien permezz tar-riċerka universitarja, u tospita wieħed miż-żewġ lasers ta' megajoule fid-dinja, kif ukoll popolazzjoni universitarja ta' iżjed minn 130,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Bordeaux. Bordeaux hija destinazzjoni turistika internazzjonali għall-wirt arkitettoniku u kulturali tagħha, b'iktar minn 350 monument storiku, u b'hekk wara Pariġi hija l-belt bl-iżjed monumenti elenkati jew irreġistrati fi Franza. Il-"Ġawhra ta' Aquitaine" ġiet ivvutata bħala d-Destinazzjoni Ewropea tas-sena fi stħarriġ online li sar fl-2015. Il-metropoli ngħatat ukoll premjijiet u klassifikazzjonijiet pożittivi minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Pereżempju fl-1957 Bordeaux ingħatat il-Premju Ewropa għall-isforzi tagħha fit-trażmissjoni tal-ideal Ewropew. F'Ġunju 2007, il-"Port tal-Qamar" fiċ-ċentru storiku ta' Bordeaux tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala kumpless arkitettoniku u urban straordinarju u bħala rikonoxximent tal-importanza internazzjonali ta' Bordeaux matul l-aħħar 2,000 sena. Bordeaux hija kklassifikata wkoll bħala belt ta' Suffiċjenza min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin. Sit ta' Wirt Dinji Bordeaux, il-Port tal-Qamar, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007 fil-31 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Relazzjonijiet internazzjonali Ġemellaġġi Bordeaux hija ġemellata ma': Ashdod, Iżrael, mill-1984; Bilbao, Spanja; Baku, l-Ażerbajġan, mill-1985; Bristol, ir-Renju Unit, mill-1947; Casablanca, il-Marokk, mill-1988; Fukuoka, il-Ġappun, mill-1982; Krakovja, il-Polonja, mill-1993; Lima, il-Perù, mill-1957; Los Angeles, California, l-Istati Uniti, mill-1968; Madrid, Spanja, mill-1984; Munich, il-Ġermanja, mill-1964; Oran, l-Alġerija, mill-2003; Porto, il-Portugall, mill-1978; Quebec, il-Kanada, mill-1962; Ramallah, il-Palestina; Riga, il-Latvja; San Pietruburgu, ir-Russja, mill-1993; Wuhan, iċ-Ċina, mill-1998. Sħubijiet Samsun, it-Turkija, mill-2010. Gallerija Biblijografija Chantal Callais and Thierry Jeanmonod (2019). Bordeaux : a history of architecture. La Crèche: La Geste. ISBN 979-10-353-0188-0. François Hubert, Christian Block and Jacques de Cauna (2018). Bordeaux in the 18th century : trans-Atlantic trading and slavery (2nd ed.). Bordeaux: Le Festin. ISBN 978-2-36062-009-8. Referenzi Bliet Ewropej Siti ta' Wirt Dinji Bliet ta' Franza
30082
https://mt.wikipedia.org/wiki/Lyon
Lyon
Lyon, ġieli spelluta wkoll Lyons (l-iktar bl-Ingliż), hija t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Rhône u Saône, lejn il-Majjistral tal-Alpi Franċiżi, 391 kilometru (243 mil) fix-Xlokk ta' Pariġi, 278 kilometru (173 mil) fit-Tramuntana ta' Marsilja, 113-il kilometru (70 mil) fix-Xlokk ta' Ġinevra, u 50 kilometru (31 mil) fil-Grigal ta' Saint-Étienne. Il-belt ta' Lyon kellha popolazzjoni ta' 522,228 ruħ fl-2020 fi ħdan it-territorju muniċipali żgħir tagħha ta' 48 km2 (19-il mil kwadru), iżda flimkien mas-subborgi u l-irħula tal-madwar tagħha, iż-żona metropolitana ta' Lyon kellha popolazzjoni ta' 2,293,180 f'dik l-istess sena, jiġifieri t-tieni l-iżjed popolata fi Franza. Mill-2015, Lyon u 58 muniċipalità sottourbani ffurmaw il-Metropoli ta' Lyon, awtorità metropolitana eletta direttament li issa hija responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet urbani, b'popolazzjoni ta' 1,416,545 ruħ fl-2020. Lyon hija l-prefettura tar-reġjun ta' Auvergne-Rhône-Alpes u s-sede tal-Kunsill Dipartimentali ta' Rhône (il-ġurisdizzjoni tiegħu iżda ma għadhiex estiża sal-Metropoli ta' Lyon mill-2015). Lyon kienet il-belt kapitali tal-Galli matul żmien l-Imperu Ruman, u Lyon għadha s-sede ta' arċiveskovat li d-detentur tiegħu għandu t-titlu ta' Primat tal-Galli. Lyon saret ċentru ekonomiku ewlieni matul ir-Rinaxximent. Il-belt hija magħrufa għall-kċina u l-gastronomija tagħha, kif ukoll għall-attrazzjonijiet storiċi u arkitettoniċi tagħha; fil-fatt, id-distretti taċ-Ċentru Storiku ta' Lyon, l-għolja ta' Fourvière, Presqu'île u x-xaqlibiet ta' Croix-Rousse tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Lyon kienet żona importanti storikament għall-produzzjoni u għall-insiġ tal-ħarir. Lyon kellha rwol sinifikanti fl-istorja taċ-ċinema minn mindu Auguste u Louis Lumière ivvintaw it-tagħmir ċinematografu hemmhekk. Il-belt hija magħrufa wkoll għall-festival tad-dwal tagħha, il-Fête des Lumières, li tibda kull sena fit-8 ta' Diċembru u ddum għal erbat ijiem; b'hekk Lyon ingħatat it-titlu ta' "Kapitali tad-Dwal". Ekonomikament, Lyon hija ċentru ewlieni tal-industriji bankarji, kimiċi, farmaċewtiċi u bijoteknoloġiċi. Il-belt tħaddan industrija sinifikanti tas-software b'enfasi partikolari fuq il-logħob elettroniku; f'dawn l-aħħar snin rawmet settur ta' kumpaniji innovattivi lokali li qed jikber. Lyon tospita universitajiet u skejjel tal-edukazzjoni għolja rinomati, u hija t-tieni l-ikbar belt studenteska fi Franza, b'popolazzjoni universitarja ta' 200,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Lyon. Lyon tospita l-kwartieri ġenerali internazzjonali tal-Interpol, tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, kif ukoll ta' Euronews. Skont l-Istitut tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Klassifikazzjonijiet Dinjin, Lyon titqies bħala belt "beta" mill-2018. Ġiet fit-tieni post fi Franza u fl-40 post globalment fil-klassifikazzjonijiet tal-2019 ta' Mercer fost l-aħjar bliet biex wieħed jgħix fihom. Sit ta' Wirt Dinji Iċ-Ċentru Storiku ta' Lyon ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Attrazzjonijiet prinċipali Żmien il-Qedem Il-fdalijiet Rumani man-naħa tal-għolja qrib il-Bażilika ta' Fourvière, bit-Teatru Antik ta' Fourvière, l-Odeon ta' Lyon u l-mużew Gallo-Ruman. L-Anfiteatru tat-Tliet Galli – il-fdalijiet ta' anfiteatru Ruman. Medju Evu u Rinaxximent Il-Katidral ta' San Ġwann, knisja Medjevali b'elementi arkitettoniċi tas-sekli 13, 14 u 15, kif ukoll l-istruttura reliġjuża prinċipali fil-belt u s-sede tal-Arċisqof ta' Lyon; il-Bażilika ta' San Martin d'Ainay, waħda mill-knejjes rari li għadhom jeżistu bi stil ta' bażilika Rumaneska f'Lyon; il-Knisja ta' San Pawl, knisja Rumaneska (is-sekli 12 u 13) u Gotika (is-sekli 15 u 16); il-Knisja ta' San Bonaventura, knisja Gotika tas-sekli 14 u 15; il-Knisja ta' San Nizier, knisja Gotika tas-seklu 15, li għandha daħla mnaqqxa fis-seklu 16 minn Philibert Delorme; iż-żona taċ-Ċentru Storiku ta' Lyon, kwartier Medjevali u Rinaxximentali bil-ħwienet, bir-ristoranti u bit-toroq biċ-ċagħaq; il-bosta hôtels particuliers Rinaxximentali taċ-ċentru storiku ta' Lyon, bħall-Hôtel de Bullioud, inbnew ukoll minn Philibert Delorme. Seklu 19 u żminijiet moderni L-Opéra Nouvel (1831), teatru tal-opri rinnovat fl-1993 minn Jean Nouvel; it-Théâtre des Célestins (1877), teatru ddisinjat minn Gaspard André; il-Bażilika tal-Madonna ta' Fourvière, bażilika kbira tas-seklu 19 fil-quċċata tal-Għolja ta' Fourvière; it-Torri tal-Ħadid ta' Fourvière (1894); is-Suq tal-Laħam u l-Biċċerija ta' La Mouche (1914, 1928), iddisinjati minn Tony Garnier; il-Monasteru ta' Santa Marija de La Tourette (1960), iddisinjat minn Le Corbusier; l-Ajruport Internazzjonali ta' Saint-Exupéry (li qabel kien l-Ajruport ta' Satolas), iddisinjat minn Guillaume Gilbert; l-Istazzjon ta' Lyon Saint-Exupéry (1994), iddisinjat minn Santiago Calatrava; il-Palazz tal-Kungress ta' Lyon (1998), iddisinjat minn Renzo Piano u grupp ta' binjiet għal diversi funzjonijiet differenti; it-Tour du Crédit Lyonnais; it-Tour Oxygène; it-Tour Incity. Mużewijiet Musée des beaux-arts de Lyon (Mużew tal-Belle Arti), il-mużew prinċipali tal-belt u wieħed mill-ikbar galleriji tal-arti fi Franza. Ospitat fil-Palais Saint Pierre, eks kunvent tas-seklu 17, issa fih kollezzjoni kbira ta' pitturi ta' artisti bħal Tintoretto; Paolo Veronese; Nicolas Poussin; Rubens; Rembrandt; Zurbaran; Canaletto; Delacroix; Monet; Gauguin; Van Gogh; Cézanne; Matisse; Picasso; Francis Bacon...); kollezzjonijiet ta' skulturi, tpinġijiet u opri stampati, arti dekorattiva, antikitajiet Rumani u Griegi; it-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' antikitajiet Eġizzjani fi Franza wara dik tal-Louvre; u kollezzjoni ta' 50,000 medalja u munita. Il-Mużew Gallo-Ruman jesponi bosta oġġetti tal-arti u ta' valur li nstabu fis-sit Ruman ta' Lyon (Lugdunum) bħall-mużajk tal-logħob taċ-ċirklu, il-kalendarju ta' Coligny u l-artal Tawroboliku. Is-Centre d'histoire de la résistance et de la déportation (Ċentru Storiku tar-Reżistenza u tad-Deportazzjoni). Il-Musée des Confluences, mużew ġdid tax-xjenzi u tal-antropoloġija, li nfetaħ għall-pubbliku fl-20 ta' Diċembru 2014. La Sucrière, ċentru tal-arti kontemporanja. Il-Hôtel-Dieu de Lyon jospita l-"Musée des Hospices Civils", wirja permanenti dwar l-istorja u l-prattika tal-mediċina mill-Medju Evu saż-żminijiet moderni. Il-Musée des Tissus et des Arts décoratifs, mużew tal-arti dekorattiva u tat-tessuti, li fih waħda mill-ikbar kollezzjonijiet ta' tessuti fid-dinja b'2.5 miljun opra. Il-Musée d'art contemporain de Lyon, mużew tal-arti kontemporanja. Il-Musée de L'imprimerie, mużew tal-istampar. Il-Musée Gadagne, mużew tal-istorja ta' Lyon ospitat f'binja storika fiċ-ċentru storiku ta' Lyon, li jinkludi kollezzjoni kbira ta' pupazzi. Il-Musée des Automates, mużew tal-pupazzi awtomatizzati fiċ-ċentru storiku ta' Lyon, li infetaħ fl-1991. Il-Musée Miniature & Cinéma, mużew dwar minjaturi tax-xeni ċinematografiċi, tal-oġġetti ċinematografiċi u tal-effetti speċjali taċ-ċinema. Parks u ġonna Parc de la Tête d'or, magħruf ukoll bħala l-Park tar-Ras tad-Deheb, fiċ-ċentru ta' Lyon huwa l-ikbar park urban fi Franza b'117-il ettaru (290 akru). Jinsab fis-sitt arrondissement, u fih lag kbir li fih ikun hemm id-dgħajjes matul ix-xhur tas-sajf. Jardin botanique de Lyon (tmien ettari (20 akru)), inkluż fil-Parc de la Tête d'Or, huwa ġnien botaniku muniċipali u huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mingħajr ħlas. Il-ġnien ġie stabbilit fl-1857 bħala suċċessur ta' ġonna botaniċi iktar bikrin li jmorru lura għall-1796, u issa jista' jiġi deskritt bħala l-ikbar ġnien botaniku muniċipali ta' Franza. Parc de Gerland, fin-Nofsinhar tal-belt (80 ettaru (200 akru)). Parc des hauteurs, f'Fourvières. Parc de Miribel-Jonage (2,200 ettaru (5,400 akru)). Parc de Lacroix-Laval (115-il ettaru (280 akru)). Parc de Parilly (178 ettaru (440 akru)). Relazzjonijiet internazzjonali Lyon hija belt pilota tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-programm "Bliet interkulturali" tal-Kummissjoni Ewropea. Lyon hija ġemellata ma': Addis Ababa, l-Etjopja; Bamako, il-Mali; Barċellona, Spanja; Beersheba, Iżrael; Birmingham, l-Ingilterra, ir-Renju Unit; Boston, l-Istati Uniti; Craiova, ir-Rumanija; Curitiba, il-Brażil; Frankfurt, il-Ġermanja, mill-1960; Gothenburg, l-Iżvezja; Guangzhou, iċ-Ċina, mill-1988; Haute Matsiatra, il-Madagascar; il-Belt ta' Ho Chi Minh, il-Vjetnam, mill-1997; Ġeriko, il-Palestina; Leipzig, il-Ġermanja, mill-1981; Łódź, il-Polonja, mill-1991; Milan, l-Italja, mill-1966; Montreal, il-Kanada, mill-1979; Oran, l-Alġerija; Osaka, il-Ġappun, mill-1984; Ouagadougou, il-Burkina Faso; Porto-Novo, il-Benin; Rabat, il-Marokk; St. Louis, l-Istati Uniti; San Pietruburgu, ir-Russja; Sétif, l-Alġerija; Tinca, ir-Rumanija; Torino, l-Italja; Yerevan, l-Armenja, mill-1992; Yokohama, il-Ġappun, mill-1959. Referenzi Bliet Ewropej Siti ta' Wirt Dinji Bliet ta' Franza
30084
https://mt.wikipedia.org/wiki/Canal%20du%20Midi
Canal du Midi
Il-Canal du Midi (pronunzja bil-Franċiż: ​[kanal dy midi]; bl-Oċċitan: Canal del Miègjorn [ka'nal del mjɛdˈd͡ʒuɾ]; litteralment il-"Kanal tan-Nofsinhar") huwa kanal twil 240 kilometru (150 mil) fin-Nofsinhar ta' Franza (bil-Franċiż: le Midi). Oriġinarjament kien ingħata l-isem ta' Canal royal en Languedoc (Kanal Irjali f'Languedoc) u mbagħad ingħata l-isem ta' Canal du Midi fl-1789 mir-rivoluzzjonarji Franċiżi, il-kanal jitqies wieħed mill-ikbar xogħlijiet ta' kostruzzjoni tas-seklu 17. Il-kanal jikkollega ix-xmara Garonne mal-għadira Étang de Thau mal-Mediterran, u flimkien mat-tul tal-193 kilometru (120 mil) tal-Canal de Garonne, jifforma l-Canal des Deux Mers, li jgħaqqad l-Atlantiku mal-Mediterran. Strettament, l-isem "Canal du Midi" jirreferi għas-sezzjoni li inizjalment inbniet minn Toulouse sal-Mediterran – il-proġett tal-Canal des Deux-Mers kellu l-għan li jikkollega flimien diversi sezzjonijiet navigabbli biex il-Mediterran jingħaqad mal-Atlantiku: l-ewwel il-Canal du Midi, imbagħad ix-xmara Garonne li kienet pjuttost navigabbli bejn Toulouse u Bordeaux, imbagħad il-Kanal Laterali tal-Garonne, u finalment l-estwarju tal-Gironde wara Bordeaux. Jean-Baptiste Colbert awtorizza l-bidu tax-xogħol b'editt irjali f'Ottubru 1666, bl-għan li jiġi żviluppat il-kummerċ tal-qamħ, taħt is-superviżjoni ta' Pierre-Paul Riquet, u l-kostruzzjoni damet mill-1666 sal-1681, matul ir-renju ta' Lwiġi XIV. Il-Canal du Midi huwa wieħed mill-eqdem kanali fl-Ewropa li għadu operattiv (il-prototip huwa l-Kanal ta' Briare). L-isfidi f'dawn ix-xogħlijiet huma marbuta mill-qrib mal-isfidi tat-trasport fuq l-ilmijiet navigabbli interni llum il-ġurnata. L-isfida ewlenija, imqajma minn Pierre-Paul Riquet, kienet li l-ilma jingħadda mill-Muntanji Suwed (Montagne Noire) sa Seuil de Naurouze, l-ogħla punt tal-kanal. Il-Canal du Midi tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, minħabba d-disinn artistiku u l-inġinerija straordinarji tiegħu, u ġie ddeżinjat bħala Għeliem Internazzjonali tal-Inġinerija Ċivili fl-2016. Introduzzjoni Pożizzjoni u profil tal-kanal Il-Canal du Midi jinsab fin-Nofsinhar ta' Franza, fid-dipartimenti ta' Hérault, Aude u Haute-Garonne. Huwa twil 240 kilometru (150 mil), u jibda mill-Punent fil-Port de l'Embouchure, jgħaddi minn Toulouse u jispiċċa fil-Lvant f'post imsejjaħ Les Onglous, Marseillan, fejn il-kanal jagħti fl-għadira Étang de Thau (bejn Agde u Sète). Il-Canal du Midi huwa kanal b'pendil minn quċċata f'Toulouse fuq in-naħa tal-Atlantiku għal distanza ta' 52 kilometru (32 mil) sa Seuil de Naurouze, fejn jidħol il-kanal ta' alimentazzjoni. Il-pendil totali huwa ta' 57.18 metru (187.6 pied), u l-livell tal-quċċata huwa ta' 189.43 metru (621.5 pied). Din id-differenza fil-livell sal-baħar hija koperta tul il-kumplament tad-distanza ta' 188 kilometru (117 mil) minn Naurouze sa Les Onglous mal-Étang de Thau. Il-kanal huwa fond żewġ metri (6.6 piedi) b'fond minimu ta' 1.80 metru (5.9 piedi). Il-pixka permessa hi 1.50 metru (4.9 piedi) għalkemm l-utentiu regolari huma tal-fehma li anke b'pixka ta' 1.40 metru (4.6 pied) id-dgħajjes xi kultant iħokku mal-qiegħ minħabba d-depożiti tas-sedimenti f'diversi postijiet. Il-wisa' fil-wiċċ bħala medja hi 20 metru (66 pied) b'varjazzjonijiet ta' bejn 16-il metru (52 pied) u 20 metru (66 pied). Finalment, il-wisa' tal-baċir tal-kanal hi 10 metri (33 pied). Il-profil lonġitudinali tal-Canal du Midi (fl-istampa fuq il-lemin) juri li jogħla minn Toulouse (1) sa Seuil de Naurouze (2), imbagħad jinżel lejn Castelnaudary (3), Carcassonne (4) u Trèbes (5). Il-kanal jibqa' sejjer sa Béziers wara li jgħaddi mill-Imgħalaq ta' Fonserannes (6), imbagħad lejn Agde (7), u jintemm f'Sète mal-Étang de Thau (8). L-itwal sezzjoni sħiħa tal-kanal hi ta' 53.87 kilometru (33.47 mil) bejn il-Magħlaq ta' Argens u l-Imgħalaq ta' Fonserannes, filwaqt li l-iqsar sezzjoni sħiħa tal-kanal hi ta' 105 metri (344 pied) bejn iż-żewġ Imgħalaq ta' Fresquel. Status ġuridiku Għal raġunijiet storiċi, il-Canal du Midi għandu status ġuridiku uniku, li ġie kkodifikat fl-1956 fil-Kodiċi Pubbliku tal-Ilmijiet Navigabbli u n-Navigazzjoni Interna, imbagħad fil-Kodiċi Ġenerali tal-Proprjetà tal-Persuni Fiżiċi. Skont l-Artikolu L. 2111-11 tal-Kodiċi, id-dominju pubbliku tal-kanal huwa ddeterminat b'referenza għad-drittijiet fewdali li kienu ngħataw lil Pierre-Paul Riquet u ġew stabbiliti limiti permezz tar-rapport uffiċjali mfassal fl-1772. Il-kwartieri tal-persunal u l-imħażen, kif ukoll il-ġibjun ta' Lampy, ġew miżjuda wkoll. L-Artikoli L. 2124-20 sa L. 2124-25 jistabbilixxu r-regoli rigward il-manutenzjoni tal-kanal li ġeneralment hija responsabbiltà tal-entità pubblika li jkollha s-sjieda tiegħu, bil-parteċipazzjoni tal-komuni u f'xi każijiet tar-residenti li jgħixu qrib l-ilmijiet navigabbli. Skont l-Att tas-27 ta' Novembru 1897, l-Istat Franċiż għandu s-sjieda tal-Canal du Midi u l-ġestjoni tiegħu tiġi ddelegata lill-entità pubblika ta' Voies Navigables de France, mehmuża mal-Ministeru għat-Trasport. Storja Proġetti abbandunati Il-bini ta' kanal kienet idea antika. Bosta proġetti, xi kultant utopiċi, tħejjew biex jinbena kanal bejn l-Oċean Atlantiku u l-Baħar Mediterran. Mexxejja bħala Awgustu, Neruni, Karlu Manju, François I, Karlu IX u Enriku IV kienu ħolmu li xi darba jinbena, peress li kien kwistjoni tassew politika u ekonomika. Ir-Re François I ġab lil Leonardo da Vinci fi Franza fl-1516 u kkummissjona stħarriġ ta' rotta mill-Garonne f'Toulouse sal-Aude f'Carcassonne. Il-kostruzzjoni ta' struttura bħall-kanal kienet tfisser li l-bastimenti (kummerċjali iżda anke l-iġfna tar-rejiet) u l-merkanzija jiffrankaw li jkollhom joqogħdu jbaħħru madwar il-Peniżola Iberika għal xahar sħiħ. Dak iż-żmien it-trasport marittimu kien mimli perikli bħall-piraterija u l-pirati tal-Barbarija. L-iżjed proġetti realistiċi ġew ippreżentati lir-Re fis-seklu 16. L-ewwel abbozz ġie ppreżentat minn Nicolas Bachelier fl-1539 lill-familji nobbli ta' Languedoc, it-tieni abbozz intbagħat fl-1598 minn Pierre Reneau, u finalment it-tielet proġett ġie propost minn Bernard Aribat de Béziers fl-1617. Dawn il-proġetti ġew abbandunati minħabba li ma tawx wisq ħsieb lill-provvista tal-ilma għall-kanal u pprovdew sistema ta' devjazzjoni tal-ilma mix-xmajjar tal-Pirinej li kienet kumplessa żżejjed jew impossibbli biex titwettaq. Fl-1650 inġinier ieħor ippropona li jiddevja l-ilma mill-Ariège għal Cintegabelle biex ikun hemm kanal mhux navigabbli għal Pech-David qrib Toulouse. Mill-ġdid, tqajmet il-kwistjoni ta' kif se jinġarr l-ilma lejn Seuil de Naurouze f'għoli ikbar minn dak ta' Toulouse. Il-proġetti ma ġewx varati minħabba l-biża' li jintilfu wisq flus u minħabba l-konvinzjoni li kien umanament impossibbli li jitħaffer kanal simili. Il-problema ewlenija kienet kif kien se jitwassal biżżejjed ilma lejn is-sezzjonijiet tal-quċċata. Madankollu, Pierre-Paul Riquet, kollettur għani tat-taxxa fuq il-melħ f'Languedoc ippropona proġett iktar konvinċenti mill-predeċessuri tiegħu. Meta Lwiġi XIV irċieva l-proposta tiegħu permezz tal-Arċisqof ta' Toulouse (Charles-François Anglure ta' Bourlemont) fl-1662 huwa ra li kellu l-opportunità li jċaħħad lil Spanja minn parti mir-riżorsi tagħha, u l-opportunità li jimmarka r-renju tiegħu b'opra permanenti. Traduzzjoni bil-Malti:Sinjur, Qed niktiblek minn Perpignan, nhar it-28 tax-xahar li għadda, dwar is-suġġett tal-ġbir tat-taxxa fuq il-melħ f'Roussillon u llum qed nagħmel l-istess f'dan il-villaġġ, iżda dwar suġġett ferm differenti. Qed nirreferi għad-disinn ta' kanal li jista' jsir fil-provinċja ta' Languedoc biex jiġu kkollegati ż-żewġ ibħra tal-Oċean Atlantiku u l-Mediterran; x'aktarx li se tibqa' sorpriż, sinjur, li qed nirreferi għal xi ħaġa li apparentement mhix tal-qasam tiegħi u li uffiċjal li jieħu ħsieb jiġbor it-taxxa fuq il-melħ iħallat id-diskors mal-livellar ... Iżda taħfirli li azzardajt meta ngħarrfek li dan għamiltu skont l-ordni tal-Monsinjur l-Arċisqof ta' Toulouse. Ftit mhux ħażin fl-imgħoddi l-Monsinjur tani l-unur li jiġi f'dan il-post minħabba l-fatt li jien il-ġar u l-qaddej tiegħu u kien jaf kif isibli l-mezzi biex jinbena dan il-kanal, peress li kien sema' li kont għamilt studju partikolari dwar dan, u jien għidtlu li nafu u wegħdtu li nżuru f'Castres kif nerġa' lura minn Perpignan, u biex niggwidah fl-inħawi biex ikun jista' jara din il-possibbiltà. Hekk għamilt u fil-kumpanija tal-Monsinjur l-Isqof ta' Saint-Papoul u ta' diversi persuni oħra ta' sustanza li ġew miegħu urejthom x'kont qed ngħid, u l-Monsinjur l-Arċisqof kien responsabbli biex ifassal u jibgħatlek ittra, inkluża hawnhekk fuq fuq minn dak li fhimt mill-Grieg u mil-Latin, u minħabba l-Franċiż limitat tiegħi, mhux possibbli għalija li nispjega dan kollu mingħajr tlaqliq, u għalhekk qed ninfurmak li dan qed nagħmlu għaliex qed nobdi ordni li ngħatajt mhux minn jeddi. Madankollu, sinjur, nitolbok bi ħrara taqra din l-ittra tiegħi, sabiex tkun tista' tassew tiġġudika li dan il-kanal huwa fattibbli; huwa ferm diffiċli minħabba l-ispiża iżda wieħed mill-ewwel jista' jara li l-ġid li jiġi permezz tiegħu jisboq in-nefqa konsiderevoli. Ir-Re Enriku IV, in-nannu tal-monarka tagħna, kien tassew jixtieq li dan ix-xogħol jitwettaq, u l-Kardinal de Joyeuse kien beda jagħmel xi xogħol u l-Kardinal Richelieu ried jagħmel din il-kisba; fl-istorja ta' Franza, ix-xogħlijiet kollettivi tal-Kardinal de Joyeuse u diversi kitbiet oħra jixhdu dan li qed ngħid; iżda sa llum il-ġurnata, ħadd ma ħaseb dwar kif ix-xmara tista' tintuża biex tinstab rotta ħafifa għall-kanal, għax kien ġie immaġinat li l-użu tax-xmajjar u l-makkinarji għall-olzar tal-ilma kienu ostakli kbar wisq biex jingħelbu. Barra minn hekk, jiena nemmen li dawn id-diffikultajiet dejjem ikkawżaw il-garr u wasslu biex it-twettiq tax-xogħol jiġi pospost, iżda llum, sinjur, hemm rotot ħfief u hemm xmajjar li faċilment jistgħu jiġu ddevjati mill-baċiri antiki tagħhom lejn dan il-kanal ġdid b'inklinazzjoni naturali u xierqa; b'hekk dawn id-diffikultajiet jistgħu jingħelbu, għajr is-sejbien tal-fondi li jridu jintużaw għall-ispiża tax-xogħol. Għal din il-kwistjoni għandek eluf ta' mezzi, sinjur, u mill-ġdid qed nippreżentalek żewġ memorji tiegħi mehmuża biex jgħinuk tqis iktar il-ħeffa u s-serħan il-moħħ li din in-navigazzjoni l-ġdida se twassal u l-Istretti ta' Ġibiltà ma jibqgħux passaġġ neċessarju, u b'hekk l-introjtu tar-Re ta' Spanja f'Cadiz jonqos u l-introjtu tar-Re tagħna jiżdied speċjalment għall-inputs u l-outputs oġġetti agrikoli fir-renju tiegħu. Barra minn hekk, il-jeddijiet miksuba minn dan il-kanal għandhom jiżdiedu għal ammonti kbar, u s-sudditi inġenerali tal-Maestà Tiegħu se jibbenefikaw minn elf negozju ġdid u minn din in-navigazzjoni ġdida. Jekk tgħarrafni li dan il-pjan jogħġbok, nibgħatlek in-numru ta' mgħalaq li jeħtieġ li jsiru u kalkolu preċiż u l-qisien ta' dan il-kanal, kemm bħala tul kif ukoll bħala wisa'. Studju tal-proġett Meta mqabbel ma' kanali oħra, il-ġestjoni tax-xmajjar hija diffiċli iżda kanal wieħed biss huwa meħtieġ bejn l-Oċean Atlantiku u l-Baħar Mediterran. Għad-differenza ta' xmara, il-ġestjoni tal-fluss ta' kanal hija eħfef, sabiex jiġi żgurat fluss kostanti ta' traffiku matul is-sena kollha. Il-Canal du Midi huwa kanal b'pendil minn quċċata peress li jrid jgħaddi mill-għoli ta' bejn żewġ widien. Il-kostruzzjoni ta' dan il-kanal kienet teħtieġ passaġġ mis-Seuil de Naurouze jew is-Seuil de Graissens. B'kollox għaddew tletin sena mill-bidu tal-ippjanar sal-bidu effettiv tax-xogħol: proġett simili ġie studjat ukoll minn kumitat li fih kien membru missier Riquet. Karatteristiċi ewlenin Fl-1660, Riquet sab li s-soluzzjoni kienet il-problema prinċipali: il-provvista tal-ilma sal-quċċata li talimenta ż-żewġ naħat tal-kanal. L-idea tiegħu kienet li l-fluss tal-ilma jiġi mill-Montagne Noire. L-għarfien importanti tiegħu tal-idrografija tal-Montagne Noire u ta' Sor ippermettielu jaħseb f'sistema inġenjuża tal-irrigazzjoni. Huwa ġie ispirat mill-inġinier Franċiż Adam de Craponne li kien implimenta l-istess sistema għall-Kanal ta' Craponne. Għalhekk, huwa ppjana li jirkurpra l-ilmijiet mill-muntanji f'digi u f'ġibjuni u mbagħad iwassalhom sa Seuil de Naurouze permezz ta' kanali tul Seuil de Graissens. L-ilma mis-Sor li tgħaddi qrib Revel kien il-provvista prinċipali prevista minn Riquet. Xmajjar oħra mill-Montagne Noire kienu wkoll parti mis-sistema, fosthom l-Alzeau, il-Laudot, ir-Rieutort, il-Bernassonne u l-Lampy. Il-Montagne Noire huwa reġjun li fih tinżel id-doppju tax-xita li tinżel fil-pjanura tal-Lauragais, b'1,400 millimetru fis-sena f'madwar 500-600 metru (1,600-2,000 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Sabiex jaħżen l-ilma tax-xmajjar huwa ppjana li joħloq tliet baċiri: il-Ġinjun ta' Lampy-Vieux, baċir-port eżagonali f'Naurouze, u l-Bassin de Saint-Ferréol b'diga kbira tat-tajn fil-bokka tal-wied tal-Laudot. Fl-1664, matul l-istudju tal-proġett, il-familji tal-Languedoc staqsew lil Riquet biex iwettaq l-idea tiegħu fil-prattika b'mod esperimentali. Huwa mbagħad bejna kanal ta' prova biex jiddevja l-ilma mis-Sor għas-Seuil de Naurouze. Dan kien magħruf bħala r-Rigole de la plaine, li lesta fl-1665 u li uża biex juri li kien possibbli li l-ilma jitwassal sal-ogħla punti tul il-fluss tal-kanal. Dan l-avveniment serraħ ras il-Kumitat tal-Esperti li r-Re kien stabbilixxa fil-post biex jispezzjonaw l-għażliet u l-pjaniet ta' Riquet. Minn dak il-mument Lwiġi XIV kien jaf li l-kanal kien teknikament fattibbli. Ineżattezzi ta' Pierre-Paul Riquet Riquet studja l-provvista tal-ilma lejn il-kanal f'Seuil de Naurouze fil-fond. L-istudju tiegħu kien jidher rigoruż u kien jinkludi fażi pilota bil-kostruzzjoni tar-Rigole de la plaine biex jissostanzja dak li kien qed jisħaq. Minkejja dan, il-proġett xorta waħda baqa' mhux ċar f'ħafna aspetti, speċjalment ir-rotta tal-kanal. Din ir-rotta ma kinitx finali u ma kinitx preċiża kif kieku tkun illum f'każ ta' proġett ta' awtostrada jew linja ferrovjarja ta' veloċità għolja. Kienu magħrufa biss id-direzzjonijiet tar-rotta li ġew ipplottjati fuq mappa. Bidliet fir-rotta setgħu jsiru mill-Kuntrattur skont id-diffikultajiet li kien jiltaqa' magħhom waqt il-kostruzzjoni. Fuq in-naħa Atlantika, huwa ppropona diversi konfigurazzjonijiet: waħda li kienet tgħaddi minn Castres u Revel permezz tas-Seuil de Graissens u l-Agout. Fil-fatt, din ix-xmara kienet diġà qed tiġi żviluppata għan-navigazzjoni. Rotta oħra kellha tgħaddi mix-xmara Girou u tevita lil Toulouse bħalma kien il-każ fir-rotta preċedenti. Fuq in-naħa tal-Mediterran, ir-rotta ma kinitx ġiet stabbilita. Huwa uża l-Fresquel sal-Aude iżda l-wasla mal-kosta għall-ewwel kienet maħsuba li se tkun f'Narbonne mbagħad f'Sète. Fl-1663 Riquet wettaq studji fil-post sabiex finalment jiffissa l-mogħdija fuq in-naħa tal-Atlantiku mis-Seuil de Naurouze tul il-wied ta' Hers-Vif sa Toulouse 'l isfel mill-Garonne. Il-parti navigabbli tax-xmara kienet iktar 'l isfel minn Bazacle, li kienet parti li tofroq u titbaxxa fiċ-ċentru ta' Toulouse, u b'hekk ma kinitx navigabbli. Il-kanal ma setax jikkunsidra li ma jgħaddix mill-qalba ekonomika tar-reġjun, għaldaqstant ir-rotta finali kienet minn Castres u l-Girou. Tekniki tal-istudju Pierre-Paul Riquet ma kellu l-ebda taħriġ tekniku u tgħallem bl-esperjenza ta' snin imedd idejh. B'mod regolari kien iwettaq esperimenti u osservazzjonijiet fil-post. It-teknika tiegħu baqgħet empirika ħafna minħabba li dak iż-żmien ix-xjenza applikata u t-tekniki idrawliċi permezz ta' liġijiet jew kunċetti ma kinux għadhom midħla tagħhom. Barra minn hekk, Riquet kellu approċċ xjentifiku u sistematikament kien ikejjel il-fluss u jikkalkula l-volumi. Sabiex jegħleb in-nuqqasijiet tekniċi tiegħu, huwa kellu bosta tekniċi oħra li għenuh, fosthom Hector Boutheroüe, François Andreossy u Pierre Campmas. Huwa wettaq esperimenti biex juri li kien possibbli li l-ilma jitwassal sa Seuil de Naurouze mix-xmara Sor fil-Montagne Noire. Għas-spejjeż tiegħu, ta' 200,000 livres, huwa bena kanal ta' prova li kien wiesa' żewġ piedi biss, u fid-9 ta' Novembru 1665 huwa rnexxielu jiftaħ il-fluss. Meta l-kanal ġie awtorizzat is-sena ta' wara, dan il-kanal ta' prova ssejjaħ ir-Rigole de la plaine. Fil-proprjetà tiegħu f'Bonrepos huwa bena wkoll mudell tal-kanal bl-imgħalaq, bil-mini u bl-épanchoirs (spillways) li jemulaw ix-xaqlibiet u l-alimentazzjoni sħiħa bl-ilma. Kuntest politiku u ekonomiku Is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż kienet waħda pjuttost ikkumplikata dak iż-żmien. Meta Colbert sar Ministru kien jemmen li l-kummerċ domestiku u internazzjonali ma kienx favur ir-Renju ta' Franza. L-Olandiżi setgħu jieħdu iktar vantaġġ mill-attività kummerċjali u ekonomika fil-pajjiż. Il-prezzijiet tal-qamħ niżlu sew u l-produzzjoni tal-inbid naqset fl-1660. Din il-kriżi kkawżat id-deprezzament tal-valur tal-art u l-azjendi agrikoli ż-żgħar kienu qed ifallu. Barra minn hekk, ir-reġjun ta' Languedoc esperjenza kunflitt reliġjuż matul il-Fronde. Kienet iebsa li jiġu implimentati l-politiki f'din iż-żona u b'mod partikolari li jiġu introdotti t-taxxi bħat-taxxa fuq il-melħ. Colbert imbagħad iltaqa' ma' Pierre-Paul Riquet u sar jaf bil-proġett tiegħu u qiesu bħala mezz kif setgħet titħejja politika ta' tkabbir ekonomiku għas-servizz tal-assolutiżmu f'Languedoc. Fil-fatt, Riquet ippropona lilu nnifsu biex jimplimenta t-taxxa fuq il-melħ u biex jibni l-Canal du Midi. B'hekk, il-kostruzzjoni tal-kanal kienet se tippermetti l-ħolqien ta' passaġġ dirett bejn il-Baħar Mediterran u l-Atlantiku mingħajr l-ħtieġa li wieħed jgħaddi mill-Istrett ta' Ġibiltà kkontrollat mill-Ispanjoli; l-għan kien li jinqered il-kummerċ Spanjol u jiġi stabbilit fluss kummerċjali mil-Languedoc. Ir-reġjun ta' Languedoc kellu bosta riżorsi bħall-qamħ, l-inbid minn Minervois, is-suf, il-ħarir u l-melħ li l-produtturi kienu qed ibatu biex jesportawh minħabba n-nuqqas ta' kummerċ. Permezz tal-Canal du Midi, Colbert kien qed jittama li l-merkanzija titqassam f'reġjuni differenti tan-Nofsinhar sabiex jissaħħaħ il-poter irjali u Toulouse u r-reġjun jinfetħu iktar. Editt ta' Lwiġi XIV u finanzjament tal-proġett Minkejja li l-proġett kien jidher bħala wieħed prekarju, Colbert awtorizza l-bidu tax-xogħol permezz ta' editt irjali f'Ottubru 1666 wara li kiseb l-awtorizzazzjoni ta' kumitat ta' esperti li evalwaw ir-rotta għal diversi xhur. Il-proġett ibbenefika ferm mill-ħatra ta' inġinier għall-fortifikazzjonijiet u l-idrawlika – Louis Nicolas de Clerville – li uża l-influwenza li kellu ma' Colbert biex jinbeda l-proġett. Id-digriet speċifika l-awtorizzazzjoni tal-kostruzzjoni tal-kanal, il-ħruġ tas-sejħiet għall-offerti, u l-għoti lid-disinjatur Pierre-Paul Riquet u lid-dixxendenti tiegħu. Barra minn hekk ta wkoll id-drittijiet ta' esproprjazzjoni lil Riquet u jiddeskrivi l-possibbiltà li jinħolqu l-imtieħen, l-imħażen u l-abitazzjonijiet għat-tħaddim tal-kanal. Il-proġett sawwar entità "fewdali" eżentata mit-taxxa u s-sid kellu d-drittijiet tas-sajd u tal-kaċċa. Finalment, l-editt jiddeskrivi l-proċeduri tat-tħaddim, inkluż l-introduzzjoni tan-nollijiet, l-organizzazzjoni tat-traffiku u s-sjieda tal-bastimenti. Ir-re ddeċieda li jċedi s-sjieda u t-tħaddim tal-faċilità b'ordni partikolari biex jingħelbu n-nuqqasijiet potenzjali ta' xogħol daqstant kbir. Din is-sistema żgurat li l-kanal jibqa' jitħaddem u ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa anke meta l-finanzi tal-istat kienu baxxi ħafna. Ix-xogħol ġie varat f'żewġ fażijiet imsejħa "impriża". Ġie stmat li l-ewwel impriża tal-kollegament ta' Toulouse ma' Trèbes swiet 3.6 miljun livres. Madankollu, il-finanzi tal-istat kienu pjuttost batuti u l-familji ta' Languedoc ma kinux lesti li jiffinanzjaw dak il-proġett minħabba li beżgħu li l-fondi tagħhom kienu se jintużaw għal spejjeż mhux mistennija. Għaldaqstant, bil-patt li jingħata s-sjieda u t-tħaddim tal-kanal, Pierre-Paul Riquet ippropona li jiffinanzja parti mix-xogħlijiet mill-fondi tiegħu stess. Il-kumplament kellu jitħallas mill-istat bil-qbil li jingħata l-profitti mit-taxxa fuq il-melħ. It-tieni impriża tax-xogħlijiet bejn Trèbes u l-étang de Thau f'Diċembru 1668 swiet 5.832 miljun livres flimkien ma' miljun livres oħra għat-tkomplija tax-xogħol fil-port ta' Sète. Finalment, filwaqt li l-baġit inizjali kien sitt miljun livres, ix-xogħol kollu f'daqqa sewa bejn 17 u 18-il miljun livres; 40 % mingħand ir-re, 40 % mill-provinċja, u 20 % mingħand Riquet innifsu, li sar is-sid. Id-dixxendenti tiegħu baqgħu jħallsu żewġ miljun livres għal iktar minn ħamsin sena. Kostruzzjoni tal-kanal Riquet beda l-kostruzzjoni tal-kanal meta kellu 63 sena, billi bagħat lill-inġinier personali tiegħu, François Andreossy, u espert lokali tal-ilma, Pierre Roux, lejn il-Montagne Noire biex jaħdmu fuq il-provvista tal-ilma. Din il-provvista rnexxielha talimenta l-kanal bl-ilma fejn kien jaqsam min-naħa għall-oħra tal-qasma tal-kontinent, permezz tas-sostituzzjoni tal-ilma li mbagħad kien jgħaddi lejn iż-żewġ ibħra. Is-sistema kienet kapulavur tal-inġinerija idrawlika u strutturali, u serviet bħala ratifika bikrija tal-viżjoni ta' Riquet. Kienet ukoll parti kbira mill-proġett. Ix-xogħol inbeda bl-ewwel "impriża" fl-1 ta' Jannar 1667, bil-kostruzzjoni tal-mogħdija tal-ilma tar-Rigole de la plaine, imbagħad tkompla fil-15 ta' April 1667 bit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Lac de Saint-Ferréol. Oriġinarjament Riquet ried jibni tużżana ġibjuni iżda l-Kummissarju Ġenerali tal-fortifikazzjonijiet, Louis Nicolas de Clerville, staqsieh jissostitwihom b'ġibjun wieħed. Din kienet innovazzjoni kbira għal dak iż-żmien – qatt ma kien inbena ġibjun-lag ta' dak il-kobor. Uħud mill-irġiel ta' Clerville li kellhom esperjenza fl-inġinerija militari ġew biex jibnu d-diga kbira għall-ġibjun uniku, il-Bassin de St. Ferréol, max-xmara Laudot. Ix-xmara Laudot hija tributarja tax-xmara Tarn fil-Montagne Noire, xi 20 km (12-il mil) mill-quċċata tal-kanal propost f'Seuil de Naurouze. Din id-diga enormi, twila 700 metru (2,300 pied), 30 metru (98 pied) 'il fuq mill-baċir tax-xmara u bi ħxuna ta' 120 metru (390 pied) fil-bażi tagħha, kienet l-ikbar biċċa xogħol tal-inġinerija ċivili fl-Ewropa u t-tieni diga ta' dak il-kobor li qatt inbniet fl-Ewropa, wara waħda f'Alicante fi Spanja. Ġiet ikkollegata mal-Canal du Midi permezz ta' kanal bil-kontorn twil iktar minn 25 kilometru (16-il mil), wiesa' 3.7 metri (12-il pied) u b'wisa' fil-bażi ta' 1.5 metru (4.9 piedi). Eventwalment ġie mgħammar b'14-il imgħalaq sabiex il-materjali tal-kostruzzjoni għall-kanal jitwasslu mill-muntanji u jinħoloq port ġdid għar-raħal muntanjuż ta' Revel. F'Novembru 1667 f'ċerimonja uffiċjali tpoġġa l-ewwel pedament tal-magħlaq tal-Garonne f'Toulouse fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Parlament ta' Toulouse, tal-Capitouls (xeriffi), u tal-Arċisqof ta' Toulouse, Charles-François d'Anglure de Bourlemont. L-ewwel mili tal-ilma sar bejn is-Seuil de Naurouze u Toulouse matul ix-xitwa tal-1671-1672 u seta' jibda l-ewwel traffiku tad-dgħajjes. Fl-1673 is-sezzjoni minn Naurouze sa Trèbes tlestiet u mmarkat it-tmiem tal-ewwel "impriża". Mill-1671 bdiet it-tieni impriża tal-kollegament ta' Trèbes mal-Baħar Mediterran u tal-bini tal-port ta' Sète (li dak iż-żmien kien imsejjaħ Cette; il-pożizzjoni ntgħażlet u l-port inbena minn Clerville). Din il-parti tal-kanal ħolqot problemi fis-sezzjoni bejn l-étang de Thau u Trèbes peress li l-kanal kellu jaqsam il-fluss tax-xmajjar Hérault u Libron. Sabiex idur mal-problema, Riquet stabbilixxa sistema ta' valvoli u kompartimenti għal Libron u magħlaq tond b'erba' xatbiet għall-étang de Thau u Hérault. Il-magħlaq tond f'Agde seta' jibdel bejn il-Canal du Midi u x-xmara Hérault. Din il-parti tal-kanal kienet problema wkoll fil-livell tas-Seuil ta' Ensérune u n-niżla lejn Beziers fil-Wied ta' Orb. Riquet solva dawn il-problemi minn naħa billi ħaffer il-Mina ta' Malpas u mbagħad billi f'Fonserannes bena ringiela ta' tmien imgħalaq tal-kompartimenti sal-Wied ta' Orb. Il-Mina ta' Malpas kienet l-ewwel passaġġ ta' kanal li qatt inbena f'mina. Il-Canal du Midi jgħaddi minn mina ta' 173 metru (568 pied) qalb għolja f'Oppidum d'Ensérune. Fl-1681 ix-xogħol fuq il-kanal intemm f'Béziers. Madankollu, f'Ottubru 1680, Riquet miet waqt il-kostruzzjoni u qabel tlesta l-proġett. Minfloku laħaq l-inġinier tar-re, La Feuille. Uliedu subien wirtu l-kanal, iżda l-investimenti tal-familja ma ġewx irkuprati u d-djun ma tħallsux għalkollox qabel iktar minn 100 sena wara. Il-kanal ġie ġestit sew u tħaddem bħala impriża paternalistika sar-rivoluzzjoni. Il-kanal inbena fuq skala grandjuża, b'imgħalaq b'għamla ovali twal 30.5 metru (100 pied), wesgħin 6 metri (20 pied) fix-xatbiet u wiesa' 11-il metru (36 pied) fin-nofs. Dan id-disinn kien maħsub biex jirreżisti l-kollass tal-ħitan li seħħ fil-bidu tal-proġett. L-imgħalaq ovali użaw is-saħħa tal-ħnejja fil-konfront tal-pressjoni 'l ġewwa tal-ħamrija tal-madwar li kienet destabbilizzat l-imgħalaq bikrin b'ħitan dritti. Ħnejjiet simili kienu ntużaw mir-Rumani għall-ħitan f'Gaul, għaldaqstant din it-teknika ma kinitx ġdida, iżda l-applikazzjoni tagħha għall-imgħalaq kienet rivoluzzjonarja u ġiet imitata fil-kanali Amerikani bikrin. Bosta mill-istrutturi ġew iddisinjati b'elementi Neo-Klassiċi biex ikomplu jqanqlu l-ambizzjonijiet tar-re li ried li Franza ssir Ruma l-Ġdida. Il-Canal du Midi bħala inġinerija infrastrutturali grandjuża daqs ta' żmien ir-Rumani fih innifsu ġie promoss skont il-ħolm politiku tar-re li ħareġ fid-dieher bi plakki bil-Latin, u ħitan li nbnew b'karatteristiċi Rumani. F'Mejju 1681, il-kanal ġie spezzjonat bir-reqqa skont l-ordni tar-re biex ix-xogħol jiġi vverifikat u jiġi żgurat li l-ilma ma jqattarx jew joħroġ mill-kanal. Imbagħad infetaħ uffiċjalment għan-navigazzjoni fil-15 ta' Mejju 1681. Fl-inawgurazzjoni tal-kanal f'Toulouse fil-15 ta' Mejju, ir-rappreżentant tar-Re u l-President tal-familji ta' Languedoc kienu l-ewwel li vvjaġġaw fuq il-kanal, segwiti minn bosta dgħajjes oħra li ttrasportaw l-iktar il-qamħ. Wara l-ewwel vjaġġ, il-kanal tbattal mill-ilma peress li x-xogħol kien għadu mhux komplut; reġa' nfetaħ biss f'Diċembru 1682. Il-kanal infetaħ għat-traffiku f'Mejju 1683 u x-xogħlijiet pubbliċi fuqu tlestew f'Marzu 1685. Sit ta' Wirt Dinji Il-Canal du Midi ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju". Nies marbuta mal-kanal Pierre-Paul Riquet, id-disinjatur tal-Canal du Midi. Huwa kiseb mir-Re s-sjieda u d-dritt tat-tħaddim tal-Canal du Midi għall-għomor, għalih u għad-dixxendenti tiegħu. Huwa miet f'Ottubru 1680 ftit qabel it-tlestija tal-kanal. Jean-Baptiste Colbert, il-Kontrollur-Ġeneral tal-Finanzi ta' Lwiġi XIV, li ġie kkummissjonat mir-re biex jivvaluta l-ispiża u l-fattibbiltà tal-proġett. Sebastien Le Prestre de Vauban, l-arkitett u l-inġinier irjali li wettaq bosta titjib fil-kanal bejn l-1685 u l-1686. François Andreossy, kollega mill-qrib u viċi disinjatur ta' Pierre-Paul Riquet li kompla x-xogħol wara mewt Riquet. Louis Nicolas de Clerville, inġinier li kkontrolla u ssorvelja x-xogħlijiet u ta l-pariri lil Riquet. Referenzi Industrija Franza Siti ta' Wirt Dinji